Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022D2306

    Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2306 tat-23 ta’ Novembru 2022 dwar l-għoti ta’ derogi lil ċerti Stati Membri b’rabta mat-trażmissjoni tal-istatistika skont ir-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tal-istatistika dwar il-faċilitajiet tas-saħħa, ir-riżorsi umani tal-kura tas-saħħa u l-użu tal-kura tas-saħħa (notifikata bid-dokument C(2022) 8341) (It-testi biċ-Ċek, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bl-Irlandiż, bl-Olandiż, bil-Portugiż, bir-Rumen, bl-Ispanjol u bl-Iżvediż biss huma awtentiċi) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    C/2022/8341

    ĠU L 305, 25.11.2022, p. 58–62 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2022/2306/oj

    25.11.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 305/58


    DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2306

    tat-23 ta’ Novembru 2022

    dwar l-għoti ta’ derogi lil ċerti Stati Membri b’rabta mat-trażmissjoni tal-istatistika skont ir-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, fir-rigward tal-istatistika dwar il-faċilitajiet tas-saħħa, ir-riżorsi umani tal-kura tas-saħħa u l-użu tal-kura tas-saħħa

    (notifikata bid-dokument C(2022) 8341)

    (It-testi biċ-Ċek, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bl-Irlandiż, bl-Olandiż, bil-Portugiż, bir-Rumen, bl-Ispanjol u bl-Iżvediż biss huma awtentiċi)

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1338/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-istatistika Komunitarja dwar is-saħħa pubblika u s-saħħa u s-sigurtà fuq ix-xogħol (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidrat it-talbiet tar-Renju tal-Belġju, tar-Repubblika Ċeka, tal-Irlanda, tar-Repubblika Ellenika, tar-Renju ta’ Spanja, tar-Repubblika Franċiża, tar-Repubblika ta’ Ċipru, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, tar-Renju tan-Netherlands, tar-Repubblika tal-Awstrija, tar-Repubblika Portugiża, tar-Rumanija u tar-Renju tal-Iżvezja,

    Billi:

    (1)

    F’konformità mal-Artikolu 9(2) tar-Regolament (KE) Nru 1338/2008, meta meħtieġ, jistgħu jiġu adottati derogi u perjodi ta’ tranżizzjoni għall-Istati Membri, diment li dawn ikunu bbażati fuq raġunijiet oġġettivi.

    (2)

    L-informazzjoni li l-Istati Membri taw lill-Kummissjoni tindika li t-talbiet għad-derogi saru minħabba l-ħtieġa ta’ adattamenti kbar fis-sistemi amministrattivi u statistiċi nazzjonali ħalli jikkonformaw għalkollox mar-Regolament (KE) Nru 1338/2008.

    (3)

    Għalhekk, jenħtieġ li dawn id-derogi mitluba minnhom, jingħataw lir-Renju tal-Belġju, lir-Repubblika Ċeka, lill-Irlanda, lir-Repubblika Ellenika, lir-Renju ta’ Spanja, lir-Repubblika Franċiża, lir-Repubblika ta’ Ċipru, lill-Gran Dukat tal-Lussemburgu, lir-Renju tan-Netherlands, lir-Repubblika tal-Awstrija, lir-Repubblika Portugiża, lir-Rumanija u lir-Renju tal-Iżvezja.

    (4)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika, stabbilit bl-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2),

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Id-derogi kif stabbiliti fl-Anness jingħataw lill-Istati Membri elenkati hemmhekk.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju, lir-Repubblika Ċeka, lill-Irlanda, lir-Repubblika Ellenika, lir-Renju ta’ Spanja, lir-Repubblika Franċiża, lir-Repubblika ta’ Ċipru, lill-Gran Dukat tal-Lussemburgu, lir-Renju tan-Netherlands, lir-Repubblika tal-Awstrija, lir-Repubblika Portugiża, lir-Rumanija u lir-Renju tal-Iżvezja.

    Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Novembru 2022.

    Għall-Kummissjoni

    Paolo GENTILONI

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 354, 31.12.2008, p. 70.

    (2)  Ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (Euratom, KE) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta’ data soġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164).


    ANNESS

    Derogi mir-Regolament (KE) Nru 1338/2008, kif implimentati mill-Kummissjoni, li jikkonċernaw il-faċilitajiet tal-kura tas-saħħa, ir-riżorsi umani tal-kura tas-saħħa u l-użu tal-kura tas-saħħa.

    Għall-fini tal-ġbir tad-data, għandhom jingħataw id-derogi li ġejjin:

    Iċ-Ċekja, l-Irlanda, Spanja, Ċipru, il-Lussemburgu, in-Netherlands, l-Awstrija, il-Portugall u r-Rumanija ma għandhomx jintalbu jipprovdu l-varjabbli, jew id-diżaggregazzjoni(jiet) tal-varjabbli meta indikat, speċifikati fit-Tabella 1 għas-snin ta’ referenza speċifikati fiha. Meta ma tkunx meħtieġa kopertura sħiħa, id-devjazzjonijiet mill-kopertura sħiħa għandhom jiġu spjegati fil-metadata ta’ referenza.

    Tabella 1

    Stat Membru

    Varjabbli/diżaggregazzjoni

    Sena/snin ta’ referenza koperti b’deroga

    Iċ-Ċekja

    Il-pajjiż ta’ residenza ta’ persuni mhux residenti rilaxxati għall-varjabbli li ġejjin:

    6.1

    Għadd ta’ rilaxxi ta’ inpatients mill-isptar

    6.2

    Għadd ta’ ġranet l-isptar tal-inpatients

    6.3

    Għadd ta’ rilaxxi mill-isptar ta’ każi f’ġurnata

    2023-2024

    Iċ-Ċekja

    7.10

    Tneħħija parzjali tal-glandola mammarja

    7.11

    Mastettomija totali

    2023-2024

    L-Irlanda

    Kopertura sħiħa tal-varjabbli li ġejjin (kopertura parzjali hija meħtieġa):

    6.1

    Għadd ta’ rilaxxi ta’ inpatients mill-isptar

    6.2

    Għadd ta’ ġranet l-isptar tal-inpatients

    6.3

    Għadd ta’ rilaxxi mill-isptar ta’ każi f’ġurnata

    2023-2024

    Spanja

    Il-gruppi tal-età “65-74” u “75+” għall-varjabbli:

    1.1

    Għadd ta’ tobba prattikanti skont l-età u l-ġeneru

    2021-2023

    Ċipru

    Kopertura sħiħa tal-varjabbli kollha fl-Anness II (kopertura parzjali hija meħtieġa)

    2021-2022

    Il-Lussemburgu

    Varjabbli 1.1-1.6 f’Data dwar l-Impjiegi tas-Saħħa

    2023

    In-Netherlands

    Kopertura sħiħa tal-varjabbli fil-punt 6. Data dwar il-Kura fl-Isptar (kopertura parzjali hija meħtieġa)

    2023

    L-Awstrija

    5.1

    Rata ta’ immunizzazzjoni tal-persuni ta’ 65 sena u akbar kontra l-influwenza

    2021-2022

    Il-Portugall

    1.1

    Għadd ta’ tobba prattikanti skont l-età u l-ġeneru

    1.2

    Għadd ta’ tobba prattikanti skont il-kategorija

    1.3

    Għadd ta’ qwiebel prattikanti

    1.4

    Għadd ta’ infermiera prattikanti

    1.5

    Għadd ta’ dentisti prattikanti

    2023-2025

    Il-Portugall

    2.4

    Għadd ta’ gradwati qwiebel

    3.1

    Għadd ta’ sodod fl-isptar għall-kura somatika; funzjoni “Kura fit-tul”

    3.3

    Għadd ta’ sodod fil-faċilitajiet residenzjali tal-kura fit-tul

    Varjabbli fil-punt 4. Data dwar l-Apparati għall-Imaġnijiet Mediċi

    5.2

    Rata tan-nisa ta’ bejn il-50 u d-69 sena skrinjati għall-kanċer tas-sider tul programm nazzjonali ta’ skrinjar tal-kanċer tas-sider (mammografija)

    5.3

    Rata tan-nisa ta’ bejn l-20 u d-69 sena skrinjati għall-kanċer ċervikali tul programm nazzjonali ta’ skrinjar tal-kanċer ċervikali

    2021-2023

    Il-Portugall

    Ir-reġjun NUTS2 tar-residenza tal-pazjent rilaxxat għall-varjabbli:

    6.1

    Għadd ta’ rilaxxi ta’ inpatients mill-isptar

    6.2

    Għadd ta’ ġranet l-isptar tal-inpatients

    6.3

    Għadd ta’ rilaxxi mill-isptar ta’ każi f’ġurnata

    2023-2025

    Il-Portugall

    Kopertura sħiħa tal-varjabbli li ġejjin (kopertura parzjali hija meħtieġa):

    7.1

    Kirurġija tal-katarretti

    7.2

    Tonsillettomija

    7.3

    Anġjoplastija koronarja transluminali

    7.4

    Trapjant ta’ bypass fl-arterja koronarja

    7.5

    Koleċistektomija

    7.6

    Tiswija ta’ ernja ingwinali

    7.8

    Sostituzzjoni tal-ġenbejn

    7.9

    Sostituzzjoni totali tal-irkoppa

    7.10

    Tneħħija parzjali tal-glandola mammarja

    7.11

    Mastettomija totali

    2023-2025

    Ir-Rumanija

    1.3

    Għadd ta’ qwiebel prattikanti

    2021

    Il-Belġju, il-Greċja, Spanja, Franza, il-Lussemburgu u l-Iżvezja għandhom jingħataw derogi dwar l-iskadenza għat-twassil tad-data għall-varjabbli fit-Tabella 2 u għall-metadata ta’ referenza meta speċifikat.

    Tabella 2

    Stat Membru

    Varjabbli

    Skadenza ġdida

    Sena/snin ta’ referenza koperti b’deroga

    Il-Belġju

    5.2

    Rata tan-nisa ta’ bejn il-50 u d-69 sena skrinjati għall-kanċer tas-sider tul programm nazzjonali ta’ skrinjar tal-kanċer tas-sider (mammografija)

    5.3

    Rata tan-nisa ta’ bejn l-20 u d-69 sena skrinjati għall-kanċer ċervikali tul programm nazzjonali ta’ skrinjar tal-kanċer ċervikali

    T+26 xahar

    2021-2024

    Il-Greċja

    Varjabbli fil-punt 1. Data dwar l-Impjiegi tas-Saħħa

    T+20 xahar

    2023

    Spanja

    Varjabbli fil-punt 1. Data dwar l-Impjiegi tas-Saħħa u metadata ta’ referenza

    T+16-il xahar

    2023

    Spanja

    Varjabbli fil-punti 2-5 tal-Anness II, u metadata ta’ referenza

    T+16-il xahar

    2021-2023

    Franza

    2.1

    Għadd ta’ gradwati mediċi

    2.2

    Għadd ta’ gradwati fid-dentistrija

    2.3

    Għadd ta’ gradwati fil-farmaċija

    T+21 xahar

    2021-2023

    Il-Lussemburgu

    Varjabbli fil-punt 6. Data dwar il-Kura tal-Isptar, u fil-punt 7. Data dwar il-Proċeduri Kirurġiċi

    T+38 xahar

    2023

    Il-Lussemburgu

    Varjabbli fil-punt 6. Data dwar il-Kura tal-Isptar, u fil-punt 7. Data dwar il-Proċeduri Kirurġiċi

    T+26 xahar

    2024

    L-Iżvezja

    Varjabbli fil-punt 1. Data dwar l-Impjiegi tas-Saħħa

    T+21 xahar

    2023-2024


    Top