EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021R0854

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/854 tas-27 ta’ Mejju 2021 li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-azzar inossidabbli rrumblati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw mill-Indja u mill-Indoneżja

C/2021/3587

ĠU L 188, 28.5.2021, p. 61–89 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/854/oj

28.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 188/61


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/854

tas-27 ta’ Mejju 2021

li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-azzar inossidabbli rrumblati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw mill-Indja u mill-Indoneżja

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”) u, b’mod partikolari, l-Artikolu 7 tiegħu,

Wara li kkonsultat lill-Istati Membri,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   Bidu

(1)

Fit-30 ta’ Settembru 2020, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) bdiet investigazzjoni kontra d-dumping fir-rigward tal-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-azzar inossidabbli rrumblati ċatti fil-kiesaħ (“SSCR” jew “il-prodott li qed jiġi investigat”) li joriġinaw mill-Indja u mill-Indoneżja (“il-pajjiżi kkonċernati”) fuq il-bażi tal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Hija ppubblikat Notifika tal-Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2) (“in-Notifika tal-Bidu”).

(2)

Il-Kummissjoni bdiet l-investigazzjoni wara lment ippreżentat fis-17 ta’ Awwissu 2020 mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Azzar, (“l-Eurofer” jew “l-ilmentatur”) f’isem il-produtturi li jirrappreżentaw aktar minn 25 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta’ prodotti tal-azzar inossidabbli rrumblati ċatti fil-kiesaħ. L-ilment kien jinkludi evidenza ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati u dannu materjali li rriżulta minnu li kienu biżżejjed biex jiġġustifikaw il-bidu tal-investigazzjoni.

1.2.   Reġistrazzjoni

(3)

Wara talba mill-ilmentatur appoġġata mill-evidenza meħtieġa, il-Kummissjoni għamlet l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat soġġetti għal reġistrazzjoni skont l-Artikolu 14(5) tar-Regolament bażiku mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/370 (3).

1.3.   Il-partijiet interessati

(4)

Fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jagħmlu kuntatt magħha sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għarrfet speċifikament lill-ilmentatur, lill-produtturi esportaturi magħrufa fil-pajjiżi kkonċernati u lill-awtoritajiet tal-pajjiżi kkonċernati, lill-importaturi u lill-utenti magħrufa fl-Unjoni dwar il-bidu tal-investigazzjoni, u stednithom jipparteċipaw.

(5)

Il-partijiet interessati kellhom l-opportunità li jikkummentaw dwar il-bidu tal-investigazzjoni u jitolbu smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti kummerċjali. Il-Kummissjoni organizzat smigħ mal-ilmentatur, produttur esportatur wieħed u utent wieħed tal-Unjoni. Il-Kummissjoni rċeviet kummenti li huma indirizzati fit-Taqsimiet 2.3 u 5.2 u 7.2.

1.4.   Teħid ta’ kampjuni

(6)

Fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni ħabbret li kien hemm il-possibbiltà li tagħżel kampjun minn fost il-partijiet interessati f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

1.4.1.   Teħid ta’ kampjuni tal-produtturi tal-Unjoni

(7)

Fin-Notifika tal-Bidu, il-Kummissjoni sostniet li kienet iddeċidiet li tillimita għal għadd raġonevoli l-produtturi tal-Unjoni li kienu se jiġu investigati billi tapplika t-teħid ta’ kampjuni u li kienet għażlet b’mod provviżorju kampjun ta’ produtturi tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għażlet il-kampjun provviżorju abbażi tal-volumi tal-produzzjoni u tal-bejgħ tal-Unjoni rrappurtati mill-produtturi tal-Unjoni fil-kuntest tal-analiżi tal-valutazzjoni permanenti ta’ qabel il-bidu, filwaqt li qieset ukoll il-pożizzjoni ġeografika tagħhom. Il-kampjun provviżorju stabbilit b’dan il-mod kien jikkonsisti minn tliet produtturi tal-Unjoni li jammontaw għal aktar minn 60 % tal-produzzjoni u madwar 70 % tal-bejgħ fl-Unjoni tal-prodott simili, u li jinsabu f’erba’ Stati Membri differenti. Id-dettalji ta’ dan il-kampjun provviżorju saru disponibbli fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati, bil-possibbiltà li jagħmlu l-kummenti tagħhom. Ma sar l-ebda kumment.

(8)

B’riżultat ta’ dan ta’ hawn fuq, il-kampjun provviżorju tal-produtturi tal-Unjoni ġie kkonfermat. Dan kien jikkonsisti minn Aperam Stainless Europe (“Aperam”), Acciai Speciali Terni S.p.A. (“AST”) u Outokumpu Stainless Oy (“OTK”). Il-kampjun definittiv huwa rappreżentattiv tal-industrija tal-Unjoni.

1.4.2.   Teħid ta’ kampjuni tal-importaturi

(9)

Biex tiddeċiedi jekk kienx hemm bżonn li jittieħed kampjun u, jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-importaturi kollha mhux relatati biex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika tal-Bidu.

(10)

Tliet importaturi mhux relatati ppreżentaw lilhom infushom bħala partijiet interessati u pprovdew l-informazzjoni mitluba. Minħabba l-għadd żgħir ta’ tweġibiet li waslu, it-teħid ta’ kampjuni ma kienx meħtieġ. Ma sar l-ebda kumment għal din id-deċiżjoni. L-importaturi kienu mistiedna jwieġbu kwestjonarju.

1.4.3.   Teħid ta’ kampjuni ta’ produtturi esportaturi fil-pajjiżi kkonċernati

(11)

Fid-dawl tal-għadd potenzjalment kbir ta’ produtturi esportaturi fil-pajjiżi kkonċernati, in-Notifika tal-Bidu pprevediet biss it-teħid ta’ kampjuni fl-Indja u fl-Indoneżja u għalhekk, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi magħrufa kollha fl-Indja u fl-Indoneżja jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika tal-Bidu biex tiddeċiedi jekk kienx meħtieġ it-teħid ta’ kampjuni u, jekk iva, biex tagħżel kampjun.

(12)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Missjoni tal-Indja għall-Unjoni Ewropea u lill-Ambaxxata tar-Repubblika tal-Indoneżja fi Brussell biex jidentifikaw u/jew jikkuntattjaw produtturi esportaturi oħra, jekk ikun hemm, li jistgħu jkunu interessati jipparteċipaw fl-investigazzjoni.

1.4.3.1.   L-Indja

(13)

Mal-bidu, il-Kummissjoni kkuntattjat seba’ produtturi esportaturi potenzjali fl-Indja. Żewġ produtturi esportaturi fl-Indja pprovdew l-informazzjoni meħtieġa għat-teħid ta’ kampjuni u kienu jirrappreżentaw l-esportazzjonijiet kollha tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni. Għalhekk, il-Kummissjoni abbandunat it-teħid ta’ kampjuni fir-rigward tal-produtturi esportaturi fl-Indja.

1.4.3.2.   L-Indoneżja

(14)

Mal-bidu, il-Kummissjoni kkuntattjat 14-il produttur esportatur potenzjali fl-Indoneżja. Tliet produtturi esportaturi wieġbu għall-mistoqsijiet tat-teħid ta’ kampjuni u rrapportaw bejgħ lejn l-Unjoni. Skont l-informazzjoni pprovduta fir-ritorni tat-teħid ta’ kampjuni, il-bejgħ tagħhom kien jirrappreżenta 72 % tal-esportazzjonijiet Indoneżjani lejn l-Unjoni. Abbażi ta’ dan, it-teħid ta’ kampjuni ġie abbandunat ukoll għall-Indoneżja.

1.5.   Tweġibiet għall-kwestjonarju

(15)

L-ilment ipprovda biżżejjed evidenza prima facie ta’ distorsjonijiet fil-materja prima fl-Indja u fl-Indoneżja fir-rigward tal-prodott ikkonċernat. Għalhekk, kif tħabbar fin-Notifika tal-Bidu, l-investigazzjoni kopriet dawk id-distorsjonijiet fil-materja prima biex tiddetermina jekk għandhomx jiġu applikati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7(2a) u 7(2b) tar-Regolament bażiku fir-rigward tal-Indja u tal-Indoneżja. Għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji f’dan ir-rigward lill-Gvernijiet tal-Indja (“GOI”) u tal-Indoneżja (“GOIS”).

(16)

Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lit-tliet produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, lill-ilmentatur, lit-tliet importaturi mhux relatati, u lill-ħames produtturi esportaturi fil-pajjiżi kkonċernati. L-istess kwestjonarji kienu wkoll disponibbli online (4) fil-jum tal-bidu.

(17)

Waslu tweġibiet għall-kwestjonarju mingħand it-tliet produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, mill-ilmentatur, żewġ importaturi mhux relatati, iż-żewġ produtturi esportaturi mill-Indja u tliet produtturi esportaturi mill-Indoneżja. Waslu wkoll tweġibiet għall-kwestjonarju mingħand il-GOI u l-GOIS.

1.6.   Żjarat ta’ verifika

(18)

Fid-dawl tat-tifqigħa tal-COVID-19 u l-miżuri ta’ konfinament stabbiliti minn diversi Stati Membri kif ukoll minn diversi pajjiżi terzi, il-Kummissjoni ma setgħetx twettaq żjarat ta’ verifika skont l-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku fi stadju provviżorju. Minflok, il-Kummissjoni kontroverifikat mill-bogħod l-informazzjoni kollha meqjusa neċessarja għad-determinazzjonijiet provviżorji tagħha f’konformità mal-Avviż tagħha dwar il-konsegwenzi tat-tifqigħa tal-COVID-19 fuq l-investigazzjonijiet anti-dumping u antisussidji (5).

(19)

Il-Kummissjoni wettqet kontroverifiki mill-bogħod (remote crosschecks, “RCC”) tal-kumpaniji/partijiet li ġejjin:

(a)

Il-produtturi tal-Unjoni u l-assoċjazzjonijiet tagħhom:

Acciai Speciali Terni S.p.A., Terni, l-Italja (“AST”)

Aperam Stainless Europe, li tikkonsisti f’Aperam France, La Plaine Saint-Denis Cedex, Franza u Aperam Belgium, Châtelet u Genk, il-Belġju (“Aperam”)

Outokumpu Stainless Oy, Tornio, il-Finlandja (“OTK”)

Eurofer, Brussell, il-Belġju

(b)

Importaturi fl-Unjoni:

Gual Stainless S.L., Berga, Spanja

Nova Trading S.A., Torun, il-Polonja

(c)

Il-produtturi esportaturi:

 

Il-produtturi esportaturi fl-Indja:

Chromeni Steels Private Limited, l-Indja

Jindal Stainless Limited, Jindal Stainless Hisar Limited u Jindal Stainless Steelways Limited, l-Indja; Iberjindal S.L., Spanja; u JSL Global Commodities Pte. Ltd., Singapore (imsejħa flimkien bħala “il-Grupp Jindal”)

 

Produtturi esportaturi fl-Indoneżja:

PT Indonesia Ruipu Nickel u Chrome alloy (“IRNC”), PT Ekasa Yad Resources (“EYR”) u PT Hanwa (“Hanwa”), l-Indoneżja; Cantostar Limited (“Cantostar”) u Eternal Tsingshan Group Co., Ltd. (“Eternal Tsingshan”), Hong Kong; u Recheer Resources Pte. Ltd. (“Recheer”), Singapore (imsejħa flimkien bħala “l-Grupp IRNC”)

PT Jindal Stainless Indonesia Limited (“PTJ”), l-Indoneżja; JSL Global Commodities Pte. Ltd. (“JGC”), Singapore; u Iberjindal S.L. (“IBJ”), Spanja (imsejħa flimkien bħala “l-Grupp Jindal tal-Indoneżja”)

(20)

Fir-rigward tal-proċedura tal-Artikoli 7(2a) u 7(2b) tar-Regolament bażiku, saru RCCs mal-GOI u mill-GOIS.

1.7.   Perjodu ta’ investigazzjoni u perjodu taħt kunsiderazzjoni

(21)

L-investigazzjoni tad-dumping u d-dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2019 sat-30 ta’ Ġunju 2020 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni” jew “PI”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tad-dannu kopra l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2017 sat-tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni (“il-perjodu taħt kunsiderazzjoni”).

2.   PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI

2.1.   Prodott ikkonċernat

(22)

Il-prodott ikkonċernat minn din l-investigazzjoni huwa prodotti tal-azzar inossidabbli rrumblati ċatti, mhux maħdumin aktar ħlief irrumblati fil-kiesaħ (imnaqqsin bil-kesħa), li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 7219 31 00, 7219 32 10, 7219 32 90, 7219 33 10, 7219 33 90, 7219 34 10, 7219 34 90, 7219 35 10, 7219 35 90, 7219 90 20, 7219 90 80, 7220 20 21, 7220 20 29, 7220 20 41, 7220 20 49, 7220 20 81, 7220 20 89, 7220 90 20 u 7220 90 80 u li joriġinaw mill-Indja u mill-Indoneżja. Il-kodiċijiet NM huma mogħtija biss bħala informazzjoni.

2.2.   Prodott simili

(23)

L-investigazzjoni wriet li l-prodotti li ġejjin għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi kif ukoll l-istess użi bażiċi:

il-prodott ikkonċernat;

il-prodott immanifatturat u mibjugħ fis-swieq domestiċi tal-pajjiżi kkonċernati;

il-prodott immanifatturat u mibjugħ fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni.

(24)

F’dan l-istadju, il-Kummissjoni ddeċidiet li dawn il-prodotti huma għalhekk prodotti simili fis-sens tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

2.3.   Affermazzjonijiet rigward l-ambitu tal-prodott

(25)

Fi stadju tard ħafna tal-parti provviżorja tal-investigazzjoni, utent wieħed tal-Unjoni ppreżenta ruħu bħala parti interessata u bagħat sottomissjoni dwar l-ambitu tal-prodott Il-kumpanija talbet l-esklużjoni ta’ prodotti bil-grad tal-azzar 200 (“200 SSCRPs”) mill-ambitu tal-prodott peress li, skont il-kumpanija, dawk il-prodotti ma għandhom l-ebda produzzjoni jew għandhom produzzjoni limitata ħafna fl-Unjoni u tali prodotti għandhom użu aħħari speċifiku u niċċa. Skont il-kumpanija, l-esklużjoni ta’ 200 SSCPR abbażi tal-grad tal-azzar u l-użu aħħari tagħhom ma toħloqx ir-riskju ta’ ċirkomvenzjoni ta’ tipi oħra ta’ prodotti.

(26)

L-affermazzjoni ta’ hawn fuq ġiet opposta mill-ilmentatur. Il-Eurofer saħqet li l-200 SSCRPs huma prodotti minn tal-anqas tnejn mill-produtturi tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-Eurofer sottomettiet li dawn jistgħu jiġu ssostitwiti faċilment minn gradi oħra tal-azzar fl-użu aħħari, u huma bħala tali f’kompetizzjoni diretta ma’ dawn it-tipi ta’ prodotti. Barra minn hekk, il-200 SSCRPs għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi kif ukoll kanali ta’ distribuzzjoni bħal gradi oħra tal-azzar u ma jistgħux jiġu identifikati faċilment mingħajr testijiet speċjalizzati – li, skont l-ilmentatur, jiftħu b’mod ċar il-possibbiltà ta’ ċirkomvenzjoni. Wara li qieset l-affermazzjonijiet li saru mill-Eurofer, il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod provviżorju li t-tipi ta’ prodotti huma interkambjabbli.

(27)

Filwaqt li titqies is-sottomissjoni tard ħafna tat-talba għall-ambitu tal-prodott, il-fatt li hemm produzzjoni tal-Unjoni tal-200 SSCRPs u l-interkambjabbiltà tal-200 SSCRPs ma’ tipi oħra ta’ prodotti, it-talba għall-esklużjoni tal-prodott hija miċħuda b’mod provviżorju.

3.   DUMPING

3.1.   Kumment preliminari

(28)

Minħabba l-għadd limitat ta’ partijiet li kkooperaw kemm fl-Indja kif ukoll fl-Indoneżja, id-dettalji ta’ ċerti sejbiet dwar id-dumping huma kunfidenzjali u għalhekk jinsabu biss fid-divulgazzjonijiet bilaterali.

3.2.   L-Indja

3.2.1.   Il-kooperazzjoni u l-applikazzjoni parzjali tal-Artikolu 18 tar-Regolament Bażiku

(29)

Iż-żewġ produtturi esportaturi li kkooperaw fl-Indja kienu Chromeni Steels Private Limited u l-Grupp Jindal.

(30)

Chromeni Steels Private Limited ipproduċiet il-prodott ikkonċernat fl-Indja u biegħetu fis-suq domestiku primarjament lil klijenti mhux relatati u lil ftit klijenti relatati. L-esportazzjonijiet kollha lejn l-Unjoni saru direttament lil klijenti mhux relatati.

(31)

Il-kumpaniji li ġejjin li kienu espressament imsemmija mill-Grupp Jindal bħala li kienu involuti fil-produzzjoni u fil-bejgħ tal-prodott ikkonċernat kienu involuti fl-investigazzjoni u l-RCC:

Jindal Stainless Limited (“JSL”), produttur esportatur integrat li jipproċessa r-ruttam tal-azzar inossidabbli fil-prodott li qed jiġi investigat;

Jindal Stainless Hisar Limited (“JSHL”), produttur esportatur integrat li jipproċessa r-ruttam tal-azzar inossidabbli fil-prodott li qed jiġi investigat;

Jindal Stainless Steelways Limited (“JSS”), parti li tirrombla bis-sħana kojls illaminati bis-sħana mixtrija mingħand JSL u JSHL u tbigħhom fis-suq domestiku tal-Indja;

Iberjindal S.L. (“IBJ”), negozjant relatat li jinsab fi Spanja, li jixtri l-prodott li qed jiġi investigat mingħand JSL u JSHL u jerġa’ jbigħu lil klijenti mhux relatati u relatati fl-Unjoni; u

JSL Global Commodities Pte. Ltd. (“JGC”), negozjant relatat li jinsab f’Singapore, li jixtri l-prodott li qed jiġi investigat mingħand JSL u JSHL u jerġa’ jbigħu lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni.

(32)

L-RCC żvelat li kumpanija relatata tal-Grupp Jindal f’pajjiż terz kienet involuta fil-bejgħ tal-prodott ikkonċernat lill-Unjoni. Madankollu, ir-rwol rilevanti ta’ din il-parti fir-rigward tal-prodott li qed jiġi investigat ma kienx ġie rrapportat bħala tali fil-korrispondenza mill-Grupp Jindal, inkluż fit-tweġibiet għall-kwestjonarju. Konsegwentement, il-Kummissjoni infurmat lill-Grupp Jindal, permezz ta’ ittra tat-23 ta’ Marzu 2021, li kienet beħsiebha tapplika d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku u tuża l-fatti disponibbli fir-rigward tal-informazzjoni li ma ġietx żvelata b’rabta mar-rwol tal-kumpanija relatata. Wara dik l-ittra, il-kumpanija relatata li tinsab f’pajjiż terz issottomettiet kummenti fid-29 ta’ Marzu 2021. Bil-kummenti tiegħu, il-grupp Jindal ipprovda wkoll it-tweġiba tal-kumpanija relatata għall-anness tal-kwestjonarju.

(33)

Dawn il-kummenti ġew imtennija matul seduta ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Smigħ fis-16 ta’ April 2021.

(34)

Il-kummenti tal-Grupp Jindal fl-ittra tat-23 ta’ Marzu ġew ivvalutati kif xieraq iżda ma biddlux l-apprezzament tal-fatti mill-Kummissjoni. B’mod partikolari, it-tweġiba għall-anness tal-kwestjonarju li ġiet sottomessa bi tweġiba għall-ittra tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Marzu 2021 ma setgħetx tiġi kontroverifikata mill-bogħod u għalhekk, il-Kummissjoni ma setgħetx tivvaluta l-kompletezza tal-informazzjoni pprovduta f’isem dik il-parti.

(35)

Konsegwentement, il-Kummissjoni kkonfermat l-intenzjoni tagħha li tapplika d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku f’dan l-istadju.

3.2.2.   Valur normali

(36)

Il-Kummissjoni l-ewwel eżaminat jekk il-volum totali ta’ bejgħ domestiku ta’ kull produttur esportatur li kkoopera kienx rappreżentattiv, f’konformità mal-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-bejgħ domestiku jkun rappreżentattiv jekk it-total tal-volum tal-bejgħ domestiku tal-prodott simili lill-klijenti indipendenti fis-suq domestiku għal kull produttur esportatur ikun jirrappreżenta mill-anqas 5 % tal-volum totali tal-bejgħ mill-esportazzjoni tiegħu tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni.

(37)

Fuq din il-bażi, il-volum totali tal-bejgħ minn kull produttur esportatur li kkoopera tal-prodott simili fis-suq domestiku nstab li kien rappreżentattiv.

(38)

Il-Kummissjoni sussegwentement identifikat it-tipi ta’ prodotti mibjugħin lokalment li kienu identiċi jew komparabbli mat-tipi ta’ prodotti mibjugħin għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni.

(39)

Wara, il-Kummissjoni analizzat jekk it-tipi ta’ prodotti mibjugħin minn kull wieħed mill-produtturi esportaturi li kooperaw fis-suq domestiku tagħhom imqabbla mat-tipi ta’ prodotti mibjugħin għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni kinux rappreżentattivi, f’konformità mal-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-bejgħ domestiku ta’ tip ta’ prodott huwa rappreżentattiv jekk il-volum totali tal-bejgħ domestiku ta’ dak it-tip ta’ prodott lil klijenti indipendenti matul il-perjodu ta’ investigazzjoni jirrappreżenta mill-inqas 5 % tal-volum totali tal-bejgħ mill-esportazzjoni tal-prodott identiku jew komparabbli lejn l-Unjoni.

(40)

Imbagħad, il-Kummissjoni ddefiniet il-proporzjon tal-bejgħ bi profitt lill-konsumaturi indipendenti fis-suq domestiku għal kull tip ta’ prodott matul il-perjodu ta’ investigazzjoni sabiex tiddeċiedi jekk tużax il-bejgħ domestiku effettiv għall-kalkolu tal-valur normali jew jekk tinjorax il-bejgħ barra mill-perkors normali tan-negozju minħabba l-prezz, f’konformità mal-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku.

(41)

Il-valur normali huwa bbażat fuq il-prezz domestiku effettiv għal kull tip ta’ prodott, irrispettivament minn jekk dak il-bejgħ huwiex profittabbli jew le, jekk:

(a)

il-volum tal-bejgħ tat-tip ta’ prodott, mibjugħ bi prezz tal-bejgħ nett li huwa daqs jew ogħla mill-kost ikkalkolat ta’ produzzjoni, irrappreżenta aktar minn 80 % tal-volum totali tal-bejgħ ta’ dan it-tip ta’ prodott; u

(b)

l-prezz medju ponderat tal-bejgħ ta’ dak it-tip ta’ prodott ikun daqs jew ogħla mill-kost unitarju tal-produzzjoni.

(42)

F’dan il-każ, il-valur normali huwa l-medja ponderata tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku kollu ta’ dak it-tip ta’ prodott matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

(43)

Il-valur normali huwa l-prezz domestiku effettiv għal kull tip ta’ prodott tal-bejgħ domestiku bi profitt tat-tipi ta’ prodotti biss matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, jekk:

(a)

il-volum tal-bejgħ bi profitt tat-tip tal-prodott jirrappreżenta 80 % jew inqas mill-volum totali tal-bejgħ ta’ dan it-tip; jew

(b)

il-prezz medju ponderat ta’ dan it-tip ta’ prodott ikun anqas mill-kost unitarju tal-produzzjoni.

(44)

Fejn aktar minn 80 % tal-bejgħ domestiku għal kull tip ta’ prodott matul il-perjodu ta’ investigazzjoni kien profittabbli, u fejn il-prezz tal-bejgħ medju ponderat kien daqs jew ogħla mill-kost unitarju medju ponderat tal-produzzjoni, il-valur normali ġie kkalkolat bħala medja ponderata tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku kollu effettiv matul il-perjodu ta’ investigazzjoni fis-sitwazzjoni deskritta fil-premessa (42). Inkella, il-valur normali ġie kkalkolat bħala medja ponderata tal-bejgħ bi profitt fis-sitwazzjoni deskritta fil-premessa (43).

(45)

Meta tip ta’ prodott ma nbiegħx fi kwantitajiet rappreżentattivi jew ma nbiegħ bl-ebda mod fis-suq domestiku, u meta ma kien hemm l-ebda bejgħ jew kien hemm bejgħ insuffiċjenti ta’ tip ta’ prodott tal-prodott simili matul il-perkors normali tan-negozju, kif previst fl-Artikolu 2(2) u (4) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni waslet għall-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(3) u (6) tar-Regolament bażiku.

(46)

Il-valur normali inħadem għal kull tip ta’ prodott billi żdied dan li ġej mal-kost medju tal-produzzjoni tal-prodott simili tal-produtturi esportaturi investigati matul il-perjodu ta’ investigazzjoni:

(a)

l-ispejjeż tal-bejgħ medji ponderati, ġenerali u amministrattivi (“SG&A”) imġarrba mill-produtturi esportaturi investigati għall-bejgħ domestiku tal-prodott simili, fil-perkors normali tan-negozju, matul il-perjodu ta’ investigazzjoni; u

(b)

l-profitt medju ponderat magħmul mill-produtturi esportaturi investigati mill-bejgħ domestiku tal-prodott simili, matul il-perkors normali tan-negozju, matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

(47)

Għat-tipi tal-prodott mhux mibjugħa fi kwantitajiet rappreżentattivi fis-suq domestiku, ġew miżjuda l-ispejjeż SG&A medji u l-profitt tat-tranżazzjonijiet li saru matul il-perkors normali tan-negozju fis-suq domestiku għal dawk it-tipi. Għat-tipi ta’ prodotti mhux mibjugħin b’xi mod fis-suq domestiku, jew li ma nstabx bejgħ għalihom matul il-perkors normali tan-negozju, ġew miżjuda l-ispejjeż SG&A medji ponderati u l-profitt tat-tranżazzjonijiet kollha li saru matul il-perkors normali tan-negozju fis-suq domestiku.

3.2.3.   Prezz tal-esportazzjoni

(48)

Il-produtturi esportaturi esportaw lejn l-Unjoni jew direttament lil klijenti indipendenti jew permezz ta’ kumpaniji relatati.

(49)

Għall-produtturi esportaturi li esportaw il-prodott ikkonċernat direttament lil klijenti indipendenti fl-Unjoni u għall-produtturi esportaturi li esportaw il-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni permezz ta’ kumpaniji relatati li jinsabu f’pajjiż terz, il-prezz tal-esportazzjoni kien il-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas għall-prodott ikkonċernat meta jinbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku.

(50)

Għall-produtturi esportaturi li esportaw il-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni permezz ta’ kumpaniji relatati li jaġixxu bħala importatur, il-prezz tal-esportazzjoni ġie stabbilit abbażi tal-prezz li bih il-prodott importat reġa’ nbiegħ għall-ewwel darba lil klijenti indipendenti fl-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku. F’dan il-każ, l-aġġustamenti fil-prezz saru għall-kostijiet kollha mġarrba bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid, inklużi l-ispejjeż SG&A u profitt raġonevoli.

3.2.4.   Tqabbil

(51)

Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi fuq bażi ex-works.

(52)

Fejn iġġustifikat mill-ħtieġa li jiġi żgurat tqabbil ġust, il-Kummissjoni aġġustat il-valur normali u/jew il-prezz tal-esportazzjoni għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet, f’konformità mal-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Saru aġġustamenti fil-prezz tal-esportazzjoni għall-kummissjoni tan-negozjant relatat f’pajjiż terz (ara l-premessa (49)). Saru aġġustamenti fil-valur normali u fil-prezz tal-esportazzjoni għat-trasport, l-assigurazzjoni, l-ippakkjar, l-immaniġġjar, it-tagħbija u l-kostijiet anċillari, il-kost tal-kreditu, l-imposti bankarji u l-kostijiet tal-konverżjoni meta applikabbli u l-iskontijiet, inklużi skontijiet differiti, fejn dawn affettwaw il-komparabbiltà tal-prezzijiet.

(53)

Il-Grupp Jindal ressaq talba skont l-Artikolu 2(10)(b) tar-Regolament bażiku għal aġġustament għall-ħlas lura tad-dazju fil-valur normali, bl-argument li l-eżistenza ta’ “Skema ta’ Restituzzjoni tad-Dazju” b’rata fissa timplika li l-bejgħ domestiku kollu tagħhom kien jinkorpora taxxa indiretta meta mqabbel mal-bejgħ mill-esportazzjoni. Madankollu, il-Grupp Jindal naqas milli jistabbilixxi li l-ammonti mitluba ma kinux marbuta mal-importazzjonijiet ta’ materja prima inkorporata jew mad-dazji mħallsa fuqhom. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet irrifjutata.

(54)

Fid-dawl tas-sejbiet tal-RCC fir-rigward tal-kumpanija relatata ta’ Jindal li tinsab f’pajjiż terz, kif spjegat fil-premessi (32) sa (35) ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni ssostitwiet ċerta informazzjoni fir-rigward tal-kwoti applikabbli għall-prezzijiet tal-bejgħ ta’ Jindal Group lejn l-Unjoni bil-fatti disponibbli skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

3.2.5.   Marġnijiet tad-dumping

(55)

Għall-produtturi esportaturi, il-Kummissjoni qabblet il-valur normali medju ponderat ta’ kull tip ta’ prodott simili mal-medja ponderata tal-prezz tal-esportazzjoni tat-tip korrispondenti tal-prodott ikkonċernat, f’konformità mal-Artikoli 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku.

(56)

Il-livell ta’ kooperazzjoni f’dan il-każ tqies għoli peress li l-esportazzjonijiet tal-produtturi esportaturi li kkooperaw jikkostitwixxu 100 % tal-esportazzjonijiet totali lejn l-UE matul il-PI. Ma seta’ jiġi identifikat l-ebda produttur esportatur ieħor għajr it-tnejn li kkooperaw. Konsegwentement, il-Kummissjoni sabet li kien xieraq li tistabbilixxi l-marġni tad-dumping residwu fil-livell tal-produttur esportatur bl-ogħla marġni ta’ dumping.

(57)

Il-marġnijiet ta’ dumping provviżorji espressi bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:

Il-kumpanija

Marġni tad-dumping provviżorju

Grupp Jindal

13,6 %

Chromeni

36,9 %

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

36,9 %

3.3.   L-Indoneżja

3.3.1.   Il-kooperazzjoni u l-applikazzjoni tal-Artikolu 18 tar-Regolament Bażiku

(58)

Kif imsemmi fil-premessa (17) ta’ hawn fuq, tliet produtturi esportaturi Indoneżjani pprovdew lill-Kummissjoni bi tweġiba għall-kwestjonarju sal-iskadenza stabbilita. Madankollu, wieħed minn dawn il-produtturi esportaturi, PT Bina Niaga Multiusaha, ma weġibx għall-biċċa l-kbira tal-mistoqsijiet fil-kwestjonarju. Tabilħaqq, it-tweġiba għall-kwestjonarju li waslet kellha l-maġġoranza tat-taqsimiet ewlenin tagħha vojta (inklużi l-listi tal-bejgħ skont it-tip, it-tabella tal-kost tal-produzzjoni, it-tabella tal-profittabbiltà), u l-kumpanija wieġbet biss għal xi wħud mill-mistoqsijiet. Is-sottomissjoni nstabet li tant kienet sostanzjalment defiċjenti li kienet ekwivalenti għal nuqqas ta’ tweġiba kompletament. Għalhekk, il-Kummissjoni infurmat lill-parti kkonċernata permezz ta’ ittra tal-20 ta’ Novembru 2020 bir-raġunijiet tal-intenzjoni tal-Kummissjoni li tinjora l-informazzjoni pprovduta, u li tqis il-kumpanija bħala li ma kkooperatx. PT Bina Niaga Multiusaha ngħatat l-opportunità li tissottometti aktar kummenti, iżda ma rreaġixxitx għal dik l-ittra sad-data ta’ skadenza stabbilita.

(59)

B'riżultat ta’ dan ta’ hawn fuq, iż-żewġ produtturi esportaturi Indoneżjani li fadal biss, il-Grupp IRNC u l-Grupp Jindal Indonesia, eventwalment tqiesu li kkooperaw fl-investigazzjoni. L-investigazzjoni stabbiliet li dawn iż-żewġ partijiet koprew aktar minn 90 % tal-volum tal-esportazzjonijiet Indoneżjani tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni.

(60)

Il-kumpaniji li ġejjin li kienu espressament imsemmija mill-Grupp IRNC li kienu involuti fil-produzzjoni u fil-bejgħ tal-prodott ikkonċernat kienu involuti fl-investigazzjoni u fl-RCC:

PT Indonesia Guang Ching Nickel and Stainless Steel Industry (“GCNS”), li tipproduċi u tipprovdi kojls illaminati bis-sħana (inputs, mhux il-prodott ikkonċernat) lill-IRNC, għall-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat;

PT Indonesia Tsingshan Stainless Steel (“ITSS”), li tipproduċi u tipprovdi kojls illaminati bis-sħana (inputs, mhux il-prodott ikkonċernat) lill-IRNC, għall-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat;

PT Sulawesi Mining Investment (“SMI”), li tipproduċi u tipprovdi ċangaturi tal-azzar inossidabbli lill-GCNS għall-produzzjoni ta’ kojls illaminati bis-sħana; u

PT Tsingshan Steel Indonesia (“TSI”), li tipproduċi u tipprovdi ferro-nikil lill-ITSS u lill-SMI għall-produzzjoni taċ-ċangaturi.

(61)

Matul l-RCC, il-Kummissjoni skopriet li l-Grupp IRNC kien naqas milli jinforma lill-Kummissjoni dwar l-involviment ta’ kumpanija relatata, Tsingshan Holding Group Co. li tinsab fiċ-Ċina, fl-attivitajiet relatati mal-prodott li qed jiġi investigat. L-informazzjoni li l-kumpanija naqset milli tipprovdi kienet meqjusa kruċjali għad-determinazzjoni kemm tal-valur normali kif ukoll tal-prezz tal-esportazzjoni tal-Grupp IRNC.

(62)

Għalhekk, f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku u permezz tal-ittra tat-23 ta’ Marzu 2021, il-kumpanija ġiet infurmata bir-raġunijiet tal-intenzjoni tal-Kummissjoni li tagħmel ċerti aġġustamenti biex tikkoreġi l-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni billi tuża l-fatti disponibbli u l-Grupp IRNC ingħata l-opportunità li jagħti kummenti.

(63)

Il-kumpanija wieġbet l-ittra tal-Kummissjoni fid-29 ta’ Marzu 2021. Fit-tweġiba tagħha, il-kumpanija ma kkontestatx il-fatt li n-nuqqasijiet elenkati fl-ittra tal-Kummissjoni kienu eżistew. Madankollu, il-kumpanija wieġbet li kienet se tirriżerva d-dritt li tipprovdi kummenti fi stadju aktar tard.

(64)

Il-kumpaniji li ġejjin li ssemmew b’mod espliċitu mill-Grupp Jindal Indonesia, ikkooperaw fl-investigazzjoni billi pprovdew tweġibiet għall-kwestjonarju u peress li kienu involuti fil-produzzjoni u fil-bejgħ tal-prodott ikkonċernat kienu involuti fl-investigazzjoni u fl-RCC:

PT Jindal Indonesia (“PTJ”), ipproduċiet il-prodott ikkonċernat fl-Indoneżja u bigħetu fis-suq domestiku lil klijenti mhux relatati. PTJ esportat direttament lill-klijenti tal-UE jew permezz ta’ kumpaniji relatati;

Iberjindal S.L. (“IBJ”), negozjant relatat li jinsab fi Spanja, li jixtri l-prodott li qed jiġi investigat mingħand PTJ u jerġa’ jbigħu lil klijenti mhux relatati u relatati fl-Unjoni; u

JSL Global Commodities Pte. Ltd. (“JGC”), negozjant relatat li jinsab f’Singapore, li jixtri l-prodott li qed jiġi investigat mingħand PTJ u jerġa’ jbigħu lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni.

3.3.2.   Valur normali

(65)

Il-Kummissjoni l-ewwel eżaminat jekk il-volum totali ta’ bejgħ domestiku ta’ kull produttur esportatur li kkoopera kienx rappreżentattiv, f’konformità mal-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-bejgħ domestiku jkun rappreżentattiv jekk it-total tal-volum tal-bejgħ domestiku tal-prodott simili lill-klijenti indipendenti fis-suq domestiku għal kull produttur esportatur ikun jirrappreżenta mill-anqas 5 % tal-volum totali tal-bejgħ mill-esportazzjoni tiegħu tal-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni.

(66)

Fuq din il-bażi, il-volum totali tal-bejgħ minn kull produttur esportatur tal-prodott simili fis-suq domestiku nstab li kien rappreżentattiv.

(67)

Il-Kummissjoni sussegwentement identifikat it-tipi ta’ prodotti mibjugħin lokalment li kienu identiċi jew komparabbli mat-tipi ta’ prodotti mibjugħin għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni.

(68)

Il-Kummissjoni mbagħad eżaminat jekk il-bejgħ domestiku minn kull produttur esportatur li kkoopera fis-suq domestiku tiegħu għal kull tip ta’ prodott li huwa identiku jew komparabbli ma’ tip ta’ prodott mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni kienx rappreżentattiv, f’konformità mal-Artikolu 2(2) tar-Regolament bażiku. Il-bejgħ domestiku ta’ tip ta’ prodott huwa rappreżentattiv jekk il-volum totali tal-bejgħ domestiku ta’ dak it-tip ta’ prodott lil klijenti indipendenti matul il-perjodu ta’ investigazzjoni jirrappreżenta mill-inqas 5 % tal-volum totali tal-bejgħ mill-esportazzjoni tal-prodott identiku jew komparabbli lejn l-Unjoni.

(69)

Imbagħad, il-Kummissjoni ddefiniet il-proporzjon tal-bejgħ bi profitt lill-konsumaturi indipendenti fis-suq domestiku għal kull tip ta’ prodott matul il-perjodu ta’ investigazzjoni sabiex tiddeċiedi jekk tużax il-bejgħ domestiku effettiv għall-kalkolu tal-valur normali jew jekk tinjorax il-bejgħ barra mill-perkors normali tan-negozju minħabba l-prezz, f’konformità mal-Artikolu 2(4) tar-Regolament bażiku.

(70)

Il-valur normali huwa bbażat fuq il-prezz domestiku effettiv għal kull tip ta’ prodott, irrispettivament minn jekk dak il-bejgħ huwiex profittabbli jew le, jekk:

(a)

il-volum tal-bejgħ tat-tip ta’ prodott, mibjugħ bi prezz tal-bejgħ nett li huwa daqs jew ogħla mill-kost ikkalkolat ta’ produzzjoni, kien jirrappreżenta aktar minn 80 % tal-volum totali tal-bejgħ ta’ dan it-tip ta’ prodott; u

(b)

l-prezz medju ponderat tal-bejgħ ta’ dak it-tip ta’ prodott ikun daqs jew ogħla mill-kost unitarju medju ponderat tal-produzzjoni.

(71)

F’dan il-każ, il-valur normali huwa l-medja ponderata tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku kollu ta’ dak it-tip ta’ prodott matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

(72)

Il-valur normali huwa l-prezz domestiku effettiv għal kull tip ta’ prodott tal-bejgħ domestiku bi profitt tat-tipi ta’ prodotti biss matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, jekk:

(a)

il-volum tal-bejgħ bi profitt tat-tip tal-prodott jirrappreżenta 80 % jew inqas mill-volum totali tal-bejgħ ta’ dan it-tip; jew

(b)

il-prezz medju ponderat ta’ dan it-tip ta’ prodott ikun anqas mill-kost unitarju medju ponderat tal-produzzjoni.

(73)

Fejn aktar minn 80 % tal-bejgħ domestiku għal kull tip ta’ prodott matul il-perjodu ta’ investigazzjoni kien profittabbli, u fejn il-prezz tal-bejgħ medju ponderat kien ogħla mill-kost unitarju medju ponderat tal-produzzjoni, il-valur normali ġie kkalkolat bħala medja ponderata tal-prezzijiet tal-bejgħ domestiku kollu matul il-perjodu ta’ investigazzjoni fis-sitwazzjoni deskritta fil-premessa (71), jew bħala medja ponderata tal-bejgħ bi profitt biss fis-sitwazzjoni deskritta fil-premessa (72).

(74)

Meta tip ta’ prodott ma nbiegħx fi kwantitajiet rappreżentattivi jew ma nbiegħ bl-ebda mod fis-suq domestiku, u meta ma kien hemm l-ebda bejgħ jew kien hemm bejgħ insuffiċjenti ta’ tip ta’ prodott tal-prodott simili matul il-perkors normali tan-negozju, u meta l-bejgħ ta’ tip ta’ prodott sar bi prezzijiet taħt il-kostijiet unitarji tal-produzzjoni flimkien mal-kostijiet tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi, kif previst fl-Artikolu 2(2) u (4) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni fasslet il-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(3) u (6) tar-Regolament bażiku.

(75)

Il-valur normali tfassal għal kull tip ta’ prodott billi żdied dan li ġej mal-kost medju tal-produzzjoni tal-prodott simili tal-produtturi esportaturi li kkooperaw matul il-perjodu ta’ investigazzjoni:

(a)

l-ispejjeż tal-bejgħ medji ponderati, ġenerali u amministrattivi (“SG&A”) imġarrbin mill-produtturi esportaturi li kkooperaw għall-bejgħ domestiku tal-prodott simili, fil-perkors normali tan-negozju, matul il-perjodu ta’ investigazzjoni; u

(b)

l-profitt medju ponderat magħmul mill-produtturi esportaturi li kkooperaw għall-bejgħ domestiku tal-prodott simili, fil-perkors normali tan-negozju, matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

(76)

Għat-tipi tal-prodott mhux mibjugħa fi kwantitajiet rappreżentattivi fis-suq domestiku, ġew miżjuda l-ispejjeż SG&A medji u l-profitt tat-tranżazzjonijiet li saru matul il-perkors normali tan-negozju fis-suq domestiku għal dawk it-tipi. Għat-tipi ta’ prodotti mhux mibjugħin b’xi mod fis-suq domestiku, jew li ma nstabx bejgħ għalihom matul il-perkors normali tan-negozju, ġew miżjuda l-ispejjeż SG&A medji ponderati u l-profitt tat-tranżazzjonijiet kollha li saru matul il-perkors normali tan-negozju fis-suq domestiku.

3.3.3.   Prezz tal-esportazzjoni

(77)

Il-produtturi esportaturi esportaw lejn l-Unjoni jew direttament lil klijenti indipendenti jew permezz ta’ kumpaniji relatati.

(78)

Għall-produtturi esportaturi li esportaw il-prodott ikkonċernat direttament lil klijenti indipendenti fl-Unjoni u għall-produtturi esportaturi li esportaw il-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni permezz ta’ kumpaniji relatati li jinsabu f’pajjiż terz, il-prezz tal-esportazzjoni kien il-prezz effettivament imħallas jew li għandu jitħallas għall-prodott ikkonċernat meta jinbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku.

(79)

Għall-produtturi esportaturi li esportaw il-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni permezz ta’ kumpaniji relatati li jaġixxu bħala importatur, il-prezz tal-esportazzjoni ġie stabbilit abbażi tal-prezz li bih il-prodott importat reġa’ nbiegħ għall-ewwel darba lil klijenti indipendenti fl-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 2(9) tar-Regolament bażiku. F’dan il-każ, l-aġġustamenti fil-prezz saru għall-kostijiet kollha mġarrba bejn l-importazzjoni u l-bejgħ mill-ġdid, inklużi l-ispejjeż SG&A u profitt raġonevoli.

3.3.4.   Tqabbil

(80)

Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tal-produttur esportatur li kkoopera fuq bażi ex-works.

(81)

Fejn iġġustifikat mill-ħtieġa li jiġi żgurat tqabbil ġust, il-Kummissjoni aġġustat il-valur normali u/jew il-prezz tal-esportazzjoni għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet, f’konformità mal-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Saru aġġustamenti fil-prezz tal-esportazzjoni għall-kummissjoni tan-negozjant relatat f’pajjiż terz (ara l-premessa (78)).

(82)

Saru aġġustamenti fil-valur normali u fil-prezz tal-esportazzjoni għat-trasport, l-assigurazzjoni, l-ippakkjar, l-immaniġġjar, it-tagħbija u l-kostijiet anċillari, il-kost tal-kreditu, l-imposti bankarji u l-kostijiet tal-konverżjoni meta applikabbli u l-iskontijiet, inklużi skontijiet differiti, fejn dawn affettwaw il-komparabbiltà tal-prezzijiet.

(83)

Abbażi ta’ RCC, ġie stabbilit li s-sejbiet tal-RCC fir-rigward tal-kumpanija relatata ta’ Jindal India li tinsab f’pajjiż terz, kif spjegat fil-premessi (32) sa (35) ta’ hawn fuq, affettwaw ukoll ċertu bejgħ tal-Unjoni mill-Grupp Jindal Indonesia. Kif previst fl-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, il-fatti disponibbli ntużaw biex tiġi kkompletata l-informazzjoni relatata ma’ din il-kumpanija. L-istess japplika għall-informazzjoni nieqsa fir-rigward tal-Grupp IRNC kif imsemmi fil-premessi (61) sa (63) ta’ hawn fuq.

3.3.5.   Marġnijiet tad-dumping

(84)

Għall-produtturi esportaturi li kkooperaw, il-Kummissjoni qabblet il-valur normali medju ponderat ta’ kull tip ta’ prodott simili mal-prezz tal-esportazzjoni medju ponderat tat-tip korrispondenti tal-prodott ikkonċernat, f’konformità mal-Artikoli 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku.

(85)

Il-livell ta’ kooperazzjoni f’dan il-każ tqies li kien għoli minħabba li l-esportazzjonijiet tal-produtturi esportaturi li kkooperaw kienu jikkostitwixxu aktar minn 90 % tal-volum totali tal-importazzjonijiet mill-Indoneżja lejn l-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni. Konsegwentement, il-Kummissjoni stabbiliet il-marġni ta’ dumping residwu fil-livell tal-produttur esportatur li kkoopera bl-ogħla marġni ta’ dumping.

(86)

Il-marġnijiet ta’ dumping provviżorji espressi bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:

Il-kumpanija

Marġni tad-dumping provviżorju

Grupp Jindal

20,2 %

Grupp IRNC

19,9 %

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

20,2 %

4.   DANNU

4.1.   Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni

(87)

Il-prodott simili kien manifatturat minn 13-il produttur magħruf fl-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni. Dawn jikkostitwixxu l-“industrija tal-Unjoni” skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku.

(88)

Il-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni ġiet stabbilita f’livell ta’ madwar 3,1 miljun tunnellata. Il-Kummissjoni stabbiliet din iċ-ċifra fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha disponibbli dwar l-industrija tal-Unjoni, jiġifieri t-tweġibiet tal-kwestjonarju kontroverifikati mill-bogħod li waslu mingħand l-Eurofer u mingħand il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun.

(89)

Kif indikat fil-premessa (8), fil-kampjun intgħażlu tliet produtturi tal-Unjoni li kienu jirrappreżentaw aktar minn 60 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott simili. Dawn huma kollha produtturi integrati vertikalment.

4.2.   Konsum tal-Unjoni

(90)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-konsum tal-Unjoni abbażi: (a) tad-data kontroverifikata tal-Eurofer dwar il-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni tal-prodott simili lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni, kemm jekk bejgħ dirett kif ukoll jekk indirett, kontroverifikata parzjalment mal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun; u (b) l-importazzjonijiet tal-prodott li qed jiġi investigat lejn l-Unjoni mill-pajjiżi terzi kollha kif irrappurtat fil-Eurostat.

(91)

Il-konsum tal-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni żviluppa kif ġej:

Tabella 1

Konsum tal-Unjoni (tunnellati)

 

2017

2018

2019

PI

Konsum tal-Unjoni

3 873 092

3 717 114

3 442 541

3 206 766

Indiċi

100

96

89

83

Sors: Eurofer, produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun u l-Eurostat

(92)

Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-konsum tal-Unjoni naqas bi 17 %.

4.3.   Importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati

4.3.1.   Valutazzjoni kumulattiva tal-effetti tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati

(93)

Il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet tal-SSCR li joriġinaw mill-pajjiżi kkonċernati jenħtieġx li jiġu vvalutati b’mod kumulattiv f’konformità mal-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku.

(94)

Dik id-dispożizzjoni tistipula li l-importazzjonijiet minn aktar minn pajjiż wieħed għandhom jiġu vvalutati b’mod kumulattiv biss jekk ikun iddeterminat li:

(a)

il-marġni tad-dumping stabbilit fir-rigward tal-importazzjonijiet minn kull pajjiż ikun aktar minn de minimis kif iddefinit fl-Artikolu 9(3) u l-volum tal-importazzjonijiet minn kull pajjiż ma jkunx negliġibbli; u

(b)

valutazzjoni kumulattiva tal-effetti tal-importazzjonijiet tkun xierqa fid-dawl tal-kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni bejn il-prodotti importati u l-prodott simili tal-Unjoni.

(95)

Il-marġnijiet ta’ dumping stabbiliti fir-rigward tal-importazzjonijiet minn kull wieħed miż-żewġ pajjiżi kkonċernati huma ppreżentati fil-qosor fil-premessi (57) u (86). Dawn huma kollha ogħla mil-limitu de minimis stabbilit fl-Artikolu 9(3) tar-Regolament bażiku.

(96)

Il-volum tal-importazzjonijiet minn kull wieħed miż-żewġ pajjiżi kkonċernati ma kienx negliġibbli. L-ishma mis-suq tal-importazzjonijiet fil-perjodu ta’ investigazzjoni kienu 3,4 % għall-Indja u 2,8 % għall-Indoneżja.

(97)

Il-kundizzjonijiet tal-kompetizzjoni ta’ bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn kull wieħed miż-żewġ pajjiżi kkonċernati, u bejniethom u l-prodott simili tal-Unjoni kienu simili. Fil-fatt, l-SSCR li joriġinaw mill-Indja u mill-Indoneżja kkompetew ma’ xulxin meta kienu importati għall-bejgħ fis-suq tal-Unjoni, u mal-prodott simili prodott mill-industrija tal-Unjoni, peress li kollha kemm huma jinbiegħu lil kategoriji simili ta’ klijenti.

(98)

Għalhekk, il-kriterji kollha stabbiliti fl-Artikolu 3(4) tar-Regolament bażiku ġew issodisfati u l-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati kienu eżaminati b’mod kumulattiv għall-iskopijiet tad-determinazzjoni tad-dannu.

4.3.2.   Il-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati

(99)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-volum tal-importazzjonijiet abbażi tad-data tal-Eurostat. Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet ġie stabbilit permezz ta’ tqabbil bejn il-volum ta’ importazzjoni mal-konsum fl-Unjoni.

(100)

L-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati matul il-perjodu kkonċernat żviluppaw kif ġej:

Tabella 2

Volum ta’ importazzjonijiet (tunnellati) u s-sehem mis-suq

 

2017

2018

2019

PI

L-Indja

114 865

120 729

105 359

108 885

Indiċi

100

105

92

95

Sehem mis-suq

3,0 %

3,2 %

3,1 %

3,4 %

Indiċi

100

110

103

114

L-Indoneżja

13 830

34 648

72 739

89 131

Indiċi

100

251

526

644

Sehem mis-suq

0,4 %

0,9 %

2,1 %

2,8 %

Indiċi

100

261

592

778

Numru totali ta’ pajjiżi kkonċernati

128 695

155 377

178 098

198 016

Indiċi

100

121

138

154

Sehem mis-suq

3,3 %

4,2 %

5,2 %

6,2 %

Indiċi

100

126

156

186

Sors: Eurostat

(101)

L-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati żdiedu b’54 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, u dan ippermettilhom iżidu s-sehem mis-suq konġunt tagħhom minn 3,3 % fl-2017 għal 6,2 % fil-PI. Din iż-żieda, kemm fil-volum tal-importazzjonijiet kif ukoll fis-sehem mis-suq, tista’ tiġi attribwita għall-importazzjonijiet li ġejjin mill-Indoneżja – din żiedet il-volumi tal-importazzjonijiet tagħha bi kważi sitt darbiet u nofs fil-perjodu taħt kunsiderazzjoni u s-sehem mis-suq tagħha żdied minn 0,4 % għal 2,8 %. L-importazzjonijiet mill-Indja żdiedu mill-2017 għall-2018, iżda wrew tnaqqis wara dan. Dan irriżulta fi tnaqqis kumplessiv f’termini assoluti matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Fl-1 ta’ Frar 2019, il-Kummissjoni ppubblikat Regolament li jimponi miżuri ta’ salvagwardja definittivi kontra l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar. (6). L-Indja rċeviet kwota tariffarja speċifika għall-pajjiż għall-prodott li qed jiġi investigat, li tillimita l-importazzjonijiet soġġetti għad-dazju fil-kwota għal livell aktar baxx mil-livell tal-2018. Peress li l-Indoneżja ma kinitx soġġetta għal kwota tariffarja speċifika għall-pajjiż, iżda għall-kwota għall-pajjiżi l-oħrajn kollha, l-importazzjonijiet tagħha ma kinux ristretti bħal dawk tal-Indja. Madankollu, it-tnaqqis fl-importazzjonijiet mill-Indja kien inqas serju peress li t-tnaqqis ġenerali fil-konsum tal-Unjoni u, għalhekk, is-sehem mis-suq tal-Indja xorta żdied bi ftit minn 3 % fl-2017 għal 3,4 % fil-PI.

4.3.3.   Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati u t-twaqqigħ tal-prezz

(102)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-prezzijiet tal-importazzjonijiet abbażi tad-data tal-Eurostat. Il-prezz medju ponderat tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati matul il-perjodu kkonċernat żviluppa kif ġej:

Tabella 3

Prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati (EUR/tunnellata)

 

2017

2018

2019

PI

L-Indja

2 080

2 173

2 075

2 073

Indiċi

100

104

100

100

L-Indoneżja

1 818

1 923

1 917

1 962

Indiċi

100

106

105

108

Medja tal-pajjiżi kkonċernati

2 052

2 117

2 010

2 023

Indiċi

100

103

98

99

Sors: Eurostat

(103)

Fil-każ tal-Indja, il-prezzijiet medji tal-importazzjoni żdiedu b’4 % mill-2017 għall-2018, iżda baqgħu stabbli fil-perjodu kumplessiv taħt kunsiderazzjoni, filwaqt li għall-Indoneżja żdiedu bi 8 %. Madankollu, matul il-perjodu kollu taħt kunsiderazzjoni, il-prezzijiet medji tal-importazzjoni miż-żewġ pajjiżi kkonċernati kienu konsistentement aktar baxxi mill-prezzijiet tal-produtturi tal-Unjoni (ara t-Tabella 7).

(104)

Il-Kummissjoni ddeterminat it-twaqqigħ tal-prezz matul il-perjodu ta’ investigazzjoni billi qabblet:

(a)

il-prezzijiet tal-bejgħ medji ponderati għal kull tip ta’ prodott tat-tliet produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun mitluba lill-klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni, aġġustati għal livell tal-prezz mill-fabbrika; u

(b)

l-prezzijiet medji ponderati korrispondenti għal kull tip ta’ prodott tal-importazzjoni mill-produtturi esportaturi li kkooperaw fil-pajjiżi kkonċernati lill-ewwel klijent indipendenti fis-suq tal-Unjoni, stabbilit fuq bażi ta’ kost, assigurazzjoni, nol (CIF), b’aġġustament kif xieraq għall-kostijiet ta’ wara l-importazzjoni.

(105)

It-tqabbil tal-prezzijiet sar fuq bażi tat-tip għat-tranżazzjonijiet fl-istess livell ta’ kummerċ, b’aġġustament dovut fejn meħtieġ, u wara tnaqqis tar-rifużjonijiet u tal-iskontijiet. Ir-riżultat tat-tqabbil kien espress bħala perċentwal tal-fatturat tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Dan wera marġnijiet ta’ twaqqigħ tal-prezz ta’ 4,8 % u 13,4 % għall-produtturi esportaturi Indjani u 12,0 % u 12,4 % għall-produtturi esportaturi Indoneżjani.

4.4.   Sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

4.4.1.   Kummenti ġenerali

(106)

F’konformità mal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, l-eżami tal-impatt tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping fuq l-industrija tal-Unjoni kien jinkludi evalwazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li kienu jinfluwenzaw l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

(107)

Kif imsemmi fil-premessa (8), intuża t-teħid ta’ kampjuni għad-determinazzjoni tad-dannu possibbli li ġarrbet l-industrija tal-Unjoni.

(108)

Biex tiddetermina d-dannu, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi tad-dannu makroekonomiċi u dawk mikroekonomiċi. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi makroekonomiċi fuq il-bażi ta’ data mit-tweġiba għall-kwestjonarju tal-Eurofer relatata mal-produtturi kollha tal-Unjoni, kontroverifikata fejn meħtieġ mat-tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi mikroekonomiċi abbażi tad-data inkluża fit-tweġibiet għall-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun. Iż-żewġ settijiet ta’ data ġew kontroverifikati mill-bogħod u nstabu li kienu rappreżentattivi tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni.

(109)

L-indikaturi makroekonomiċi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum tal-bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività u d-daqs tal-marġini tad-dumping.

(110)

L-indikaturi mikroekonomiċi huma: il-prezzijiet medji ta’ unità, il-kost unitarju, il-kostijiet lavorattivi, l-istokkijiet, il-profittabbiltà, il-fluss ta’ flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti.

4.4.2.   L-indikaturi makroekonomiċi

4.4.2.1.   Il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità

(111)

Il-produzzjoni totali, il-kapaċità ta’ produzzjoni u l-użu tal-kapaċità tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 4

Produzzjoni, kapaċità ta’ produzzjoni u użu tal-kapaċità

 

2017

2018

2019

PI

Produzzjoni totali tal-Unjoni (tunnellati)

3 708 262

3 640 429

3 379 817

3 111 804

Indiċi

100

98

91

84

Kapaċità tal-produzzjoni (tunnellati)

4 405 623

4 517 379

4 530 146

4 572 365

Indiċi

100

103

103

104

L-użu tal-kapaċità

84 %

81 %

75 %

68 %

Indiċi

100

96

89

81

Sors: Eurofer

(112)

Il-volum tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni naqas drastikament b’16 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Iċ-ċifri tal-kapaċità rrapportati jirreferu għall-kapaċità effettiva, ħaġa li timplika li kienu tqiesu l-aġġustamenti, meqjusa bħala standards mill-industrija, għall-ħin tat-twaqqif, għall-manutenzjoni, għall-ostakoli u għal perjodi normali oħra ta’ waqfien. Wara l-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping fuq l-importazzjonijiet tal-SSCR mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“RPĊ”) u mit-Tajwan fl-2015 (7), xi produtturi tal-Unjoni bdew il-modernizzazzjoni tal-kapaċità tal-produzzjoni tagħhom. Din il-modernizzazzjoni wasslet għal żieda żgħira fil-kapaċità tal-produzzjoni ta’ 4 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

(113)

B’riżultat ta’ tnaqqis fil-produzzjoni u żieda żgħira fil-kapaċità, l-użu tal-kapaċità naqas b'19 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, u naqas taħt is-70 % fil-PI.

4.4.2.2.   Il-volum ta’ bejgħ u s-sehem mis-suq

(114)

Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 5

Il-volum ta’ bejgħ u s-sehem mis-suq

 

2017

2018

2019

PI

Bejgħ tal-industrija tal-Unjoni (tunnellati)

2 735 448

2 711 044

2 530 259

2 330 537

Indiċi

100

99

92

85

Is-sehem mis-suq

70,6 %

72,9 %

73,5 %

72,7 %

Indiċi

100

103

104

103

Sors: Eurofer u Eurostat

(115)

Il-volum ta’ bejgħ tal-industrija tal-Unjoni naqas bi 15 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

(116)

Madankollu, l-industrija tal-Unjoni rnexxielha żżomm u saħansitra żżid bi 2,1 punti perċentwali s-sehem mis-suq tagħha matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni peress li t-tnaqqis fil-konsum kien saħansitra akbar mit-tnaqqis fil-volum tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni, peress li l-bejgħ tal-Unjoni parzjalment issostitwixxa l-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra minbarra l-pajjiżi kkonċernati.

4.4.2.3.   Tkabbir

(117)

Iċ-ċifri ta’ hawn fuq fir-rigward tal-produzzjoni, tal-volum tal-bejgħ u tas-sehem mis-suq, li lkoll juru tendenza ċara ta’ tnaqqis matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, juru li l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tikber f’termini assoluti. Tkabbir żgħir fir-rigward tal-konsum kien possibbli biss minħabba li l-industrija tal-Unjoni għażlet li twieġeb għall-pressjoni fuq il-prezzijiet tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping billi naqqset il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha.

4.4.2.4.   L-impjiegi u l-produttività

(118)

L-impjiegi u l-produttività żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 6

L-impjiegi u l-produttività

 

2017

2018

2019

PI

L-għadd ta’ impjegati

13 411

13 495

13 968

13 660

Indiċi

100

101

104

102

Produttività (tunnellati għal kull impjegat)

277

270

242

228

Indiċi

100

98

88

82

Sors: Eurofer

(119)

Il-livell tal-impjiegi tal-industrija tal-Unjoni relatat mal-produzzjoni tal-SSCR żdied b’4 % bejn l-2017 u l-2019, u dan juri tnaqqis ta’ 2 punti perċentwali bejn l-2019 u l-PI, li jirriżulta f’żieda ta’ 2 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Fid-dawl tat-tnaqqis drastiku fil-produzzjoni, il-produttività tal-forza tax-xogħol tal-industrija tal-Unjoni, imkejla bħala tunnellati għal kull impjegat (f’ekwivalenti full time) prodotti fis-sena, naqset b’mod sinifikanti bi 18 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

4.4.2.5.   Daqs tal-marġni tad-dumping u rkupru minn dumping fil-passat

(120)

Il-marġnijiet kollha tad-dumping kienu ogħla b’mod sinifikanti mil-livell de minimis. L-impatt tad-daqs tal-marġnijiet effettivi tad-dumping fuq l-industrija tal-Unjoni ma kienx negliġibbli, meta wieħed iqis il-volum u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati.

(121)

L-importazzjonijiet tal-SSCR diġà kienu soġġetti għal investigazzjoni kontra d-dumping. Il-Kummissjoni sabet li s-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni matul l-2013 kienet affettwata b’mod sinifikanti mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mir-RPĊ u mit-Tajwan, u dan irriżulta fl-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet minn dawn il-pajjiżi f’Ottubru 2015 (8). Għalhekk, is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni x’aktarx li ma tkunx affettwata b’mod aktar minn marġinali mill-prattiki tad-dumping imsemmija matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Bħalissa għaddej rieżami ta’ skadenza tal-miżuri anti-dumping tal-importazzjonijiet li joriġinaw mir-RPĊ u mit-Tajwan (9).

4.4.3.   L-indikaturi mikroekonomiċi

4.4.3.1.   Il-prezzijiet u l-fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet

(122)

Il-prezzijiet medji ponderati tal-bejgħ ta’ unità tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 7

prezzijiet tal-bejgħ fl-Unjoni

 

2017

2018

2019

PI

Prezz medju tal-bejgħ tal-unità (EUR/tunnellata)

2 252

2 312

2 206

2 175

Indiċi

100

103

98

97

Kost unitarju tal-produzzjoni (EUR/tunnellata)

1 958

2 064

2 019

2 013

Indiċi

100

105

103

103

Sors: Produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun

(123)

Wara li wrew żieda żgħira ta’ 3 % mill-2017 għall-2018, il-prezzijiet medji tal-bejgħ ta’ unità naqsu b’6 % mill-2018 għall-PI, u dan irriżulta fi tnaqqis ta’ 3 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Matul l-istess perjodu, il-kostijiet tal-produzzjoni wrew żieda simultanja ta’ 5 %, u wara dan stabbilizzaw f’livell ta’ kost li kien 3 % ogħla milli fil-bidu tal-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Fil-biċċa l-kbira, l-evoluzzjoni tal-kostijiet kienet xprunata minn żidiet importanti fil-prezzijiet tal-materja prima, bħan-nikil u l-ferrokromju. Minħabba s-soppressjoni tal-prezz mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tgħaddi din iż-żieda fil-kost fil-prezzijiet tal-bejgħ tagħha u kienet saħansitra mġiegħla tnaqqas il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha.

4.4.3.2.   Kostijiet lavorattivi

(124)

Il-kostijiet lavorattivi medji tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 8

Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat

 

2017

2018

2019

PI

Kostijiet lavorattivi medji għal kull FTE (EUR)

72 366

70 663

71 659

70 324

Indiċi

100

98

99

97

Sors: Produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun

(125)

Il-kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun naqsu bi 3 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Dan juri li l-produtturi tal-Unjoni setgħu jbaxxu l-kostijiet lavorattivi bħala reazzjoni għaċ-ċirkostanzi tas-suq li kienu qed jiddeterjoraw f’tentattiv biex jillimitaw id-dannu tiegħu.

4.4.3.3.   Inventarji

(126)

Il-livelli tal-istokkijiet tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 9

Inventarji

 

2017

2018

2019

PI

Stokkijiet tal-għeluq (tunnellati)

125 626

148 777

125 480

98 835

Indiċi

100

118

100

79

Stokkijiet tal-għeluq bħala perċentwal tal-produzzjoni

5,54 %

6,53 %

6,09 %

5,13 %

Indiċi

100

118

110

93

Sors: Produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun

(127)

Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni il-livell tal-istokkijiet tal-għeluq naqas b’21 %. Din ix-xejra segwiet it-tnaqqis fil-volum tal-produzzjoni. Il-maġġoranza tat-tipi ta’ prodott simili huma prodotti mill-industrija tal-Unjoni skont ordnijiet speċifiċi tal-utenti. Għalhekk, l-istokkijiet ma humiex meqjusa bħala indikatur importanti ta’ dannu għal din l-industrija. Dan ġie kkonfermat ukoll mill-analiżi tal-evoluzzjoni tal-istokkijiet tal-għeluq bħala perċentwal tal-produzzjoni. Kif muri hawn fuq, dan l-indikatur varja bejn 5 u 7 % tal-volum tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

4.4.3.4.   Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti, u r-redditu fuq l-investimenti, u l-kapaċità ta’ ġenerazzjoni tal-kapital

Tabella 10

Profittabbiltà, fluss ta’ flus, investimenti, redditu fuq l-investimenti

 

2017

2018

2019

PI

Profittabbiltà tal-bejgħ fl-Unjoni lil klijenti mhux relatati (% tal-fatturat mill-bejgħ)

7,6 %

6,0 %

1,5 %

0,4 %

Indiċi

100

79

19

6

Fluss tal-flus (EUR)

387 200 359

273 674 277

237 840 311

184 024 688

Indiċi

100

71

61

48

Investimenti (EUR)

111 578 442

111 637 871

96 541 925

96 585 152

Indiċi

100

100

87

87

Redditu fuq l-investimenti

20 %

15 %

6 %

4 %

Indiċi

100

75

31

20

Sors: Produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun

(128)

Il-Kummissjoni stabbiliet il-profittabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun billi esprimiet il-profitt nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni bħala perċentwal tal-fatturat ta’ dak il-bejgħ.

(129)

Il-profittabbiltà kumplessiva naqset minn 7,6 % fl-2017 għal 0,4 % fil-PI. Kif stabbilit fit-Taqsima 4.3.3, dan it-tnaqqis ikkoinċida maż-żieda fil-volumi tal-importazzjoni mill-pajjiżi kkonċernati u s-sehem mis-suq tagħhom bi prezzijiet ta’ twaqqigħ tal-prezz.

(130)

L-indikaturi finanzjarji l-oħrajn kollha, jiġifieri l-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-assi, segwew b’mod ċar l-istess xejra ’l isfel.

(131)

Il-fluss tal-flus nett huwa l-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni li jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom stess. Il-fluss tal-flus wera tnaqqis kontinwu matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, li rriżulta fil-PI f’livell ta’ 52 % inqas mill-bidu tal-perjodu ta’ investigazzjoni.

(132)

L-investimenti huma l-valur kontabilistiku nett tal-assi. Wara li baqa’ stabbli mill-2017 għall-2018, jista’ jidher tnaqqis qawwi ta’ 13-il punt perċentwali mill-2018 għall-2019. Ir-redditu fuq l-investimenti huwa l-profitt f’perċentwal tal-valur kontabilistiku nett tal-investimenti li jirrifletti l-livell ta’ deprezzament tal-assi. Dan naqas b’mod kontinwu u sinifikanti bi 80 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

(133)

Il-prestazzjoni finanzjara dgħajfa tal-industrija tal-Unjoni bejn l-2017 u l-perjodu ta’ investigazzjoni llimitat il-kapaċità tagħha li tiġġenera kapital. L-industrija tal-Unjoni hija intensiva fil-kapital u hija kkaratterizzata minn investimenti sostanzjali. Ir-redditu fuq l-investiment matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni ma huwiex suffiċjenti biex ikopri tali investimenti sostanzjali.

4.5.   Konklużjoni dwar id-dannu

(134)

L-investigazzjoni indikat li l-industrija tal-Unjoni tista’ twieġeb biss għall-pressjoni fuq il-prezzijiet tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-Indja u mill-Indoneżja billi tnaqqas il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha biex iżżomm (u saħansitra żżid bi ftit) is-sehem mis-suq tagħha fil-perjodu taħt kunsiderazzjoni. L-effett tal-importazzjonijiet l-oġġett ta’ dumping ikkawża soppressjoni tal-prezzijiet skont it-tifsira tal-Artikolu 3(3) tar-Regolament bażiku, fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni naqsu bi 3 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, filwaqt li, taħt kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ġusta, kienu jkunu mistennija li jiżdiedu bi proporzjon komparabbli maż-żieda fil-kost tal-produzzjoni, li żdied bi 3 %. Din is-sitwazzjoni kellha impatt qawwi fuq il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni, li naqset bi kważi 94 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni biex intemmet f’livell baxxi ħafna u mhux sostenibbli matul il-PI.

(135)

Il-konsum tal-Unjoni naqas b’mod sinifikanti matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni u kemm il-volumi tal-bejgħ kif ukoll il-volumi tal-produzzjoni fl-industrija tal-Unjoni segwew din ix-xejra. Il-kapaċità tal-produzzjoni żdiedet marġinalment, ikkawżata minn perspettiva pożittiva għall-industrija tal-Unjoni wara l-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping kontra l-importazzjonijiet tal-prodott li qed jiġi investigat li joriġina mir-RPĊ u mit-Tajwan fl-2015.

(136)

Madankollu, il-produtturi tal-Unjoni esperjenzaw tnaqqis drastiku fil-produttività u fl-użu tal-kapaċità fil-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Dawn iċ-ċifri li qed jiddeterjoraw jistgħu jiġu spjegati biss sa ċertu punt biż-żieda żgħira fl-impjiegi u fil-kapaċità u kienu prinċipalment ikkawżati mit-tnaqqis fil-konsum tal-Unjoni u miż-żieda simultanja fl-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati.

(137)

Madankollu, huma l-indikaturi finanzjarji tal-produtturi tal-Unjoni li juru bis-sħiħ id-dannu mġarrab. L-industrija tal-Unjoni esperjenzat żieda fil-kostijiet tal-produzzjoni tagħha fil-perjodu taħt kunsiderazzjoni li, flimkien ma’ tnaqqis fil-prezzijiet tal-bejgħ, irriżultat fi tnaqqis fil-profittabbiltà minn 7,6 % fl-2017 għal 0,4 % fil-PI. Żvilupp negattiv simili jista’ jitqies fir-rigward tal-indikaturi finanzjarji l-oħra: l-investimenti (-13 %), ir-redditu fuq l-investimenti (-80 %) u l-fluss tal-flus (-52 %).

(138)

Għaldaqstant, l-indikaturi tad-dannu juru li l-industrija tal-Unjoni kienet qed iġġarrab dannu materjali fil-PI, peress li naqqset il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha minkejja ż-żieda fil-kostijiet tal-produzzjoni, li rriżulta f’kollass tal-profittabbiltà tagħha, li affettwa b’mod negattiv l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti u l-fluss tal-flus.

(139)

Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni f’dan l-istadju kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni sofriet dannu materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku.

5.   IL-KAWŻALITÀ

(140)

F’konformità mal-Artikolu 3(6) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat ikkawżawx dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni. F’konformità mal-Artikolu 3(7) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat ukoll jekk fatturi magħrufa oħrajn setgħux fl-istess ħin ikkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni. Il-Kummissjoni żgurat li kwalunkwe dannu possibbli kkawżat minn fatturi għajr l-importazzjonijiet l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi konċernati ma kienx attribwit għall-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping. Dawn il-fatturi huma: importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, tnaqqis fil-konsum, il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, żieda fil-kost tal-materja prima, u l-imġiba kompetittiva tal-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni.

5.1.   Effetti tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping

(141)

L-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati żdiedu b’aktar minn 50 % fil-perjodu taħt kunsiderazzjoni u s-sehem mis-suq tagħhom kważi rdoppja. Din iż-żieda fis-sehem mis-suq kienet għad-detriment tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi. Madankollu, l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping bi prezz baxx mill-pajjiżi kkonċernati ħolqu pressjoni fuq il-prezzijiet għall-industrija tal-Unjoni. Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-Indja u mill-Indoneżja kienu bejn 5 u 19 % inqas mill-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. Minħabba dawn il-prezzijiet tal-importazzjoni, il-produtturi tal-Unjoni mhux biss ma setgħux jirriflettu ż-żidiet fil-kostijiet tal-materja prima fil-prezzijiet tagħhom, iżda saħansitra kienu mġiegħla jnaqqsu l-prezzijiet tal-bejgħ tagħhom sabiex iżommu s-sehem mis-suq tagħhom.

(142)

B’riżultat ta’ dan, il-profittabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni, f’livell relattivament għoli fl-2017, naqset għal kważi żero fil-PI, li kellha effett negattiv ulterjuri fuq l-indikaturi finanzjarji kollha tal-kumpaniji inkwistjoni.

(143)

Għalhekk hemm rabta kawżali b’saħħitha bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-Indja u mill-Indoneżja u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

5.2.   Effetti ta’ fatturi oħrajn

5.2.1.   Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

(144)

Il-volum u l-prezzijiet ta’ importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn żviluppaw matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni kif ġej:

Tabella 11

Pajjiż

 

2017

2018

2019

PI

It-Tajwan

Volum (tunnellati)

199 553

223 110

185 618

165 540

Indiċi

100

112

93

83

Is-sehem mis-suq

5,2 %

6,0 %

5,4 %

5,2 %

Indiċi

100

116

105

100

Prezz medju (EUR/tunnellata)

1 668

1 749

1 684

1 655

Indiċi

100

105

101

99

Ir-Repubblika tal-Korea

Volum (tunnellati)

147 696

165 812

160 947

164 882

Indiċi

100

112

109

112

Is-sehem mis-suq

3,8 %

4,5 %

4,7 %

5,1 %

Indiċi

100

117

123

135

Prezz medju (EUR/tunnellata)

1 859

1 944

1 860

1 853

Indiċi

100

105

100

100

L-Afrika t’Isfel

Volum (tunnellati)

98 063

88 913

94 567

81 537

Indiċi

100

91

96

83

Is-sehem mis-suq

2,5 %

2,4 %

2,7 %

2,5 %

Indiċi

100

94

108

100

Prezz medju (EUR/tunnellata)

2 004

2 013

1 831

1 785

Indiċi

100

100

91

89

Pajjiżi terzi oħra

Volum (tunnellati)

563 637

372 858

293 052

266 255

Indiċi

100

66

52

47

Is-sehem mis-suq

14,6 %

10,0 %

8,5 %

8,3 %

Indiċi

100

69

58

57

Prezz medju (EUR/tunnellata)

2 051

2 345

2 319

2 407

Indiċi

100

114

113

117

Total tal-pajjiżi terzi kollha ħlief il-pajjiżi konċernati

Volum (tunnellati)

1 008 949

850 693

734 184

678 213

Indiċi

100

84

73

67

Is-sehem mis-suq

26,1 %

22,9 %

21,3 %

21,1 %

Indiċi

100

88

82

81

Prezz medju (EUR/tunnellata)

1 942

2 076

1 995

2 014

Indiċi

100

107

103

104

Sors: Eurostat

(145)

Fil-perjodu taħt kunsiderazzjoni, l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi naqsu b’mod sinifikanti f’termini ta’ volumi assoluti (bi 33 %) u sehem mis-suq (minn 26 % fl-2017 għal 21 % fil-PI).

(146)

Sa fejn huma kkonċernati l-pajjiżi individwali, l-importazzjonijiet mill-Korea biss żdiedu fil-perjodu taħt kunsiderazzjoni, u dan irriżulta f’żieda żgħira fis-sehem mis-suq tagħha. Madankollu, din iż-żieda assoluta fis-sehem mis-suq matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni kienet marġinali (minn 4,7 % għal 5,1 %). Għalkemm il-prezzijiet tal-importazzjonijiet Koreani huma anqas minn dawk tal-pajjiżi kkonċernati, x’aktarx dawn jiġu affettwati mill-eżistenza ta’ prezzijiet ta’ trasferiment, bħala riżultat tar-relazzjoni bejn il-manifattur tal-azzar inossidabbli tal-Korea Samsung STS u l-laminatur fil-kiesaħ tal-UE Otelinox fir-Rumanija. Ma tista’ tinsilet l-ebda konklużjoni dwar jekk dawn l-importazzjonijiet waqqgħux ukoll il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni, anke fid-dawl tat-taħlita mhux magħrufa ta’ prodotti ta’ dawn l-importazzjonijiet.

(147)

Kif stabbilit fil-premessa (121) ta’ hawn fuq, l-importazzjonijiet mit-Tajwan bħalissa huma soġġetti għal dazju anti-dumping ta’ 6,8 % (10). Bħalissa għaddej rieżami ta’ skadenza tal-miżuri anti-dumping tal-importazzjonijiet li joriġinaw mir-RPĊ u mit-Tajwan (11).

(148)

L-importazzjonijiet mir-RPĊ kienu baxxi ħafna matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. L-importazzjonijiet mit-Tajwan urew żieda ta’ 12 % mill-2017 għall-2018, iżda naqsu mill-2018 għall-PI b’26 % u żammew sehem mis-suq ta’ madwar 5 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Il-prezz medju tal-importazzjonijiet mit-Tajwan kien taħt il-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati. Billi l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kooperazzjoni mill-produtturi fit-Tajwan fir-rieżami ta’ skadenza, din ma kellha l-ebda dettall ieħor dwar il-prezzijiet tal-importazzjonijiet tat-Tajwan. Għalhekk, ma jistax jiġi eskluż li dawn l-importazzjonijiet ikkawżaw dannu addizzjonali lill-industrija tal-Unjoni. Madankollu, anke jekk l-importazzjonijiet mit-Tajwan ikkontribwew għad-dannu kkawżat lill-industrija tal-Unjoni, l-importazzjonijiet mit-Tajwan naqsu bi 17 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni u għalhekk ma setgħux ikunu l-kawża tax-xejriet negattivi dejjem akbar misjuba fl-analiżi tad-dannu.

(149)

Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod provviżorju li l-importazzjonijiet minn pajjiżi oħra ma jnaqqsux ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping Indjani u Indoneżjani u d-dannu materjali mġarrab mill-produtturi tal-Unjoni.

5.2.2.   It-tnaqqis fil-konsum

(150)

Tnaqqis sinifikanti fil-konsum matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni kellu effett negattiv fuq xi wħud mill-indikaturi tad-dannu, speċjalment fuq il-volumi tal-bejgħ u tal-produzzjoni. Madankollu, kif spjegat fil-premessa (134), l-industrija tal-Unjoni kienet qed iġġarrab dannu fil-prezz aktar milli dannu fil-volum. Minkejja suq li qed jiċkien, il-produtturi tal-Unjoni rnexxielhom iżidu bi ftit is-sehem mis-suq tagħhom permezz ta’ kompetizzjoni serja fil-prezzijiet b’importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping bi prezz inġust li rriżultat fid-deterjorament tal-indikaturi tal-profittabbiltà u finanzjarji tal-industrija tal-Unjoni bħall-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti, u r-redditu fuq l-investimenti.

(151)

Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod provviżorju li t-tnaqqis fil-konsum ma naqqasx ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati u d-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni.

5.2.3.   Prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni

(152)

Il-volumi u l-prezzijiet tal-esportazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

Tabella 12

 

2017

2018

2019

PI

Volum tal-esportazzjonijiet (tunnellati)

450 587

450 687

410 840

374 378

Indiċi

100

100

91

83

Prezz medju (EUR/tunnellata)

2 369

2 524

2 428

2 394

Indiċi

100

107

102

101

Sors: Produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun, Eurofer

(153)

Il-bejgħ tal-esportazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni naqas bi 17 % fil-perjodu taħt kunsiderazzjoni, prinċipalment ikkawżat minn miżuri imposti mill-Istati Uniti fuq il-prodott li qed jiġi investigat u żieda fil-kompetizzjoni fi swieq terzi mal-bejgħ Ċiniż u l-bejgħ mill-pajjiżi kkonċernati. Madankollu, il-volumi esportati kienu limitati meta mqabbla mal-volumi tal-bejgħ totali tal-Unjoni, li jirrappreżentaw madwar 13 % tal-volum tal-bejgħ totali tagħha, u l-prezz medju tal-bejgħ għall-esportazzjoni kien fil-perjodu taħt kunsiderazzjoni kontinwament ogħla mill-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni.

(154)

Fuq dik il-bażi, il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod provviżorju li l-impatt tal-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni fuq id-dannu mġarrab kien, jekk kien hemm, marġinali.

5.2.4.   Impatt tal-prezzijiet tal-materja prima

(155)

L-importaturi mhux relatati indikaw il-kwistjoni taż-żieda fil-kostijiet tal-materja prima (nikil, ferrokromju) bħala raġuni għas-sitwazzjoni dannuża tal-industrija tal-Unjoni.

(156)

Fiha nnifisha, żieda fil-prezzijiet tal-materja prima mhijiex sors ta’ dannu għaliex ġeneralment tkun akkumpanjata minn żieda sussegwenti fil-prezzijiet tal-bejgħ. Madankollu, it-tnaqqis fil-profittabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni u l-indikaturi finanzjarji kollha tagħhom huwa aktar minn sempliċement riflessjoni tal-kostijiet tal-produzzjoni li qed jiżdiedu. L-importazzjonijiet bi prezz baxx qabżu l-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni u mhux biss ma ħallewx lill-produtturi tal-Unjoni jżidu l-prezzijiet biex ikopru ż-żieda fil-kostijiet, iżda kienu saħansitra mġiegħla jbaxxu l-prezzijiet tagħhom, biex jevitaw telf imminenti tas-sehem mis-suq. Dan irriżulta fi tnaqqis kbir fiċ-ċifri tal-profittabbiltà tagħhom, li ddeterjoraw għal sitwazzjoni ta’ ekwilibriju matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

(157)

Fuq dik il-bażi, il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod provviżorju li ż-żieda fil-prezzijiet ta’ ċerta materja prima bħala tali ma kkawżatx dannu lill-industrija tal-Unjoni.

5.2.5.   Imġiba tal-prezzijiet tal-produtturi tal-Unjoni

(158)

Wieħed mill-importaturi mhux relatati saħaq li l-kompetizzjoni interna u l-imġiba tal-prezzijiet tal-produtturi tal-Unjoni kkawżaw is-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom li kienet qed tiddeterjora.

(159)

Madankollu, l-investigazzjoni ma kkonfermatx din l-affermazzjoni. L-importazzjonijiet mill-pajjiżi kkonċernati nbiegħu b’mod konsistenti bi prezzijiet li jwaqqgħu l-prezz tal-industrija tal-Unjoni u għalhekk ir-raġuni ewlenija għaliex il-produtturi tal-Unjoni ma jistgħux jgħollu l-prezzijiet tagħhom u jkopru l-kostijiet dejjem akbar tagħhom hija l-pressjoni fuq il-prezzijiet mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping. Għalhekk, din l-affermazzjoni ma ġiex milqugħa.

5.3.   Konklużjoni dwar il-kawżalità

(160)

Ġiet stabbilita rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-Indja u mill-Indoneżja minn naħa u d-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni min-naħa l-oħra. Kien hemm koinċidenza fiż-żmien bejn iż-żieda fil-volum tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati u d-deterjorament tal-prestazzjoni tal-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. L-industrija tal-Unjoni ma kellha l-ebda għażla oħra ħlief li ssegwi l-livell tal-prezzijiet stabbiliti mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping sabiex tevita li titlef is-sehem tagħha mis-suq. Dan irriżulta f’sitwazzjoni fejn l-industrija tal-Unjoni għamlet livell ta’ profitt mhux sostenibbli.

(161)

Il-Kummissjoni sabet li fatturi oħra li forsi kellhom xi impatt fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni kienu: l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, it-tnaqqis fil-konsum, il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, l-impatt tal-prezzijiet tal-materja prima, u l-imġiba tal-prezzijiet tal-produtturi tal-Unjoni.

(162)

Il-Kummissjoni ddistingwiet u sseparat l-effetti tal-fatturi kollha magħrufa fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni mill-effetti dannużi tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping. L-effett tal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, it-tnaqqis fil-konsum, il-prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni, l-impatt tal-prezzijiet tal-materja prima, u l-imġiba tal-prezzijiet tal-produtturi tal-Unjoni fuq l-iżviluppi negattivi tal-industrija tal-Unjoni f’termini speċjalment ta’ profittabbiltà u indikaturi finanzjarji kienu limitati biss.

(163)

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni stabbiliet b’mod provviżorju rabta kawżali bejn id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni u l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati. L-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati kellhom impatt ewlieni determinanti fuq id-dannu materjali mġarrab mill-industrija tal-Unjoni. Fatturi oħra, fuq bażi individwali jew kollettiva, ma naqqsux ir-rabta kawżali.

6.   LIVELL TAL-MIŻURI

(164)

Sabiex tiddetermina l-livell tal-miżuri, il-Kummissjoni eżaminat jekk dazju aktar baxx mill-marġni tad-dumping ikunx suffiċjenti biex jitneħħa d-dannu kkawżat mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping għall-industrija tal-Unjoni.

6.1.   Marġni tal-bejgħ taħt il-prezz

(165)

Il-Kummissjoni l-ewwel stabbiliet l-ammont ta’ dazju neċessarju biex jiġi eliminat id-dannu mġarrab mill-industrija tal-Unjoni fin-nuqqas ta’ distorsjonijiet skont l-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku. F’dan il-każ, id-dannu jiġi eliminat kieku l-industrija tal-Unjoni setgħet tkopri l-kostijiet tal-produzzjoni tagħha, inklużi dawk il-kostijiet li jirriżultaw mill-ftehimiet ambjentali multilaterali, u l-protokolli tagħhom, li għalihom l-Unjoni hija parti, u mill-Konvenzjonijiet tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (“ILO”) elenkati fl-Anness Ia, u setgħet tikseb profitt raġonevoli (“profitt fil-mira”).

(166)

F’konformità mal-Artikolu 7(2c) tar-Regolament bażiku, sabiex tistabbilixxi l-profitt fil-mira, il-Kummissjoni qieset il-fatturi li ġejjin: il-livell ta’ profittabbiltà qabel iż-żieda fl-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat, il-livell ta’ profittabbiltà meħtieġ sabiex ikopri l-kostijiet u l-investimenti kollha, ir-riċerka u żvilupp (R&Ż) u l-innovazzjoni, u l-livell ta’ profittabbiltà li wieħed għandu jistenna f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni. Tali marġni ta’ profitt jenħtieġ li ma jkunx inqas minn 6 %.

(167)

L-ilmentatur ikkunsidra li profitt fil-mira raġonevoli jenħtieġ li jkun ta’ 8,7 %, kif użat f’investigazzjoni preċedenti dwar l-importazzjonijiet tal-istess prodott mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mit-Tajwan (12).

(168)

F’konformità mal-Artikolu 7(2c) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni vvalutat talba magħmula minn tliet produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun dwar investimenti ppjanati li ma kinux implimentati matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Fuq il-bażi tal-evidenza dokumentarja riċevuta, li tista’ tiġi rikonċiljata mas-sistema kontabilistika tal-kumpaniji, il-Kummissjoni aċċettat b’mod provviżorju dawn it-talbiet u żiedet l-ammonti korrispondenti mal-profitt ta’ dawk il-produtturi tal-Unjoni. Il-marġnijiet ta’ profitt fil-mira finali varjaw bejn 8,82 % u 9,12 %.

(169)

F’konformità mal-Artikolu 7(2d) tar-Regolament bażiku, bħala l-aħħar pass, il-Kummissjoni vvalutat il-kostijiet futuri li jirriżultaw minn Ftehimiet Ambjentali Multilaterali, u l-protokolli taħthom, li għalihom l-Unjoni hija parti, li l-industrija tal-Unjoni se ġġarrab matul il-perjodu tal-applikazzjoni tal-miżura skont l-Artikolu 11(2). Abbażi tal-informazzjoni ppreżentata, li kienet appoġġata mill-għodod u mill-previżjonijiet ta’ rapportar tal-kumpaniji, il-Kummissjoni stabbiliet kost fil-firxa ta’ bejn EUR 14,53/tunnellata u EUR 28,90/tunnellata, minbarra l-kost reali tal-konformità ma’ tali konvenzjonijiet matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Din id-differenza ġiet miżjuda mal-prezz mhux dannuż.

(170)

Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni kkalkulat prezz mhux dannuż tal-prodott simili għall-industrija tal-Unjoni billi applikat il-marġni ta’ profitt fil-mira msemmi hawn fuq għall-kost tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun matul il-perjodu ta’ investigazzjoni u mbagħad żiedet l-aġġustamenti f’konformità mal-Artikolu 7(2d) skont it-tip.

(171)

Il-Kummissjoni mbagħad iddeterminat il-livell tal-eliminazzjoni tad-dannu fuq il-bażi ta’ tqabbil tal-medja ponderata tal-prezz tal-esportazzjoni tal-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun fil-pajjiżi kkonċernati skont it-tip, kif stabbilit għall-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz, mal-medja ponderata tal-prezz mhux dannuż tal-prodott simili mibjugħ mill-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun fis-suq ħieles tal-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni. Kwalunkwe differenza li tirriżulta minn dan it-tqabbil ġiet espressa bħala perċentwal tal-valur CIF medju ponderat tal-importazzjoni.

(172)

Fid-dawl tal-livell għoli ta’ kooperazzjoni fl-Indja u fl-Indoneżja (100 % u aktar minn 90 % rispettivament), il-marġni residwu tal-bejgħ taħt il-prezz għall-pajjiżi kkonċernati ġie stabbilit fil-livell tal-ogħla marġni individwali tal-bejgħ taħt il-prezz tal-produttur esportatur Indjan jew Indoneżjan, jiġifieri 34,6 % u 32,3 % rispettivament.

(173)

Ir-riżultat ta’ dawn il-kalkoli huwa muri fit-tabella ta’ hawn taħt.

Pajjiż

Il-kumpanija

Marġni tad-dumping

Marġni tal-bejgħ taħt il-prezz

L-Indja

Jindal Stainless Limited u Jindal Stainless Hisar Limited

13,6 %

23,2 %

Chromeni Steels Private Limited

36,9 %

34,6 %

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

36,9 %

34,6 %

L-Indoneżja

IRNC

19,9 %

32,3 %

Jindal Stainless Indonesia

20,2 %

31,8 %

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

20,2 %

32,3 %

6.2.   Eżami tal-marġni adegwat biex jitneħħa d-dannu lill-industrija tal-Unjoni

(174)

Kif spjegat fin-Notifika ta’ Bidu, l-ilmentatur ipprovda biżżejjed evidenza lill-Kummissjoni li fl-Indja u fl-Indoneżja hemm distorsjonijiet fil-materja prima rigward il-prodott li qed jiġi investigat. Għalhekk, f’konformità mal-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku, din l-investigazzjoni eżaminat l-allegati distorsjonijiet biex tivvaluta, jekk rilevanti, jekk dazju inferjuri għall-marġni tad-dumping ikunx biżżejjed biex jelimina d-dannu.

(175)

L-eżistenza ta’ distorsjonijiet fil-materja prima kemm fl-Indja kif ukoll fl-Indoneżja ġiet ikkonfermata mill-informazzjoni pprovduta fit-tweġiba għall-kwestjonarju mill-RCC u matul l-RCC mal-GOI u mill-GOIS rispettivament.

(176)

Peress li l-marġni tal-bejgħ taħt il-prezz li ġie kkalkolat għall-produttur esportatur Indjan Chromeni kien aktar baxx mill-marġni tad-dumping, il-Kummissjoni kkunsidrat jekk kienx hemm distorsjonijiet fuq il-materja prima fir-rigward tal-prodott ikkonċernat, skont l-Artikolu 7(2a) tar-Regolament bażiku. L-investigazzjoni stabbiliet li Chromeni ma użatx il-materja prima soġġetta għad-distorsjoni. Għalhekk, ma kinitx meħtieġa analiżi ulterjuri fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 7(2a) u 7(2b) tar-regolament bażiku. Għalhekk, il-livell ta’ dazju għal Chromeni se jiġi stabbilit abbażi tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku.

(177)

Fir-rigward ukoll tal-Indja, għall-Grupp Jindal, il-marġni adegwat biex jitneħħa d-dannu huwa ogħla mill-marġni tad-dumping u għalhekk l-eżami skont l-Artikolu 7(2a) ma huwiex indirizzat aktar.

(178)

Fir-rigward tal-Indoneżja, peress li l-marġnijiet adegwati biex jiġi eliminat id-dannu huma ogħla mill-marġnijiet tad-dumping, il-Kummissjoni kkunsidrat li, f’dan l-istadju, ma kienx neċessarju li dan l-aspett jiġi indirizzat.

6.3.   Konklużjoni

(179)

Wara l-valutazzjoni ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li huwa xieraq li jiġi ddeterminat l-ammont ta’ dazji provviżorji f’konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku. B’konsegwenza ta’ dan, id-dazji anti-dumping provviżorji jenħtieġ li jiġu stabbiliti kif ġej:

Pajjiż

Il-kumpanija

Dazju anti-dumping provviżorju

L-Indja

Jindal Stainless Limited u Jindal Stainless Hisar Limited

13,6 %

Chromeni Steels Private Limited

34,6 %

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

34,6 %

L-Indoneżja

IRNC

19,9 %

Jindal Stainless Indonesia

20,2 %

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

20,2 %

7.   INTERESS TAL-UNJONI

(180)

F’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk setgħetx tikkonkludi b’mod ċar li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li tadotta miżuri f’dan il-każ, minkejja d-determinazzjoni ta’ dumping dannuż. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq evalwazzjoni tad-diversi interessi kollha involuti, inklużi dawk tal-industrija, tal-importaturi u tal-utenti tal-Unjoni.

7.1.   Interess tal-industrija tal-Unjoni

(181)

L-industrija tal-Unjoni tikkonsisti minn 13-il produttur li jinsabu f’diversi Stati Membri u timpjega direttament 13 660 impjegat fir-rigward tal-prodott li qed jiġi investigat. L-ebda wieħed mill-produtturi tal-Unjoni ma oppona l-bidu tal-investigazzjoni. Kif intwera fit-Taqsima 4 ta’ hawn fuq, fl-analiżi tal-indikaturi tad-dannu, l-industrija kollha tal-Unjoni esperjenzat deterjorament tas-sitwazzjoni tagħha u kienet affettwata b’mod negattiv mill-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping.

(182)

Huwa mistenni li l-impożizzjoni ta’ dazji anti-dumping provviżorji se terġa’ tistabbilixxi kundizzjonijiet ta’ kummerċ ġusti fis-suq tal-Unjoni, ittemm is-soppressjoni tal-prezzijiet u tabilita lill-industrija tal-Unjoni tkopri l-kostijiet tal-produzzjoni li qed jiżdiedu u ttejjeb is-sitwazzjoni finanzjarja tagħha minkejja t-telf ta’ bejgħ minħabba suq li qed jiċkien. Dan iwassal għal titjib fil-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni lejn livelli meqjusa neċessarji għal din l-industrija b’kapital intensiv. L-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali kkawżat mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati. Huwa mfakkar li għadd ta’ indikaturi tad-dannu ewlenin urew xejra negattiva matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. B’mod partikolari, l-indikaturi li jappartjenu għall-prestazzjoni finanzjarja tal-produtturi tal-Unjoni ġew affettwati serjament. Għalhekk huwa importanti li l-prezzijiet jitreġġgħu lura għal-livell mhux oġġett ta’ dumping jew tal-anqas mhux dannuż sabiex il-produtturi kollha jkunu jistgħu joperaw fis-suq tal-Unjoni taħt kundizzjonijiet ta’ kummerċ ġust.

(183)

Għalhekk ġie konkluż b’mod provviżorju li l-impożizzjoni ta’ dazji antidumping tkun fl-interess tal-industrija tal-Unjoni peress li tippermettilha li tirkupra mill-effetti tad-dumping dannuż li nstab.

7.2.   Interess ta’ importaturi u utenti mhux relatati

(184)

Tliet partijiet ippreżentaw lilhom infushom bħala importaturi mhux relatati. Madankollu, tnejn minnhom biss wieġbu għall-kwestjonarju rilevanti u kkooperaw aktar fil-proċedura.

(185)

Sussegwentement, l-ilmentatur sostna li waħda miż-żewġ partijiet imsemmija hawn fuq ma kellhiex titqies bħala importatur mhux relatat peress li taħdem bħala aġent għal xi wħud mill-produtturi esportaturi tal-prodott li qed jiġi investigat.

(186)

F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni stabbiliet li l-kumpanija inkwistjoni tassew ħadmet parzjalment fil-kapaċità ta’ aġent għall-Grupp Jindal. Madankollu, din kienet involuta wkoll fix-xiri regolari għal skopijiet ta’ importazzjoni tal-prodott li qed jiġi investigat li aktar tard reġgħet bigħetu lill-klijenti fl-Unjoni. Għalhekk, l-affermazzjoni tal-Eurofer ġiet irrifjutata b’mod provviżorju.

(187)

Iż-żewġ importaturi li kkooperaw indikaw l-impatti negattivi potenzjali li jkun hemm miżuri anti-dumping stabbiliti, bħal nuqqas ta’ provvista, servizz agħar, żieda fil-prezzijiet, u materjal ta’ kwalità agħar li fl-opinjoni tagħhom jirriżulta minn kompetizzjoni limitata fis-suq tal-Unjoni.

(188)

Barra minn hekk, wieħed mill-importaturi sostna li l-prodotti ta’ Jindal għandhom kwalità superjuri li ma tistax tiġi ssostitwita jew imqabbla mill-produtturi tal-Unjoni.

(189)

Minkejja l-miżuri anti-dumping potenzjali, il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod provviżorju li se jibqa’ jkun hemm livell b’saħħtu ta’ kompetizzjoni fl-Unjoni minħabba li hemm 13-il produttur tal-Unjoni tal-prodott li qed jiġi investigat, xi wħud minnhom mhumiex jieħdu sehem fl-ilment. Barra minn hekk, l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi għadhom jammontaw għal aktar minn 20 % tas-suq. Għalhekk, l-impatti negattivi potenzjali indikati mill-importaturi x’aktarx li ma jseħħux.

(190)

Il-miżuri anti-dumping ma humiex immirati lejn l-għeluq tas-suq tal-Unjoni għall-pajjiżi kkonċernati, iżda għandhom l-għan li jgħollu l-prezzijiet għal livell ġust. Għalhekk, huwa mistenni li l-aċċess għal prodotti allegatament ta’ kwalità superjuri jibqa’ hemm.

(191)

Il-miżuri jippermettu wkoll lill-importaturi jgħaddu l-prezzijiet lill-klijenti tagħhom u għalhekk il-profittabbiltà tal-importaturi mhijiex mistennija li tiġi affettwata b’mod negattiv. Il-firxa tal-prodotti u l-kwalità tas-servizz ma humiex mistennija li jitnaqqsu – għall-kuntrarju, il-protezzjoni mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping tippermetti lill-industrija tal-Unjoni jkollha investimenti ġodda u ttejjeb il-kwalità tagħha.

(192)

L-importaturi sostnew ukoll li l-miżuri anti-dumping jipproteġu żżejjed lill-produtturi tal-Unjoni peress li l-prodott li qed jiġi investigat diġà huwa soġġett għal miżuri ta’ salvagwardja.

(193)

Madankollu, il-miżuri ta’ salvagwardja dwar l-azzar (13) huma temporanji u jipprovdu tip differenti ta’ protezzjoni mill-miżuri anti-dumping, b’dawn tal-aħħar ikunu mmirati lejn ipprezzar inġust. Is-sejbiet provviżorji tal-Kummissjoni kkonfermaw li l-kawża ewlenija tad-dannu għall-industrija tal-Unjoni mhijiex żieda kbira ħafna fil-volumi tal-importazzjonijiet iżda l-prezzijiet tat-twaqqigħ tal-prezz tagħhom, li jirriżultaw fis-soppressjoni tal-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni.

(194)

L-uniku utent li ppreżenta ruħu fil-proċedura ma weġibx dwar l-interess tal-Unjoni. Il-kumpanija kellha biss affermazzjonijiet dwar l-ambitu tal-prodott tal-miżuri kif deskritt fit-Taqsima 2 ta’ hawn fuq.

(195)

Fl-istadju provviżorju, il-Kummissjoni għalhekk ikkonkludiet li l-effetti ta’ impożizzjoni potenzjali ta’ dazji fuq l-importaturi u fuq l-utenti ma jegħlbux l-effetti pożittivi tal-miżuri fuq l-industrija tal-Unjoni.

7.3.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

(196)

Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod provviżorju li ma kienx hemm raġunijiet konvinċenti biex tikkonkludi li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li timponi miżuri fuq l-importazzjonijiet tal-prodott li qed jiġi investigat li joriġina mill-pajjiżi kkonċernati f’dan l-istadju tal-investigazzjoni.

8.   MIŻURI ANTI-DUMPING PROVVIŻORJI

(197)

Abbażi tal-konklużjonijiet li waslet għalihom il-Kummissjoni dwar id-dumping, id-dannu, il-kawżalità u l-interess tal-Unjoni, jenħtieġ li jiġu imposti miżuri provviżorji fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-azzar inossidabbli rrumblati ċatti, li ma jibqgħux jinħadmu wara li jiġu rrumblati fil-kiesaħ (imnaqqsin bil-kesħa) li joriġinaw mill-Indja u mill-Indoneżja, biex jiġi evitat li jsir dannu ulterjuri lill-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping.

(198)

Jenħtieġ li jiġu imposti miżuri anti-dumping provviżorji fuq l-importazzjonijiet tal-prodotti tal-azzar inossidabbli rrumblati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw mill-Indja u mill-Indoneżja, f’konformità mar-regola ta’ inqas dazju tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni qabblet il-marġnijiet tad-dannu u l-marġnijiet tad-dumping (il-premessa (173) ta’ hawn fuq). L-ammont tad-dazji ġie stabbilit fil-livell l-aktar baxx tal-marġni tad-dumping u l-marġni tad-dannu.

(199)

Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, ir-rati tad-dazju anti-dumping provviżorji, espressi skont il-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju doganali mhux imħallas, jenħtieġ li jkunu kif ġej:

Pajjiż

Il-kumpanija

Dazju anti-dumping provviżorju

L-Indja

Jindal Stainless Limited u Jindal Stainless Hisar Limited

13,6 %

Chromeni Steels Private Limited

34,6 %

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

34,6 %

L-Indoneżja

IRNC

19,9 %

Jindal Stainless Indonesia

20,2 %

Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

20,2 %

(200)

Ir-rati tad-dazju anti-dumping ta’ kumpaniji individwali speċifikati f’dan ir-Regolament ġew stabbiliti abbażi tas-sejbiet provviżorji ta’ din l-investigazzjoni. Għalhekk, huma rriflettew is-sitwazzjoni li nstabet matul din l-investigazzjoni fir-rigward ta’ dawn il-kumpaniji. Dawn ir-rati tad-dazju huma applikabbli esklużivament għall-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat li joriġina mill-pajjiżi kkonċernati u magħmul mill-entitajiet ġuridiċi msemmija. L-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat immanifatturat minn kwalunkwe kumpanija oħra mhux imsemmija b’mod speċifiku fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, inklużi entitajiet relatati ma’ dawk imsemmija b’mod speċifiku, jenħtieġ li jkunu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha”. Dawn jenħtieġ li ma jiġux soġġetti għal kwalunkwe rata individwali ta’ dazju anti-dumping.

(201)

Il-kumpanija tista’ titlob l-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati individwali ta’ dazju anti-dumping jekk sussegwentement tbiddel l-isem tal-entità tagħha. It-talba trid tkun indirizzata lill-Kummissjoni (14). It-talba jrid ikun fiha l-informazzjoni rilevanti kollha li turi li l-bidla ma taffettwax id-dritt tal-kumpanija li tibbenefika mir-rata ta’ dazju li tapplika għaliha. Jekk il-bidla fl-isem tal-kumpanija ma taffettwax id-dritt tagħha li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha, se jiġi ppubblikat regolament dwar il-bidla tal-isem f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(202)

Sabiex jiġi żgurat infurzar xieraq tad-dazji anti-dumping, id-dazju anti-dumping għall-kumpaniji l-oħrajn kollha jenħtieġ li japplika mhux biss għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx f’din l-investigazzjoni, iżda anke għall-produtturi li ma kellhomx esportazzjonijiet lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

(203)

Sabiex jiġu mminimizzati r-riskji ta’ ċirkomvenzjoni minħabba d-differenza kbira fir-rati tad-dazju, hemm bżonn ta’ miżuri speċjali biex tiġi żgurata l-applikazzjoni xierqa tad-dazji anti-dumping individwali. Il-kumpaniji b’dazji anti-dumping individwali jeħtiġilhom jippreżentaw fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri. Il-fattura trid tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament. Importazzjonijiet li ma jkunux akkumpanjati minn dik il-fattura jenħtieġ li jkunu soġġetti għad-dazju anti-dumping applikabbli għall-“kumpaniji l-oħra kollha”.

(204)

Filwaqt li l-preżentazzjoni ta’ din il-fattura hija meħtieġa sabiex l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jkunu jistgħu japplikaw ir-rati tad-dazju anti-dumping individwali fuq l-importazzjonijiet, mhijiex l-uniku element li għandu jitqies mill-awtoritajiet doganali. Tabilħaqq, anke jekk jiġu ppreżentati b’fattura li tissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jenħtieġ li jwettqu l-verifiki tas-soltu tagħhom u jistgħu, bħal fil-każijiet l-oħra kollha, jirrikjedu dokumenti addizzjonali (dokumenti tat-trasport, eċċ.) sabiex ikunu jistgħu jivverifikaw l-akkuratezza tad-dettalji li jkun hemm fid-dikjarazzjoni u biex jiżguraw li l-applikazzjoni sussegwenti tar-rata tad-dazju tkun ġustifikata, f’konformità mal-liġi doganali.

(205)

Jekk l-esportazzjonijiet minn waħda mill-kumpaniji li jibbenefikaw minn rati ta’ dazju individwali aktar baxxi jiżdiedu b’mod sinifikanti fil-volum, b’mod partikolari wara l-impożizzjoni tal-miżuri kkonċernati, tali żieda fil-volum tista’ titqies bħala waħda li fiha nnifisha tikkostitwixxi bidla fix-xejra tal-kummerċ minħabba l-impożizzjoni ta’ miżuri fis-sens tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku. F’tali ċirkostanzi, tista’ tinbeda investigazzjoni kontra ċ-ċirkomvenzjoni, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet biex din issir. Din l-investigazzjoni tista’, fost l-oħrajn, teżamina l-ħtieġa tat-tneħħija ta’ rata/i ta’ dazju individwali u l-impożizzjoni konsegwenti ta’ dazju għall-pajjiż kollu.

9.   REĠISTRAZZJONI

(206)

Kif imsemmi fil-premessa (3), il-Kummissjoni għamlet l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-azzar inossidabbli rrumblati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw mill-Indja u mill-Indoneżja soġġetti għal reġistrazzjoni. Ir-reġistrazzjoni saret bil-għan li possibbilment jinġabru d-dazji b’mod retroattiv skont l-Artikolu 10(4) tar-Regolament bażiku.

(207)

Fid-dawl tas-sejbiet fl-istadju provviżorju, jenħtieġ li r-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet ma titkompliex.

(208)

F’dan l-istadju tal-proċediment ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni dwar l-applikazzjoni retroattiva possibbli ta’ miżuri anti-dumping. Tali deċiżjoni tittieħed fl-istadju definittiv.

10.   INFORMAZZJONI FL-ISTADJU PROVVIŻORJU

(209)

F’konformità mal-Artikolu 19a tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni informat lill-partijiet interessati dwar l-impożizzjoni ppjanata ta’ dazji provviżorji. Din l-informazzjoni saret ukoll disponibbli għall-pubbliku ġenerali fuq is-sit web tad-DĠ TRADE. Il-partijiet interessati ngħataw tlett ijiem ta’ xogħol biex jipprovdu kummenti dwar l-akkuratezza tal-kalkoli żvelati b’mod speċifiku lilhom.

(210)

Il-Gvern tal-Indja, produttur esportatur fl-Indja u żewġ produtturi esportaturi fl-Indoneżja issottomettew kummenti. Il-Kummissjoni kkunsidrat il-kummenti li kienu kkunsidrati ta’ natura klerikali u, jekk neċessarju, ikkoreġiet il-marġini skonthom.

11.   DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

(211)

Fl-interessi ta’ amministrazzjoni tajba, il-Kummissjoni se tistieden lill-partijiet interessati jressqu kummenti bil-miktub u/jew jitolbu seduta mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Smigħ fil-proċeduri kummerċjali fi żmien skadenza fissa.

(212)

Is-sejbiet li jikkonċernaw l-impożizzjoni ta’ dazji provviżorji huma provviżorji u jistgħu jiġu emendati fl-istadju definittiv tal-investigazzjoni,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Huwa impost dazju antidumping provviżorju fuq importazzjonijiet ta’ prodotti tal-azzar inossidabbli rrumblati ċatti, mhux maħdumin aktar ħlief irrumblati fil-kiesaħ, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 7219 31 00, 7219 32 10, 7219 32 90, 7219 33 10, 7219 33 90, 7219 34 10, 7219 34 90, 7219 35 10, 7219 35 90, 7219 90 20, 7219 90 80, 7220 20 21, 7220 20 29, 7220 20 41, 7220 20 49, 7220 20 81, 7220 20 89, 7220 90 20 u 7220 90 80 u li joriġinaw mill-Indja jew mill-Indoneżja.

2.   Ir-rati tad-dazju anti-dumping provviżorju applikabbli għall-prezz nett, liberu fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u mmanifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt, għandhom ikunu kif ġej:

Pajjiż

Il-kumpanija

Dazju anti-dumping provviżorju

Kodiċi addizzjonali TARIC

L-Indja

Jindal Stainless Limited

13,6 %

C654

Jindal Stainless Hisar Limited

13,6 %

C655

Chromeni Steels Private Limited

34,6 %

C656

Il-kumpaniji l-oħra kollha tal-Indja

34,6 %

C999

L-Indoneżja

IRNC

19,9 %

C657

Jindal Stainless Indonesia

20,2 %

C658

Il-kumpaniji Indoneżjani l-oħrajn kollha

20,2 %

C999

3.   L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju individwali speċifikati għall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 għandha ssir bil-kundizzjoni li tiġi ppreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li fuqha għandha tidher dikjarazzjoni datata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ tali fattura, identifikat b’ismu u l-kariga tiegħu, abbozzata kif ġej: “Jien, is-sottoskritt, niċċertifika li l-(volum) tal-(prodott ikkonċernat) mibjugħ sabiex jiġi esportat lejn l-Unjoni Ewropea kopert minn din il-fattura ġie mmanifatturat minn (isem il-kumpanija u l-indirizz) (kodiċi addizzjonali TARIC) fi (pajjiż ikkonċernat). Jiena niddikjara li l-informazzjoni mogħtija f’din il-fattura hija sħiħa u korretta.” Jekk ma tiġix ippreżentata fattura bħal din, għandu japplika d-dazju applikabbli għall-kumpaniji l-oħrajn kollha.

4.   Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni tal-prodott imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun soġġett għall-għoti ta’ depożitu ta’ garanzija ekwivalenti għall-ammont tad-dazju provviżorju.

5.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

Artikolu 2

1.   Il-partijiet interessati għandhom jippreżentaw l-kummenti tagħhom dwar dan ir-regolament bil-miktub lill-Kummissjoni fi żmien 15-il jum kalendarju mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

2.   Il-partijiet interessati li jixtiequ jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Kummissjoni għandhom jagħmlu dan fi żmien ħamest ijiem kalendarji mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

3.   Il-partijiet interessati li jkunu jixtiequ jitolbu seduta ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti kummerċjali għandhom jagħmlu dan fi żmien ħamest ijiem kalendarji mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament. L-Uffiċjal tas-Seduta għandu jeżamina t-talbiet li jiġu ppreżentati wara din l-iskadenza u jista’ jiddeċiedi jekk jaċċettax dawn it-talbiet jekk ikun xieraq.

Artikolu 3

1.   L-awtoritajiet doganali huma b’dan ordnati li ma jkomplux jirreġistraw l-importazzjonijiet, stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 1(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/370 tal-1 ta’ Marzu 2021.

2.   Id-data miġbura fir-rigward ta’ prodotti li jkunu ddaħħlu fl-UE għall-konsum mhux aktar minn 90 jum qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-regolament għandha tinżamm sad-dħul fis-seħħ ta’ miżuri definittivi possibbli, jew sakemm jintemm dan il-proċediment.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

L-Artikolu 1 għandu japplika għal perjodu ta’ sitt xhur.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Mejju 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(2)  Avviż ta’ Bidu ta’ proċediment anti-dumping li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-azzar inossidabbli rrumblati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw mill-Indja u mill-Indoneżja (ĠU C 322, 30.9.2020, p 17).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/370 tal-1 ta’ Marzu 2021 li jagħmel l-importazzjonijiet ta’ prodotti ta’ stainless steel irrumblati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw mill-Indja u mill-Indoneżja soġġetti għal reġistrazzjoni ( ĠU L 71, 2.3.2021, p. 18).

(4)  Disponibbli fuq https://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2484.

(5)  Avviż dwar il-konsegwenzi tat-tifqigħa ta’ COVID-19 fuq investigazzjonijiet anti-dumping u antisussidji (ĠU C 86, 16.3.2020, p. 6).

(6)  ĠU L 31, 1.2.2019, p. 27.

(7)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1429 tas-26 ta’ Awwissu 2015 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ prodotti tal-azzar inossidabbli rrumblati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mit-Tajwan (ĠU L 224, 27.08.2015, p. 10).

(8)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1429 tas-26 ta’ Awwissu 2015 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ prodotti tal-azzar inossidabbli rrumblati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mit-Tajwan (ĠU L 224, 27.08.2015, p. 10).

(9)  Notifika ta’ Bidu ta’ rieżami ta’ skadenza tal-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-azzar inossidabbli rrumblati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mit-Tajwan (ĠU C 280, 25.8.2020, p. 6).

(10)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1429 tas-26 ta’ Awwissu 2015 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ prodotti tal-azzar inossidabbli rrumblati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mit-Tajwan (ĠU L 224, 27.8.2015, p. 10). Fuq kumpanija waħda, Cia Far Industrial Factory Co., Ltd, ġie impost dazju anti-dumping ta’ 0 %.

(11)  Notifika ta’ Bidu ta’ rieżami ta’ skadenza tal-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ prodotti tal-azzar inossidabbli rrumblati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mit-Tajwan (ĠU C 280, 25.8.2020, p. 6).

(12)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1429 tas-26 ta’ Awwissu 2015 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ prodotti tal-azzar inossidabbli rrumblati ċatti fil-kiesaħ li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u mit-Tajwan (ĠU L 224, 27.8.2015, p. 10).

(13)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/159 tal-31 ta’ Jannar 2019 li jimponi miżuri definittivi ta’ salvagwardja kontra l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar (ĠU L 31, 1.2.2019, p. 27).

(14)  Il-Kummissjoni Ewropea, Id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ, Id-Direttorat H, Rue de la Loi 170, 1040 Brussell, il-Belġju


Top