Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52007AE0796

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il- Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 78/855/KEE dwar l-għaqda ta' kumpaniji b'responsabbiltà pubblika limitata u d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE dwar id-diviżjoni ta' kumpaniji b'responsabbiltà pubblika limitata rigward il-ħtieġa għal rapport ta' espert indipendenti fl-okkażjoni ta' għaqda jew diviżjoni COM(2007) 91 finali — 2007/0035 (COD)

ĠU C 175, 27.7.2007, p. 33–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

27.7.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 175/33


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il- “Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 78/855/KEE dwar l-għaqda ta' kumpaniji b'responsabbiltà pubblika limitata u d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE dwar id-diviżjoni ta' kumpaniji b'responsabbiltà pubblika limitata rigward il-ħtieġa għal rapport ta' espert indipendenti fl-okkażjoni ta' għaqda jew diviżjoni”

COM(2007) 91 finali — 2007/0035 (COD)

(2007/C 175/08)

Nhar id-29 ta' Marzu 2007, il-Kunsill iddeċieda, b'konformità ma' l-Artikolu 95 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, dwar il- Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 78/855/KEE dwar l-għaqda ta' kumpaniji b'responsabbiltà pubblika limitata u d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE dwar id-diviżjoni ta' kumpaniji b'responsabbiltà pubblika limitata rigward il-ħtieġa għal rapport ta' espert indipendenti fl-okkażjoni ta' għaqda jew diviżjoni.

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-opinjoni tagħha nhar it-3 ta' Mejju 2007. Ir-Rapporteur li ħadmet mingħajr grupp ta' studju kienet is-Sinjura Sánchez Miguel.

Matul l-436 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fit-30 u l-31 ta' Mejju (seduta tat-30 ta' Mejju 2007), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-opinjoni b'143 voti favur, 26 voti kontra u 12-il astensjoni.

1.   Introduzzjoni

1.1

Il-proposta tal-Kummissjoni li temenda l-leġislazzjoni tirregola l-għaqdiet jew id-diviżjonijiet tal-kumpaniji b'responsabbiltà pubblika limitata hija parti mill-pjan li tiġi modernizzata l-liġi tal-kumpaniji u titjieb il-gvernanza korporattiva fl-UE (1). Tipprovdi għal pjan ta' azzjoni sabiex tiġi finalizzata riforma leġislattiva radikali għall-perijodu qasir, medju u fit-tul, li ttmur lil hin minn sempliċement twettiq tal-proposti għal Direttivi li għadhom pendenti.

1.2

Barra minn hekk, f'livell iktar ġenerali, l-Anness III tal-Programm ta' Azzjoni għat-Tnaqqis tal-Piżijiet Amministrattivi fl-Unjoni Ewropea (2) jippreżenta għaxar proposti speċifiċi għall-introduzzjoni ta' “azzjonijiet li jistgħu jitwettqu malajr” bil-għan li jitnaqqsu l-piżijiet minuri li ma jbiddlux il-livell ta' protezzjoni legali. Dan huwa l-iskop tal-proposta li qiegħda tiġi diskussa, li sempliċiment tabolixxi r-rapport minn espert dwar l-abbozz tat-termini ta' l-għaqdiet jew tad-diviżjonijiet, sakemm jaqblu l-partijiet interessati “kollha”.

1.3

Għandu jkun nnotat li l-Artikolu 8(4) tad-Direttiva 2005/56/KE dwar il-mergers transkonfinali ta' kumpaniji pubbliċi ta' responsabbiltà limitata  (3) diġà jċedi l-ħtieġa għal rapport minn espert għall-abbozz tat-termini ta' l-għaqdiet jekk jaqblu l-membri kollha tal-kumpaniji. B'mod simili, l-aħħar emenda tad-Direttiva 77/91/KEE fir-rigward tal-formazzjoni ta' kumpaniji b' responsabbiltà pubblika limitata u ż-żamma u t-tibdil tal-kapital tagħhom  (4) introduċiet żewġ Artikoli ġodda, 10a u 10b, li skond ir-rapport minn espert m'huwiex meħtieġ għall-kontribuzzjonijiet fi flus mhux kontanti fiċ-ċirkostanzi fejn il-valur reali ta' l-assi kontributi jista' jiġi garantit.

2.   Kontenut tal-proposta

2.1

L-iskop ta' din l-emenda għad-Direttivi dwar l-għaqdiet u d-diviżjonijiet ta' kumpaniji b'responsabbiltà pubblika limitata huwa li tikkonforma l-kontenut tagħhom ma' dak tad-Direttiva dwar il-mergers transkonfinali fir-rigward ta' l-involviment ta' l-esperti fit-tfassil tar-rapport dwar l-abbozz tat-termini ta' l-għaqdiet jew tad-diviżjonijiet, sakemm il-partijiet interessati kollha u dawk kollha li jżommu t-titoli li jagħtu d-dritt tal-vot ikunu qablu hekk.

3.   Kummenti dwar il-proposta

3.1

Il-KESE jilqa' l-proċess tas-semplifikazzjoni, u b'mod partikulari t-tnaqqis fil-piż amministrattiv għall-kumpaniji Ewropej. Huwa f'dan is-sens li nifhmu l-kontenut tal-proposta, li b'mod partikulari tħares l-interessi tal-partijiet interessati billi teħtieġ il-qbil unanimu sabiex ma jitfassalx rapport minn espert dwar l-abbozz tat-termini ta' l-għaqdiet jew tad-diviżjonijiet.

3.2

Madankollu, il-KESE għadu jara l-problemi, b'mod partikulari dawk relatati ma' l-għaqdiet ta' kumpaniji kbar, minħabba d-diversità tal-partijiet interessati, li l-biċċa l-kbira minnhom huma investituri. Jekk l-ishma m'humiex ġestjonati b'mod dirett, il-partijiet interessati f'minoranza jistgħu jkunu esposti u obbligati li jaċċettaw ftehim adottat mill-korpi li jiġġestjonaw it-titoli tagħhom. Minkejja li r-regoli eżistenti jipprovdu għad-dritt ta' l-oppożizzjoni u l-irtirar minn ftehim ta' dan it-tip f'każijiet fejn il-partijiet interessati joġġezzjonaw għar-riżultat ekonomiku ta' l-operazzjonijiet, speċjalment fir-rigward ta' l-iskambji ta' l-ishma (share swaps) ser ikun ħafna iktar diffiċli sabiex jiġi eżerċitat dan id-dritt jekk ma jkun hemm l-ebda rapport minn espert dwar l-abbozz tat-termini ta' l-għaqdiet.

3.3

Bl-istess raġunament nemmnu li l-kredituri u l-impjegati tal-kumpaniji huma vulnerabbli jekk ser jitħallew fid-dlam minħabba nuqqas ta' evalwazzjoni objettiva taħt ir-responsabbiltà ta' l-esperti. Huwa rikonoxxut id-dritt tal-kredituri li jopponu għaqda meta jiġu ppubblikati l-avviżi ta' l-għaqda, sakemm it-talbiet (claims) tagħhom m'humiex garantiti. Madankollu, irridu niftakru li la d-Direttiva dwar l-għaqdiet u lanqas id-Direttiva dwar id-diviżjonijiet ma jagħtu l-ebda dritt għall-ħaddiema, filwaqt li d-Direttiva dwar l-għaqdiet transkonfinali tipprovdi l-għażla tal-parteċipazzjoni mill-impjegati (Artikolu 16), li tippromovi riżultat aħjar permezz ta' kanali adattati ta' informazzjoni.

3.4

L-effikaċja tal-leġislazzjoni tiddependi fuq jekk tħarisx lid-drittijiet ta' dawk kollha involuti fil-proċessi legali — f'dan il-każ l-għaqdiet u d-diviżjonijiet — billi l-komplessità tagħhom tagħmilha neċessarja li tippromovi mezzi li tirrendihom trasparenti mingħajr ma toħloq konflitti bejn il-partijiet kollha kkonċernati. L-abolizzjoni tar-rapport minn espert soġġett għall-approvazzjoni tal-partijiet kollha interessati għandha sseħħ fiċ-ċirkostanzi ppreżentati fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 2006/68/KE, jiġifieri meta l-assi huma fil-forma ta' titoli trasferibbli jew strumenti tas-suq tal-flus jew li reċenement ġew valutati minn esperti indipendenti, billi l-valur jista' jiġi verifikat u jkun aċċertat skond l-istandards rilevanti.

4.   Konklużjonijiet

4.1

Il-KESE jirrealizza li l-proposta li temenda d-Direttivi dwar l-għaqdiet jew id-diviżjonijiet tal-kumpaniji b'responsabbiltà pubblika limitata hija parti mill-pjan li jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-kumpaniji Ewropej. Madankollu huwa rrakkomandat li jitqies il-fatt li dan it-tip ta' proċess legali ġeneralment jinvolvi kumpaniji ta' responsabbiltà limitata li l-partijiet interessati tagħhom jinkludu kemm managers tal-portafolji kif ukoll investituri individwali, li għandhom interessi differenti. Investituri individwali jkunu jridu jimmassimizzaw il-valur ta' l-iskambju ta' l-ishma tagħhom.

4.2

L-iskop ta' l-emenda għandu jkun l-promozzjoni ta' l-interess ġenerali ta' dawk kollha involuti f'operazzjonijiet legali ta' dan it-tip, fejn l-evalwazzjonijiet minn esperti jassiguraw trasparenza u affidabbiltà ikbar ta' l-offerti li jinsabu fl-abbozz tat-termini ta' l-għaqdiet jew id-diviżjonijiet, billi l-esperti huma indipendenti u għalhekk għandhom kriterji objettivi għall-kontenut ta' l-abbozz tat-termini.

4.3

B'żieda ma' dan, il-KESE jikkunsidra r-regoli bażiċi għall-involviment ta' l-esperti bħala dawk li jinsabu fl-Artikoli 10, 10a u 10b tat-tieni Direttiva, fejn ir-rinunzja tal-ħtieġa għal rapport minn espert hija kondizzjonali fuq l-eżistenza ta' evalwazzjonijiet reċenti, li jistgħu jiġu verifikati.

4.4

Mill-banda l-oħra, il-KESE jemmen li għandhom jitqiesu d-dispożizzjonijiet ta' l-10 Direttiva, mhux biss għax ġiet ippubblikata reċentement, iżda għax tikkonforma iktar mal-kriterji l-ġodda relatati ma' l-interessi imħarsa mil-liġi tal-kumpaniji, li ma tikkunsidrax biss il-partijiet interessati u l-kredituri, iżda l-impjegati wkoll, li jagħmlu parti mill-istruttura tal-kumpanija. Għalhekk naħsbu li l-iskop tal-proposta attwali għandu jitwessa' skond l-Artikolu 16 tad-Direttiva msemmija hawn fuq, billi hija iktar konsistenti ma' l-objettiv tal-konformità tar-regoli nazzjonali għall-għaqdiet jew id-diviżjonijiet.

Brussel, it-30 ta' Mejju 2007.

Il-President

tal- Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Dimitris DIMITRIADIS


(1)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew, COM(2003) 284 finali.

(2)  COM(2007) 23 finali.

(3)  ĠU C 310, 25.11.2005, p. 1.

(4)  Direttiva 2006/68/KE, ĠU L 264, 25.9.2006.


ANNESS

għall- Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

L-emendi segwenti, ivvutati f'daqqa, ġew irrifjutati matul id-dibattitu, iżda kisbu kwart tal-voti mitfugħa.

1)   Neħħi l-punt 3.2:

3.2

Madankollu, il-KESE għadu jara l-problemi, b'mod partikulari dawk relatati ma' l-għaqdiet ta' kumpaniji kbar, minħabba d-diversità tal-partijiet interessati, li l-biċċa l-kbira minnhom huma investituri. Jekk l-ishma m'humiex ġestjonati b'mod dirett, il-partijiet interessati f'minoranza jistgħu jkunu esposti u obbligati li jaċċettaw ftehim adottat mill-korpi li jiġġestjonaw it-titoli tagħ hom. Minkejja li r-regoli eżistenti jipprovdu g ħad-dritt ta' l-oppożizzjoni u l-irtirar minn ftehim ta ' dan it-tip f' każijiet fejn il-partijiet interessati jo ġġezzjonaw għ ar-riżultat ekonomiku ta ' l-operazzjonijiet, speċjalment fir-rigward ta' l-iskambji ta' l-ishma (share swaps) ser ikun ħafna iktar diffiċli sabiex jiġ i eżer ċitat dan id-dritt jekk ma jkun hemm l-ebda rapport minn espert dwar l-abbozz tat-termini ta' l-għaqdiet.

Raġunijiet

L-iskop ta' din l-emenda għad-Direttivi dwar l-għaqdiet u d-diviżjonijiet ta' kumpaniji b'responsabbiltà pubblika limitata huwa li tikkonforma l-kontenut tagħhom ma' dak tad-Direttiva dwar il-mergers transkonfinali fir-rigward ta' l-involviment ta' l-esperti fit-tfassil tar-rapport dwar l-abbozz tat-termini ta' l-għaqdiet jew tad-diviżjonijiet, sakemm il-partijiet interessati kollha u dawk kollha li jżommu t-titoli li jagħtu d-dritt tal-vot ikunu qablu hekk. Il-proposta sabiex jiġu ssemplifikati l-proċeduri tippromovi l-effiċjenza u l-kompetittività ta' l-intraprendituri, mingħajr ma jkun hemm l-ebda restrizzjoni fuq il-protezzjoni rikonoxxuta tal-partijiet interessati minuri u l-kredituri tal-kumpanija.

Sakemm id-deċiżjonijiet jittieħdu b'mod unanimu, il-problemi msemmija fil-punt 3.2 ma jibqgħux japplikaw. Il-gruppi tal-ġestjoni ta' l-ishma huma eletti mill-partijiet interessati sabiex jiddefendu l-interessi tagħhom stess. Għalhekk, il-problema tat-teħid tad-deċiżjonijiet li jmorru kontra l-interessi tal-partijiet interessati minuri ma jinħolqux, peress li jkunu favur id-deċiżjoni.

2)   Neħħi l-punt 3.3:

3.3

Bl-istess raġunament nemmnu li l-kredituri u l-impjegati tal-kumpaniji huma vulnerabbli jekk ser jitħallew fid-dlam minħabba nuqqas ta' evalwazzjoni objettiva taħt ir-responsabbiltà ta' l-esperti. Huwa rikonoxxut id-dritt tal-kredituri li jopponu għaqda meta jiġ u ppubblikati l-avviżi ta ' l-għaqda, sakemm it-talbiet (claims) tagħhom m'humiex garantiti. Madankollu, irridu niftakru li la d-Direttiva dwar l-għ aqdiet u lanqas id-Direttiva dwar id-diviżjonijiet ma jag ħtu l-ebda dritt għall-ħaddiema, filwaqt li d-Direttiva dwar l-għaqdiet transkonfinali tipprovdi l-għ ażla tal-parte ċ ipazzjoni mill-impjegati (Artikolu 16), li tippromovi riżultat a ħjar permezz ta' kanali adattati ta' informazzjoni.

Raġunijiet

B'referenza għall-punt 3.3, għandu jiġi enfasizzat li l-għaqdiet u d-diviżjonijiet huma problemi speċifiċi għall-kumpanija. Il-kredituri għandhom id-dritt inaljenabbli u rikonoxxut li jeżerċitaw il-veto tagħhom, ladarba jiġu ppubblikati l-offerta jew l-abbozz ta' l-għaqda. Ir-regoli proposti mill-Kummissjoni m'għandhomx l-intenzjoni li jneħħu dan id-dritt, iżda minflok li jissemplifikaw il-proċeduri. B'referenza għad-drittijiet ta' l-impjegati, jekk tfasslux jew le l-abbozz ta' għaqda jew jekk tkunx twettqet evalwazzjoni minn espert bl-ebda mod ma jinfluwenzaw is-sitwazzjoni tagħhom; tassew, l-ispejjeż inerenti meta jiġi kkommissjonat rapport ta' l-espert huma ta' sikwit għoljin, u dawn il-fondi jistgħu jintużaw sabiex jittejbu l-kondizzjonijiet u r-remunerazzjoni ta' l-impjegati.

3)   Neħħi l-punt 3.4:

3.4

L-effikaċja tal-leġislazzjoni tiddependi fuq jekk tħarisx lid-drittijiet ta' dawk kollha involuti fil-proċessi legali — f' dan il-każ l-g ħ aqdiet u d-diviżjonijiet — billi l-komplessità tagħhom tagħmilha neċessarja li tippromovi mezzi li tirrendihom trasparenti mingħajr ma toħloq konflitti bejn il-partijiet kollha kkonċernati. L-abolizzjoni tar-rapport minn espert soġġett għall-approvazzjoni tal-partijiet kollha interessati għandha sseħħ fiċ-ċ irkostanzi ppreżentati fl-Artikolu 10 tad-Direttiva 2006/68/KE, ji ġifieri meta l-assi huma fil-forma ta' titoli trasferibbli jew strumenti tas-suq tal-flus jew li reċenement ġew valutati minn esperti indipendenti, billi l-valur jista' jiġi verifikat u jkun aċċertat skond l-istandards rilevanti.

Raġuni

Il-punt 3.4 ta' l-abbozz ta' opinjoni jirreferi għall-Artikolu 10 punt a) tad-Direttiva 2006/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Settembru 2006 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 77/91/KEE fir-rigward tal-formazzjoni tal-kumpaniji pubbliċi b'responsabbiltà limitata u ż-żamma u l-alterazzjoni tal-kapital tagħhom. Dan l-Artikolu ma japplikax f'dan il-każ u m'huwiex emendat mill-proposta għal direttiva. L-Artikolu 10 punt a) tad-Direttiva 2006/68/KE jipprovdi għall-kondizzjonijiet ta' prestazzjoni preċedenti ta' valutazzjoni minn espert indipendenti rikonoxxut, u għal evalwazzjoni mill-ġdid li ssir iktar tard fuq l-inizjattiva u taħt ir-responsabbiltà tal-korp tal-ġestjoni jew ta' l-amministrazzjoni. Jekk m'hemm l-ebda evalwazzjoni mill-ġdid, il-partijiet interessati minuri (li għandhom minn ta' l-inqas 8 % tal-kapital maħruġ) huma intitolati li jitolbu valutazzjoni minn espert indipendenti. Fid-dawl li l-proposta tirreferi għal sitwazzjoni rara immens iżda definita b'mod ċar, jiġifieri l-unanimità rispettiva tal-partijiet interessati kollha, il-problema li jinħoloq il-kunflitt bejn il-partijiet differenti, deskritta fil-punt 3.4 ta' l-abbozz ta' opinjoni, ma sseħħx.

4)   Emenda l-punt 4.1 kif ġej:

4.1

Il-KESE jirrealizza li l-proposta li temenda d-Direttivi dwar l-għaqdiet jew id-diviżjonijiet tal-kumpaniji b'responsabbiltà pubblika limitata hija parti mill-pjan li jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-kumpaniji Ewropej, u għalhekk japprova l-proposta. Madankollu huwa rrakkomandat li jitqies il-fatt li dan it-tip ta' proċess legali ġeneralment jinvolvi kumpaniji ta' responsabbiltà limitata li l-partijiet interessati tagħhom jinkludu kemm managers tal-portafolji kif ukoll investituri individwali, li għandhom interessi differenti. Investituri individwali jkunu jridu jimmassimizzaw il-valur ta' l-iskambju ta' l-ishma tagħhom.

Raġuni

Ser tingħata bil-fomm.

5)   Neħħi l-punt 4.2:

4.2

L-iskop ta' l-emenda għandu jkun l-promozzjoni ta' l-interess ġenerali ta' dawk kollha involuti f'operazzjonijiet legali ta' dan it-tip, fejn l-evalwazzjonijiet minn esperti jassiguraw trasparenza u affidabbiltà ikbar ta' l-offerti li jinsabu fl-abbozz tat-termini ta' l-għ aqdiet jew id-diviżjonijiet, billi l-esperti h uma indipendenti u għalhekk għandhom kriterji objettivi għall-kontenut ta' l-abbozz tat-termini.

Raġuni

Il-punti 4.2, 4.3 u 4.4 tneħħew għall-istess raġunijiet mogħtija għat-tneħħija tal-punti 3.2, 3.3 u 3.4.

6)   Neħħi l-punt 4.3:

4.3

B' żieda ma ' dan, i l-KESE jikkunsidra r-regoli bażi ċi għall-involviment ta' l-esperti bħala dawk li jinsabu fl-Artikoli 10, 10a u 10b tat-tieni Direttiva, fejn ir-rinunzja tal-ħtieġa għ al rapport minn espert hija kondizzjonali fuq l-eżistenza ta ' evalwazzjonijiet reċenti, li jistgħu jiġu verifikati.

Raġuni

Il-punti 4.2, 4.3 u 4.4 tneħħew għall-istess raġunijiet mogħtija għat-tneħħija tal-punti 3.2, 3.3 u 3.4.

7)   Neħħi l-punt 4.4:

4.4

Mill-banda l-oħra, il-KESE jemmen li għ andhom jitqiesu d-dispożizzjonijiet ta ' l-10 Direttiva, mhux biss għax ġiet ippubblikata reċ entement, iżda g ħax tikkonforma iktar mal-kriterji l-ġodda relatati ma' l-interessi imħarsa mil-liġ i tal-kumpaniji, li ma tikkunsidrax biss il-partijiet interessati u l-kredituri, iżda l-impjegati wkoll, li j agħmlu parti mill-istruttura tal-kumpanija. Għalhekk naħsbu li l-iskop tal-proposta attwali għandu jitwessa' skond l-Artikolu 16 tad-Direttiva msemmija hawn fuq, billi hija iktar konsistenti ma' l-objettiv tal-konformità tar-regoli nazzjonali għall-għaqdie t jew id-diviżjonijiet.

Raġuni

Il-punti 4.2, 4.3 u 4.4 tneħħew għall-istess raġunijiet mogħtija għat-tneħħija tal-punti 3.2, 3.3 u 3.4.

Riżultat tal-votazzjoni

Favur: 44

Kontra: 104

Astensjonijiet: 28


Top