Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022R2525

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/2525 tal-21 ta’ Diċembru 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2016/44 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

    ST/15257/2022/INIT

    ĠU L 328, 22.12.2022, p. 64–65 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/2525/oj

    22.12.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 328/64


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/2525

    tal-21 ta’ Diċembru 2022

    li jimplimenta r-Regolament (UE) 2016/44 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/44 tat-18 ta’ Jannar 2016 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 204/2011 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 21(6) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fit-18 ta’ Jannar 2016, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2016/44.

    (2)

    Wara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-627/20 (2), jenħtieġ li titħassar l-entrata għal entità elenkata.

    (3)

    Jenħtieġ għalhekk li l-Anness III għar-Regolament (UE) 2016/44 jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness III għar-Regolament (UE) 2016/44 huwa emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Diċembru 2022.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. BEK


    (1)  ĠU L 12, 19.1.2016, p. 1.

    (2)  Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Settembru 2022, Libyan African Investment Company (Laico) v. Council, T-627/20.


    ANNESS

    Fl-Anness III għar-Regolament (UE) 2016/44 (Lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi msemmija fl-Artikolu 6(2)), Parti B (Entitajiet), titħassar l-entrata li ġejja:

    “1.

    Libyan Arab African Investment Company — LAAICO (magħrufa wkoll bħala LAICO)”.


    Top