Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52009AP0084

    Protokoll addizzjonali għall-Ftehima KE/Afrika t'isfel fid-dawl tal-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea tal-Bulgarija u r-Rumanija *** Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal- 10 ta' Marzu 2009 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' protokoll addizzjonali għall-Ftehim dwar il-Kummerċ, l-Iżvilupp u l-Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Afrika t'Isfel, min-naħa l-oħra, fid-dawl tal-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija (16447/2008 – COM(2008)0749 – C6-0017/2009 – 2008/0212(AVC))

    ĠU C 87E, 1.4.2010, p. 189–189 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    1.4.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    CE 87/189


    It-Tlieta, 10 ta’ Marzu 2009
    Protokoll addizzjonali għall-Ftehima KE/Afrika t'isfel fid-dawl tal-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea tal-Bulgarija u r-Rumanija ***

    P6_TA(2009)0084

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Marzu 2009 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' protokoll addizzjonali għall-Ftehim dwar il-Kummerċ, l-Iżvilupp u l-Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa waħda, u r-Repubblika tal-Afrika t'Isfel, min-naħa l-oħra, fid-dawl tal-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija (16447/2008 – COM(2008)0749 – C6-0017/2009 – 2008/0212(AVC))

    2010/C 87 E/43

    (Proċedura ta' kunsens)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra t-test tal-Kunsill (16447/2008),

    wara li kkunsidra t-talba għal kunsens imressqa mill-Kunsill skont l-Artikolu 300(3), it-tieni sottoparagrafu, flimkien mal-Artikoli 310 u 300(2), l-ewwel sottoparagrafu, tat-Trattat KE (C6-0017/2009),

    wara li kkunsidra l-Artikoli 75 u 83(7) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A6-0073/2009),

    1.

    Jagħti l-kunsens tiegħu għall-konklużjoni tal-protokoll addizzjonali;

    2.

    Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jinforma lill-Kunsill u l-Kummissjoni bil-pożizzjoni tal-Parlament.


    Top