This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32023R0450
Commission Delegated Regulation (EU) 2023/450 of 25 November 2022 supplementing Regulation (EU) 2021/23 of the European Parliament and of the Council with regard to regulatory technical standards specifying the order in which CCPs are to pay the recompense referred to in Article 20(1) of Regulation (EU) 2021/23, the maximum number of years during which those CCPs are to use a share of their annual profits for such payments to possessors of instruments recognising a claim on their future profits and the maximum share of those profits that is to be used for those payments (Text with EEA relevance)
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/450 tal-25 ta’ Novembru 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2021/23 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw l-ordni li fih is-CCPs għandhom iħallsu l-kumpens imsemmi fl-Artikolu 20(1) tar-Regolament (UE) 2021/23, l-għadd massimu ta’ snin li matulhom dawn is-CCPs għandhom jużaw sehem mill-profitti annwali tagħhom għal tali pagamenti lill-pussessuri ta’ strumenti li jirrikonoxxu pretensjoni fuq il-profitti futuri tagħhom u s-sehem massimu ta’ dawn il-profitti li għandu jintuża għal dawn il-pagamenti (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/450 tal-25 ta’ Novembru 2022 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2021/23 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw l-ordni li fih is-CCPs għandhom iħallsu l-kumpens imsemmi fl-Artikolu 20(1) tar-Regolament (UE) 2021/23, l-għadd massimu ta’ snin li matulhom dawn is-CCPs għandhom jużaw sehem mill-profitti annwali tagħhom għal tali pagamenti lill-pussessuri ta’ strumenti li jirrikonoxxu pretensjoni fuq il-profitti futuri tagħhom u s-sehem massimu ta’ dawn il-profitti li għandu jintuża għal dawn il-pagamenti (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2022/8433
ĠU L 67, 3.3.2023, p. 5–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Completion | 32021R0023 | 23/03/2023 |
3.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 67/5 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/450
tal-25 ta’ Novembru 2022
li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2021/23 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw l-ordni li fih is-CCPs għandhom iħallsu l-kumpens imsemmi fl-Artikolu 20(1) tar-Regolament (UE) 2021/23, l-għadd massimu ta’ snin li matulhom dawn is-CCPs għandhom jużaw sehem mill-profitti annwali tagħhom għal tali pagamenti lill-pussessuri ta’ strumenti li jirrikonoxxu pretensjoni fuq il-profitti futuri tagħhom u s-sehem massimu ta’ dawn il-profitti li għandu jintuża għal dawn il-pagamenti
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2021/23 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni tal-kontropartijiet ċentrali u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1095/2010, (UE) Nru 648/2012, (UE) Nru 600/2014, (UE) Nru 806/2014 u (UE) 2015/2365 u d-Direttivi 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2007/36/KE, 2014/59/UE u (UE) 2017/1132 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 20(2), it-tielet subparagrafu tiegħu,
Billi:
(1) |
Huwa meħtieġ li jiġi żgurat li l-membri tal-ikklirjar mhux inadempjenti eliġibbli għall-kumpens imsemmi fl-Artikolu 20(1) tar-Regolament (UE) 2021/23 jiġu ttrattati b’mod ġust. Għaldaqstant, meta jkun hemm separazzjoni bejn pagamenti fi flus kontanti u strumenti li jirrikonoxxu pretensjoni fuq profitti futuri, l-allokazzjoni bejn il-pagamenti fi flus kontanti u dawk l-istrumenti jenħtieġ li tkun identika għall-membri tal-ikklirjar mhux inadempjenti kollha li jridu jiġu kkumpensati. |
(2) |
Skont l-Artikolu 20(1) tar-Regolament (UE) 2021/23, l-awtorità kompetenti ta’ CCP tista’ tesiġi li CCP tikkumpensa lill-membri tal-ikklirjar għat-telf tagħhom permezz tal-ħruġ ta’ strumenti li jirrikonoxxu pretensjoni fuq il-profitti futuri ta’ dik is-CCP. Madankollu, jenħtieġ li l-ħruġ ta’ tali strumenti, u l-pretensjonijiet li jirriżultaw fuq il-profitti futuri tas-CCP, ma jipperikolawx il-vijabbiltà tas-CCP u l-kapaċità tagħha li tissodisfa l-ħtiġijiet ta’ investiment tagħha, u lanqas ma jnaqqsu l-attraenza tas-CCP għall-azzjonisti u l-investituri esterni tagħha matul perjodu twil. Sabiex jitnaqqas dan ir-riskju, huwa xieraq li jiġi stabbilit li jenħtieġ li l-pretensjonijiet annwali fuq il-profitti futuri ta’ CCP ma jaqbżux 70 % tal-profitti annwali tas-CCP, u li tali strumenti u pretensjonijiet jenħtieġ li ma jaqbżux perjodu ta’ aktar minn għaxar snin. |
(3) |
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji ppreżentati lill-Kummissjoni mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq. |
(4) |
L-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji li fuqu huwa bbażat dan ir-Regolament, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet il-parir tal-Grupp tal-Partijiet Interessati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ordni li fih għandu jitħallas il-kumpens imsemmi fl-Artikolu 20(1) tar-Regolament (UE) 2021/23
1. CCP li tkun ġiet obbligata mill-awtorità kompetenti tagħha, f’konformità mal-Artikolu 20(1) tar-Regolament (UE) 2021/23, li tikkumpensa lill-membri tal-ikklirjar mhux inadempjenti, għandha tikkumpensa pari passu lil dawn il-membri tal-ikklirjar.
2. CCP li tkun ġiet obbligata mill-awtorità kompetenti tagħha li tikkumpensa lill-membri tal-ikklirjar mhux inadempjenti tagħha kemm fi flus kontanti kif ukoll permezz tad-distribuzzjoni ta’ strumenti li jirrikonoxxu pretensjoni fuq il-profitti futuri tas-CCP għandha tuża l-istess skema eżatt ta’ allokazzjoni għall-membri tal-ikklirjar mhux inadempjenti kollha meta tiddetermina liema partijiet ta’ dan il-kumpens għandhom jiġu allokati fi flus kontanti u f’kumpens mhux fi flus kontanti.
3. Kwalunkwe ftehim ta’ trasferiment ta’ profitt li jista’ jostakola l-livell ta’ profitt għandu jiġi integrat mill-ġdid fl-ammont ta’ profitt tas-CCP.
Artikolu 2
Sehem massimu tal-profitti annwali tas-CCP li għandu jintuża għall-pagamenti li jirrigwardaw strumenti li jirrikonoxxu pretensjoni fuq il-profitti futuri tas-CCP
Il-pagamenti ta’ kumpens annwali li għandhom isiru minn CCP skont l-istrumenti li jirrikonoxxu pretensjoni fuq il-profitti futuri tagħha u li jkunu nħarġu lil kull membru tal-ikklirjar mhux inadempjenti affettwat ma għandhomx jaqbżu 70 % tal-profitt annwali ta’ dik is-CCP għal kull sena finanzjarja.
Artikolu 3
Għadd massimu ta’ snin li matulhom il-pussessur huwa intitolat li jirċievi pagamenti mis-CCP sakemm jinġabar it-telf
L-għadd ta’ snin li matulhom strument li jirrikonoxxi pretensjoni fuq profitti futuri tas-CCP jintitola lill-pussessur jirċievi pagamenti mis-CCP fuq bażi annwali sakemm jinġabar it-telf ma għandux jaqbeż 10 snin.
Artikolu 4
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Novembru 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).