This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32023D0994
Council Decision (CFSP) 2023/994 of 22 May 2023 on the consequences of Denmark informing the other Member States that it no longer wishes to avail itself of Article 5 of Protocol No 22 on the position of Denmark, and amending Decision (CFSP) 2021/509 establishing a European Peace Facility and Decision 2014/401/CFSP on the European Union Satellite Centre
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/994 tat-22 ta’ Mejju 2023 dwar il-konsegwenzi tal-fatt li d-Danimarka infurmat lill-Istati Membri l-oħra li ma tixtieqx tibqa’ tagħmel użu mill-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, u li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2021/509 li tistabbilixxi Faċilità Ewropea għall-Paċi u d-Deċiżjoni 2014/401/PESK dwar iċ-Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/994 tat-22 ta’ Mejju 2023 dwar il-konsegwenzi tal-fatt li d-Danimarka infurmat lill-Istati Membri l-oħra li ma tixtieqx tibqa’ tagħmel użu mill-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, u li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2021/509 li tistabbilixxi Faċilità Ewropea għall-Paċi u d-Deċiżjoni 2014/401/PESK dwar iċ-Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea
ST/9047/2023/INIT
ĠU L 135, 23.5.2023, p. 120–122
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32014D0401 | Tħassir | artikolu 17 | 01/07/2022 | |
Modifies | 32014D0401 | Sostituzzjoni | artikolu 10 paragrafu 3 | 01/07/2022 | |
Modifies | 32021D0509 | Tħassir | artikolu 5 paragrafu 4 | 01/07/2022 | |
Modifies | 32021D0509 | Sostituzzjoni | artikolu 26 paragrafu 3 | 01/07/2022 | |
Modifies | 32021D0509 | Sostituzzjoni | artikolu 45 paragrafu 1 | 01/07/2022 | |
Modifies | 32021D0509 | Sostituzzjoni | artikolu 52 paragrafu 7 | 01/07/2022 |
23.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 135/120 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2023/994
tat-22 ta’ Mejju 2023
dwar il-konsegwenzi tal-fatt li d-Danimarka infurmat lill-Istati Membri l-oħra li ma tixtieqx tibqa’ tagħmel użu mill-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, u li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2021/509 li tistabbilixxi Faċilità Ewropea għall-Paċi u d-Deċiżjoni 2014/401/PESK dwar iċ-Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 28(1), l-Artikolu 31(1), l-Artikolu 41(2), l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
(1) |
Skont l-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), sat-30 ta’ Ġunju 2022, id-Danimarka ma pparteċipatx fl-elaborazzjoni, fl-adozzjoni jew fl-implimentazzjoni ta’ deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni bbażati fuq l-Artikolu 26(1), l-Artikolu 42 u l-Artikoli 43 sa 46 TUE li kellhom implikazzjonijiet ta’ difiża. Sal-istess data, id-Danimarka ma kkontribwietx għall-finanzjament tan-nefqa operazzjonali li tirriżulta minn dawn il-miżuri u ma qegħditx kapaċitajiet militari għad-dispożizzjoni tal-Unjoni. |
(2) |
Fl-1 ta’ Ġunju 2022, sar referendum fid-Danimarka dwar ir-revoka tal-eżenzjoni mill-parteċipazzjoni f’deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li għandhom implikazzjonijiet ta’ difiża stabbiliti fl-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22. |
(3) |
Fl-20 ta’ Ġunju 2022, permezz ta’ ittra mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin, f’konformità mal-Artikolu 7 tal-Protokoll Nru 22, id-Danimarka infurmat lill-Istati Membri l-oħra li mill-1 ta’ Lulju 2022 ma xtaqitx tibqa’ tagħmel użu mill-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22. |
(4) |
Skont l-Artikolu 7 tal-Protokoll Nru 22, mill-1 ta’ Lulju 2022, id-Danimarka tapplika bis-sħiħ il-miżuri rilevanti kollha fis-seħħ f’dik id-data meħuda fil-qafas tal-Unjoni u tinsab fl-istess pożizzjoni bħall-Istati Membri l-oħra fir-rigward tal-elaborazzjoni, l-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta’ deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni b’implikazzjonijiet ta’ difiża. Mill-istess data, id-Danimarka tinsab fl-istess pożizzjoni bħall-Istati Membri l-oħra fir-rigward tal-kontribuzzjoni tagħha għall-finanzjament tan-nefqa li tirriżulta minn dawn il-miżuri u fir-rigward tat-tqegħid ta’ kapaċitajiet militari għad-dispożizzjoni tal-Unjoni. |
(5) |
Għaldaqstant, mill-1 ta’ Lulju 2022, id-Danimarka tapplika d-deċiżjonijiet adottati mill-Kunsill abbażi tal-artikoli rilevanti tat-Titolu V, Kapitolu 2, TUE. Bl-istess mod, minn dik id-data, id-Danimarka tapplika d-deċiżjonijiet meħuda mill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà skont l-Artikolu 38, it-tielet paragrafu, TUE dwar il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika ta’ operazzjonijiet ta’ maniġġar ta’ kriżijiet, kif imsemmi fl-Artikoli 42 u 43 TUE, li għandhom implikazzjonijiet ta’ difiża. |
(6) |
Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali fl-Unjoni, jenħtieġ li jiġi ċċarat li, mill-1 ta’ Lulju 2022, ir-referenzi kollha għall-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 fid-deċiżjonijiet tal-Kunsill adottati skont it-Titolu V, il-Kapitolu 2, TUE u fis-seħħ f’dik id-data ma għadhomx japplikaw. |
(7) |
Għall-istess raġuni, jenħtieġ li jitħassru d-dispożizzjonijiet rilevanti fid-deċiżjonijiet tal-Kunsill adottati taħt it-Titolu V, il-Kapitolu 2, TUE u fis-seħħ fiż-żmien tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, u li jimplimentaw l-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
B’konsegwenza għall-fatt li d-Danimarka infurmat lill-Istati Membri l-oħra li, mill-1 ta’ Lulju 2022, ma tixtieqx tibqa’ tagħmel użu mill-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka:
— |
mill-1 ta’ Lulju 2022, ir-referenzi kollha għall-pożizzjoni tad-Danimarka bbażata fuq l-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 f’deċiżjonijiet adottati mill-Kunsill skont it-Titolu V, il-Kapitolu 2, TUE ma għandhomx jibqgħu japplikaw; |
— |
mill-1 ta’ Lulju 2022, ir-referenzi kollha għall-pożizzjoni tad-Danimarka bbażata fuq l-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22, f’deċiżjonijiet adottati mill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà skont l-Artikolu 38, il-paragrafu 3, TUE dwar il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika ta’ operazzjonijiet ta’ maniġġar ta’ kriżijiet imsemmija fl-Artikoli 42 u 43 TUE, li għandhom implikazzjonijiet ta’ difiża, ma għandhomx jibqgħu japplikaw. |
Artikolu 2
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/509 (1) hija emendata kif ġej:
(1) |
fl-Artikolu 5, il-paragrafu 4 huwa mħassar; |
(2) |
fl-Artikolu 26, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej: “3. L-approprjazzjonijiet ta’ pagament fil-parti ġenerali tal-baġit għan-nefqa ta’ appoġġ u dik preparatorja fuq l-operazzjonijiet imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 18 (3) għandhom ikunu koperti minn kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri.” |
(3) |
fl-Artikolu 45, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. L-ispejjeż komuni tal-eżerċizzji tal-Unjoni għandhom jiġu ffinanzjati permezz tal-Faċilità skont ir-regoli u l-proċeduri simili għal dawk ta’ operazzjonijiet li għalihom jikkontribwixxu l-Istati Membri kollha.” |
(4) |
fl-Artikolu 52, il-paragrafu 7 huwa sostitwit b’dan li ġej: “7. Meta jiġi deċiż li l-Faċilità tkun ser iżżomm it-tagħmir iffinanzjat b’mod komuni għal operazzjoni, l-Istati Membri kontribwenti jistgħu jitolbu kumpens finanzjarju mill-Istati Membri l-oħra. Il-Kumitat għandu jieħu d-deċiżjonijiet xierqa fuq il-bażi ta’ proposta mill-amministratur għall-operazzjonijiet.” |
Artikolu 3
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/401/PESK (2) hija emendata kif ġej:
(1) |
fl-Artikolu 10, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej: “3. Id-dħul tas-SATCEN għandu jikkonsisti minn kontribuzzjonijiet mill-Istati Membri skont l-iskala tad-dħul gross domestiku, minn pagamenti li jsiru bħala ħlas għal servizzi mogħtija u minn dħul varju.” |
(2) |
l-Artikolu 17 huwa mħassar. |
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Għandha tapplika mill-1 ta’ Lulju 2022.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Mejju 2023.
Għall-Kunsill
Il-President
J. FORSSELL
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/509 tat-22 ta’ Marzu 2021 li tistabbilixxi Faċilità Ewropea għall-Paċi, u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2015/528 (ĠU L 102, 24.3.2021, p. 14).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/401/PESK tas-26 ta’ Ġunju 2014 dwar iċ-Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea u li tħassar l-Azzjoni Konġunta 2001/555/PESK dwar it-twaqqif ta’ Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 188, 27.6.2014, p. 73).