EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 42013D0119
2013/119/EU: Decision of the Representatives of the Governments of the Member States of 6 March 2013 appointing Judges to the General Court
2013/119/UE: Deċiżjoni tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tas- 6 ta’ Marzu 2013 li taħtar Imħallfin fil-Qorti Ġenerali
2013/119/UE: Deċiżjoni tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tas- 6 ta’ Marzu 2013 li taħtar Imħallfin fil-Qorti Ġenerali
ĠU L 65, 8.3.2013, p. 21–21
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/08/2019
8.3.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 65/21 |
DEĊIŻJONI TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI
tas-6 ta’ Marzu 2013
li taħtar Imħallfin fil-Qorti Ġenerali
(2013/119/UE)
IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 254 u 255 tiegħu,
Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 106a(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-mandati ta’ tlettax-il Imħallef fil-Qorti Ġenerali ser jiskadu fil-31 ta’ Awwissu 2013. Jeħtieġ isir il-proċess ta’ ħatriet ġodda għall-perijodu mill-1 ta’ Settembru 2013 sal-31 ta’ Awwissu 2019. |
(2) |
Ġie propost li l-mandat tas-Sinjura Mariyana KANCHEVA u tas-Sinjura Ingrīda LABUCKA kif ukoll tas-Sur Alfred DITTRICH u tas-Sur Nicholas James FORWOOD jiġu mġedda. |
(3) |
Il-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ta l-opinjoni tiegħu dwar l-idoneità tas-Sinjura Mariyana KANCHEVA u tas-Sinjura Ingrīda LABUCKA kif ukoll tas-Sur Alfred DITTRICH u tas-Sur Nicholas James FORWOOD għall-qadi tal-funzjonijiet ta’ Mħallfin fil-Qorti Ġenerali, |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Għandhom jinħatru Mħallfin fil-Qorti Ġenerali għall-perijodu mill-1 ta’ Settembru 2013 sal-31 ta’ Awwissu 2019:
— |
Is-Sur Alfred DITTRICH, |
— |
Is-Sur Nicholas James FORWOOD, |
— |
Is-Sinjura Mariyana KANCHEVA, |
— |
Is-Sinjura Ingrīda LABUCKA. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Marzu 2013.
Il-President
R. MONTGOMERY