This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32022R0195
Commission Implementing Regulation (EU) 2022/195 of 11 February 2022 amending and correcting Implementing Regulation (EU) 2020/683 as regards the information document, the vehicle approval certificates, the test result sheet and the certificates of conformity in paper format (Text with EEA relevance)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/195 tal-11 ta’ Frar 2022 li jemenda u jikkoreġi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/683 fir-rigward tad-dokument ta’ informazzjoni, iċ-ċertifikati tal-approvazzjoni tal-vettura, l-iskeda tar-riżultati tat-testijiet u ċ-ċertifikati ta’ konformità f’format stampat (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/195 tal-11 ta’ Frar 2022 li jemenda u jikkoreġi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/683 fir-rigward tad-dokument ta’ informazzjoni, iċ-ċertifikati tal-approvazzjoni tal-vettura, l-iskeda tar-riżultati tat-testijiet u ċ-ċertifikati ta’ konformità f’format stampat (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2022/737
ĠU L 31, 14.2.2022, pp. 27–45
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Modifies | 32020R0683 | Tħassir | anness I NOTE 110 | 06/03/2022 | |
| Modifies | 32020R0683 | Sostituzzjoni | anness I Test | 06/03/2022 | |
| Modifies | 32020R0683 | Emenda | anness III appendiċi 1 | 06/03/2022 | |
| Modifies | 32020R0683 | Sostituzzjoni | anness III Test | 06/03/2022 | |
| Modifies | 32020R0683 | Sostituzzjoni | anness VIII appendiċi parti I Test | 06/03/2022 | |
| Modifies | 32020R0683 | Sostituzzjoni | anness VIII appendiċi parti II Test | 06/03/2022 | |
| Modifies | 32020R0683 | Sostituzzjoni | anness I NOTE 172 | 01/01/2023 | |
| Modifies | 32020R0683 | Żieda | anness I NOTE 175 | 01/01/2023 | |
| Modifies | 32020R0683 | Żieda | anness I NOTE 176 | 01/01/2023 | |
| Modifies | 32020R0683 | Żieda | anness I NOTE 177 | 01/01/2023 | |
| Modifies | 32020R0683 | Żieda | anness I NOTE 178 | 01/01/2023 | |
| Modifies | 32020R0683 | Żieda | anness I NOTE 179 | 01/01/2023 | |
| Modifies | 32020R0683 | Żieda | anness I NOTE 180 | 01/01/2023 | |
| Modifies | 32020R0683 | Sostituzzjoni | anness I punt 3.5.6 | 01/01/2023 | |
| Modifies | 32020R0683 | Tħassir | anness I punt 3.5.7.2.1.1.0 | 01/01/2023 | |
| Modifies | 32020R0683 | Tħassir | anness I punt 3.5.7.2.1.2.0 | 01/01/2023 | |
| Modifies | 32020R0683 | Tħassir | anness I punt 3.5.7.2.1.3.0 | 01/01/2023 | |
| Modifies | 32020R0683 | Tħassir | anness I punt 3.5.7.2.2.1.0 | 01/01/2023 | |
| Modifies | 32020R0683 | Tħassir | anness I punt 3.5.7.2.2.2.0 | 01/01/2023 | |
| Modifies | 32020R0683 | Tħassir | anness I punt 3.5.7.2.2.3.0 | 01/01/2023 | |
| Modifies | 32020R0683 | Tħassir | anness I punt 3.5.7.2.3.1.0 | 01/01/2023 | |
| Modifies | 32020R0683 | Tħassir | anness I punt 3.5.7.2.3.2.0 | 01/01/2023 | |
| Modifies | 32020R0683 | Tħassir | anness I punt 3.5.7.2.3.3.0 | 01/01/2023 | |
| Modifies | 32020R0683 | Sostituzzjoni | anness I punt 3.5.8 | 01/01/2023 | |
| Modifies | 32020R0683 | Tħassir | anness I punt 3.5.8.3 tabella Test | 01/01/2023 | |
| Modifies | 32020R0683 | Żieda | anness III appendiċi 1 Test | 01/01/2023 | |
| Modifies | 32020R0683 | Sostituzzjoni | anness VI punt 2.1.1 tabella titolu | 01/01/2023 | |
| Modifies | 32020R0683 | Żieda | anness VI punt 3.2 tabella 3 Test | 01/01/2023 | |
| Modifies | 32020R0683 | Tħassir | anness VI punt 3.5 | 01/01/2023 | |
| Modifies | 32020R0683 | Żieda | anness VIII appendiċi parti I punt A1 parti 1 punt 0.2.2.1 | 01/01/2023 | |
| Modifies | 32020R0683 | Żieda | anness VIII appendiċi parti I punt A2 parti 1 punt 0.2.2.1 | 01/01/2023 | |
| Modifies | 32020R0683 | Żieda | anness VIII appendiċi parti I punt B parti 1 punt 0.2.2.1 | 01/01/2023 | |
| Modifies | 32020R0683 | Emenda | anness VIII appendiċi parti I parti 2 | 01/01/2023 | |
| Modifies | 32020R0683 | Żieda | anness VIII appendiċi parti II punt C1 parti 1 punt 0.2.2.1 | 01/01/2023 | |
| Modifies | 32020R0683 | Żieda | anness VIII appendiċi parti II punt C2 parti 1 punt 0.2.2.1 | 01/01/2023 | |
| Modifies | 32020R0683 | Emenda | anness VIII appendiċi parti II parti 2 | 01/01/2023 |
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Corrected by | 32022R0195R(01) | (EN) | |||
| Corrected by | 32022R0195R(02) | (FR) | |||
| Corrected by | 32022R0195R(03) | (PL) |
|
14.2.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 31/27 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/195
tal-11 ta’ Frar 2022
li jemenda u jikkoreġi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/683 fir-rigward tad-dokument ta’ informazzjoni, iċ-ċertifikati tal-approvazzjoni tal-vettura, l-iskeda tar-riżultati tat-testijiet u ċ-ċertifikati ta’ konformità f’format stampat
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 24(4), 28(3) u 36(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/683 (2) jipprevedi format standardizzat tad-dokumenti użati għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi billi jistabbilixxi l-mudelli għad-dokument ta’ informazzjoni, iċ-ċertifikati ta’ approvazzjoni, l-iskeda tar-riżultati tat-testijiet u ċ-ċertifikat ta’ konformità f’format stampat. |
|
(2) |
Mill-1 ta’ Jannar 2021, il-konformità mal-miri tal-emissjonijiet tas-CO2 tinħadem abbażi tal-Proċedura tat-Test armonizzata fuq livell Dinji għall-vetturi (WLTP) CO2 biss. Għalhekk jeħtieġ li jiġu emendati l-mudelli għad-dokument ta’ informazzjoni, l-iskeda tar-riżultati tat-test u ċ-ċertifikat ta’ konformità f’format stampat billi jitneħħew ir-referenzi għaċ-Ċiklu l-Ġdid tas-Sewqan Ewropew. |
|
(3) |
Bid-dħul fis-seħħ tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2400 (3), żdiedu entrati ġodda għall-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil ta’ vetturi heavy-duty, bħal xarabanks tqal u trakkijiet medji kif ukoll vetturi heavy-duty approvati individwalment, maċ-ċertifikati ta’ konformità ta’ trakkijiet heavy-duty. Għalhekk jeħtieġ li jiżdiedu l-entrati rilevanti fil-mudelli maċ-ċertifikat ta’ konformità f’format stampat tal-kategoriji ta’ vetturi korrispondenti kif ukoll maċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni ta’ vettura individwali tal-UE u nazzjonali. |
|
(4) |
Filwaqt li titqies id-diversità tal-vetturi tqal f’termini tad-disinn u x-xejra tas-sewqan tagħhom, il-kilometraġġ annwali, it-tagħbija utli u l-konfigurazzjoni tat-trejlers, ir-Regolament (UE) 2017/2400 u r-Regolament (UE) 2019/1242 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) introduċew klassifikazzjoni ta’ gruppi u sottogruppi ta’ vetturi li jirriflettu x-xejra tipika tal-użu u l-karatteristiċi tekniċi speċifiċi tal-vetturi. Biex jiġu akkomodati wkoll l-inizjattiva ta’ taffija tas-CO2 nazzjonali u biex ikun hemm interpretazzjoni korretta tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil, huwa essenzjali li jkun magħruf f’liema grupp jew sottogrupp tkun tappartjeni vettura. Għalhekk jeħtieġ li l-grupp jew is-sottogrupp ta’ vetturi rilevanti jiżdied mal-mudelli għaċ-ċertifikat ta’ konformità f’format stampat kif ukoll maċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni ta’ vettura individwali tal-UE. |
|
(5) |
Filwaqt li jitqies l-użu dejjem jiżdied fl-Unjoni ta’ ibridi plug-in (OVC-HEVs), huwa importanti li jiġi żgurat li l-awtoritajiet nazzjonali u l-konsumaturi jingħataw informazzjoni armonizzata u koerenti dwar il-prestazzjoni ambjentali tagħhom. Konsegwentement, jixraq li jiġi ċċarat li fil-każ tal-OVC-HEVs, il-valuri li għandhom jiġu rrapportati fiċ-ċertifikat ta’ konformità huma l-valuri tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil speċifiċi għall-fażi bl-użu tal-valuri tal-emissjonijiet tal-massa tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil għall-kundizzjonijiet ta’ sosteniment taċ-ċarġ kif ukoll il-konsum tal-enerġija elettrika speċifiku għall-fażi ta’ tali vetturi. Għalhekk jeħtieġ li jiżdiedu l-entrati rilevanti mal-mudelli għaċ-ċertifikat ta’ konformità. |
|
(6) |
Wara l-pubblikazzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/683, instabu ċerti żbalji fin-noti ta’ spjegazzjoni għad-dokument ta’ informazzjoni, fil-mudelli għaċ-ċertifikati ta’ approvazzjoni u fiċ-ċertifikati ta’ konformità f’format stampat. L-iżbalji misjuba fin-noti ta’ spjegazzjoni għad-dokument ta’ informazzjoni u fil-mudelli għaċ-ċertifikati ta’ approvazzjoni jikkonsistu f’referenzi skorretti għal ċerti noti ta’ spjegazzjoni. Hemm ukoll żbalji fl-unità msemmija għall-pressjoni fil-linja ta’ alimentazzjoni għas-sistema tal-ibbrejkjar tat-trejler li għandha tirreferi għal kilopascal (kPa) u mhux bar. |
|
(7) |
Fir-rigward taċ-ċertifikati ta’ konformità f’format stampat, qed isiru xi kjarifiki biex jakkomodaw l-ittestjar tal-konformità waqt is-servizz. Barra minn hekk, jeħtieġ li tiġi aġġornata r-referenza għall-proċedura tat-test applikabbli għall-vetturi kompluti u kkompletati tal-kategorija tal-vetturi M3 u għall-vetturi mhux kompluti tal-kategorija tal-vetturi M2 peress li bħalissa jagħmlu referenza għall-proċedura tat-test applikabbli għall-vetturi ħfief u mhux għall-vetturi tqal li hija applikabbli għal dawk il-kategoriji ta’ vetturi. Jeħtieġ li jiġi ċċarat li l-entrata fiċ-ċertifikat ta’ konformità f’format stampat fir-rigward tal-għoli tal-vettura hija applikabbli biss għal ċerti vetturi kompluti u kkompletati tal-kategorija ta’ vetturi N3. Jeħtieġ ukoll li jiġi speċifikat li l-punt 49 dwar l-entrati għal “emissjonijiet tas-CO2/konsum tal-fjuwil/konsum tal-enerġija elettrika” għall-vetturi tal-kategorija N2 ikun applikabbli għall-vetturi ħfief tal-passiġġieri u dawk kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u għall-vetturi heavy-duty (Euro VI) u li l-punt 49 tal-kategorija tal-vetturi N3 ma jkunx applikabbli għall-vetturi ħfief tal-passiġġieri u dawk kummerċjali (Euro 5 u Euro 6), iżda fil-każ biss ta’ vetturi heavy-duty (Euro VI). Żball fin-numerazzjoni għall-punt tal-entrata għall-“fus(ien) motorizzat(i) mgħammra b’sospensjoni tal-arja jew ekwivalenti” jenħtieġ li jiġi kkoreġut biex ikun konformi man-numerazzjoni pprovduta fil-partijiet l-oħra tal-Annessi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/683. Jenħtieġ li n-nota ta’ spjegazzjoni għall-entrata 47.1.3.2 titneħħa peress li din kienet referenza żbaljata għal superskritt u mhux parti mill-valur tal-iskritt bażi tal-formula għal dik l-entrata. Għal raġunijiet ta’ ċertezza legali, dawk l-iżbalji jeħtieġ li jiġu kkoreġuti. |
|
(8) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/683 jiġi emendat u kkoreġut skont dan. |
|
(9) |
F’konformità mal-Artikolu 3(5) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/133 (5), l-awtoritajiet tal-approvazzjoni, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, l-awtoritajiet tar-reġistrazzjoni tal-Istati Membri u l-manifatturi huma permessi sa perjodu ta’ 12-il xahar wara d-data tal-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tal-emendi għaċ-ċertifikat ta’ konformità f’format stampat biex jimplimentaw kwalunkwe emenda meħtieġa għalihom fis-sistemi rispettivi tagħhom. Għalhekk, id-data tal-applikazzjoni tal-emendi għaċ-ċertifikat ta’ konformità f’format stampat jenħtieġ li tiġi differita. |
|
(10) |
Sabiex l-awtoritajiet tal-approvazzjoni, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u l-awtoritajiet tar-reġistrazzjoni tal-Istati Membri u l-manifatturi jingħataw biżżejjed żmien biex jimplimentaw il-korrezzjonijiet li huma stabbiliti f’dan ir-Regolament, id-data tal-applikazzjoni tal-Anness II jeħtieġ li tiġi differita. |
|
(11) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Tekniku – Vetturi bil-Mutur, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/683
L-Annessi I, III, VI u VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/683 huma emendati skont l-Anness I ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Korrezzjonijiet tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/683
L-Annessi I, III u VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/683 huma kkoreġuti skont l-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Anness I għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2023.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Frar 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 151, 14.6.2018, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/683 tal-15 ta’ April 2020 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti amministrattivi għall-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsubin għat-tali vetturi (ĠU L 163, 26.5.2020, p. 1).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2400 tat-12 ta’ Diċembru 2017 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-determinazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil tal-vetturi tqal u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 582/2011 (ĠU L 349, 29.12.2017, p. 1).
(4) Ir-Regolament (UE) 2019/1242 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi standards tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi tqal ġodda u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 595/2009 u (UE) 2018/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE (ĠU L 198, 25.7.2019, p. 202).
(5) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/133 tal-4 ta’ Frar 2021 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-format bażiku, l-istruttura u l-mezzi ta’ skambju tad-data taċ-ċertifikat ta’ konformità f’format elettroniku (ĠU L 42, 5.2.2021, p. 1).
ANNESS I
L-Annessi I, III, VI u VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/683 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
L-Anness I huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
L-Appendiċi 1 tal-Anness III (il-Parti 2 taċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni ta’ vettura individwali tal-UE u taċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni individwali nazzjonali) huwa emendat kif ġej:
|
|
(3) |
L-Anness VI huwa emendat kif ġej:
|
|
(4) |
Fl-Anness VIII, l-Appendiċi huwa emendat kif ġej:
|
ANNESS II
L-Annessi I, III u VIII huma emendati kif ġej:
|
(1) |
fl-Anness I, in-nota ta’ spjegazzjoni 110 hija mħassra; |
|
(2) |
fl-Anness I, “MUDELL GĦAL DOKUMENT TA’ INFORMAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TAT-TIP TAL-UE TA’ VETTURI, SISTEMI, KOMPONENTI JEW UNITAJIET TEKNIĊI SEPARATI, il-punt 0.2.2.1 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
(3) |
L-Anness III huwa kkoreġut kif ġej:
|
|
(4) |
Fl-Anness VIII, l-Appendiċi huwa emendat kif ġej:
|