Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022R0859

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/859 tal-24 ta’ Mejju 2022 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana

C/2022/3538

ĠU L 151, 2.6.2022, pp. 34–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/859/oj

2.6.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 151/34


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/859

tal-24 ta’ Mejju 2022

li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(1) u l-Artikolu 12 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa nomenklatura magħquda tal-merkanzija (“in-NM”), biex fl-istess waqt tissodisfa r-rekwiżiti tat-Tariffa Doganali Komuni, l-istatistika tal-kummerċ estern tal-Unjoni u politiki oħrajn tal-Unjoni li jikkonċernaw l-importazzjoni jew l-esportazzjoni ta’ merkanzija.

(2)

In-NM hija bbażata fuq in-Nomenklatura tas-Sistema Armonizzata tal-Organizzazzjoni Dinjija Doganali (“SA”), li ġiet emendata skont ir-Rakkomandazzjoni tat-28 ta’ Ġunju 2019 tal-Kunsill għall-Kooperazzjoni Doganali (“is-SA tal-2022”). Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1832 (2), li ssostitwixxa l-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 mill-1 ta’ Jannar 2022, implimenta dawk l-emendi fil-verżjoni tal-2022 tan-NM (“in-NM tal-2022”).

(3)

Fis-SA tal-2022, inħolqot subintestatura separata 4421 20 00 għal “twiebet”. Fin-NM tal-2021, “twiebet tal-fibreboard” ġew ikklassifikati taħt il-kodiċi NM 4421 99 10 b’rata ta’ dazju doganali ta’ 4 %, filwaqt li “twiebet ta’ materjali oħrajn” ġew ikklassifikati taħt il-kodiċi NM 4421 99 91 b’rata ta’ dazju doganali “B’xejn”. Bl-emendi tas-SA tal-2022, fin-NM tal-2022, “twiebet tal-fibreboard” ġew trasferiti għall-kodiċi l-ġdid tan-NM 4421 20 00 b’rata ta’ dazju doganali “B’xejn”.

(4)

Sabiex fl-2022 jiġi impost l-istess trattament tariffarju bħal fin-NM tal-2021, jeħtieġ li tiġi emendata n-NM tal-2022 sabiex jitqiesu l-emendi tas-SA tal-2022 u sabiex tiġi prevista suddiviżjoni separata għal “twiebet tal-fibreboard”.

(5)

Fis-SA tal-2022, inħolqot intestatura separata 8485 għal “Magni għall-manifattura addittiva”, magħrufa wkoll bħala “printers 3D”, li ġiet suddiviża ulterjorment f’kategoriji differenti skont id-diversi depożiti materjali (pereżempju “permezz tad-depożitu tal-metalli”, “permezz tad-depożitu tal-ġibs, tas-siment, taċ-ċeramika jew tal-ħġieġ”, eċċ.”). Il-ħolqien tal-intestatura 8485 implika t-trasferiment ta’ dawk il-magni f’subintestaturi differenti tan-NM tal-2021 (3), u l-ħolqien ta’ kodiċi NM speċifiċi sabiex jingħata l-istess trattament tariffarju bħal fin-NM tal-2021.

(6)

Fin-NM tal-2021, “Magni għall-manifattura addittiva permezz tad-depożitu tar-ramel, tal-konkrit jew depożitu minerali ieħor” ġew ikklassifikati taħt is-subintestatura 8474 80 90“Oħrajn”, b’rata ta’ dazju doganali “Bla ħlas”. Wara l-emendi tas-SA tal-2022, fin-NM tal-2022 dawk il-prodotti huma kklassifikati taħt is-subintestatura l-ġdida 8485 80 00, b’rata ta’ dazju doganali ta’ 1,7 %.

(7)

Sabiex ikompli jingħata l-istess trattament tariffarju bħal fl-2021 għal dawk “Magni għall-manifattura addittiva bl-addittiv ta’ prodotti tar-ramel, tal-konkrit jew prodotti minerali oħra”, jeħtieġ li n-NM tal-2022 tiġi emendata billi tiġi prevista suddiviżjoni separata mingħajr dazju.

(8)

Barra minn hekk, fin-NM tal-2022, partijiet minn dawk il-magni jenħtieġ li jingħataw l-istess trattament tariffarju bħal fin-NM tal-2021. Għalhekk, jixraq li d-deskrizzjoni tal-kodiċi NM 8485 90 10 tiġi emendata sabiex tinkludi fiha l-partijiet tal-“magni għall-manifattura addittiva permezz tad-depożitu tar-ramel, tal-konkrit jew depożitu minerali ieħor”.

(9)

Għaldaqstant jenħtieġ li r-Regolament (KEE) Nru 2658/87 jiġi emendat skont dan.

(10)

Sabiex jiġi żgurat li t-trattament tariffarju fl-2022 għall-printers 3D u l-partijiet tagħhom ikun l-istess bħalma kien fl-2021, l-emendi korrispondenti jenħtieġ li japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2022.

(11)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 huwa emendat kif stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-punt 2 tal-Anness għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2022.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Mejju 2022.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President,

Gerassimos THOMAS

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni


(1)   ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1832 tat-12 ta’ Ottubru 2021 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in- nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 385, 29.10.2021, p. 1).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1577 tal-21 ta’ Settembru 2020 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in- nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 361, 30.10.2020, p. 1).


ANNESS

1.

Fit-Tieni Parti tal-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, l-entrata għall-kodiċi 4421 20 00 hija sostitwita b’dan li ġej:

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Rata tad-dazju konvenzjonali (%)

Unità supplimentari

4421 20 00

– Twiebet

B’xejn (1)

p/st

2)

Fit-Tieni Parti tal-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, l-entrati għall-kodiċi 8485 80 00 sa 8485 90 90 huma sostitwiti b’dan li ġej:

Kodiċi NM

Deskrizzjoni

Rata tad-dazju konvenzjonali (%)

Unità supplimentari

1

2

3

4

8485 80 00

Oħrajn

1,7  (2)

p/st

8485 90

Partijiet:

 

 

8485 90 10

– –

Partijiet tal-magni tas-subintestatura 8485 30 10 ; Partijiet ta’ magni għall-manifattura addittiva permezz tad-depożitu tar-ramel, tal-konkrit jew depożitu ta’ prodotti minerali oħrajn

B’xejn

p/st

8485 90 90

– –

Oħrajn

1,7

p/st


(1)  Tal-fibreboard: 4.”.

(2)  Magni għall-manifattura addittiva permezz tad-depożitu tar-ramel, tal-konkrit jew depożitu ta’ prodotti minerali oħrajn: B’xejn.”.


Top