Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022D2569

    Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/2569 tal-14 ta’ Novembru 2022 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fid-19-il laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta’ Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu (CoP 19 tas-CITES) (il-Belt tal-Panama, il-Panama, 14 – 25 ta’ Novembru 2022) u dwar il-preżentazzjoni ta’ speċi biex tiġi inkluża fl-Appendiċi III tas-CITES

    ST/13685/2022/INIT

    ĠU L 330, 23.12.2022, p. 186–232 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/2569/oj

    23.12.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 330/186


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/2569

    tal-14 ta’ Novembru 2022

    dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fid-19-il laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta’ Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu (CoP 19 tas-CITES) (il-Belt tal-Panama, il-Panama, 14 – 25 ta’ Novembru 2022) u dwar il-preżentazzjoni ta’ speċi biex tiġi inkluża fl-Appendiċi III tas-CITES

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 192(1), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)

    Il-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta’ Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu (“CITES”) (1), li l-Unjoni aderiet magħha permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/451 (2), daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Lulju 1975. Is-CITES ġiet implimentata fl-Unjoni permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 (3).

    (2)

    Skont l-Artikolu XI(3) tas-CITES, il-Konferenza tal-Partijiet (CoP) tista’, fost oħrajn, tadotta deċiżjonijiet biex jiġu emendati l-Appendiċijiet tas-CITES.

    (3)

    Skont l-Artikolu XVI tas-CITES, kwalunkwe Parti għas-CITES tista’ tippreżenta lis-Segretarjat tas-CITES lista ta’ speċijiet biex jiġu inklużi fl-Appendiċi III tas-CITES li dik il-Parti tidentifika bħala li huma soġġetti għal regolamentazzjoni fil-ġuriżdizzjoni tagħha, għall-fini tal-prevenzjoni jew tar-restrizzjoni tal-isfruttament, u bħala li jeħtieġu l-kooperazzjoni ta’ Partijiet oħra fil-kontroll tal-kummerċ.

    (4)

    Is-CoP, matul id-19-il laqgħa tagħha mill-14 sal-25 ta’ Novembru 2022 (CoP 19 tas-CITES), għandha tadotta deċiżjonijiet dwar 52 proposta li jemendaw l-Appendiċijiet tas-CITES, kif ukoll dwar bosta kwistjonijiet oħra relatati mal-implimentazzjoni u l-interpretazzjoni tas-CITES.

    (5)

    Jixraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fis-CoP 19 tas-CITES, peress li l-emendi għall-Appendiċijiet tas-CITES ser ikunu vinkolanti fuq l-Unjoni u bosta deċiżjonijiet oħra ser ikunu jistgħu jinfluwenzaw b’mod determinanti l-kontenut tal-liġi tal-Unjoni, b’mod partikolari, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 865/2006 (4), u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 792/2012 (5).

    (6)

    Il-pożizzjoni proposta tal-Unjoni li għandha tittieħed fuq il-proposti differenti qabel is-CoP hija msejsa fuq analiżi esperta tal-merti tagħhom, filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet tas-CITES, fid-dawl tal-aqwa evidenza xjentifika disponibbli, kif ukoll fuq il-livell tal-konsistenza tagħhom mar-regoli u l-politiki rilevanti tal-Unjoni,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni, fir-rigward ta’ kwistjonijiet li jaqgħu fil-kompetenza tal-Unjoni, fid-19-il laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta’ Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu (CoP 19 tas-CITES) hija stabbilita fl-Annessi I u II ta’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Meta l-pożizzjoni msemmija fl-Artikolu 1 x’aktarx tkun ser tiġi affettwata minn informazzjoni xjentifika jew teknika ġdida ppreżentata wara l-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u qabel jew matul il-CoP 19 tas-CITES, jew meta jsiru proposti riveduti jew ġodda f’dik il-laqgħa li dwarhom l-Unjoni tkun għadha ma ħaditx pożizzjoni, il-pożizzjoni tal-Unjoni għandha tiġi żviluppata permezz ta’ koordinazzjoni fuq il-post qabel ma l-Konferenza tal-Partijiet tintalab tiddeċiedi dwar dawk il-proposti. F’tali każijiet, il-pożizzjoni tal-Unjoni għandha tkun konsistenti mal-prinċipji stipulati fl-Annessi ta’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 3

    L-Unjoni għandha tippreżenta l-ispeċijiet elenkati fl-Anness IIa ta’ din id-Deċiżjoni għall-inklużjoni fl-Appendiċi III tas-CITES.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Novembru 2022.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. BORRELL FONTELLES


    (1)  ĠU L 75, 19.3.2015, p. 4.

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/451 tas-6 ta’ Marzu 2015 dwar l-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta’ Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu (CITES) (ĠU L 75, 19.3.2015, p. 1).

    (3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 tad-9 ta’ Diċembru 1996 dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom (ĠU L 61, 3.3.1997, p. 1).

    (4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 865/2006 tal-4 ta’ Mejju 2006 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom (ĠU L 166, 19.6.2006, p. 1).

    (5)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 792/2012 tat-23 ta’ Awwissu 2012 li jistipula regoli għat-tfassil ta’ permessi, ċertifikati u dokumenti oħrajn ipprovduti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 dwar il-protezzjoni ta’ speċi ta’ fawna u flora selvaġġi billi jkun regolat il-kummerċ fihom u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 865/2006 (ĠU L 242, 7.9.2012, p. 13).


    ANNESS I

    Pożizzjoni tal-Unjoni dwar kwistjonijiet ewlenin li għandhom jiġu diskussi fid-19-il laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta' Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu (CITES), (il-Belt tal-Panama, il-Panama, 14 - 25 ta' Novembru 2022)

    A.   KUNSIDERAZZJONIJIET ĠENERALI

    1.

    L-Unjoni tqis lis-CITES bħala konvenzjoni internazzjonali ewlenija għall-konservazzjoni tal-bijodiversità u kontra t-traffikar ta' organiżmi selvaġġi.

    2.

    L-Unjoni għandha tadotta pożizzjoni ambizzjuża fil-CoP19 tas-CITES, f'konformità mal-politiki tal-Unjoni u l-impenji internazzjonali rilevanti tagħha, b'mod partikolari l-miri relatati mal-organiżmi selvaġġi skont l-Għan ta' Żvilupp Sostenibbli 15, il-pożizzjoni tal-Unjoni (1) għall-CoP15 tal-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika rigward il-Qafas Globali li ġej tal-Bijodiversità għal wara l-2020, il-Viżjoni Strateġika tas-CITES u r-Riżoluzzjoni 75/311 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU dwar it-traffikar ta' organiżmi selvaġġi. Il-pożizzjoni tal-Unjoni għandha sservi wkoll biex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti fil-livell tal-UE permezz tal-Istrateġija għall-Bijodiversità għall-2030, il-Pjan ta' Azzjoni tal-UE kontra t-Traffikar ta' Organiżmi Selvaġġi, l-approċċ tal-UE għall-promozzjoni tal-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli, u l-Patt Ekoloġiku Ewropew.

    3.

    Il-prijoritajiet għall-Unjoni fil-CoP19 tas-CITES għandhom ikunu

    l-użu sħiħ tal-istrumenti tas-CITES biex jiġi regolat il-kummerċ internazzjonali tal-ispeċijiet ta' annimali u pjanti fil-periklu li huma soġġetti għal livelli ta' kummerċ mhux sostenibbli, filwaqt li jiġi segwit approċċ ibbażat fuq ix-xjenza, u

    it-tisħiħ tar-rispons għat-traffikar ta' organiżmi selvaġġi mill-komunità internazzjonali;

    3a.

    Fil-CoP19 tas-CITES l-Unjoni għandha tiżgura li l-istatus u d-drittijiet tal-UE bħala Parti għall-Konvenzjoni jibqgħu rispettati għalkollox.

    4.

    Il-pożizzjoni tal-Unjoni għandha tqis li l-mekkaniżmi tas-CITES jistgħu jikkontribwixxu biex jittejjeb l-istat ta' konservazzjoni tal-ispeċijiet u tirrikonoxxi l-ħidma ta' dawk il-pajjiżi li implimentaw miżuri ta' konservazzjoni effettivi. L-Unjoni għandha tiżgura wkoll li d-deċiżjonijiet meħuda fil-CoP19 jimmassimizzaw l-effiċjenza tas-CITES, billi jimminimizzaw il-piżijiet amministrattivi mhux meħtieġa u billi jiksbu soluzzjonijiet prattiċi, kosteffettivi u fattibbli għall-kwistjonijiet ta' implimentazzjoni u ta' monitoraġġ.

    5.

    Il-CoP hija l-korp ta' tmexxija tas-CITES u għadd ta' deċiżjonijiet adottati fil-CoP19 tas-CITES ser jiġu implimentati mill-Kumitat Permanenti, li huwa l-korp sussidjarju ewlieni tal-CoP. Il-pożizzjoni tal-Unjoni għall-CoP19 tas-CITES għalhekk għandha tiggwida wkoll l-approċċ tal-UE fil-75 u fis-76 laqgħa tal-Kumitat Permanenti, li jseħħu eżatt qabel u wara l-CoP19 tas-CITES.

    B.   KWISTJONIJIET SPEĊIFIĊI

    6.

    Fil-CoP19 tas-CITES tressqu għall-kunsiderazzjoni tnejn u ħamsin proposta għall-emendar tal-Appendiċijiet tas-CITES. Minn dawn il-proposti, tlettax ġew sottomessi mill-Unjoni bħala l-proponent ewlieni jew bħala koproponent, u naturalment l-adozzjoni tagħhom għandha tkun appoġġata wkoll mill-Unjoni.

    6a.

    Il-pożizzjoni tal-Unjoni dwar proposti għall-emendar tal-Appendiċijiet tas-CITES għandha tkun ibbażata fuq l-istatus ta' konservazzjoni tal-ispeċi kkonċernata u fuq l-impatt li l-kummerċ għandu jew jista' jkollu fuq l-istatus ta' dik l-ispeċi. Għal dan il-għan, għandu jittieħed kont tal-aktar pariri xjentifiċi rilevanti u robusti għall-valutazzjoni tal-proposti ta' elenkar f'konformità mar-Riżoluzzjoni Konf. 9.24 dwar il-kriterji għall-emendar tal-Appendiċijiet I u II.

    6b.

    Il-fehmiet tal-Istati taż-żoni tad-distribuzzjoni tal-ispeċijiet ikkonċernati mill-proposti għandhom jingħataw attenzjoni partikolari. L-Unjoni jidhrilha wkoll li, bħala regola ġenerali, għandu jingħata appoġġ lill-proposti biex jiġu emendati l-Appendiċijiet tas-CITES fejn dawn ikunu r-riżultat tal-ħidma mill-Kumitati tal-Annimali u tal-Pjanti tas-CITES u mill-Kumitat Permanenti. Għandhom jitqiesu wkoll il-valutazzjoni tal-proposti mis-Segretarjat tas-CITES u mill-IUCN/Traffic (2) u, għall-ispeċijiet tal-baħar sfruttati kummerċjalment, il-valutazzjoni mill-panel ta' esperti ddedikat tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura (FAO).

    7.

    Kif miftiehem fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2022/982 tas-16 ta' Ġunju 2022 (3), l-Unjoni tisħaq favur l-inklużjoni ta'

    Physignathus cocincinus (Dragun tal-ilma Ċiniż) fl-Appendiċi II

    Cuora galbinifrons (Fekruna tal-qoxra kaxxa tal-Indoċina) fl-Appendiċi I

    Laotriton laoensis (Salamandra tal-Laos) fl-Appendiċi II bi kwota ta' esportazzjonijiet żero għall-eżemplari maqbuda mis-selvaġġ li jiġu kkumerċjalizzati għal skopijiet kummerċjali

    Agalychnis lemur (Żrinġ lemur tas-siġar) fl-Appendiċi II bi kwota annwali ta' esportazzjonijiet żero għall-eżemplari maqbuda mis-selvaġġ li jiġu kkumerċjalizzati għal skopijiet kummerċjali

    kull speċi ta' Sphyrnidae spp. (Kurazzi) li għadhom mhumiex inklużi fl-Appendiċi II

    Thelenota ananas, T. anax, T. rubralineata (Bużżi) fl-Appendiċi II

    Khaya spp. (Siġra tal-kawba tal-Afrika) (Popolazzjonijiet tal-Afrika) fl-Appendiċi II bl-Annotazzjoni #17

    Afzelia spp. (Siġra tal-kawba tal-Pod) (Popolazzjoni tal-Afrika) fl-Appendiċi II bl-Annotazzjoni #17

    Dipteryx spp. fl-Appendiċi II bl-Annotazzjoni #17 + żrieragħ

    Handroanthus spp. (Siġra tal-fjuri tat-trumbetta), Tabebuia spp. u Roseodendron spp. fl-Appendiċi II bl-Annotazzjoni #17

    Pterocarpus spp. (Padauk) (Popolazzjonijiet tal-Afrika) fl-Appendiċi II bl-Annotazzjoni #17

    Rhodiola spp. fl-Appendiċi II tas-CITES bl-Annotazzjoni #2.

    L-Unjoni ddeċidiet ukoll li tikkosponsorja u ser tippromwovi l-proposta mill-Panama biex Carcharhinidae spp. (Klieb il-baħar tar-ramel) jiġu elenkati fl-Appendiċi II.

    8.

    L-Unjoni tinnota li fl-aħħar snin saret ħidma konsiderevoli biex tinbena l-kapaċità għall-implimentazzjoni tas-CITES, mhux l-inqas fir-rigward tal-ispeċijiet tal-baħar, inkluż permezz tal-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni. L-Unjoni tappoġġa li jkun hemm koordinazzjoni aħjar bejn is-CITES u Ftehimiet Ambjentali Multilaterali u organizzazzjonijiet oħra, bħal organizzazzjonijiet reġjonali għall-ġestjoni tas-sajd u korpi oħrajn rilevanti, li jaġixxu fil-mandati rispettivi tagħhom, bil-għan li tittejjeb il-governanza u tiżdied il-komplementarjetà.

    9.

    L-Unjoni tinnota enfasi akbar fi ħdan is-CITES fuq l-ispeċijiet tal-injam, kif rifless ukoll mill-proposti tal-Unjoni biex jiġu elenkati speċijiet addizzjonali ta' siġar fl-Appendiċi II tas-CITES fil-CoP19. Is-CITES għandha rwol importanti x'taqdi fil-konservazzjoni tal-foresti u l-Unjoni tappoġġa azzjoni aktar b'saħħitha u aktar konsistenti bejn is-CITES u organizzazzjonijiet u proċessi oħra relatati mal-foresti.

    10.

    Il-pożizzjoni tal-Unjoni dwar proposti relatati mat-traffikar ta' organiżmi selvaġġi għandha tirrifletti l-approċċ komprensiv tal-UE għall-prevenzjoni tat-traffikar ta' organiżmi selvaġġi billi jiġu indirizzati l-kawżi ewlenin tiegħu, jissaħħu l-oqfsa legali u ta' politika biex jiġi indirizzat it-traffikar ta' organiżmi selvaġġi, jiġu infurzati r-regoli eżistenti b'mod effettiv, u jitrawmu sħubijiet globali biex jiġi indirizzat it-traffikar ta' organiżmi selvaġġi, filwaqt li jiġi rikonoxxut li saret ħidma konsiderevoli mill-komunità internazzjonali f'dawn l-aħħar snin fil-prevenzjoni tat-traffikar ta' organiżmi selvaġġi.

    11.

    B'konsistenza ma' dawn il-prijoritajiet, l-Unjoni tappoġġa li l-ispeċijiet li bħalissa qed jiġu importati illegalment jew f'livelli mhux sostenibbli fl-UE, jiġu protetti aħjar permezz tas-CITES. Għalhekk, l-Unjoni tappoġġa l-proposti biex jiġu emendati l-Appendiċijiet dwar l-ispeċijiet varji ta' rettili u amfibji, b'mod partikolari id-diversi speċijiet ta' fkieren tal-ilma li jiġu importati fl-UE bħala annimali domestiċi.

    12.

    L-Unjoni għandha tinkoraġġixxi wkoll inizjattivi li jikkontribwixxu għaż-żieda fil-kapaċitajiet tal-awtoritajiet rilevanti, il-kondiviżjoni tal-informazzjoni u tal-aħjar prattiki, bil-għan li s-CITES tiġi implimentata aħjar u tittejjeb il-kooperazzjoni bejn il-pajjiżi ta' oriġini, ta' tranżitu u ta' destinazzjoni.

    13.

    F'dan il-kuntest l-Unjoni tinnota proposti li jappellaw għall-ħolqien ta' fondi speċifiċi għall-benefiċċju tal-partijiet magħżula. L-Unjoni jidhrilha li l-fondi ġodda għandhom jinħolqu biss f'każijiet debitament ġustifikati, abbażi ta' analiżi bir-reqqa tal-fattibbiltà u tal-valur miżjud tagħhom. L-aċċess għall-finanzjament ma għandux ikun limitat għal partijiet jew gruppi ta' partijiet magħżula.

    13a.

    Diversi proposti ppreżentati lill-CoP 19 tas-CITES jiffukaw fuq kwistjonijiet relatati mal-użu sostenibbli, il-mezzi tal-għajxien, il-popli indiġeni u l-komunitajiet lokali. L-Unjoni għandha tappoġġa tali proposti sa fejn dawn jgħinu biex jiżguraw li kwistjonijiet rilevanti ikunu indirizzati fis-CITES. Madankollu, għandu jiġi evitat il-ħolqien ta' proċessi jew strutturi addizzjonali bi spejjeż sinifikanti u benefiċċji inċerti jew ir-riskju ta' duplikazzjoni.

    14.

    Huwa importanti li l-Unjoni tiżgura li r-riżoluzzjonijiet, l-annotazzjonijiet u r-riżervi kollha jkunu jinftiehmu u jiġu interpretati b'mod uniformi. Minkejja l-effett pożittiv tar-regoli attwali, l-indirizzar tal-kaċċa illegali tal-iljunfanti u t-traffikar tal-avorju jibqgħu prijorità, kif ukoll il-ħtieġa li jiġu żgurati soluzzjonijiet sostenibbli għan-nies li jgħixu qrib l-iljunfanti u l-organiżmi selvaġġi b'mod ġenerali. Għalhekk, l-Unjoni għandha tippromwovi speċifikament il-kjarifika tar-regoli dwar il-kummerċ tal-iljunfanti ħajjin, speċifikament ir-Riżoluzzjoni Konf. 11.20 (Rev. CoP18) u r-Riżoluzzjoni Konf. 10.10 (Rev. CoP18). Fl-74 laqgħa tal-Kumitat Permanenti, l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha esprimew ix-xewqa tagħhom li joħolqu qafas komuni għall-kummerċ tal-iljunfanti Afrikani ħajjin, imsejjes fuq il-qafas tas-CITES u fuq skrutinju xjentifiku trasparenti u robust. L-armonizzazzjoni tal-kondizzjonijiet għall-kummerċ tal-iljunfanti Afrikani ħajjin u l-promozzjoni tal-azzjonijiet li jindirizzaw direttament il-problema tal-kummerċ illegali tal-iljunfanti u tal-avorju għandhom jkunu prijorità għall-Unjoni għall-punti kollha relatati mal-iljunfanti fl-aġenda tal-CoP19.

    15.

    L-Unjoni tinnota li l-Partijiet ressqu diversi proposti b'rabta mal-kummerċ legali fl-avorju tal-iljunfanti u l-qarn tar-rinoċeronti. L-Unjoni hija konxja tal-piż finanzjarju marbut mal-protezzjoni ta' speċijiet fil-periklu b'mod partikolari mit-traffikar ta' organiżmi selvaġġi u ta' kunflitt potenzjali bejn il-bnedmin u l-organiżmi selvaġġi u tipprovdi appoġġ lill-istati taż-żoni tad-distribuzzjoni f'dan ir-rigward. Il-kummerċ internazzjonali fl-avorju u l-qarn tar-rinoċeronti bħalissa huwa pprojbit skont il-qafas tas-CITES. L-Unjoni jidhrilha li l-kondizzjonijiet biex dan il-kummerċ jerġa' jiġi awtorizzat mhumiex issodisfati u ma tappoġġax il-proposti għall-CoP19 biex dan jerġa' jinfetaħ. Fir-rigward tas-swieq domestiċi tal-avorju u l-qarn tar-rinoċeronti li jikkontribwixxu għall-kummerċ illegali, l-Unjoni għandha tkompli tappoġġa miżuri proporzjonati, effettivi u trasparenti msejsa fuq l-aqwa evidenza disponibbli, fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Konvenzjoni.

    16.

    L-Unjoni tirrikonoxxi li l-kummerċ internazzjonali fl-organiżmi selvaġġi u t-tnaqqis globali fil-bijodiversità jistgħu jkunu ta' riskju rigward il-feġġ u t-tixrid ta' mard żoonotiku. L-Unjoni tirrikonoxxi wkoll li hemm rabta bejn il-kummerċ illegali minn naħa u t-trattament ħażin tal-annimali min-naħa l-oħra, li jżid ir-riskju tat-tixrid tal-mard. Is-CITES għandu jkompli jkollha rwol, f'konformità mal-mandat tagħha, fit-tnaqqis tar-riskji potenzjali għas-saħħa tal-annimali u tan-nies. L-ebda organizzazzjoni ma tista' tindirizza waħedha l-isfidi multipli li jistgħu jwasslu għat-tifqigħa u t-tixrid ta' mard relatat mal-organiżmi selvaġġi. L-Unjoni tqis li permezz tal-inċentivi tar-reġim kummerċjali legali tal-Konvenzjoni, u b'mod partikolari fil-funzjoni tiegħu li jiskoraġġixxi l-kummerċ illegali, din tista' tikkontribwixxi għat-tnaqqis tar-riskju tat-tixrid taż-żoonożi. Għalhekk, l-Unjoni għandha tħeġġeġ lis-CITES biex issaħħaħ il-kollaborazzjoni attiva tagħha ma' organizzazzjonijiet intergovernattivi oħra, inkluż dawk involuti fis-saħħa tal-annimali jew dik pubblika, il-kummerċ, l-ikel u t-trasport, f'konformità mal-approċċ "saħħa waħda". L-Unjoni tappoġġa bis-sħiħ l-impenn imġedded bejn l-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali u s-CITES biex jaħdmu flimkien fuq kwistjonijiet ta' saħħa u benessri tal-annimali madwar id-dinja biex jissalvagwardjaw il-bijodiversità u jipproteġu l-annimali.

    17.

    Il-kriżi tat-traffikar tal-organiżmi selvaġġi, flimkien mal-estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tas-CITES għal speċijiet u Partijiet ġodda, tfisser li f'dawn l-aħħar snin iddaħħlu aktar attivitajiet fil-kamp ta' applikazzjoni tal-umbrella tas-CITES u li l-piż tax-xogħol tas-Segretarjat tas-CITES żdied b'mod konsiderevoli. L-Unjoni għandha tqis dawn l-iżviluppi meta tiddeċiedi dwar il-prijoritajiet tagħha fil-CoP19 u dwar il-baġit futur għas-Segretarjat tas-CITES.

    (1)  ST 13975/22 (https://www.consilium.europa.eu/media/59787/st13975-en22.pdf).

    (2)  L-Unjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tan-Natura (IUCN) u TRAFFIC huma speċjalizzati fi kwistjonijiet dwar il-kummerċ tal-organiżmi selvaġġi u jipprovdu valutazzjoni bir-reqqa tal-proposti għall-emendar tal-Appendiċijiet tas-CITES qabel kull CoP.

    (3)  https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=uriserv:OJ.L_.2022.167.01.0095,01.ENG


    ANNESS II

    Pożizzjoni tal-Unjoni dwar ċerti proposti mressqa lid-19-il laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta' Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu (CITES) (il-Belt tal-Panama, il-Panama, 14 - 25 ta' Novembru 2022)

    "+"

    jindika pożizzjoni favur

    "–"

    jindika pożizzjoni kontra

    "0"

    jindika pożizzjoni miftuħa minħabba n-nuqqas ta' informazzjoni suffiċjenti biex tiġi stabbilita pożizzjoni

    "(+)"

    jindika appoġġ kondizzjonali fuq id-disponibbiltà ta' aktar informazzjoni u/jew emendi għall-proposta

    "(-)"

    jindika oppożizzjoni li għandha tiġi kkunsidrata mill-ġdid jekk tiġi pprovduta evidenza ta' sostenn u/jew jekk il-proposta tiġi emendata b'mod sinifikanti

    1.    Dokumenti ta' Ħidma

    Nru.

    Punt fl-aġenda

    Proponent  (1)

    Kummenti

    Pożizzjoni

    Ċerimonja tal-ftuħ

     

    L-ebda dokument

     

    Diskorsi ta' merħba

     

    L-ebda dokument

     

    Kwistjonijiet amministrattivi u finanzjarji

    1.

    Elezzjoni tal-President u tal-Viċi President tal-laqgħa u tal-Presidenti tal-Kumitati I u II

     

    L-ebda dokument

    Diġà hemm qbil dwar il-kandidati.

     

    2.

    Adozzjoni tal-aġenda

    CoP19 Dok. 2

    Seg.

    Maqbula

    +

    3.

    Adozzjoni tal-programm ta' ħidma

    CoP19 Dok. 3

    Seg.

    Maqbula

    +

    4.

    Regoli ta' Proċedura tal-Konferenza tal-Partijiet

     

     

     

     

    4.1

    Rapport tal-Kumitat Permanenti CoP19 Dok. 4.1

    SC

    Appoġġa l-emendi rakkomandati għall-Artikolu 7. Appoġġa l-emendi rakkomandati għall-Artikolu 25.5 u 25.6. Isħaq fuq l-importanza li kwalunkwe bidla fl-ordni tal-votazzjoni trid tkun eċċezzjonali u ġġustifikata kif xieraq mill-President fil-laqgħa.

    +

     

    4.2

    Emenda proposta għall-Artikolu 26

    CoP19 Dok. 4.2

    Il-Botswana u ż-Żimbabwe

    Irrifjuta l-proposta peress li tmur kontra l-Artikolu XV tal-Konvenzjoni. Il-prinċipju li kull Parti għandu jkollha vot wieħed huwa fundamentali u mhux negozjabbli. Din il-bidla tirriżulta f'negozjati kkumplikati ħafna qabel kull votazzjoni u fi kwistjonijiet prattiċi sabiex ikun hemm valutazzjoni tal-popolazzjonijiet kemm jista' jkun qrib is-sessjonijiet tal-Konferenza tal-Partijiet biex jirriflettu s-sitwazzjoni.

    -

    5.

    Kumitat tal-Kredenzjali

     

     

     

     

    5.1

    L-istabbiliment tal-Kumitat tal-Kredenzjali

     

    L-ebda dokument

     

     

    5.2

    Rapport tal-Kumitat tal-Kredenzjali

     

    L-ebda dokument

     

    6.

    Ammissjoni tal-osservaturi

    CoP19 Dok. 6

     

     

     

    7.

    Amministrazzjoni, finanzi u baġit tas-Segretarjat u tal-laqgħat tal-Konferenza tal-Partijiet

     

     

     

     

    7.1

    Amministrazzjoni tas-Segretarjat

    CoP19 Dok. 7.1

    Seg.

     

     

     

    7.2

    Rapport tad-Direttur Eżekuttiv tal-UNEP dwar kwistjonijiet amministrattivi u oħrajn

    CoP19 Dok. 7.2

    UNEP

     

     

     

    7.3

    Rapporti finanzjarji għall-2020-2022

    CoP19 Dok. 7.3

    Seg.

     

     

     

    7.4

    Baġit u programm ta' ħidma għall-2023 sal-2025

    CoP19 Dok. 7.4

    Seg.

     

     

     

    7.5

    Aċċess għall-finanzjament

    CoP19 Dok. 7.5

    SC

    L-ebda pożizzjoni

     

     

    7.6

    Proġett tad-delegati sponsorjati

    CoP19 Dok. 7.6

    Seg.

    Aqbel mal-proposta mis-Segretarjat li l-Programm ma jiġix estiż biex ikopri b'mod ġenerali l-laqgħat tal-Kumitat Permanenti u tal-Kumitati tal-Annimali u tal-Pjanti, peress li l-ħidma amministrattiva relatata ma' tali Programm imkabbar tirrappreżenta piż sproporzjonat għas-Segretarjat. Madankollu, aqbel mal-espansjoni limitata proposta tal-Programm għall-Partijiet eliġibbli soġġett għall-proċeduri tal-Artikolu XIII. Appoġġa l-emendi proposti għar-Riżoluzzjoni Konf 17.3 u l-abbozz tad-Deċiżjoni.

    +

    8.

    Strateġija lingwistika għall-Konvenzjoni

    CoP19 Dok. 8

    Seg.

    L-UE tista' tappoġġa l-opzjoni 2 u hija lesta li tiddiskuti ċerti elementi tal-opzjoni 3, jekk iffinanzjati minn kontribuzzjonijiet volontarji. Hemm kwistjonijiet sinifikanti ta' baġit u dewmien li jridu jitqiesu, kif ukoll implikazzjonijiet possibbli għall-implimentazzjoni u l-infurzar tas-CITES kif deskritt fil-paragrafu 12.a) tad-Dok. 8. Kwalunkwe grupp ta' ħidma fis-sessjoni tal-Konferenza tal-Presidenti jeħtieġ li jinkludi rappreżentanti tar-reġjuni kollha, u mhux biss ta' Partijiet bl-Għarbi, biċ-Ċiniż u bir-Russu bħala l-lingwi uffiċjali tagħhom, minħabba li kwalunkwe deċiżjoni ser ikollha implikazzjonijiet baġitarji għall-Partijiet kollha.

    (-)

    Kwistjonijiet strateġiċi

    9.

    Rapporti u rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat

     

     

     

     

    9.1

    Il-Kumitat Permanenti

     

     

     

     

     

    9.1.1

    Rapport tal-President

    CoP19 Dok. 9.1.1

    SC

    Ħu nota tad-dokument u appoġġa l-abbozzi ta' deċiżjonijiet, inkluż suġġerimenti mis-Segretarjat.

    +

     

     

    9.1.2

    Elezzjoni ta' membri reġjonali ġodda u ta' membri reġjonali sostituti

     

    L-ebda dokument

     

     

    9.2

    Il-Kumitat tal-Annimali

     

     

     

     

     

    9.2.1

    Rapport tal-President

    CoP19 Dok. 9.2.1

    AC

    Ħu nota tad-dokument u appoġġa l-abbozzi ta' deċiżjonijiet.

    +

     

     

    9.2.2

    Elezzjoni ta' membri reġjonali ġodda u ta' membri reġjonali sostituti

     

    L-ebda dokument

     

     

    9.3

    Il-Kumitat tal-Pjanti

     

     

     

     

     

    9.3.1

    Rapport tal-President

    CoP19 Dok. 9.3.1

    PC

    Ħu nota tad-dokument.

     

     

     

    9.3.2

    Elezzjoni ta' membri reġjonali ġodda u ta' membri reġjonali sostituti

     

    L-ebda dokument

     

    10.

    Viżjoni Strateġika tas-CITES

    CoP19 Dok. 10

    SC

    Appoġġa s-sett ta' deċiżjonijiet. L-indikaturi jistgħu jiġu mmodifikati aktar skont l-iżviluppi fil-Qafas Globali tal-Bijodiversità għal wara l-2020.

    (+)

    11.

    Speċijiet elenkati fl-Appendiċi-I

    CoP19 Dok. 11

    AC, PC

    Appoġġa l-proposta b'xi emendi għall-abbozzi ta' deċiżjonijiet li għandhom jiġu proposti mill-UE, filwaqt li tibqa' lest li tiddiskuti l-aġġustamenti proposti mis-Segretarjat għall-proċess propost u emendi oħra, jekk issuġġerit minn Partijiet oħra.

    +

    12.

    Rapport dwar il-Kummerċ Dinji fil-Fawna u Flora Selvaġġa

    CoP19 Dok. 12

    L-Afrika t'Isfel

    L-idea tar-rapport u tal-grupp ta' ħidma intersessjonali ġeneralment hija appoġġata. Madankollu, għad hemm xi inċertezzi fil-proposta. Għalhekk, tista' tiġi appoġġata biss, soġġetta għad-disponibbiltà ta' riżorsi esterni, jekk jinbeda proċess permezz ta' sett ta' deċiżjonijiet biex jiġi ddefinit aħjar ir-rapport bil-għan li tittieħed deċiżjoni fil-CoP20, jew jekk il-proposta tittejjeb sostanzjalment matul is-CoP19 biex tiġi pprovduta aktar ċarezza dwar il-kontenut tar-rapport.

    (+)

    13.

    L-involviment tal-popli indiġeni u tal-komunitajiet lokali

    CoP19 Dok. 13

    SC

    Appoġġa r-rakkomandazzjoni biex jiġu adottati d-deċiżjonijiet riveduti li jinsabu fl-Anness 1 tad-dokument, u ħeġġeġ suġġerimenti speċifiċi dwar il-parteċipazzjoni tal-popli indiġeni u tal-komunitajiet lokali fis-CITES.

    +

    14.

    Għajxien

    CoP19 Dok. 14

    SC

    Appoġġa l-adozzjoni tad-deċiżjonijiet riveduti u t-tħassir tad-Deċiżjonijiet 18.37 u 18.36.

    +

    15.

    Mekkaniżmi parteċipattivi għall-komunitajiet rurali fis-CITES

    CoP19 Dok. 15

    L-Eswatini, in-Namibja u ż-Żimbabwe

    Opponi l-proposti bħala dokument awtonomu. Filwaqt li s-suġġett huwa importanti, diġà hemm żewġ proċessi separati taħt is-CITES li jiffukaw fuq l-IPLC (ara l-punti 13 u 14 tal-aġenda).

    Sabiex ikunu aktar effiċjenti u konsistenti fir-rigward tal-involviment tal-popli indiġeni u tal-komunitajiet lokali kif ukoll rurali, il-proponenti għandhom jallinjaw il-proposta tagħhom mal-proċessi taħt il-punti 13 u 14 tal-aġenda, u għandhom jissottomettuha fil-grupp ta' ħidma rispettiv jew fiż-żewġ gruppi ta' ħidma, kif xieraq, għall-kunsiderazzjoni.

    (-)

    16.

    Bini tal-kapaċitajiet

    CoP19 Dok. 16

    SC

    Appoġġa l-abbozz ta' riżoluzzjoni u s-sett ta' proposti biex titkompla l-ħidma fuq qafas integrat għall-bini tal-kapaċitajiet. Jistgħu jkunu meħtieġa xi kjarifiki żgħar b'mod partikolari biex jiġi ċċarat il-kamp ta' applikazzjoni tal-punt 2b fl-abbozz ta' riżoluzzjoni. Appoġġa l-bidliet proposti mis-Segretarjat.

    +

    17.

    Kooperazzjoni mal-organizzazzjonijiet u ftehimiet ambjentali multilaterali

     

     

     

     

    17.1

    Kooperazzjoni ma' konvenzjonijiet oħrajn marbuta mal-bijodiversità

    CoP19 Dok. 17.1

    SC

    Appoġġa, peress li s-sinerġiji fost l-MEAs tal-bijodiversità għandhom ikomplu jissaħħu u jixraq li l-Kumitat Permanenti jirrieżamina regolarment il-kwistjonijiet. Aqbel mal-abbozzi ta' deċiżjonijiet riveduti u ġodda deskritti fl-Annessi tad-dokument u appoġġa l-ħidma lejn strateġija ta' sħubija.

    +

     

    17.2

    Kooperazzjoni mal-Istrateġija Globali għall-Konservazzjoni tal-Pjanti

    CoP19 Dok. 17.2

    PC

    Appoġġa abbozzi ta' Deċiżjonijiet ġodda, inkluż is-suġġeriment mis-Segretarjat biex il-Kumitat Permanenti jiġi inkluż fil-proċess.

    +

     

    17.3

    Kooperazzjoni mal-Politika Intergovernattiva tax-Xjenza

    Pjattaforma dwar il-Bijodiversità u s-Servizzi Ekosistemiċi

    CoP19 Dok. 17.3

    SC

    Appoġġa l-abbozzi tad-deċiżjonijiet li jinsabu fl-Anness I tad-dokument.

    +

     

    17.4

    Inizjattiva Konġunta dwar il-Karnivori tal-Afrika tas-CITES u s-CMS

    CoP19 Dok. 17.4

    Seg.

    Appoġġa dan l-abbozz tad-deċiżjoni biex tiġi pprovduta l-informazzjoni rilevanti lill-Kumitat tal-Annimali u biex is-Segretarjat jingħata pariri xierqa dwar l-Inizjattiva dwar il-Karnivori tal-Afrika, kif issuġġerit mill-Kumitat tal-Annimali u minn diversi organizzazzjonijiet tal-osservaturi.

    +

     

    17.5

    Konsorzju Internazzjonali dwar il-Ġlieda Kontra l-Kriminalità fil-Ħajja Selvaġġa

    CoP19 Dok. 17.5

    Seg.

    Appoġġa l-adozzjoni tal-abbozzi ta' deċiżjonijiet u t-tħassir tad-Deċiżjoni 18.3.

    +

    18.

    Jum Dinji tal-Ispeċijiet Selvaġġi tan-Nazzjonijiet Uniti

    CoP19 Dok. 18

    Seg.

    Appoġġa t-tħassir tad-Deċiżjoni 18.38 dwar il-Jum Dinji tal-Ispeċijiet Selvaġġi kif ġiet implimentata.

    +

    19.

    CITES u l-foresti

    CoP19 Dok. 19

    Seg.

    Appoġġa l-proposta; issuġġerixxi bidliet biex jittejbu s-sinerġiji u tiġi evitata d-duplikazzjoni ma' proċessi u strumenti internazzjonali oħra relatati mal-foresti. Issuġġerixxi li l-Kumitat tal-Pjanti jista' jiġi kkonsultat dwar it-termini ta' referenza tal-istudju (possibbilment permezz tal-President biex il-proċess isir aktar sempliċi).

    (+)

    20.

    Il-programm tal-ispeċijiet tas-siġar

    CoP19 Dok. 20

    Seg.

    Appoġġa l-abbozzi tad-deċiżjonijiet. L-UE tqis li l-programm iġib l-eżiti mistennija u tħeġġeġ lill-Partijiet kollha biex jibnu fuq ir-riżultati tal-Programm u biex jikkontribwixxu aktar għall-implimentazzjoni tas-CITES fir-rigward tal-ispeċijiet tas-siġar elenkati.

    +

    21.

    Rieżami tal-programm ETIS

    CoP19 Dok. 21

    SC

    Il-biċċa l-kbira tar-rakkomandazzjonijiet jistgħu jiġu appoġġati, inkluż il-bidliet editorjali ssuġġeriti mis-Segretarjat, ħlief il-bidla fid-data ta' sottomissjoni għad-data tal-ETIS, li tista' ddgħajjef il-proċess minħabba l-intervall ta' żmien bejn id-data użata fl-analiżi u r-rappurtar lill-CoP. Għadaqstant opponi ż-żieda għall-Anness 1, it-taqsima 4, it-tieni paragrafu, iżda appoġġa t-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn l-ICCWC u l-ETIS u l-kondiviżjoni tad-data mir-Rapporti Annwali dwar il-Kummerċ Illegali mal-ETIS.

    Appoġġa s-suġġeriment mis-Segretarjat li jiġi adottat abbozz ta' deċiżjoni indirizzat lis-Segretarjat u lill-Kumitat Permanenti biex jiġu żviluppati kriterji ċari għall-kategorizzazzjoni tal-Partijiet.

    (+)

    22.

    Rieżami tal-programmi MIKE u ETIS

    CoP19 Dok. 22

    SC

    Appoġġa l-proposta, inkluż it-test il-ġdid propost mis-Segretarjat għad-deċiżjoni 19.BB a), madankollu, għandu jiġi sottolinjat li għandha titqiegħed enfasi aktar qawwija fuq il-vijabbiltà finanzjarja fit-tul tal-MIKE u l-ETIS. L-UE hija miftuħa għall-proposta mis-Segretarjat biex tiġi inkorporata d-deċiżjoni 19.AA fid-deċiżjoni dwar il-Finanzjament u l-programm ta' ħidma bi stima tal-ispejjeż.

    +

    23.

    Ir-rwol tas-CITES fit-tnaqqis tar-riskju li jfeġġ mard żoonotiku fil-futur assoċjat mal-kummerċ internazzjonali ta' organiżmi selvaġġi

    CoP19 Dok. 23

     

     

     

     

    23.1

    Rapport tal-Kumitat Permanenti

    CoP19 Dok. 23.1

    SC

    Ilqa' l-ħidma li saret mill-grupp ta' ħidma intersessjonali. Appoġġa d-deċiżjonijiet u l-emendi proposti għar-Riżoluzzjoni Konf. 10.21 (Rev. CoP16) dwar it-trasport ta' eżemplari ħajjin.

    +

     

    23.2

    Saħħa Waħda u CITES:

    Ir-riskji għas-saħħa tal-bnedmin u tal-annimali mill-kummerċ ta' organiżmi selvaġġi

    CoP19 Dok. 23.2

    Il-Kosta tal-Avorju, il-Gabon, il-Gambja, il-Liberja, in-Niġerja u s-Senegal

    Opponi l-elementi li jmorru lil hinn mis-CITES. Appoġġa xi wħud mill-elementi li jinsabu fl-abbozz ta' riżoluzzjoni, bħall-użu ta' definizzjonijiet internazzjonali u l-kooperazzjoni mal-awtoritajiet tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika, u ssuġġerixxi l-integrazzjoni tagħhom fl-abbozz ta' deċiżjonijiet proposti fid-Dok. 23.1., mhux bħala parti mill-proċess lejn ir-Riżoluzzjoni, iżda bħala Deċiżjonijiet adottati fil-CoP19.

    (-)

    24.

    L-implikazzjonijiet tal-pandemija tal-COVID-19 fuq l-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni

    CoP19 Dok. 24

    Seg.

    Appoġġa r-rakkomandazzjonijiet proposti mis-Segretarjat biex jiġi żgurat li l-laqgħat u l-ħidma intersessjonali tas-CITES ikunu jistgħu jsiru wkoll meta jkunu qegħdin jiġu ffaċċati kwistjonijiet operattivi eċċezzjonali.

    +

    25.

    Pjan ta' azzjoni dwar kwistjonijiet relatati mal-ġeneru

    CoP19 Dok. 25

    Il-Panama

    Appoġġa l-esplorazzjoni u l-indirizzar ta' kwistjonijiet relatati mal-ġeneru b'mod effettiv. Appoġġa r-riżoluzzjoni proposta, li madankollu teħtieġ aktar emendi. Issuġġerixxi li l-CoP jibda proċess intersessjonali biex jikkunsidra l-ħtieġa u l-kontenut tal-linji gwida għall-implimentazzjoni tar-riżoluzzjoni, u jipprovdi rakkomandazzjonijiet lill-Kumitat Permanenti / CoP20.

    (+)

    Kwistjonijiet ta' interpretazzjoni u implimentazzjoni

    Riżoluzzjonijiet u Deċiżjonijiet Eżistenti

     

     

     

    26.

    Rieżami tar-Riżoluzzjonijiet

    CoP18 Dok. 26

    Seg.

    Appoġġa l-bidliet fir-Riżoluzzjonijiet u t-tħassir tad-Deċiżjoni 14.81 jekk il-bidla rilevanti għar-Riżoluzzjoni Konf. 14.8 (Rev. CoP17) tiġi adottata. Għandhom ikunu allinjati mal-emenda ssuġġerita fid-dokument 32.

    +

    27.

    Rieżami tad-Deċiżjonijiet

    CoP19 Dok. 27

     

    Appoġġa s-suġġerimenti mis-Segretarjat. Ippreferi li 18.55 ma titħassarx peress li l-implimentazzjoni għadha pendenti. Ikkunsidra jekk 18.193 ġietx implimentata sa meta jiltaqa' l-CoP.

    +

    Konformità u infurzar ġenerali

     

     

     

    28.

    Liġijiet nazzjonali għall-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni

    CoP19 Dok. 28

    Seg.

    Appoġġa l-adozzjoni tal-abbozzi ta' deċiżjonijiet li jinsabu fl-Anness 1 għad-dokument CoP19 Dok. 28, u pproponi li jiġi inkluż rappurtar possibbli għal-laqgħat regolari tal-Kumitat Permanenti fid-deċiżjoni 19.EEh). Appoġġa t-tħassir tad-Deċiżjonijiet 18.62-18.67 u aqbel dwar il-baġit tentattiv kif previst fl-Anness 2.

    +

    29.

    Kwistjonijiet ta' konformità tas-CITES

     

     

     

     

    29.1

    L-implimentazzjoni tal-Artikolu XIII u tar-Riżoluzzjoni Konf. 14.3 (Rev. CoP18)

    dwar il-proċeduri ta' konformità tas-CITES

    CoP19 Dok. 29.1

    Seg.

    Ħu nota tal-informazzjoni ppreżentata fid-dokument dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu XIII u r-Riżoluzzjoni Konf. 14.3. (Rev. CoP 18). Involvi ruħek fid-diskussjoni dwar ir-rakkomandazzjoni skont il-paragrafu 42b) bil-ħsieb li tappoġġa l-proċedura mħaffa, jekk meħtieġ, u skont il-paragrafu 42c) bil-ħsieb ta' titjib possibbli fit-trattament ta' kwistjoni ta' konformità mill-Kumitat Permanenti, filwaqt li tqis mezzi oħra possibbli biex titnaqqas l-aġenda tal-Kumitat Permanenti.

    0

     

    29.2

    Totoaba (Totoaba macdonaldi)

    CoP19 Dok. 29.2

     

     

     

     

     

    29.2.1

    Rapport tas-Segretarjat

    CoP19 Dok. 29.2.1

    Seg.

    Appoġġa l-adozzjoni ta' abbozzi ta' deċiżjonijiet riveduti u ġodda (18.292 sa 18.295, u 19.CC u 19.DD) fl-Anness 3 għad-dokument CoP19 Dok. 29.2.1. Ħeġġeġ lill-Messiku jieħu miżuri effettivi biex jipproteġi l-vaquita. Id-dokumenti 29.2.1 u 29.2.2 huma simili ħafna u għandhom jiġu amalgamati f'wieħed, possibbilment bl-użu tar-rapport tas-Segretarjat bħala l-punt tat-tluq.

    +

     

     

    29.2.2

    Deċiżjonijiet imġedda u aġġornati għas-CoP19

    CoP19 Dok. 29.2.2

    L-Istati Uniti tal-Amerka

    Appoġġa l-kontenut tad-dokument, li madankollu jikkoinċidi mad-dokument 29.2.1 mis-Segretarjat. Iż-żewġ dokumenti għandhom jiġu amalgamati.

    (+)

     

    29.3

    Ebanu tal-Madagascar (Diospyros spp.) u palissandri u injam dagħmi (Dalbergia spp.)

    CoP19 Dok. 29.3

    Seg. f'konsultazzjoni mal-President tal-Kumitat Permanenti

    Appoġġa l-abbozzi tad-deċiżjonijiet; b'mod partikolari, biex il-Madagascar jiżgura l-ħażniet kollha u biex il-Partijiet ma jaċċettawx esportazzjonijiet (mill-ġdid) għal skopijiet kummerċjali mill-Madagascar ta' eżemplari ta' Diospyros spp (#5) jew Dalbergia spp (#15) sakemm il-Madagascar ikun għamel Sejba ta' Akkwist Legali u Sejba ta' Nuqqas ta' Detriment għal dawn l-ispeċijiet fil-livell nazzjonali li jissodisfaw lis-Segretarjat.

    +

    30.

    Programm ta' Assistenza dwar il-Konformità

    CoP19 Dok. 30

    SC

    Appoġġa d-deċiżjonijiet dwar l-implimentazzjoni tal-Programm ta' Assistenza dwar il-Konformità.

    +

    31.

    Rieżamijiet tal-Kummerċ ta' Livell Sinifikanti madwar il-pajjiżi kollha CoP19 Dok. 31

    SC, jinkorpora l-abbozzi tad-deċiżjonijiet proposti

    mill-Presidenti tal-AC u tal-PC

    Appoġġa, peress li hija meħtieġa evalwazzjoni ta' jekk il-kwistjonijiet identifikati fir-Rieżami tal-Kummerċ ta' Livell Sinifikanti madwar il-pajjiż kollu għall-Madagascar humiex indirizzati biżżejjed.

    +

    32.

    Rieżami tar-Riżoluzzjoni Konf. 11.3 (Rev. CoP18) dwar il-Konformità u l-infurzar

    CoP19 Dok. 32

    SC

    Appoġġa l-adozzjoni tal-emendi proposti għar-Riżoluzzjoni Konf. 11.3 (REV. CoP18), soġġett għal bidliet editorjali minuri.

    +

    33.

    Kwistjonijiet ta' infurzar

    CoP19 Dok. 33

    Seg.

    Appoġġa r-rakkomandazzjonijiet, filwaqt li tisħaq fuq l-importanza li jkompli jiġi promoss l-infurzar attiv tal-Konvenzjoni fil-livell nazzjonali u fil-livell internazzjonali li jiddependi fuq kollox mill-fatt li l-istituzzjonijiet tal-infurzar ikollhom biżżejjed kapaċità u mill-ispeċjalizzazzjoni tal-unitajiet tagħhom. Enfasizza wkoll l-importanza li jiġu indirizzati l-flussi finanzjarji li jirriżultaw mill-kummerċ illegali tal-organiżmi selvaġġi.

    +

    34.

    Rapporti annwali dwar il-kummerċ illegali

    CoP19 Dok. 34

    Seg.

    Appoġġa l-emenda għar-Riżoluzzjoni Konf. 11.17 (REV. CoP18) it-tħassir tad-Deċiżjonijiet 18.75 u 18.76 dwar ir-Rapporti annwali dwar il-kummerċ illegali.

    Ġeneralment appoġġa l-abbozzi tad-Deċiżjonijiet 19.AA u 19.BB proposti b'xi kjarifiki u emendi.

    +

    35.

    Task Force dwar il-kummerċ illegali ta' eżemplari ta' speċijiet ta' siġar elenkati mis-CITES

    CoP19 Dok. 35

    SC

    Appoġġa r-rakkomandazzjonijiet: a) ħu nota tad-dokument, inkluż l-emenda proposta għall-abbozz tad-deċiżjoni 19.CC dwar l-Identifikazzjoni tal-injam u ta' prodotti oħra tal-injam, kif ippreżentata mill-Kumitat tal-Pjanti fid-dokument CoP19 Dok 44.2; b) it-tħassir tad-Deċiżjonijiet 18.79 u 18.80 dwar l-infurzar.

    +

    36.

    Appoġġ għall-infurzar kontra l-kriminalità marbuta mal-organiżmi selvaġġi fl-Afrika tal-Punent u fl-Afrika Ċentrali

     

     

     

     

    36.1

    Rapport tal-Kumitat Permanenti

    CoP19 Dok. 36.1

    SC

    Id-dokumenti 36.1 u 36.2 għandhom jiġu amalgamati. Qbil ġenerali li huwa meħtieġ appoġġ għall-infurzar kontra l-kriminalità marbuta mal-organiżmi selvaġġi. Madankollu, sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni ma' attivitajiet eżistenti u minħabba li l-istabbiliment ta' fond jidher li huwa proċess twil li jkun jeħtieġ riżorsi finanzjarji u umani sostanzjali, għalhekk appoġġa r-rakkomandazzjonijiet mis-Segretarjat ipprovduti taħt id-dokument 36.1. Ħeġġeġ lill-Partijiet l-oħra, lill-organizzazzjonijiet governattivi, intergovernattivi u mhux governattivi u lill-partijiet ikkonċernati interessati biex jipprovdu appoġġ lil dawn is-subreġjuni.

    (+)

     

    36.2

    Il-kriminalità marbuta mal-organiżmi selvaġġi u l-appoġġ tas-CITES għall-infurzar

    fl-Afrika tal-Punent u l-Afrika Ċentrali

    CoP19 Dok. 36.2

    Il-Kosta tal-Avorju, il-Gambja, il-Liberja, in-Niġerja u s-Senegal

    Ġiet proposta l-amalgamazzjoni tad-dokumenti 36.1 u 36.2., il-kummenti pprovduti f'36.1.

    (-)

    37.

    Il-kriminalità marbuta mal-organiżmi selvaġġi b'rabta mal-Internet

    CoP19 Dok. 37

    Seg.

    Appoġġa l-bidliet fir-Riżoluzzjoni Konf. 11.3 (Rev. CoP18) u l-abbozzi tad-Deċiżjonijiet. Issuġġerixxi li flimkien mal-aħjar prattiki, għandhom jiġu identifikati wkoll "liġijiet nazzjonali" implimentati mill-Partijiet (minbarra d-Deċiżjoni 19.AA proposta). Għandhom ikunu allinjati mal-emenda ssuġġerita fid-dokument 32.

    +

    38.

    Tnaqqis fid-domanda biex jiġi miġġieled il-kummerċ illegali

    CoP19 Dok. 38

    SC

    Appoġġa l-adozzjoni tal-gwida fil-CoP19. Appoġġa wkoll l-adozzjoni ta' abbozzi ta' deċiżjonijiet u emendi għar-Riżoluzzjoni Konf. 17.4 biex tittejjeb id-disponibbiltà tal-gwida għall-Partijiet fil-lingwi kollha tas-CITES u biex il-Partijiet jiġu mħeġġa jużawha.

    +

    39.

    Swieq domestiċi għall-eżemplari li spiss isir kummerċ illegali tagħhom

    CoP19 Dok. 39

    SC

    Appoġġa r-rakkomandazzjonijiet. Għandhom ikunu allinjati mal-emenda ssuġġerita fid-dokument 32.

    +

    Regolament dwar il-kummerċ

     

     

     

    40.

    Gwida biex isiru sejbiet ta' akkwist legali

    CoP19 Dok. 40

    SC

    Ċerti elementi tal-"Gwida Rapida biex isiru Sejbiet ta' Akkwist Legali" u tad-Deċiżjoni 19.BB a)", jeħtieġu kjarifika. Il-pożizzjoni tal-UE ser tiġi żviluppata ulterjorment ladarba jsir disponibbli d-dokument aġġornat mis-Segretarjat li jirrifletti l-eżiti tal-workshop dwar l-Akkwist Legali (Awwissu 2022).

    (+)

    41.

    Is-sistemi elettroniċi u t-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-Awtentikazzjoni u l-kontroll tal-permessi

    CoP19 Dok. 41

    SC

    Appoġġa l-konklużjoni tal-istudju dwar l-awtentikazzjoni u l-kontroll tal-permessi.. Appoġġa l-emendi proposti għar-Riżoluzzjoni Konf. 12.3 (Rev. CoP18) dwar il-permessi u ċ-ċertifikati kif emendata mis-Segretarjat tas-CITES bis-suġġeriment li jiġu kkunsidrati aktar is-sistemi organizzati fuq arkitettura ta' hub. Appoġġa l-emendi proposti għar-riżoluzzjoni Konf.11.3 (Rev. COP18) dwar il-konformità u l-infurzar b'mod partikolari biex id-dwana tkun tista' taċċessa informazzjoni fil-bażijiet tad-data tal-permessi tal-Awtoritajiet ta' Ġestjoni. Appoġġa l-abbozzi ta' deċiżjonijiet dwar il-valutazzjoni u l-analiżi tar-riskju u l-abbozzi ta' deċiżjonijiet dwar is-sistemi elettroniċi u t-teknoloġija tal-informazzjoni.

    +

    42.

    Kodiċijiet tal-iskopijiet fuq il-permessi u ċ-ċertifikati tas-CITES

    CoP19 Dok. 42

    SC

    Aqbel mal-emendi ssuġġeriti għar-riżoluzzjonijiet rilevanti u appoġġa l-adozzjoni tal-abbozzi tad-deċiżjonijiet proposti biex jiġi stabbilit mill-ġdid grupp ta' ħidma intersessjonali konġunt ħalli jiġi rieżaminat aktar l-użu ta' kodiċijiet tal-iskopijiet tat-tranżazzjonijiet mill-Partijiet u biex jitkomplew fost l-oħrajn id-diskussjonijiet dwar il-kodiċijiet tal-iskopijiet P u T.

    +

    43.

    Sejbiet mhux ta' detriment

     

     

     

     

    43.1

    Rapport tal-Kumitati tal-Annimali u l-Pjanti

    CoP19 Dok. 43.1

    AC, PC

    Appoġġa l-abbozzi tad-deċiżjonijiet miftiehma fl-AC31 u l-PC25.

    +

     

    43.2

    Is-sejbiet mhux ta' detriment għall-eżemplari tal-ispeċijiet tal-Appendiċi II meħuda fl-ambjent tal-baħar mhux taħt il-ġuriżdizzjoni ta' kwalunkwe Stat

    CoP19 Dok. 43.2

    Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq

    Appoġġa l-abbozzi tad-deċiżjonijiet, peress li dawn jallinjaw mal-inizjattiva li għaddejja biex jissaħħu s-sinerġiji bejn is-CITES u s-sajd bil-għan li tittejjeb il-konservazzjoni tal-klieb il-baħar u r-raj elenkati fis-CITES u mhedda.

    +

    44.

    Materjali ta' identifikazzjoni

     

     

     

     

    44.1

    Rieżami tar-Riżoluzzjoni Konf. 11.19 (Rev. CoP16)

    CoP19 Dok. 44.1

    SC

    Appoġġa r-rakkomandazzjonijiet.

    +

     

    44.2

    L-identifikazzjoni ta' njam u prodotti oħra tal-injam

    CoP19 Dok. 44.2

    PC

    Appoġġa l-abbozzi tad-deċiżjonijiet peress li matul is-snin inġabret ħafna informazzjoni u jkun utli li tinġabar f'post wieħed.

    +

    45.

    Sistema ta' tikkettar għall-kummerċ tal-kavjar

    CoP19 Dok. 45

    SC

    Appoġġa l-abbozzi tad-deċiżjonijiet proposti u t-tħassir tad-Deċiżjoni 18.146.

    Issuġġerixxi li jiġi stabbilit grupp ta' ħidma intersessjonali tal-Kumitat Permanenti li jista' jibda l-ħidma tiegħu ladarba jkunu disponibbli l-analiżi u r-rakkomandazzjonijiet tas-Segretarjat.

    +

    46.

    Kummerċ tal-qroll ġebli

    CoP19 Dok. 46

    L-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha

    Dokument ippreżentat mill-UE u mill-Istati Membri tagħha.

    +

    47.

    Eżemplari prodotti permezz tal-bijoteknoloġija

    CoP19 Dok. 47

    SC, Seg.

    Appoġġa r-rakkomandazzjonijiet, il-laqgħa speċjalizzata għandha tkun bażi għall-iżvilupp ta' ċarezza dwar id-definizzjonijiet u l-kwistjonijiet ta' konservazzjoni li jistgħu jintużaw mill-Grupp ta' Ħidma aktar tard. Il-laqgħa għandha sservi bħala bażi għall-grupp ta' ħidma u għalhekk għandha ssir minn qabel.

    +

    48.

    Definizzjoni tat-terminu "destinazzjonijiet xierqa u aċċettabbli"

    CoP19 Dok. 48

    SC

    Appoġġa l-approvazzjoni taż-żewġ dokumenti ta' gwida mhux vinkolanti.

    Appoġġa l-abbozz ta' deċiżjoni fl-Anness 3, inkluż l-emendi mis-Segretarjat tas-CITES.

    +

    49.

    Introduzzjoni mill-baħar

    CoP19 Dok. 49

    SC

    Appoġġa d-deċiżjonijiet proposti.

    Esprimi t-tħassib serju tal-UE + l-Istati Membri dwar in-nuqqas ta' implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tas-CITES dwar l-IFS u kummerċ ieħor minn żoni lil hinn mill-ġuriżdizzjoni nazzjonali tal-ispeċijiet elenkati fis-CITES.

    L-UE + l-Istati Membri jenfasizzaw li għal implimentazzjoni ta' suċċess tad-dispożizzjonijiet tas-CITES għall-ispeċijiet tal-baħar, il-kooperazzjoni effettiva bejn is-CITES u l-awtoritajiet tas-sajd hija essenzjali.

    +

    50.

    Rimi ta' eżemplari kkonfiskati

    CoP19 Dok. 50

    SC

    Appoġġa l-abbozz propost tad-deċiżjonijiet tal-CoP19 kif irrakkomandat mill-SC74 u t-tħassir tad-Deċiżjonijiet 18.159 sa 18.164.

    +

    51.

    Kwoti għat-trofej tal-kaċċa tal-leopardi (Panthera pardus)

    CoP19 Dok. 51

    SC

    Appoġġa l-emendar tal-paragrafu 1a) tar-Riżoluzzjoni Konf. 10.14 (Rev. CoP16). Ipproponi emenda tad-deċiżjonijiet proposti mis-Segretarjat biex jiġi żgurat li l-kwoti tal-esportazzjoni (inkluż il-kwoti tal-kaċċa) jiġu riveduti fuq bażi regolari.

    (+)

    52.

    Trasport ta' eżemplari ħajjin:

    it-titjib tal-implimentazzjoni tar-regolamenti dwar it-trasport

    CoP19 Dok. 52

    Il-Kanada, il-Kosta tal-Avorju, il-Kenja, il-Messiku, in-Niġerja, is-Senegal u l-Istati Uniti tal-Amerka

    Appoġġa d-deċiżjonijiet proposti u l-bidliet fir-riżoluzzjonijiet, speċjalment fir-rigward tal-aċċess għar-Regolamenti tal-IATA. Kjarifika tal-iskop tal-ewwel bidla (minuri) fir-Riżoluzzjoni Konf. 10.21 (inklużjoni ta' "irrispettivament mill-metodu ta' trasport") u għandu jitqies l-impatt possibbli dwar il-linji gwida għat-trasport mhux tal-ajru. Uri disponibbiltà biex tiddiskuti suġġerimenti mill-Partijiet jew mill-partijiet ikkonċernati rilevanti biex tittejjeb il-fattibbiltà tal-bidliet proposti mingħajr ma titnaqqas l-ambizzjoni tal-proposta.

    +

    Eżenzjonijiet u dispożizzjonijiet speċjali dwar il-kummerċ

     

     

     

    53.

    Rieżami tad-dispożizzjonijiet tas-CITES relatati mal-kummerċ ta' eżemplari tal-annimali u tal-pjanti mhux ta' oriġini selvaġġa

    CoP19 Dok. 53

    SC

    Appoġġa l-kontinwazzjoni tal-grupp ta' ħidma intersessjonali minħabba li l-kwistjonijiet indirizzati huma kumplessi u ma kienx hemm biżżejjed żmien biex jiġu diskussi l-punti kollha fil-mandat. Huwa meħtieġ titjib importanti għat-test, b'mod partikolari tal-Anness I, biex it-test isir aktar ċar u aktar iffukat, kif ukoll biex jiġi indirizzat it-tħassib imqajjem mis-Segretarjat tas-CITES. F'konformità mal-pożizzjoni tas-Segretarjat, tkellem favur il-posponiment tal-adozzjoni tal-emendi għar-Riżoluzzjoni 10.16 għall-CoP20, iżda kun disponibbli għall-adozzjoni fil-CoP19 jekk jintlaħaq qbil dwar titjib sostantiv.

    (-)

    54.

    Rieżami tad-dispożizzjonijiet tar-Riżoluzzjoni Konf. 17.7 dwar ir-Rieżami tal-kummerċ ta' eżemplari tal-annimali rrapportati bħala mrobbija fil-magħluq

    CoP19 Dok. 54

    Seg. f'isem l-SC u f'konsultazzjoni mal-President tal-AC.

    Appoġġ ġenerali iżda ċerti bidliet huma meħtieġa fil-formulazzjoni tal-emendi tar-Riżoluzzjoni fl-Anness 1 u fl-abbozzi tad-deċiżjonijiet, b'mod partikolari biex jirriflettu l-eżitu ta' SC75 (13/11/2022) u ta' workshop li sar f'Ġunju 2022. Appoġġa l-abbozzi ta' deċiżjonijiet fl-Anness 2.

    (+)

    55.

    Reġistrazzjoni ta' operazzjonijiet li jnisslu Appendiċi-I speċijiet ta' annimali miżmuma fil-magħluq għal skopijiet kummerċjali

    CoP19 Dok. 55

    L-Istati Uniti tal-Amerka

    Opponi xi partijiet mir-raġunament ippreżentat fid-dokument u opponi bil-qawwa xi wħud mill-bidliet proposti. Appoġġa b'mod ġenerali l-idea li l-komoditajiet li huma indikati fir-reġistrazzjoni jsiru pubbliċi fuq is-sit web tas-CITES. Opponi l-proposta li komoditajiet addizzjonali jeħtieġu reġistrazzjoni ġdida. Kun disponibbli għal approċċ ta' esklużjoni, jiġifieri estensjoni tal-proċess ta' reġistrazzjoni għal komoditajiet li kienu espliċitament esklużi fir-reġistrazzjoni. B'dawn l-emendi, il-proposta tista' tiġi aċċettata.

    (-)

    56.

    Gwida dwar it-terminu "propagat artifiċjalment

    CoP19 Dok. 56

    PC

    Appoġġa l-adozzjoni tal-Abbozzi ta' Deċiżjonijiet fl-Anness 1. Peress li kwistjonijiet dwar l-injam tal-agar, l-użu tal-kodiċi tas-sors Y, u kwistjonijiet oħra baqgħu miftuħa fil-proċess ta' abbozzar tal-Gwida preliminari, opponi kwalunkwe bidla possibbli tal-mandat għar-reviżjoni tal-gwida li eventwalment tista' twassal għal dgħufija tal-istandards attwali rigward il-kodiċi tas-sors "A", "Y" u d-definizzjoni ta' pjantaġġuni.

    +

    57.

    Eżemplari mkabbra minn żrieragħ jew spori miġbura mis-selvaġġ li jitqiesu li huma propagati artifiċjalment

    CoP19 Dok. 57

    PC f'konsultazzjoni mal-President tal-SC

    Appoġġa t-tħassir tad-Deċiżjonijiet 18.179 - 18.181 hekk kif jitlesta x-xogħol.

    +

    Kwistjonijiet speċifiċi skont l-ispeċijiet

    58.

    Avultuni tal-Afrika tal-Punent (Accipitridae spp.)

    CoP19 Dok. 58

    SC f'konsultazzjoni mas-Seg.

    Aqbel li jiġu adottati l-abbozzi tad-Deċiżjonijiet 19.AA sa 19.FF li jissostitwixxu d-Deċiżjonijiet 18.186 sa 18.192.

    +

    59.

    Kummerċ illegali fiċ-ċiti (Acinonyx jubatus)

    CoP19 Dok. 59

    L-Etjopja

    Appoġġa r-rakkomandazzjonijiet peress li l-kummerċ illegali huwa theddida urġenti. Irrakkomanda li s-sottospeċi tal-Majjistral tal-Afrika u dik Iranjana tiġi inkluża fil-kunsiderazzjonijiet kollha dwar il-ġlieda kontra l-kummerċ illegali, sal-punt rilevanti, u li jinħoloq mekkaniżmu biex jinforma u jsaħħaħ il-ħidma tat-Taskforce dwar il-Qtates il-Kbar. Barra minn hekk, SC78 u mhux SC77 għandha tagħmel rakkomandazzjonijiet lill-CoP20.

    (+)

    60.

    Konservazzjoni tal-amfibji (Amphibia spp.)

    CoP19 Dok. 60

    AC

    Appoġġa r-rakkomandazzjonijiet peress li ma nġabritx biżżejjed data dwar l-ispeċijiet amfibji fil-kummerċ internazzjonali.

    +

    61.

    Sallura (Anguilla spp.)

    CoP19 Dok. 61

    SC f'konsultazzjoni mal-President tal-AC

    Appoġġa r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat Permanenti biex jiġu adottati l-abbozzi tad-deċiżjonijiet 19.AA sa 19.DD ippreżentati fl-Anness 1.

    +

    62.

    Tassonomija li tipproduċi l-injam tal-agar

    (Aquilaria spp. u Gyrinops spp.)

     

     

     

     

    62.1

    Rapport tal-Kumitat tal-Pjanti

    CoP19 Dok. 62.1

    PC

    Appoġġa l-abbozz tad-Deċiżjoni biss fil-verżjoni emendata biss mis-Segretarjat. Enfasizza l-ħtieġa li informazzjoni ġdida mid-Dok. 62.2, ir-riċerka proposta fih, u tad-Dokument ta' Informazzjoni CoP19 Inf. 5 jitqiesu meta ir-Riżoluzzjoni 16.10 u Riżoluzzjonijiet oħra jiġu riveduti. Madankollu, agħmilha ċara li r-Riż. 10.13 dwar l-Implimentazzjoni tal-Konvenzjoni għall-ispeċijiet ta' siġar u Riżoluzzjonijiet potenzjali oħra ma għandhomx jiddgħajfu fir-rigward tad-definizzjonijiet u l-ispeċifikazzjonijiet tal-propagazzjoni artifiċjali.

    (+)

     

    62.2

    L-istorja u l-isfidi tal-injam tal-agar u s-CITES

    CoP19 Dok. 62.2

    Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq.

    Appoġġa, jew faħħar l-utilità tal-informazzjoni kkumpilata. Itlob li r-riżultati potenzjali tar-riċerka proposta għandhom jitqiesu għal kwalunkwe reviżjoni tar-Riżoluzzjoni 16.10 skont l-Abbozz ta' Deċiżjoni fid-Dok. 62.1.

    (+)

    63.

    Siġar tal-Boswellia (Boswellia spp.)

    CoP19 Dok. 63

    PC

    Appoġġa. L-Abbozzi tad-Deċiżjonijiet jipprovdu perkors raġonevoli 'l quddiem biex jingħalqu l-lakuni fl-għarfien u għal proposti potenzjali ta' elenkar fil-futur mill-partijiet.

    +

    64.

    Fkieren tal-baħar (Cheloniidae spp. u Dermochelyidae spp.)

     

     

     

     

    64.1

    Rapport tas-Segretarjat u tal-Kumitat Permanenti

    CoP19 Dok. 64.1

    SC, Seg.

    Appoġġa l-proposta l-ġdida tas-Segretarjat biex jiġu inklużi ċerti abbozzi ta' deċiżjonijiet f'riżoluzzjoni ġdida dwar il-fkieren tal-baħar kif propost fid-dokument 64.2 u t-tiġdid tad-deċiżjoni 18.217 (Rev. CoP19). Żewġ speċijiet ta' fkieren tal-baħar jinsabu f'periklu kritiku, waħda hija fil-periklu, u l-valutazzjonijiet kollha tal-IUCN ibassru xejra negattiva għall-popolazzjoni. Huma meħtieġa sforzi akbar biex jiġu evitati aktar tnaqqis u estinzjoni. Appoġġa l-amalgamazzjoni mad-dokument 64.2.

    (+)

     

    64.2

    Il-konservazzjoni tal-fkieren tal-baħar

    CoP19 Dok. 64.2

    Il-Brażil, il-Kolombja, il-Costa Rica, il-Perù u l-Istati Uniti tal-Amerka

    Appoġġa r-riżoluzzjoni l-ġdida b'emendi proposti mis-Segretarjat. Appoġġa l-amalgamazzjoni mad-dokument 64.1.

    (+)

    65.

    Klieb il-baħar u raj (Elasmobranchii spp.)

    CoP19 Dok. 65

    SC, AC, f'konsultazzjoni

    mas-Seg. u mal-AC

    Appoġġa r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat Permanenti u tal-Kumitat tal-Annimali biex jiġu adottati l-abbozzi tad-deċiżjonijiet 19.AA sa 19.FF li jinsabu fl-Anness 4 tad-dokument. Il-finanzjament fit-tul huwa essenzjali biex jipprovdi l-appoġġ meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-elenkar ta' speċijiet tal-baħar, u għalhekk l-azzjoni fid-Deċiżjoni 19.BB ma għandhiex tkun soġġetta għad-disponibbiltà ta' finanzjament estern.

    +

    66.

    Iljunfanti (Elephantidae spp.)

     

     

     

     

    66.1

    Implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni Konf. 10.10 (Rev. CoP18) dwar il-Kummerċ ta' eżemplari tal-iljunfanti

    CoP19 Dok. 66.1

    Seg. fuq talba tal-SC

    Appoġġa s-sett ta' deċiżjonijiet fl-Anness 1 marbuta mal-għeluq tas-swieq domestiċi tal-avorju. Appoġġa l-abbozzi ta' deċiżjonijiet fl-Anness 2 marbuta mal-kummerċ fl-avorju tal-mammiferi, inkluż il-bidla kif issuġġerit mis-Segretarjat tas-CITES. Appoġġa l-abbozzi ta' deċiżjonijiet fl-Anness 3 dwar il-kummerċ tal-iljunfanti Asjatiċi. Appoġġa l-abbozzi ta' deċiżjonijiet fl-Anness 4 relatati mal-gwida prattika dwar il-ħażniet tal-avorju.

    +

     

    66.2

    Ħażniet tal-avorju

     

     

     

     

     

    66.2.1

    Ħażniet tal-avorju:

    implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni Konf. 10.10 (Rev. CoP18) dwar il-Kummerċ ta' eżemplari tal-iljunfanti

    CoP19 Dok. 66.2.1

    Il-Benin, il-Burkina Faso, il-Guinea Ekwatorjali, l-Etjopja, il-Gabon, il-Kenja,

    il-Liberja, in-Niġer, is-Senegal u t-Togo

    Irrikonoxxi l-ħtieġa għal rappurtar xieraq iżda kkondividi l-opinjoni tas-Segretarjat li r-rappurtar dwar il-ħażniet tal-avorju u l-għoti ta' appoġġ tekniku relatat mal-ġestjoni tal-ħażniet kif jinsab fil-paragrafu 7 e) u l-paragrafu 11 tar-Riżoluzzjoni Konf. 10.10 (Rev. CoP18) dwar il-Kummerċ ta' eżemplari tal-iljunfanti huma adegwati, jekk il-Partijiet jimplimentawhom kif suppost, u li abbozzi ta' deċiżjonijiet ġodda ssuġġeriti li jinsabu fl-Anness 4 tad-Dok. 66.1 tal-CoP19 huma biżżejjed.

    Opponi l-abbozz ġdid ta' deċiżjoni 19AA u BB kif propost, iżda appoġġa s-sett emendat ta' deċiżjonijiet proposti mis-Segretarjat.

    (-)

     

     

    66.2.2

    L-istabbiliment ta' fond aċċessibbli għall-Istati tal-medda mad-disponiment mhux kummerċjali tal-ħażniet tal-avorju

    CoP19 Dok. 66.2.2

    Il-Kenja

    L-UE ġeneralment tappoġġa r-rimi mhux kummerċjali tal-avorju, iżda tqis li huwa d-dritt sovran ta' kull Parti li tiddeċiedi kif tiġġestixxi l-ħażniet tagħha, sakemm dawn ikunu ġestiti kif suppost. Hemm dubju dwar jekk huwiex meħtieġ proċess istituzzjonalizzat ta' finanzjament li jappoġġa wieħed mill-metodi ta' disponiment għal tip wieħed biss ta' eżemplari maqbuda. Opponi l-proposta kif inhi; approċċ konġunt mill-Istati kollha taż-żoni tad-distribuzzjoni tal-iljunfanti Afrikani jkun aktar xieraq.

    (-)

     

    66.3

    Implimentazzjoni ta' aspetti tar-Riżoluzzjoni Konf. 10.10 (Rev. CoP18) dwar l-għeluq tas-swieq domestiċi tal-avorju

    CoP19 Dok. 66.3

    Il-Benin, il-Burkina Faso, il-Guinea Ekwatorjali, l-Etjopja, il-Gabon, il-Liberja,

    in-Niġer, is-Senegal u t-Togo

    L-UE tappoġġa l-abbozz ta' deċiżjoni 19.AA, iżda tiddubita l-ħtieġa tal-bidliet introdotti fl-abbozz ta' deċiżjoni 19.BB u 19.CC, peress li mhuwiex ċar x'tip ieħor ta' informazzjoni disponibbli rilevanti qed issir referenza għaliha. Nistgħu nappoġġaw id-deċiżjoni 19.dd kif riveduta mis-Segretarjat.

    (-)

     

    66.4

    Kummerċ ta' ljunfanti Afrikani ħajjin

     

     

     

     

     

    66.4.1

    Kummerċ internazzjonali ta' eżemplari ta' ljunfanti Afrikani ħajjin: Reviżjoni proposta għar-Riżoluzzjoni Konf. 10.10 (Rev. CoP18) dwar il-Kummerċ ta' eżemplari tal-iljunfanti

    CoP19 Dok. 66.4.1

    Il-Benin, il-Burkina Faso, il-Guinea Ekwatorjali, l-Etjopja, il-Gabon, il-Liberja, in-Niġer,

    is-Senegal u t-Togo

    L-għan ta' dan id-dokument jikkorrispondi mal-objettiv kondiviż mill-UE (ara d-dok. 66.4.2) li huwa li l-kummerċ ta' ljunfanti ħajjin jiġi ristrett għal programmi ta' konservazzjoni in situ bi ftit eċċezzjonijiet biss. Kun lest li tiddiskuti mal-proponenti dwar it-triq 'il quddiem biex jintlaħaq l-objettiv. Madankollu, opponi diversi elementi tal-proposta: hemm bżonn li tinstab soluzzjoni usa' dwar dawn l-elementi differenti (interpretazzjoni tal-annotazzjoni 2, regoli speċifiċi relatati mal-kummerċ ta' ljunfanti Afrikani ħajjin li jqisu t-trasferimenti ex situ eċċezzjonali kif ukoll il-gwida mhux vinkolanti dwar "akkomodazzjoni u kura" kif ukoll "benefiċċji ta' konservazzjoni in situ").

    (-)

     

     

    66.4.2

    Kjarifika tal-qafas: Proposta tal-Unjoni Ewropea.

    CoP19 Dok. 66.4.2

    L-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha

    Dokument ippreżentat mill-UE u mill-Istati Membri tagħha.

    +

     

    66.5

    Rapport dwar il-Monitoraġġ tal-Qtil Illegali tal-Iljunfanti (MIKE)

    CoP19 Dok. 66.5

    Seg.

    Ħu nota tar-rapport.

     

     

    66.6

    Rapport dwar is-Sistema ta' Informazzjoni tal-Kummerċ tal-Iljunfanti (ETIS)

    CoP19 Dok. 66.6

    Seg.

    Ħu nota tar-rapport.

     

     

    66.7

    Rieżami tal-proċess tal-Pjan ta' Azzjoni Nazzjonali dwar l-Avorju

    CoP19 Dok. 66.7

    Il-Malawi, is-Senegal u l-Istati Uniti tal-Amerka

    L-UE għandha tappoġġa l-proċess ta' rieżami dment li jkun iffukat fuq il-kwistjonijiet speċifiċi li ġew identifikati fid-dokument, mhux neċessarjament fuq il-proċess sħiħ, u mingħajr ma potenzjalment jiddgħajjef il-proċess.

    (+)

    67.

    It-Task Force tal-Qtates il-Kbar tas-CITES (Felidae spp.)

    CoP19 Dok. 67

    SC

    Appoġġa l-abbozzi tad-deċiżjonijiet proposti dwar it-termini ta' referenza u l-modus operandi riveduti għat-Task Force tal-Qtates il-Kbar tas-CITES kif maqbul fl-SC74, anki jekk ċerti modifiki jafu jeħtieġu li jkunu konformi mad-Dok. 59 u 73.2, u t-tħassir tad-Deċiżjonijiet 18.245 u 18.248

    +

    68.

    Qtates kbar Ażjatiċi (Felidae spp.)

    CoP19 Dok. 68

    Seg. f'konsultazzjoni mal-President tal-Kumitat Permanenti

    Appoġġ ġenerali għad-dokument. Ser jiġi ssuġġerit titjib tad-Deċiżjoni 19.AA biex jittejjeb l-iskambju ta' informazzjoni dwar proġetti ta' riċerka forensika, inkluż metodi ġenetiċi u metodi oħra.

    +

    69.

    Żwiemel il-baħar (Hippocampus spp.)

     

     

     

     

    69.1

    Rapport tal-Kumitat Permanenti

    CoP19 Dok. 69.1

    SC

    Appoġġa r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat Permanenti li jiġu adottati l-abbozzi tad-deċiżjonijiet 19.AA sa 19.CC li jinsabu fl-Anness 1 tad-dokument. Appoġġa b'mod partikolari l-organizzazzjoni ta' workshop ta' esperti biex jiddiskutu l-implimentazzjoni u l-infurzar tas-CITES għall-kummerċ f'Hippocampus spp.

    +

     

    69.2

    Il-passi li jmiss lejn l-implimentazzjoni b'suċċess tal-elenkar taż-żwiemel il-baħar fl-Appendiċi-II

    CoP19 Dok. 69.2

    Il-Maldivi, Monaco, in-Niġerja, il-Perù, is-Senegal, is-Sri Lanka, it-Togo, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq u l-Istati Uniti tal-Amerka

    Issuġġerixxi lill-proponenti jikkunsidraw li jgħaqqdu d-dokument ma' 69.1. peress li ż-żewġ dokumenti għandhom objettivi simili. Punti importanti li għandhom jinżammu huma l-inklużjoni taż-żwiemel tal-baħar fil-workshop propost tal-NDF (69.2) u l-organizzazzjoni ta' workshop ta' esperti biex jiddiskutu l-implimentazzjoni u l-infurzar tas-CITES għall-kummerċ f' Hippocampus spp. (69.1).

    (+)

    70.

    Speċijiet tal-injam dagħmi [Leguminosae (Fabaceae)]

    CoP19 Dok. 70

    PC

    Appoġġa l-abbozzi tad-deċiżjonijiet kif maqbula mill-Kumitat tal-Pjanti dwar l-Ispeċijiet tas-Siġra tal-injam dagħmi.

    +

    71.

    Pangolins (Manis spp.)

     

     

     

     

    71.1

    Rapport tal-Kumitat Permanenti u l-Kumitat tal-Annimali

    CoP19 Dok. 71.1

    SC f'konsultazzjoni mal-President tal-AC

    Appoġġa r-rakkomandazzjonijiet, madankollu jistgħu jiżdiedu l-punti addizzjonali mqajma fid-dok. 71.2.

    +

     

    71.2

    Emendi proposti għar-Riżoluzzjoni Konf. 17.10

    CoP19 Dok. 71.2

    Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq

    Appoġġa l-emendi proposti peress li hija meħtieġa azzjoni ulterjuri biex jiġi evitat il-kummerċ illegali tal-pangolini. Appoġġa t-test konsolidat tal-71.1 u l-71.2 kif propost mis-Segretarjat.

    +

    72.

    Iljuni Afrikani (Panthera leo)

    CoP19 Doc. 72

    Seg. f'konsultazzjoni mal-President tal-SC

    Appoġġa s-suġġeriment tal-AC, għal aktar ħidma intersessjonali dwar l-iljuni Afrikani (Panthera leo) u l-adozzjoni tad-Deċiżjoni l-ġdida.

    +

    73.

    Ġagwars (Panthera onca)

     

     

     

     

    73.1

    Rapport tal-Kumitat Permanenti

    CoP19 Dok. 73.1

    SC

    Appoġġa t-tħassir tad-Deċiżjonijiet 18.251 u 18.253 kif rakkomandat mis-Segretarjat u l-adozzjoni tal-abbozzi tad-deċiżjonijiet dwar il-ġagwars fl-Anness 1 ta' dan id-dokument.

    +

     

    73.2

    Emendi proposti għall-abbozzi tad-deċiżjonijiet dwar il-ġagwars maqbula fl-SC74

    CoP19 Dok. 73.2

    Il-Costa Rica, El Salvador, il-Messiku u l-Perù

    Fil-prinċipju appoġġa l-Abbozz ta' deċiżjonijiet jekk 19.DD b) (talbiet għall-valutazzjoni tal-ħtieġa għal Riżoluzzjoni speċifika dwar il-ġagwars, li ma kinux appoġġati mill-UE fil-CoP18) titħassar. Oħloq mekkaniżmu bl-għan li jinforma u jsaħħaħ il-ħidma tat-Taskforce dwar il-Qtates il-Kbar.

    (+)

    74.

    Il-ġestjoni tal-kummerċ u l-konservazzjoni tal-Għasafar tal-għana (Passeriformes spp.)

    CoP19 Dok. 74

    AC

    Appoġġa r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat tal-Annimali biex jiġġeddu d-Deċiżjonijiet 18.256 sa 18.259 dwar il-ġestjoni tal-kummerċ u l-konservazzjoni tal-Għasafar tal-għana (Passeriformes spp.) hekk kif il-finanzjament isir disponibbli.

    +

    75.

    Rinoċeronti (Rhinocerotidae spp.)

    CoP19 Dok. 75

    SC, Seg.

    Appoġġa d-dokument imħejji mill-Kumitat Permanenti u s-Segretarjat u l-bidliet għar-Riżoluzzjoni Konf. 9.14 (CoP17), kif ukoll is-sett ta' deċiżjonijiet fl-Anness 3. Ikkunsidra jekk xi elementi tad-Deċiżjoni 18.110 indirizzati lill-Partijiet u proposti għat-tħassir għandhomx jinżammu fir-Riżoluzzjoni 9.14 (CoP17) jew fid-deċiżjonijiet.

    +

    76.

    Antilop Saiga (Saiga spp.)

    CoP19 Dok. 76

    SC.

    Appoġġa d-deċiżjonijiet proposti mill-AC kif emendati mis-Segretarjat.

    +

    77.

    Bronja reġina (Strombus gigas)

    CoP19 Dok. 77

    Seg.

    Appoġġa l-abbozzi tad-deċiżjonijiet 19.AA sa 19.DD fl-Anness 1 ta' dan id-dokument u t-tħassir tad-Deċiżjonijiet 18.275 sa 18.280, minbarra d-Deċiżjoni 18.278b, li għandha tinżamm.

    (+)

    78.

    Fkieren tal-art u fkieren tal-ilma ħelu (Testudines spp.)

    CoP19 Dok. 78

    Seg.

    Aqbel li d-Deċiżjonijiet 18.286 sa 18.291 ġew implimentati u jistgħu jitħassru. Ipproponi Deċiżjoni ta' segwitu li titlob lill-Madagascar jippreżenta strateġija komprensiva ta' konservazzjoni għall-ispeċi ta' fkieren mhedda tiegħu.

    +

    79.

    Speċijiet ta' siġar Afrikani

    CoP19 Dok. 79

    PC

    Appoġġa. L-aġġornament tal-lista tal-ispeċijiet ta' siġar Afrikani u tal-proċessi tas-CITES relatati li jinsabu fl-Anness tad-dokument PC25 Dok. 28 huwa pass meħtieġ.

    +

    80.

    Ħut ornamentali tal-baħar

    CoP19 Dok. 80

    AC

    Appoġġa l-adozzjoni tal-abbozzi tad-deċiżjonijiet 19.AA sa 19.BB fl-Anness 1 ta' dan id-dokument u t-tħassir tad-Deċiżjonijiet 18.263 sa 18.265.

    +

    81.

    Speċijiet ta' siġar neotropikali

    CoP19 Dok. 81

    PC

    Appoġġa. L-aġġornament tal-lista tal-ispeċi ta' siġar neotropikali u tal-proċessi tas-CITES relatati inklużi fl-Anness tad-dokument PC25 Dok. 29 huwa pass neċessarju.

    +

    82.

    Il-kummerċ ta' speċijiet ta' pjanti mediċinali u aromatiċi

    CoP19 Dok. 82

    PC

    Appoġġa, però itlob li kwalunkwe Riżoluzzjoni ġdida potenzjali ma għandhiex tkun limitata għall-prodotti mediċinali, iżda għandha tinkorpora t-tipi kollha ta' prodotti li fihom eżemplari ta' speċijiet ta' pjanti mediċinali u aromatiċi.

    +

    83.

    Identifikazzjoni tal-ispeċijiet f'riskju ta' estinzjoni għall-Partijiet tas-CITES

    CoP19 Dok. 83

    Il-Gambja, il-Liberja, in-Niġer, in-Niġerja u s-Senegal

    Opponi l-abbozz ta' Riżoluzzjoni li tistabbilixxi bażi ta' data ġdida, peress li l-Lista l-Ħamra eżistenti tal-IUCN hija bażi suffiċjenti għall-valutazzjoni. Opponi wkoll l-abbozz ta' Deċiżjonijiet fl-Anness 2 fil-forma attwali; madankollu, irrikonoxxi l-ħtieġa ta' xi stati tal-medda għal għajnuna teknika fl-elaborazzjoni ta' proposti għall-elenkar ta' speċijiet mhedda mill-kummerċ internazzjonali li għadhom mhumiex elenkati fl-Appendiċijiet tas-CITES.

    -

    Manutenzjoni tal-Appendiċijiet

     

     

     

    84.

    Nomenklatura standard

     

     

     

     

    84.1

    Rapport tal-Kumitati tal-Annimali u l-Pjanti

    CoP19 Dok. 84.1

    Kumitat tal-Annimali, Kumitat tal-Pjanti, imħejjija mill-ispeċjalisti tagħhom dwar in-nomenklatura

    Appoġġa l-adozzjoni tad-Deċiżjonijiet proposti u t-tiġdid tad-Deċiżjonijiet mill-CoP18 kif deskritti fid-Dok. 84.1 u appoġġa l-adozzjoni tar-Riżoluzzjoni Konf. riveduta. 12.11 (Rev. CoP18) riveduta fir-rigward kemm tal-Flora kif ukoll tal-Fawna.

    +

     

    84.2

    Nomenklatura standard għal Dipteryx spp.

    CoP19 Dok. 84.2

    L-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha

    Dokument ippreżentat mill-UE u mill-Istati Membri tagħha.

    +

     

    84.3

    Nomenklatura standard għal Khaya spp.

    CoP19 Dok. 84.3

    L-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha

    Dokument ippreżentat mill-UE u mill-Istati Membri tagħha.

    +

     

    84.4

    Nomenklatura standard għal Rhodiola spp.

    CoP19 Dok. 84.4

    L-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha

    Dokument ippreżentat mill-UE u mill-Istati Membri tagħha.

    +

    85.

    Annotazzjonijiet

     

     

     

     

    85.1

    Rapport tal-Kumitat Permanenti

    CoP19 Dok. 85.1

    SC

    Appoġġa d-dokument li ġie ppreżentat mill-SC, u appoġġa l-istabbiliment mill-ġdid tal-Grupp ta' Ħidma.

    +

     

    85.2

    Sistema ta' informazzjoni għall-kummerċ eżemplari ta' speċijiet tas-siġar elenkati mis-CITES

    CoP19 Dok. 85.2

    SC, Seg.

    Appoġġa, peress li huwa importanti li tiġi identifikata l-ħidma eżistenti u li jinbena fuqha, filwaqt li tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-ħidma tal-ITTO.

    +

     

    85.3

    Mekkaniżmu informali ta' rieżami tal-annotazzjonijiet eżistenti u proposti

    CoP19 Dok. 85.3

    President tal-SC f'konsultazzjoni mas-Seg.

    Appoġġa d-deċiżjoni proposta relatata mal-mekkaniżmu informali ta' rieżami għall-annotazzjonijiet eżistenti u proposti.

    +

    86.

    Prodotti li fihom eżemplari tal-orkidei tal-Appendiċi-II

    CoP19 Dok. 86

    SC

    Appoġġa l-abbozzi tad-deċiżjonijiet u t-tħassir tad-Deċiżjonijiet 18.327 sa 18.330.

    +

    87.

    Emendi għar-Riżoluzzjoni Konf. 9.24 (Rev. CoP17)

     

     

     

     

    87.1

    Emendi proposti għar-Riżoluzzjoni Konf. 9.24 (Rev. CoP17)

    CoP19 Dok. 87.1

    Il-Botswana, il-Kambodja, l-Eswatini, in-Namibja, iż-Żimbabwe

    Opponi l-ftuħ mill-ġdid tar-Riżoluzzjoni 9.24. Kun lest għad-diskussjoni ta' ċerti elementi tal-proposta barra l-kamp ta' applikazzjoni tar-Riżoluzzjoni 9.24. 9.24.

    -

     

    87.2

    Speċijiet akkwatiċi elenkati fl-Appendiċijiet tas-CITES:

    proposti għal approċċ ġdid għall-elenkar tal-klieb il-baħar u r-raji

    CoP19 Dok. 87.2

    is-Senegal

    In-nota f'qiegħ il-paġna dwar "Applikazzjoni tad-definizzjoni tat-tnaqqis għal speċijiet akkwatiċi sfruttati kummerċjalment" li tinsab fl-Anness 5 għar-Riżoluzzjoni Konf. 9.24 (rev CoP17) jirreferi għal "speċijiet akkwatiċi sfruttati kummerċjalment", li hija espressjoni mhux ċara li twassal għal nuqqas ta' fehim. L-UE taqbel li hemm ħtieġa għal reviżjoni tan-nota f'qiegħ il-paġna u tista' tappoġġa l-istabbiliment ta' grupp ta' ħidma waqt is-sessjoni, jew proċess intersessjonali biex tiġi diskussa l-aħjar triq 'il quddiem għat-taxa akwatiċi kollha b'rati ta' tkabbir bil-mod u output riproduttiv baxx (mhux biss għall-klieb il-baħar u r-raj).

    (+)

    88.

    Riżervi ppreżentati wara t-18-il laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet

    CoP19 Dok. 88

    Seg.

    Appoġġa l-proposti tas-Segretarjat rigward paragrafu 1 h) ġdid fir-Riżoluzzjoni 11.21 (Rev. CoP18) kif ukoll paragrafu 2f ġdid) fir-Riżoluzzjoni 4.6 (Rev. CoP18), bħala alternattiva possibbli għall-proposti testwali tal-UE dwar l-istess kwistjoni fid-Dok. 66.4, paragrafu 14, minħabba li l-proposti tas-Segretarjat jikkondividu l-istess intenzjoni u għan.

    Appoġġ preliminari għall-adozzjoni tal-emendi proposti l-oħra tas-Segretarjat għar-Riż. Konf. 11.21, ir-Riżoluzzjoni Konf. 4.6 (Rev. CoP18) u r-Riżoluzzjoni Konf. 4.25 (REV. CoP 18), madankollu, jistgħu jiġu proposti xi bidliet għat-test biex jittejjeb it-test, b'mod partikolari biex jiġi kopert il-każ ta' elenkar maqsum fir-Riżoluzzjoni Konf. 4.25 (Rev. CoP18); biex jiġu applikati d-dispożizzjonijiet tar-Riżoluzzjoni Konf. 4.25 (Rev. CoP18) għall-pjanti wkoll u biex jiġi żgurat li l-bidliet proposti għar-Riżoluzzjoni Konf. 4.6 (Rev. CoP 18) iqisu r-rabta bejn il-proċessi tar-riżoluzzjonijiet li jiġu emendati r-riżoluzzjonijiet u l-annotazzjonijiet li jirreferu għalihom.

    (+)

    Proposti biex jiġu emendati l-Appendiċijiet

    89.

    Proposti biex jiġu emendati l-Appendiċijiet I u II

     

    Proposti għall-elenkar huma indirizzati fil-Parti 2 ta' dan id-dokument, hawn taħt.

     

     

    89.1

    Il-valutazzjoni tas-Segretarjat tal-proposti biex jiġu emendati l-Appendiċijiet I u II

    CoP19 Dok. 89.1

     

     

     

     

    89.2

    Kummenti mill-Partijiet

    CoP19 Dok. 89.2

    Seg.

     

     

     

    89.3

    Kummenti minn persuni statutorji kkonsultati

    CoP19 Dok. 89.3

     

     

     

    Konklużjoni tal-laqgħa

    90.

    Determinazzjoni tal-ħin u l-post tal-laqgħa regolari li jmiss tal-Konferenza tal-Partijiet

     

    L-ebda dokument

     

    91.

    Rimarki tal-aħħar (Osservaturi, Partijiet, Segretarju Ġenerali tas-CITES, Gvern Ospitanti)

     

    L-ebda dokument

     

    2.    Proposti għall-Elenkar

    Nru.

    Unità tassonomika / Dettalji

    Proposta

    Proponent

    Kummenti

    Pożizzjoni

    FAWNA - MAMMALIA

    1.

    Hippopotamus amphibious (Ippopotamu)

    II – I

    Trasferiment mill-Appendiċi II għall-Appendiċi I

    Il-Benin, il-Burkina Faso, ir-Repubblika Ċentru-Afrikana, il-Gabon, il-Guinea, il-Liberja, il-Mali, in-Niġer, is-Senegal, it-Togo

    Opponi. Il-popolazzjoni ma tissodisfax il-kriterji tal-elenkar fl-Appendiċi I.

    Irrikonoxxi l-ħtieġa ta' konservazzjoni mtejba tal-ispeċijiet f'ċerti reġjuni u kun lest li tiddiskuti t-triq 'il quddiem fl-elenkar tal-Appendiċi II.

    -

    2.

    Ceratotherium simum simum (Rinoċeronte abjad tan-Nofsinhar jew bix-xufftejn kwadri tan-Nofsinhar) (il-popolazzjoni tan-Namibja)

    I – II

    Il-popolazzjoni tan-Namibja għandha tiġi ttrasferita mill-App. I għall-App. II bl-annotazzjoni li ġejja:

    Għall-għan waħdieni li jippermetti l-kummerċ internazzjonali ta':

    a)

    annimali ħajjin għall-konservazzjoni in situ biss; u

    b)

    trofej tal-kaċċa.

    L-eżemplari l-oħrajn kollha għandhom jitqiesu li huma eżemplari tal-ispeċijiet inklużi fl-Appendiċi I u l-kummerċ tagħhom għandu jiġi rregolat skont dan.

    Il-Botswana, in-Namibja

    Il-kriterji bijoloġiċi għall-elenkar 'l isfel jidhru li ġew issodisfati. Madankollu, id-data dwar ir-riproduzzjoni u l-istruttura tal-popolazzjoni, kif ukoll id-daqs effettiv tal-popolazzjoni u l-frammentazzjoni tal-popolazzjoni huma ta' tħassib. Għalhekk, trasferiment għal App II ta' annimali ħajjin għal skopijiet ta' konservazzjoni in situ u għal siti fi ħdan il-firxa naturali u storika tal-ispeċijiet fl-Afrika biss jista' jiġi appoġġat. Trasferiment għall-App. II biex jiġi permess il-kummerċ fit-trofej tal-kaċċa ma jistax jiġi appoġġat għal raġunijiet ta' prekawzjoni, peress li ġie pprovat li l-qrun tar-rinoċeronti li joriġinaw minn trofej tal-kaċċa jidħlu fil-kummerċ illegali, u l-elenkar fl-App. II għal inqas skrutinju tat-trofej tal-kaċċa mill-Partijiet importaturi.

    (-)

    3.

    Ceratotherium simum simum (Rinoċeronte abjad tan-Nofsinhar jew bix-xufftejn kwadri tan-Nofsinhar) (il-popolazzjoni tal-Eswatini)

    Għandha titneħħa l-annotazzjoni eżistenti dwar l-elenkar fl-Appendiċi II tal-popolazzjoni tal-Eswatini

    L-Eswatini

    Opponi. Il-popolazzjoni tkompli tissodisfa l-kriterji għall-elenkar fl-App. II, iżda t-tneħħija tal-annotazzjoni kif proposta ma tissodisfax is-salvagwardji ta' prekawzjoni stabbiliti fil-Para A. 2. a) fl-Anness 4 tar-Riż. Konf. 9.24. It-tkomplija tal-kummerċ tal-qrun tar-rinoċeronti tibgħat sinjal ħażin f'dan il-mument, minħabba l-livell għoli ta' kaċċa illegali u kummerċ illegali. Din iddgħajjef ukoll l-azzjoni għat-tnaqqis tad-domanda minn ħafna Partijiet għal din l-ispeċi.

    -

    4.

    Loxodonta africana (Ljunfant Afrikan) (popolazzjonijiet tal-Botswana, in-Namibja, l-Afrika t'Isfel u ż-Żimbabwe)

    Tiġi emendata l-Annotazzjoni 2 relatata mal-popolazzjonijiet tal-Botswana, in-Namibja, l-Afrika t'Isfel u ż-Żimbabwe

    L-emendi proposti huma murija b'test maqtugħ:

    Għall-għan esklużiv li jiġi permess:

    a)

    kummerċ fi trofej tal-kaċċa għal għanijiet mhux kummerċjali

    b)

    il-kummerċ fl-annimali ħajjin għal destinazzjonijiet xierqa u aċċettabbli kif iddefiniti fir-Riżoluzzjoni Konf. 11.20 (Rev. CoP17), għall-Botswana u ż-Żimbabwe u għall-programmi ta' konservazzjoni in situ għan-Namibja u l-Afrika t'Isfel;

    c)

    kummerċ fil-ġlud;

    d)

    kummerċ fix-xagħar;

    e)

    kummerċ f'oġġetti tal-ġild għal għanijiet kummerċjali u mhux kummerċjali għall-Botswana, in-Namibja, l-Afrika t'isfel;

    f)

    kummerċ f'Ekipas immarkati u ċċertifikati individwalment inkorporati f'ġojjellerija finali għal għanijiet mhux kummerċjali għan-Namibja u tinqix fl-avorju għal għanijiet mhux kummerċjali fiż-Zimbabwe;

    g)

    kummerċ f'avorju mhux maħdum irreġistrat (għall-Botswana, in-Namibja, l-Afrika t'Isfel u ż-Żimbabwe, sinniet u biċċiet sħaħ) soġġetti għal li ġej:

    i)

    stokks proprjetà tal-gvern irreġistrati biss, li joriġinaw fl-Istat (minbarra avorju kkonfiskat jew avorju ta' oriġini mhux magħrufa);

    ii)

    biss għal imsieħba kummerċjali li ġew ivverifikati mis-Segretarjat, b'konsultazzjoni mal-Kumitat Permanenti, li għandhom leġiżlazzjoni nazzjonali suffiċjenti u kontrolli kummerċjali domestiċi sabiex jiżguraw li l-avorju impurtat ma jiġix esportat mill-ġdid u jkun ġestit f'konformità mar-rekwiżiti kollha tar-Riżoluzzjoni Konf. 10.10 (Rev. CoP17) dwar manifattura u kummerċ domestiku;

    iii)

    mhux qabel ma s-Segretarjat ikun ivverifika l-pajjiżi prospettivi tal-importazzjoni u l-istokks proprjetà tal-gvern irreġistrati;

    iv)

    ir-rikavati mill-kummerċ jintużaw esklużivament għall-konservazzjoni tal-iljunfanti u għal programmi komunitarji ta' konservazzjoni u żvilupp fi ħdan jew maġenb iż-żona fejn jimirħu l-iljunfanti; u

    Fuq proposta mis-Segretarjat, il-Kumitat Permanenti jista' jiddeċiedi li jwaqqaf dan il-kummerċ parzjalment jew għalkollox fil-każ ta' nuqqas ta' konformità mill-pajjiżi esportaturi jew importaturi, jew fil-każ ta' impatti ta' detriment ippruvati tal-kummerċ fuq popolazzjonijiet oħra tal-iljunfanti.

    L-eżemplari l-oħrajn kollha għandhom jitqiesu li huma eżemplari tal-ispeċijiet inklużi fl-Appendiċi I u l-kummerċ tagħhom għandu jiġi rregolat skont dan.

    Iż-Żimbabwe

    Opponi l-istat attwali peress li l-bidla mitluba ser tirriżulta fil-ftuħ tal-kummerċ internazzjonali tal-avorju, u għalhekk ma tissodisfax il-miżuri ta' prekawzjoni fl-Anness 4 tar-Riż. Konf. 9.24. Jekk ikun hemm ftehim fil-CoP19 dwar l-effetti ta' riżerva għal bidliet f'annotazzjoni (l-annotazzjoni preċedenti tibqa' fis-seħħ), u l-bidliet fl-annotazzjoni jkunu limitati għat-tħassir ta' partijiet żejda dwar il-bejgħ ta' darba preċedenti u/jew it-tħassir tar-referenza għar-riżoluzzjoni b'tali mod li huwa konformi mad-dokument propost tal-UE 66.4.2, l-UE tista' tivvota favur bidla.

    (-)

    5.

    Loxodonta africana (Ljunfant Afrikan) (popolazzjonijiet tal-Botswana, in-Namibja, l-Afrika t'Isfel u ż-Żimbabwe)

    II – I

    It-trasferiment tal-popolazzjonijiet tal-Botswana, tan-Namibja, tal-Afrika t'Isfel u taż-Żimbabwe mill-Appendiċi II għall-Appendiċi I

    Il-Burkina Faso, il-Guinea Ekwatorjali, il-Mali, is-Senegal

    Dawn l-4 popolazzjonijiet ma jissodisfawx il-kriterji għall-elenkar fl-Appendiċi I.

    -

    6.

    Cynomys mexicanus (Kelb tal-praterija Messikan)

    I – II

    Trasferiment mill-Appendiċi I għall-Appendiċi II

    Il-Messiku

    Il-kriterji għall-elenkar fl-Appendiċi I ma għadhomx issodisfati. Minn meta l-ispeċi ġiet elenkata fl-Appendiċi I tas-CITES fl-1975, ġew irreġistrati biss żewġ tranżazzjonijiet ta' kummerċ internazzjonali (li t-tnejn li huma kienu jinvolvu eżemplari għal skopijiet xjentifiċi). L-Awtorità tal-infurzar tal-Liġi tal-Messiku (PROFEPA) irrapportat li mill-2013 sal-2019, inqabdu disa' eżemplari fil-livell nazzjonali. Ma hemm l-ebda rekord uffiċjali tal-bejgħ ta' eżemplari ta' din l-ispeċi, u lanqas ma hemm suq nazzjonali jew internazzjonali li jhedded il-popolazzjonijiet selvaġġi tagħha.

    +

    FAWNA – AVES

    7.

    Branta canadensis leucopareia (wiżża Alewtina)

    I - II

    Trasferiment mill-Appendiċi I għall-Appendiċi II

    L-Istati Uniti tal-Amerka

    Appoġġa l-proposta. Il-popolazzjoni ta' din is-sottospeċi rkuprat sew minn meta kienet kważi estinta fis-snin sittin għal popolazzjoni ta' 162 000 illum, li hija ġestita tajjeb permezz tal-kaċċa rregolata. Ma huwa rrapportat l-ebda kummerċ illegali.

    +

    8.

    Kittacincla malabarica (Shama ta' xamm abjad)

    Għandha tiġi inkluża fl-Appendiċi II

    Il-Malażja, Singapore

    Appoġġa l-proposta, peress li l-ispeċi tissodisfa l-kriterji tal-elenkar fl-Appendiċi II. Minħabba l-kapaċità tagħha li tkanta, din l-ispeċi hija waħda mill-ispeċi li għandha l-aktar valur fil-kummerċ tal-għasafar tal-gaġġa tal-Asja tax-Xlokk u tappartjeni għall-aktar speċijiet importanti użati fil-kompetizzjonijiet tal-kant.

    +

    9.

    Pycnonotus zeylanicus (Bulbul rasu tibnija)

    II - I

    Trasferiment mill-Appendiċi II għall-Appendiċi I

    Il-Malażja, Singapore, l-Istati Uniti tal-Amerka

    Appoġġa l-proposta. Din l-ispeċi tissodisfa l-kriterji bijoloġiċi fl-Anness 1 tar-Riżoluzzjoni Konf. 9.24 (Rev. CoP17).

    +

    10.

    Phoebastria albatrus (Albatru denbu qasir)

    I - II

    Trasferiment mill-Appendiċi I għall-Appendiċi II

    L-Istati Uniti tal-Amerka

    Appoġġa l-proposta peress li l-kummerċ internazzjonali ma għadux theddida u ma għadx hemm domanda sinifikanti għall-ispeċi. Madankollu, peress li l-popolazzjoni għadha żgħira u vulnerabbli ħafna, l-Istati Uniti tal-Amerka u l-istati tal-medda l-oħrajn għandhom jiġu mħeġġa jiżguraw li jittieħdu miżuri ta' konservazzjoni xierqa biex tiġi żgurata popolazzjoni stabbli u li tiżdied.

    +

    FAWNA – RETTILI

    11.

    Caiman latirostris (Kajman imnieħru wiesa') (il-popolazzjoni tal-Brażil)

    I - II

    Il-popolazzjoni tal-Brażil għandha tiġi ttrasferita mill-Appendiċi I għall-Appendiċi II

    Il-Brażil

    Appoġġa, peress li l-ispeċi hija mifruxa u abbundanti f'ħafna postijiet mis-snin 90 'l hawn u ma tiffaċċa l-ebda riskju ta' estinzjoni fil-futur prevedibbli. Il-miżuri prekawzjonarji skont l-Anness 4 paragrafu A 2 a ii) tar-Riżoluzzjoni 9.24 (rev.) jintlaħqu u ż-żamma tagħhom fl-Appendiċi I skont l-Artikolu II paragrafu 1 tal-Konvenzjoni ma tkunx ġustifikata.

    +

    12.

    Crocodylus porosus (Kukkudrill tal-ilma salmura) (il-popolazzjoni tal-Gżejjer tal-Palawan (il-Filippini)

    I - II

    Il-popolazzjoni tal-Gżejjer tal-Palawan (il-Filippini) għandha tiġi ttrasferita mill-Appendiċi I għall-Appendiċi II bi kwota ta' esportazzjonijiet żero għall-eżemplari selvaġġi

    Il-Filippini

    Appoġġa, peress li l-ispeċi la hija mhedda globalment u lanqas lokalment u l-kwota tal-esportazzjoni żero għall-eżemplari selvaġġi tipprovdi miżura ta' prekawzjoni skont l-Anness 4 paragrafu A 2 a iii) tar-Riżoluzzjoni 9.24 (rev).

    +

    13.

    Crocodylus siamensis (Kukkudrill Sjamiż) (il-popolazzjoni tat-Tajlandja)

    I - II

    Il-popolazzjoni tat-Tajlandja għandha tiġi ttrasferita mill-Appendiċi I għall-Appendiċi II bi kwota żero għall-eżemplari selvaġġi

    It-Tajlandja

    Opponi, peress li l-popolazzjoni selvaġġa għadha żgħira ħafna u mhedda mill-estinzjoni. Il-kriterji bijoloġiċi għal elenkar fl-Appendiċi I għadhom issodisfati.

    -

    14.

    Physignathus cocincinus (Dragun tal-ilma Ċiniż)

    0 - II

    Għandha tiġi inkluża fl-Appendiċi II

    L-Unjoni Ewropea, il-Vjetnam

    Proposta tal-UE

    +

    15.

    Cyrtodactylus jeyporensis (wiżgħa tal-għoljiet ta' Jeypore)

    0 - II

    Għandha tiġi inkluża fl-Appendiċi II

    L-Indja

    Appoġġa, peress li l-kriterji tal-Appendiċi II jidhru li huma ssodisfati. L-ispeċi hija ristretta għal ftit postijiet u probabbilment għandha daqs żgħir tal-popolazzjoni. Bħalissa l-ispeċi mhijiex mhedda bl-estinzjoni, iżda b'rabta mad-daqs tal-popolazzjoni, id-domanda għall-kummerċ hija għolja biżżejjed biex tirrappreżenta theddida għas-sopravivenza tal-ispeċi.

    +

    16.

    Tarentola chazaliae (Wiżgħa helmethead)

    0 - II

    Għandha tiġi inkluża fl-Appendiċi II

    Il-Mauritania, is-Senegal

    L-ispeċi hija minn tal-anqas okkażjonalment ikkummerċjalizzata f'numri kbar u dan jista' jhedded il-popolazzjonijiet lokali u l-kontinwità tal-medda. Ir-regolamentazzjoni tal-kummerċ skont l-Appendiċi II hija meħtieġa biex jiġi evitat kummerċ detrimentali li għandu l-potenzjal li jhedded l-ispeċi.

    +

    17.

    Phrynosoma platyrhinos (Gremxula muqrana tad-deżert)

    0 - II

    Għandha tiġi inkluża fl-Appendiċi II

    L-Istati Uniti tal-Amerka

    Opponi, peress li ma hemm l-ebda konformità mal-kriterji. Il-livelli tal-kummerċ naqsu matul dawn l-aħħar snin u ma hemm l-ebda indikazzjoni ta' tnaqqis fil-popolazzjoni li jista' jhedded l-ispeċi fil-futur prevedibbli.

    -

    18.

    Phrynosoma spp. (Gremxul Muqran)

    0 - II

    Għandha tiġi inkluża fl-Appendiċi II

    Il-Messiku

    Il-proposta ma tistax tiġi appoġġata kif inhi bħalissa iżda jista' jiġi kkunsidrat l-elenkar ta' ċerti speċijiet li jissodisfaw il-kriterji.

    (-)

    19.

    Tiliqua adelaidensis (Gremxula Nana b'Ilsien Blu)

    0 - I

    Għandha tiġi inkluża fl-Appendiċi I

    L-Awstralja

    Appoġġa. L-ispeċi tissodisfa diversi kriterji tal-elenkar deskritti fl-Anness 1, il-paragrafi B u C.

    +

    20.

    Epicrates inornatus (Boa ta' Puerto Rico)

    I - II

    Trasferiment mill-Appendiċi I għall-Appendiċi II

    L-Istati Uniti tal-Amerka

    Appoġġa l-proposta. Din l-ispeċi ma għadhiex mhedda u hemm domanda baxxa. Għalhekk, l-ispeċi ma għadhiex tissodisfa l-kriterji tal-Appendiċi I.

    +

    21.

    Crotalus horridus (Lifgħa tal-Injam)

    0 - II

    Għandha tiġi inkluża fl-Appendiċi II

    L-Istati Uniti tal-Amerka

    Opponi, peress li l-kummerċ internazzjonali tant huwa baxx li ma jistax jhedded din l-ispeċi komuni u mifruxa u l-kriterji tal-elenkar ma jintlaħqux.

    -

    22.

    Chelus fimbriata u C. orinocensis (Amazon matamata u Orinoco matamata)

    0 - II

    Għandha tiġi inkluża fl-Appendiċi II

    Il-Brażil, il-Kolombja, il-Costa Rica, il-Perù

    Il-proposta tippreżenta data inkonsistenti dwar is-sors tal-eżemplari fil-kummerċ legali u illegali u ma fihiex data attwali dwar il-popolazzjoni. Fil-forma attwali tagħha, il-proposta la turi li l-ispeċi hija mhedda, u lanqas li l-kummerċ għandu influwenza detrimentali fuq is-sopravivenza tagħha. Il-proposta tista' tiġi appoġġata jekk il-proponenti jipprovdu evidenza li l-eżemplari fil-kummerċ illegali oriġinaw mis-selvaġġ u/jew li l-eżemplari mrobbija illegalment ikunu ddaħħlu b'mod illeċitu fil-farms tat-tnissil, u dan ma jistax jiġi evitat mingħajr ma l-ispeċi tiġi elenkata fl-Appendiċi II. Il-pożizzjoni tal-UE ser tiġi ffinalizzata meta tasal informazzjoni addizzjonali mill-Perù.

    (+)

    23.

    Macrochelys temminckii u Chelydra serpentine (Fekruna Ħattiefa Alligatur u Fekruna Ħattiefa Komuni)

    0 - II

    Għandha tiġi inkluża fl-Appendiċi II

    L-Istati Uniti tal-Amerka

    Opponi l-proposta kif ġiet ippreżentata iżda tappoġġa l-inklużjoni ta' Macrochelys temminckii biss fl-Appendiċi II. L-elenkar ta' Chelydra serpentina skont l-Artikolu II 2b ma jiffaċilitax il-kontroll effettiv tal-kummerċ f'Macrochelys temminckii, jikkawża saħansitra aktar kwistjonijiet simili fir-rigward ta' Chelydra rossingnonii u C. acutirostris u jżid il-pressjoni kummerċjali fuq dawn l-ispeċijiet vulnerabbli.

    (-)

    24.

    Graptemys barbouri, G. ernsti, G. gibbonsi, G. pearlensis u G. pulchra (Fekruna tal-mappa ta' Barbour, fekruna tal-mappa ta' Escambia, fekruna tal-mappa ta' Pascagoula, fekruna tal-mappa ta' Pearl River, fekruna tal-mappa ta' Alabama)

    0 - II

    Għandha tiġi inkluża fl-Appendiċi II

    L-Istati Uniti tal-Amerka

    Il-kummerċ internazzjonali fil-ħames speċijiet kollha tant huwa baxx u (kważi) fis-sors C biss li mhuwiex mistenni li jkollu impatt negattiv fuqhom. Il-kriterji tal-Appendiċi II mhumiex issodisfati. Filwaqt li ntwera li l-ispeċijiet kollha huma affettwati minn bosta theddidiet, ma hemm l-ebda indikazzjoni li l-kummerċ huwa waħda minnhom.

    (-)

    25.

    Batagur kachuga (Fekruna bil-quċċata ħamra)

    II - I

    Trasferiment mill-Appendiċi II għall-Appendiċi I

    L-Indja

    Appoġġa l-proposta. Huwa ċar li din l-ispeċi tissodisfa l-kriterji għall-elenkar tal-Appendiċi I. L-ispeċij hija mhedda u l-ħabitat naturali huwa diffiċli li jiġi protett.

    +

    26.

    Cuora galbinifrons (Fekruna tal-qoxra kaxxa tal-Indoċina)

    I - II

    Trasferiment mill-Appendiċi II għall-Appendiċi I

    L-Unjoni Ewropea, il-Vjetnam

    Proposta tal-UE

    +

    27.

    Rhinoclemmys spp. (Fkieren tal-injam tat-tropiċi l-ġodda)

    0 - II

    Għandha tiġi inkluża fl-Appendiċi II

    Il-Brażil, il-Kolombja, il-Costa Rica, il-Panama

    Huma biss Rhinoclemys pulcherrima u R. punctularia li jidhru li qed jiġu kkumerjalizzati f'numri rilevanti għall-konservazzjoni iżda l-esportatur ewlieni tan-Nikaragwa jippermetti biss il-kummerċ ta' kampjuni mrobbija fil-magħluq u ma hemm l-ebda evidenza ta' nuqqas ta' konformità rilevanti għall-konservazzjoni. L-ispeċijiet kollha jistgħu jiġu identifikati skont il-kolorazzjoni ta' rashom, għonqhom u qoxorthom. Għaldaqstant, l-Artikolu II 2a jew b jidher li ma ntlaħaqx għall-ispeċijiet kollha u l-proposta kif ġiet ippreżentata ma għandhiex tiġi appoġġata, iżda jista' jiġi kkunsidrat appoġġ għal proposta mnaqqsa.

    (-)

    28.

    Claudius angustatus (Fekruna Miska Dejqa)

    0 - II

    Għandha tiġi inkluża fl-Appendiċi II

    Il-Messiku

    Appoġġa l-proposta. Il-kriterju B tal-Anness 2a huwa ssodisfat peress li l-ħsad legali u illegali mis-selvaġġ probabbilment għandu volum rilevanti għall-konservazzjoni.

    +

    29.

    Kinosternon spp. (Fkieren tat-tajn)

    0 - I

    0 - II

    Għandhom jiġu inklużi Kinosternon cora u K. vogti fl-Appendiċi I, u kull speċi oħra ta' Kinosternon spp. għandha tiġi inkluża fl-Appendiċi II

    Il-Brażil, il-Kolombja, il-Costa Rica, El Salvador, il-Messiku, il-Panama, l-Istati Uniti tal-Amerka

    L-UE tista' tappoġġa proposta aktar ristretta jekk il-proponenti jiddeċiedu li jillimitawha għal dawk l-ispeċijiet li għalihom jista' jintwera li jissodisfaw il-kriterji għall-elenkar, speċjalment minħabba li dawn l-ispeċijiet huma kkummerċjalizzati b'mod sinifikanti. K. cora u K. vogti jidhru li jikkwalifikaw għall-elenkar fl-Appendiċi I; aktar speċijiet tal-ġeneru jidhru li jikkwalifikaw għall-elenkar fl-Appendiċi II, iżda ħafna speċijiet la huma mhedda u lanqas ma hemm kummerċ tagħħhom irrapportat.

    (-)

    30.

    Staurotypus salvinii u S. triporcatus (Fekruna miska ġganta tal-Messiku)

    0 - II

    Għandha tiġi inkluża fl-Appendiċi II

    El Salvador, il-Messiku

    Appoġġa. L-elenkar ta' Staurotypus triporcatus huwa ġġustifikat, peress li hemm domanda kbira għaliha fil-kummerċ. Ma huwiex ċar jekk Staurotypus salvinii tissodisfax il-kriterji bijoloġiċi għall-Appendiċi II, iżda d-distinzjoni bejnha u Staurotypus triporcatus hija diffiċli u probabbli l-kummerċ ma jagħmilx differenza bejn iż-żewġ speċijiet, u għalhekk x'aktarx li xorta tissodisfa l-kriterju tax-xebh fir-Riż. 9.24 (kriterju A tal-Anness 2 b).

    +

    31.

    Sternotherus spp. (Fekruna Miska)

    0 - II

    Għandha tiġi inkluża fl-Appendiċi II

    L-Istati Uniti tal-Amerka

    Sternotherus depressus tissodisfa l-kriterji għall-inklużjoni fl-Appendiċi I aħjar milli għall-Appendiċi II. L-uniku konġeneru li jixbah lil S. depressus huwa S. intermedius, iżda din l-ispeċi hija rari fil-kummerċ u ma tistax tiffaċilita l-ħasil rilevanti tal-organiżmi selvaġġi. Speċijiet oħra jinqabdu u jiġu kkumerċjalizzati f'numri kbar, iżda mingħajr evidenza li dan jikkawża theddida. Għalkemm il-proposta ma tissodisfax bis-sħiħ il-kriterji tal-elenkar, jista' jiġi kkunsidrat appoġġ għal proposta mnaqqsa, speċjalment l-inklużjoni ta' S. depressus fl-Appendiċi II.

    (+)

    32.

    Apalone spp. (Fekruna Qoxritha ratba)

    0 - II

    Għandha tiġi inkluża fl-Appendiċi II (ħlief is-sottospeċijiet inklużi fl-Appendiċi I)

    L-Istati Uniti tal-Amerka

    Il-kriterju B tal-Anness 2a jista' jkun li huwa ssodisfat, madankollu hemm nuqqas ta' data rilevanti dwar il-popolazzjoni, li jagħmilha diffiċli li jiġi evalwat l-impatt tal-kummerċ fuq il-popolazzjonijiet selvaġġi. Hemm biss ftit evidenza għall-kaċċa illegali fis-selvaġġ Apalone spp. Abbażi ta' domanda għolja ħafna, għandhom jiġu applikati miżuri ta' prekawzjoni u l-proposta għandha tiġi appoġġata.

    +

    33.

    Nilssonia leithii (Fekruna Qoxritha Ratba ta' Leith)

    II – I

    Trasferiment mill-Appendiċi II għall-Appendiċi I

    L-Indja

    Appoġġa l-proposta peress li l-kriterji għall-elenkar fl-Appendiċi I huma ssodisfati. Tnaqqis qawwi fil-popolazzjoni (aktar minn 90 % f'dawn l-aħħar 30 sena) li jidher li għadu għaddej. Theddid ewlenija hija d-domanda għall-ikel u għall-mediċina Asjatika tradizzjonali.

    +

    FAWNA - AMFIBJI

    34.

    Centrolenidae spp. (Żrinġijiet Trasparenti)

    0 - II

    Għandha tiġi inkluża fl-Appendiċi II

    L-Arġentina, il-Brażil, il-Costa Rica, il-Kosta tal-Avorju, ir-Repubblika Dominicana, l-Ekwador, El Salvador, il-Gabon, il-Guinea, in-Niġer, il-Panama, il-Perù, it-Togo, l-Istati Uniti tal-Amerka

    Huwa ċar li l-kriterju tal-elenkar għall-elenkar fl-Appendiċi II ma huwiex issodisfat mill-familja kollha bil-158 speċi tagħha. Peress li l-kriterji għall-elenkar ma ntlaħqux, il-proposta ma għandhiex tiġi appoġġata.

    (-)

    35.

    Agalychnis lemur (Żrinġ lemur tas-siġar)

    0 - II

    Għandha tiġi inkluża fl-Appendiċi II bi kwota annwali ta' esportazzjonijiet żero għall-eżemplari maqbuda mis-selvaġġ li jiġu kkumerċjalizzati għal skopijiet kummerċjali

    Il-Kolombja, il-Costa Rica, l-Unjoni Ewropea, il-Panama

    Proposta tal-UE

    +

    36.

    Laotriton laoensis (Salamandra tal-Laos)

    0 - II

    Għandha tiġi inkluża fl-Appendiċi II bi kwota ta' esportazzjonijiet żero għall-eżemplari maqbuda mis-selvaġġ li jiġu kkumerċjalizzati għal skopijiet kummerċjali

    Unjoni Ewropea

    Proposta tal-UE

    +

    FAWNA – ELAŻMOBRANKI (Klieb il-baħar)

    37.

    Carcharhinidae spp. (Kelb il-baħar griż tal-iskoll, kelb il-baħar dusky, kelb il-baħar denbu żgħir, kelb il-baħar tal-Ganges, kelb il-baħar griż, kelb il-baħar ta' Borneo, kelb il-baħar ta' Pondicherry shark, kelb il-baħar smoothtooth blacktip, kelb il-baħar sharptooth lemon, kelb il-baħar tal-iskoll tal-Karibew, kelb il-baħar daggernose, kelb il-baħar ta' billejl, kelb il-baħar imnieħru abjad, kelb il-baħar imnieħru iswed, kelb il-baħar whitecheek, kelb il-baħar lost, kelb il-baħar denbu żgħir tal-Paċifiku, kelb il-baħar b'xewka wiesgħa ta' Borneo u kelb il-baħar b'xewka wiesgħa)

    0 - II

    Għandha tiġi inkluża fl-Appendiċi II

    Il-Bangladesh, il-Kolombja, ir-Repubblika Dominicana, l-Ekwador, El Salvador, l-Unjoni Ewropea, il-Gabon, Iżrael, il-Maldivi, il-Panama, is-Senegal, is-Seychelles, Sri Lanka, ir-Repubblika Għarbija Sirjana, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq

    Proposta konġunta mill-UE

    +

    38.

    Sphyrnidae spp. (Kurazza)

    0 - II

    Għandha tiġi inkluża fl-Appendiċi II

    Il-Brażil, il-Kolombja, l-Ekwador, l-Unjoni Ewropea, il-Panama

    Proposta tal-UE

    +

    39.

    Potamotrygon albimaculata, P. henlei, P. jabuti, P. leopoldi, P. marquesi, P. signata u P. wallacei (Boll tal-ilma ħelu ta' Tapajós, boll tax-xmara bigtooth, boll tal-ilma ħelu tal-perli, boll tax-xmara b'tikek bojod, boll tal-ilma ħelu ta' Marques, boll tax-xmara Parnaiba, boll tal-cururu)

    0 - II

    Għandha tiġi inkluża fl-Appendiċi II

    Il-Brażil

    Ma huwiex ċar jekk il-kriterji għall-elenkar humiex issodisfati mill-ispeċijiet kollha, u jekk l-elenkar jgħinx fil-ġlieda kontra l-kummerċ illegali. L-applikazzjoni tal-kriterji ta' trasparenza hija inkonsistenti.

    (-)

    40.

    Rhinobatidae spp. (Vjolin)

    0 - II

    Għandha tiġi inkluża fl-Appendiċi II

    Iżrael, il-Kenja, il-Panama, is-Senegal

    Appoġġa, peress li l-biċċa l-kbira tal-ispeċijiet huma fil-periklu u soġġetti għal pressjoni intensiva tas-sajd. L-elenkar fl-Appendiċi II mhux biss ser jiżgura li l-kummerċ internazzjonali ma jkunx ta' detriment għas-sopravivenza ta' dawn l-ispeċijiet, iżda jippermetti wkoll il-ġbir aħjar tad-data dwar il-kummerċ. Diversi speċijiet jistgħu jsiru eliġibbli għall-inklużjoni fl-Appendiċi I fil-futur jekk il-kummerċ ma jiġix irregolat.

    +

    41.

    Hypancistrus zebra (Pleco bajda u sewda)

    0 - I

    Għandha tiġi inkluża fl-Appendiċi I

    Il-Brażil

    Il-proposta fil-forma attwali tagħha ma għandhiex tiġi appoġġata. Madankollu, l-UE tista' tappoġġa proposta għall-elenkar fl-Appendiċi II. Jista' jkun li l-ispeċi tissodisfa l-kriterji bijoloġiċi għall-Appendiċi I, madankollu, filwaqt li jidher li jeżisti xi kummerċ illegali mill-Brażil, ma huwiex ċar kif dan il-kummerċ jinfluwenza l-popolazzjonijiet selvaġġi.

    (-)

    FAWNA – BUŻŻI

    42.

    Thelenota spp. (Bużżu ananas, bużżu ġgant, bużżu miksi bl-aħmar)

    0 - II

    Għandha tiġi inkluża fl-Appendiċi II

    L-Unjoni Ewropea, is-Seychelles, l-Istati Uniti tal-Amerka

    Proposta tal-UE

    +

    FLORA (PJANTI)

    43.

    Apocynaceae, Cactaceae, Cycadaceae, Dicksoniaceae, Euphorbiaceae, Gnetaceae, Liliaceae, Magnoliaceae, Nepenthaceae, Orchidaceae, Papaveraceae, Podocarpaceae, Sarraceniaceae, Trochodendraceae, Zamiaceae, Zingiberaceae

    Speċijiet ta' flora bl-annotazzjoni #1, #4, #14 u speċijiet ta' Orchidaceae elenkati fl-Appendiċi-I.spp (orkidei)

    L-annotazzjoni #1 għandha tiġi emendata biex taqra kif ġej: Il-partijiet u d-derivattivi kollha, ħlief għal: […] b) il-kulturi tan-nebbieta jew tat-tessuti tal-pjanti miksubin in vitro, ittrasportati f'kontenituri sterili;

    L-annotazzjoni #4 għandha tiġi emendata biex taqra kif ġej: Il-partijiet u d-derivattivi kollha, ħlief għal: […] b) il-kulturi tan-nebbieta jew tat-tessuti tal-pjanti miksubin in vitro, f'midja solida jew likwida, ittrasportati f'kontenituri sterili;

    L-annotazzjoni #14 għandha tiġi emendata biex taqra kif ġej: Il-partijiet u d-derivattivi kollha, ħlief għal: […] b) il-kulturi tan-nebbieta jew tat-tessuti tal-pjanti miksubin in vitro, ittrasportati f'kontenituri sterili; […] f) prodotti finali, ippakkjati u lesti għall-bejgħ bl-imnut; din l-eżenzjoni ma tapplikax għal-laqx tal-injam, iż-żibeġ, iż-żibeġ tar-rużarju u t-tinqix.

    Għandu jiġi emendat il-paragrafu f) tat-test bil-Franċiż tal-Annotazzjoni #14 biex jaqra kif ġej: f) les produits finis conditionnés et prêts pour la vente au détail; cette dérogation ne s'applique pas aux copeaux en de bois, aux perles, aux grains de chapelets et aux gravures.

    Għandha tiġi emendata l-annotazzjoni fil-parenteżi għall-Appendiċi I Orchidaceae fl-Appendiċijiet biex taqra kif ġej: ORCHIDACEAE Orkidei (Għall-ispeċijiet kollha tal-Appendiċi-I li ġejjin, kulturi ta' nebbieta jew ta' tessuti tal-pjanti miksuba in vitro, u ttrasportati f'kontenituri sterili, ma humiex soġġetti għad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni biss jekk l-eżemplari jissodisfaw id-definizzjoni ta' "ppropagati artifiċjalment" maqbula mill-Konferenza tal-Partijiet).

    Il-Kanada

    Appoġġa, peress li hija emenda meħtieġa biex jiġu armonizzati l-okkorrenzi kollha tal-frażi "f'midja solida jew likwida" fl-Appendiċijiet tas-CITES u fl-annotazzjonijiet tal-hash-series.

    +

    FLORA – BIGNONIACEAE

    44.

    Handroanthus spp., Roseodendron spp. u Tabebuia spp. (Siġar tal-fjuri tat-trumbetta)

    0 - II

    Għandhom jiġu inklużi fl-Appendiċi II bl-annotazzjoni #17 (Zkuk, injam isserat, folji tal-fuljetta, plywood u njam ittrasformat.)

    Il-Kolombja, l-Unjoni Ewropea, il-Panama

    Proposta tal-UE

    +

    FLORA – CRASSULACEAE

    45.

    Rhodiola spp. (Rhodiola ta' fjuri kbar, Rhodiola)

    0 - II

    Għandha tiġi inkluża fl-Appendiċi II bl-annotazzjoni #2 (Il-partijiet u d-derivattivi kollha, ħlief għal: a) iż-żrieragħ u l-għabra tad-dakra; u b) il-prodotti finali, ippakkjati u lesti għall-bejgħ bl-imnut.)

    Iċ-Ċina, l-Unjoni Ewropea, l-Ukrajna, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq, l-Istati Uniti tal-Amerka

    Proposta tal-UE

    +

    FLORA – LEGUMI

    46.

    Afzelia spp.

    (popolazzjonijiet Afrikani) (siġra tal-kawba Afrikana)

    0 – II

    Għandhom jiġu inklużi l-popolazzjonijiet Afrikani fl-Appendiċi II bl-annotazzjoni #17 (Zkuk, injam isserat, folji tal-fuljetta, plywood u njam ittrasformat.)

    il-Benin, il-Kosta tal-Avorju, l-Unjoni Ewropea, il-Liberja, is-Senegal

    Proposta tal-UE

    +

    47.

    Dalbergia sissoo (Injam dagħmi tat-Tramuntana tal-Indja)

    II - 0

    Għandha titħassar mill-Appendiċi II

    L-Indja, in-Nepal

    Fil-prinċipju, opponi l-proposta peress li d-distinzjoni bejn din l-ispeċi u oħrajn tirrikjedi għarfien espert speċjalizzat. Jekk il-proponenti jistgħu jipprovdu evidenza addizzjonali dwar it-tekniki ta' identifikazzjoni disponibbli faċilment għall-awtoritajiet tas-CITES, il-pożizzjoni tista' tiġi kkunsidrata mill-ġdid.

    -

    48.

    Dipteryx spp. (Cumaru, Tonka)

    0 - II

    Għandhom jiġu inklużi fl-Appendiċi II bl-annotazzjoni "Zkuk, injam isserat, folji tal-fuljetta, plywood, injam ittrasformat u żrieragħ"

    Il-Kolombja, l-Unjoni Ewropea, il-Panama

    Proposta tal-UE

    +

    49.

    Paubrasilia echinata (Injam ta' Pernambuco, Brazilwood)

    II – I

    Trasferiment mill-Appendiċi II għall-Appendiċi I bl-annotazzjoni "Il-partijiet, id-derivattivi u l-prodotti lesti kollha, inkluż l-ispag ta' strumenti mużikali, għajr strumenti mużikali u l-partijiet tagħhom li jiffurmaw orkestri li jivvjaġġaw, u mużiċisti individwali b'passaporti mużikali f'konformità mar-Riżoluzzjoni 16.8."

    Il-Brażil

    It-test tal-annotazzjoni mhuwiex ċar. u l-UE tista' tappoġġa l-proposta biss jekk il-proposta tiġi emendata.

    Filwaqt li hemm qbil li hemm bżonn ta' aktar kontroll tal-kummerċ fl-ispeċi u li għandhom jiġu koperti l-esportazzjonijiet kollha mill-Brażil, inkluż l-inbjank u ċ-ċappetti lesti, għandu jiġi evitat piż amministrattiv eċċessiv mhux meħtieġ għall-konservazzjoni tal-ispeċi u għandhom jitqiesu b'mod xieraq il-ħtiġijiet speċifiċi ta' dawk li jagħmlu ċ-ċappetti. L-UE ma tistax taqbel ma' referenza għal riżoluzzjoni f'annotazzjoni.

    (+)

    50.

    Pterocarpus spp.

    (popolazzjonijiet Afrikani) (injam aħmar tal-Afrika, injam aħmar ta' Eared, injam dagħmi tal-Afrika, injam aħmar b'weraq żgħir, injam aħmar b'weraq tond, padauk tal-Afrika)

    0 - II

    Għandhom jiġu inklużi l-popolazzjonijiet Afrikani kollha fl-Appendiċi II bl-annotazzjoni #17 (Zkuk, injam isserrat, folji tal-fuljetta, plywood u njam ittrasformat), u l-annotazzjonijiet ta' Pterocarpus erinaceus u P. tinctorius, li diġà huma elenkati fl-Appendiċi II, għandhom jiġu emendati għall-annotazzjoni #17

    Il-Kosta tal-Avorju, l-Unjoni Ewropea, il-Liberja, is-Senegal, it-Togo

    Proposta tal-UE

    +

    FLORA – MELIACEAE

    51.

    Khaya spp. (siġra tal-kawba tal-Afrika)

    Għandhom jiġu inklużi l-popolazzjonijiet Afrikani fl-Appendiċi II bl-annotazzjoni #17 (Zkuk, injam isserat, folji tal-fuljetta, plywood u njam ittrasformat.)

    Il-Benin, il-Kosta tal-Avorju, l-Unjoni Ewropea, il-Liberja, is-Senegal

    Proposta tal-UE

    +

    FLORA – ORCHIDACEAE

    52.

    Orchidaceae spp. (Orkidei)

    Għandha tiġi emendata l-Annotazzjoni #4, biż-żieda ta' paragrafu ġdid g), biex taqra: "g) il-prodotti finali, ippakkjati u lesti għall-bejgħ bl-imnut ta' kożmetiċi li fihom partijiet u derivattivi ta' Bletilla striata, Cycnoches cooperi, Gastrodia elata, Phalaenopsis amabilis jew P. lobbii"

    L-Iżvizzera

    Opponi. Ma jistax jiġi eskluż li materjal ta' oriġini W jew Y ser jintuża fil-kożmetiċi fil-futur. Abbażi ta' dan, huwa ssuġġerit approċċ prekawzjonarju sakemm l-Annotazzjoni ma tinbidilx biex jiġu esklużi l-kodiċijiet tas-sors "W" u "Y". Il-proposta attwali hija problematika fir-rigward tal-evitar tar-riskju tal-ħasil tad-dħul illeċitu tal-organiżmi selvaġġi.

    -


    (1)  Seg. = Segretarjat tas-CITES

    SC = Kumitat Permanenti

    AC = Kumitat tal-Annimali

    PC = Kumitat tal-Pjanti


    ANNESS IIa

    Emenda għall-Appendiċi III għas-CITES

    Papilio phorbanta Appendiċi III


    Top