Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023D0995

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/995 tat-22 ta’ Mejju 2023 li temenda u taġġorna d-Deċiżjoni (PESK) 2018/340 li tistabbilixxi l-lista ta’ proġetti li għandhom jiġu żviluppati taħt il-PESCO

ST/9098/2023/INIT

ĠU L 135, 23.5.2023, p. 123–130 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/995/oj

23.5.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 135/123


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2023/995

tat-22 ta’ Mejju 2023

li temenda u taġġorna d-Deċiżjoni (PESK) 2018/340 li tistabbilixxi l-lista ta’ proġetti li għandhom jiġu żviluppati taħt il-PESCO

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 46(6) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2315 tal-11 ta’ Diċembru 2017 li tistabbilixxi kooperazzjoni strutturata permanenti (PESCO) u li tiddetermina l-lista ta’ Stati Membri parteċipanti (1),

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-11 ta’ Diċembru 2017, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2017/2315.

(2)

L-Artikolu 4(2), il-punt (e), tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/2315 jipprevedi li l-Kunsill għandu jistabbilixxi l-lista ta’ proġetti li għandhom jiġu żviluppati taħt kooperazzjoni strutturata permanenti (PESCO), li jirriflettu kemm appoġġ għall-iżvilupp tal-kapaċitajiet kif ukoll il-forniment ta’ appoġġ sostanzjali skont il-mezzi u l-kapaċitajiet għal operazzjonijiet u missjonijiet tal-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża komuni (PSDK).

(3)

Fis-6 ta’ Marzu 2018, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/340 (2) li tistabbilixxi l-lista ta’ proġetti li għandhom jiġu żviluppati taħt il-PESCO.

(4)

Fis-6 ta’ Marzu 2018, il-Kunsill adotta wkoll Rakkomandazzjoni dwar pjan direzzjonali għall-implimentazzjoni tal-PESCO (3) (“ir-Rakkomandazzjoni”).

(5)

Il-paragrafu 9 tar-Rakkomandazzjoni speċifika li jenħtieġ li l-Kunsill jaġġorna l-lista ta’ proġetti PESCO sa Novembru 2018 biex tinkludi s-sett ta’ proġetti li jmiss, f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni (PESK) 2017/2315, li tipprevedi b’mod partikolari li r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (ir-“Rappreżentant Għoli”) jista’ jagħmel rakkomandazzjoni rigward l-identifikazzjoni u l-evalwazzjoni ta’ proġetti PESCO, abbażi ta’ valutazzjonijiet mogħtija mis-segretarjat tal-PESCO, għal deċiżjoni li tittieħed mill-Kunsill, wara parir militari mill-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea (EUMC).

(6)

Fil-25 ta’ Ġunju 2018, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/909 (4) li tistabbilixxi sett komuni ta’ regoli ta’ governanza għall-proġetti PESCO.

(7)

Fid-19 ta’ Novembru 2018, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2018/1797 (5) li temenda u taġġorna d-Deċiżjoni (PESK) 2018/340.

(8)

Fis-16 ta’ Novembru 2021, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2021/2008 (6) li temenda u taġġorna d-Deċiżjoni (PESK) 2018/340.

(9)

Fl-14 ta’ Novembru 2022, il-Kunsill adotta Rakkomandazzjoni li tivvaluta l-progress li sar mill-Istati Membri parteċipanti biex jissodisfaw l-impenji meħuda fil-qafas tal-PESCO (7).

(10)

Fil-31 ta’ Marzu 2023, ir-Rappreżentant Għoli għamel rakkomandazzjoni lill-Kunsill rigward l-identifikazzjoni u l-evalwazzjoni ta’ proposti ta’ proġetti fil-qafas tal-PESCO.

(11)

Fl-4 ta’ April 2023, is-Segretarjat tal-PESCO informa lill-Kunsill li l-membri tal-proġett “Kapaċità ta’ Appoġġ Indirett tal-Artillerija (EuroArtillery)” kienu iddeċidew li jagħlqu l-proġett.

(12)

Fl-24 ta’ April 2023, is-Segretarjat tal-PESCO informa lill-Kunsill li l-membri tal-proġetti “Ċentri ta’ Ttestjar u Evalwazzjoni tal-UE (EUTEC)” u “Kondiviżjoni tal-bażijiet” iddeċidew li jagħlqu l-proġetti.

(13)

Fl-4 ta’ Mejju 2023, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà qabel dwar ir-rakkomandazzjonijiet li jinsabu fil-parir militari tal-EUMC dwar ir-rakkomandazzjoni tar-Rappreżentant Għoli rigward l-identifikazzjoni u l-evalwazzjoni ta’ proposti ta’ proġetti fil-qafas tal-PESCO.

(14)

Għalhekk jenħtieġ li l-Kunsill jemenda u jaġġorna d-Deċiżjoni (PESK) 2018/340,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni (PESK) 2018/340 hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 1, jiżdiedu l-proġetti li ġejjin:

“62.

Trasport bl-Ajru għad-Difiża Ewropea - Akkademja għat-Taħriġ (EDA-TA);

63.

Sistema Awtonoma tal-Art Integrata 2 (iUGS 2);

64.

Sensuri tal-Kontrobatterija (CoBaS);

65.

Torpedo antitorpedo (ATT);

66.

Protezzjoni tal-Infrastruttura Kritika f’Qiegħ il-Baħar (CSIP);

67.

Missila futura mill-ajru għall-ajru ta’ medda qasira (FSRM);

68.

Ħelikopter ta’ Tagħbija Medja tal-Ġenerazzjoni li Jmiss (NGMH);

69.

Sistema Integrata ta’ Difiża kontra l-Ajru u l-Missili b’Diversi Saffi (IMLAMD);

70.

Sistema ta’ Tagħmir u Sensuri għall-Kmand u l-Kontroll fl-Artiku (ACCESS);

71.

Infrastruttura u Networks tal-Komunikazzjoni Robusti (ROCOMIN);

72.

ROLE 2F.”;

(2)

l-Anness I huwa emendat f’konformità mal-Anness I għal din id-Deċiżjoni;

(3)

l-Anness II huwa sostitwit f’konformità mal-Anness II għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Mejju 2023.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BORRELL FONTELLES


(1)   ĠU L 331, 14. 12. 2017, p. 57.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/340 tas-6 ta’ Marzu 2018 li tistabbilixxi l-lista ta’ proġetti li għandhom jiġu żviluppati taħt il-PESCO (ĠU L 65, 8.3.2018, p. 24).

(3)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-6 ta’ Marzu 2018 dwar pjan direzzjonali għall-implimentazzjoni tal-PESCO (ĠU C 88, 8.3.2018, p. 1).

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/909 tal-25 ta’ Ġunju 2018 li tistabbilixxi sett komuni ta’ regoli ta’ governanza għall-proġetti PESCO (ĠU L 161, 26.6.2018, p. 37).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1797 tad-19 ta’ Novembru 2018 li temenda u taġġorna d-Deċiżjoni (PESK) 2018/340 li tistabbilixxi l-lista tal-proġetti li għandhom jiġu żviluppati taħt il-PESCO (ĠU L 294, 21. 11. 2018, p. 18).

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/2008 tas-16 ta’ Novembru 2021 li temenda u taġġorna d-Deċiżjoni (PESK) 2018/340 li tistabbilixxi l-lista ta’ proġetti li għandhom jiġu żviluppati taħt il-PESCO (ĠU L 407, 17.11.2021, p. 37).

(7)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-14 ta’ Novembru 2022 li tivvaluta l-progress li sar mill-Istati Membri parteċipanti biex jissodisfaw l-impenji meħuda fil-qafas tal-kooperazzjoni strutturata permanenti (PESCO) (2022/C 433/02) (ĠU C 433, 15.11.2022, p. 6).


ANNESS I

L-entrati li ġejjin jiżdiedu mal-lista tal-membri tal-proġett ta’ kull proġett individwali stabbilit fl-Anness I għad-Deċiżjoni (PESK) 2018/340:

Proġett

Membri tal-Proġett

“62.

Trasport bl-Ajru għad-Difiża Ewropea - Akkademja għat-Taħriġ (EDA-TA)

Franza, Spanja, Italja, Ungerija, Portugall

63.

Sistema awtonoma tal-Art Integrata 2 (iUGS 2)

Estonja, Ġermanja, Franza, Italja, Latvja, Ungerija, Netherlands, Finlandja, Żvezja

64.

Sensuri tal-Kontrobatterija (CoBaS)

Franza, Netherlands

65.

Torpedo antitorpedo (ATT)

Ġermanja, Netherlands

66.

Protezzjoni tal-Infrastruttura Kritika f’Qiegħ il-Baħar (CSIP)

Italja, Ġermanja, Spanja, Franza, Portugall, Żvezja

67.

Missila Futura mill-Ajru għall-Ajru ta’ Medda Qasira (FSRM)

Ġermanja, Spanja, Italja, Ungerija, Żvezja

68.

Ħelikopter ta’ Tagħbija Medja tal-Ġenerazzjoni li Jmiss (NGMH)

Franza, Spanja, Italja, Finlandja

69.

Sistema Integrata ta’ Difiża kontra l-Ajru u l-Missili b’Diversi Saffi (IMLAMD)

Italja, Franza, Ungerija, Żvezja

70.

Sistema ta’ Tagħmir u Sensuri għall-Kmand u l-Kontroll fl-Artiku (ACCESS)

Finlandja, Estonja, Franza, Żvezja

71.

Infrastruttura u Networks tal-Komunikazzjoni Robusti (ROCOMIN)

Żvezja, Estonja, Franza

72.

ROLE 2F

Spanja, Bulgarija, Franza, Portugall, Finlandja, Żvezja”


ANNESS II

L-Anness II għad-Deċiżjoni (PESK) 2018/340 huwa sostitwit bl-Anness II hawn taħt:

“ANNESS II

LISTA AĠĠORNATA KONSOLIDATA TAL-MEMBRI TAL-PROĠETTI GĦAL KULL PROĠETT INDIVIDWALI

Proġett

Membri tal-Proġett

1.

Kmand Mediku Ewropew (EMC)

Ġermanja, Belġju, Ċekja, Estonja, Spanja, Franza, Italja, Lussemburgu, Ungerija, Netherlands, Polonja, Rumanija, Slovakkja, Żvezja

2.

Radju Sigur Ewropew definit b’Software (ESSOR)

Franza, Ġermanja, Spanja, Italja, Netherlands, Polonja, Portugall, Finlandja

3.

Network ta’ Ċentri Loġistiċi fl-Ewropa u Appoġġ għall-Operazzjonijiet (NetLogHubs)

Ġermanja, Belġju, Bulgarija, Greċja, Spanja, Franza, Kroazja, Italja, Ċipru, Litwanja, Lussemburgu, Ungerija, Netherlands, Polonja, Slovenja, Slovakkja

4.

Mobbiltà Militari

Netherlands, Belġju, Bulgarija, Ċekja, Ġermanja, Estonja, Greċja, Spanja, Franza, Kroazja, Italja, Ċipru, Latvja, Litwanja, Lussemburgu, Ungerija, Awstrija, Polonja, Portugall, Rumanija, Slovenja, Slovakkja, Finlandja, Żvezja

5.

Ċentru Ewropew ta’ Ċertifikazzjoni tat-Taħriġ għall-Armati Ewropej

Italja, Greċja

6.

Funzjoni Operazzjonali tal-Enerġija (EOF)

Franza, Belġju, Spanja, Italja, Slovenja

7.

Pakkett Militari għall-Istazzjonament ta’ Kapaċitajiet ta’ Għajnuna f’Każ ta’ Diżastru (DM-DRCP)

Italja, Irlanda, Greċja, Spanja, Kroazja, Awstrija

8.

Sistemi Marittimi (semi)Awtonomi għal Miżuri kontra l-Mini (MAS MCM)

Belġju, Irlanda, Greċja, Franza, Latvja, Netherlands, Polonja, Portugall, Rumanija

9.

Sorveljanza u Protezzjoni tal-Port u Marittimi (HARMSPRO)

Italja, Greċja, Polonja, Portugall

10.

Titjib tas-Sorveljanza Marittima (UMS)

Greċja, Bulgarija, Irlanda, Spanja, Franza, Kroazja, Italja, Ċipru

11.

Pjattaforma għall-Kondiviżjoni tal-Informazzjoni dwar it-Theddid Ċibernetiku u r-Rispons għall-Inċidenti (CTISP)

Greċja, Irlanda, Italja, Ċipru, Ungerija, Portugall

12.

Timijiet ta’ Rispons Rapidu Ċibernetiku u Assistenza Reċiproka fis-Sigurtà Ċibernetika (CRRT)

Litwanja, Belġju, Estonja, Kroazja, Netherlands, Polonja, Rumanija, Slovenja

13.

Sistema Strateġika ta’ Kmand u Kontroll (C2)

għall-Missjonijiet u l-Operazzjonijiet tal-PSDK (EUMILCOM)

Spanja, Ġermanja, Franza, Italja, Lussemburgu, Portugall

14.

Vettura Armata għall-Ġlied tal-Infanterija /

Vettura Amfibja tal-Attakk / Vettura

Ħafifa Armata (AIFV/AAV/LAV)

Italja, Greċja, Slovakkja

15.

Grupp Ristrett li Jħaddem ir-Rispons għall-Kriżijiet tal-EUFOR (EUFOR CROC)

Ġermanja, Greċja, Spanja, Franza, Italja, Ċipru, Netherlands, Awstrija

16.

Taħriġ bil-Ħelikopters f’Temperaturi u Altitudni Għoljin (Taħriġ H3)

Greċja, Italja, Rumanija

17.

Skola tal-Intelligence Konġunta tal-UE (JEIS)

Greċja, Ċipru

18.

Sistema Awtonoma tal-Art Integrata (iUGS)

Estonja, Belġju, Ċekja, Ġermanja, Spanja, Franza, Latvja, Netherlands, Polonja, Finlandja

19.

Sistemi ta’ Missili Tattiċi tal-Art Lil Hinn mil-Linja ta’ Viżjoni (BLOS) tal-UE

Franza, Belġju, Ċipru, Żvezja

20.

Pakkett ta’ Kapaċità ta’ Intervent Taħt l-Ilma Modulari Skjerabbli (DIVEPACK)

Bulgarija, Greċja, Franza, Italja, Rumanija

21.

Sistemi Ewropej ta’ Inġenji tal-Ajru Ppilotati mill-Bogħod b’Reżistenza Twila f’Altitudni Medja - MALE RPAS (Eurodrone)

Ġermanja, Ċekja, Spanja, Franza, Italja

22.

Ħelikopters ta’ Attakk Ewropej

TIGER Mark III

Franza, Ġermanja, Spanja

23.

Difiża kontra Sistema tal-Ajru mingħajr Bdot Abbord (C-UAS)

Italja, Ċekja, Żvezja

24.

Pjattaforma Ewropea ta’ Airships ta’ Atmosfera Għolja (EHAAP) – Kapaċità Persistenti ta’ Intelligence, Sorveljanza u Rikonijizzjoni (ISR)

Italja, Franza

25.

Post Uniku ta’ Kmand (CP) Skjerabbli għall-Kmand u l-Kontroll Tattiċi (C2) ta’ Forzi ta’ Operazzjonijiet Speċjali (SOF) għal Operazzjonijiet Konġunti Żgħar (SJO) – (SOCC) għal SJO

Greċja, Ċipru

26.

Kapaċità ta’ Gwerra Elettronika u Programm ta’ Interoperabbiltà għal Kooperazzjoni Futura ta’ Intelligence, Sorveljanza u Reconnaissance (JISR)

Ċekja, Ġermanja, Litwanja

27.

Sorveljanza Kimika, Bijoloġika, Radjoloġika u Nukleari (CBRN) bħala Servizz (CBRN SaaS)

Awstrija, Franza, Kroazja, Ungerija, Slovenja

28.

Element ta’ Koordinazzjoni tal-Appoġġ Ġeo-meteoroloġiku u Oċeanografiku (GeoMETOC) (GMSCE)

Ġermanja, Belġju, Greċja, Franza, Lussemburgu, Awstrija, Portugall, Rumanija

29.

Soluzzjoni ta’ Radjunavigazzjoni tal-UE (EURAS)

Franza, Belġju, Ġermanja, Spanja, Italja, Polonja

30.

Network ta’ Sensibilizzazzjoni tas-Sorveljanza Spazjali Militari Ewropew (EU-SSA-N)

Italja, Ġermanja, Franza, Netherlands

31.

Ċentru Komuni Ewropew Integrat għat-Taħriġ u s-Simulazzjoni (EUROSIM)

Ungerija, Ġermanja, Franza, Polonja, Slovenja

32.

Hub tal-UE għall-Akkademja u l-Innovazzjoni fiċ-Ċibernetika (EU CAIH)

Portugall, Spanja, Rumanija

33.

Ċentru ta’ Taħriġ Mediku għall-Forzi tal-Operazzjonijiet Speċjali (SMTC)

Polonja, Ungerija

34.

Żona ta’ Taħriġ Militari għad-Difiża Kimika, Bijoloġika, Radjoloġika u Nukleari (CBRN) (CBRNDTR)

Rumanija, Franza, Italja

35.

Network tal-Unjoni Ewropea ta’ Ċentri tal-Għadis (EUNDC)

Rumanija, Bulgarija, Franza

36.

Sistema Marittima Awtonoma għal Kontra s-Sottomarini (MUSAS)

Portugall, Spanja, Franza, Żvezja

37.

Korvetta ta’ Pattulja Ewropea (EPC)

Italja, Greċja, Spanja, Franza, Rumanija

38.

Attakk Elettroniku fl-Ajru (AEA)

Spanja, Franza, Żvezja

39.

Ċentru ta’ Koordinazzjoni tal-Qasam Ċibernetiku u tal-Informazzjoni (CIDCC)

Ġermanja, Franza, Ungerija, Netherlands

40.

Twissija u Interċettazzjoni f’Waqthom Permezz ta’ Sorveljanza tat-Teatri mill-Ispazju (TWISTER)

Franza, Ġermanja, Spanja, Italja, Netherlands, Finlandja

41.

Materjali u komponenti għall-kompetittività teknoloġika tal-UE (MAC-EU)

Franza, Ġermanja, Spanja, Portugall, Rumanija

42.

Kapaċitajiet tal-UE għal Gwerra Kollaborattiva (ECoWAR)

Franza, Belġju, Spanja, Polonja, Rumanija, Żvezja

43.

Sistema Ewropea ta’ Arkitettura għall-Inseriment Globali ta’ Sistema ta’ Inġenji tal-Ajru Ppilotati mill-Bogħod (RPAS) (GLORIA)

Italja, Franza, Rumanija

44.

Ċentru ta’ Simulazzjoni u Ttestjar tal-Karru Armat Ewlieni (MBT-SIMTEC)

Greċja, Franza, Ċipru

45.

Sħubija Militari tal-UE (EU MilPart)

Franza, Estonja, Italja, Awstrija

46.

Elementi Essenzjali tal-Iskorta Ewropea (4E)

Spanja, Italja, Portugall

47.

Vettura tal-Wiċċ Semi-Awtonoma ta’ Daqs Medju (M-SASV)

Estonja, Franza, Latvja, Rumanija

48.

Trasport Strateġiku bl-Ajru għat-Tagħbija Akbar min-Normal (SATOC)

Ġermanja, Ċekja, Franza, Netherlands

49.

RPAS Żgħira tal-Ġenerazzjoni li Jmiss (NGSR)

Spanja, Ġermanja, Ungerija, Portugall, Rumanija, Slovenja

50.

Stazzjon għad-Dokkjar għad-Droni fuq Inġenji tal-Ajru Kbar li Jaħdmu bir-Rotors (RDSD)

Italja, Franza

51.

Armi Żgħar b’Effetti Skalabbli (SSW)

Italja, Franza

52.

Poter tal-Ajru

Franza, Greċja, Kroazja

53.

Inġenji tal-Ajru Tattiċi Futuri ta’ Daqs Medju għall-Merkanzija (FMTC)

Franza, Ġermanja, Spanja, Żvezja

54.

Federazzjonijiet ta’ Ambjenti ta’ Taħriġ Ċibernetiku (CRF)

Estonja, Bulgarija, Franza, Italja, Latvja, Lussemburgu, Finlandja

55.

Sistema Awtomatizzata ta’ Mmudellar, Identifikazzjoni u Valutazzjoni tal-Ħsara ta’ Terren Urban (AMIDA-UT)

Portugall, Spanja, Franza, Awstrija

56.

Ċentru Komuni għall-Immaġnijiet tal-Gvern (CoHGI)

Ġermanja, Spanja, Franza, Litwanja, Lussemburgu, Netherlands, Awstrija, Rumanija

57.

Difiża tal-Assi Spazjali (DoSA)

Franza, Ġermanja, Spanja, Italja, Awstrija, Polonja, Portugall, Rumanija

58.

Trasport bl-Ajru għad-Difiża Ewropea - Akkademja għat-Taħriġ (EDA-TA)

Franza, Spanja, Italja, Ungerija, Portugall

59.

Sistema awtonoma tal-Art Integrata 2 (iUGS 2)

Estonja, Ġermanja, Franza, Italja, Latvja, Ungerija, Netherlands, Finlandja, Żvezja

60.

Sensuri tal-Kontrobatterija (CoBaS)

Franza, Netherlands

61.

Torpedo antitorpedo (ATT)

Ġermanja, Netherlands

62.

Protezzjoni tal-Infrastruttura Kritika f’Qiegħ il-Baħar (CSIP)

Italja, Ġermanja, Spanja, Franza, Portugall, Żvezja

63.

Missila Futura mill-Ajru għall-Ajru ta’ Medda Qasira (FSRM)

Ġermanja, Spanja, Italja, Ungerija, Żvezja

64.

Ħelikopter ta’ Tagħbija Medja tal-Ġenerazzjoni li Jmiss (NGMH)

Franza, Spanja, Italja, Finlandja

65.

Sistema Integrata ta’ Difiża kontra l-Ajru u l-Missili b’Diversi Saffi (IMLAMD)

Italja, Franza, Ungerija, Żvezja

66.

Sistema ta’ Tagħmir u Sensuri għall-Kmand u l-Kontroll fl-Artiku (ACCESS)

Finlandja, Estonja, Franza, Żvezja

67.

Infrastruttura u Networks tal-Komunikazzjoni Robusti (ROCOMIN)

Żvezja, Estonja, Franza

68.

ROLE 2F

Spanja, Bulgarija, Franza, Portugall, Finlandja, Żvezja


Top