This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32021R0139
Commission Delegated Regulation (EU) 2021/139 of 4 December 2020 amending Annexes I and V to Regulation (EU) 2019/125 concerning trade in certain goods which could be used for capital punishment, torture or other cruel, inhuman or degrading treatment or punishment to take into account the withdrawal of the United Kingdom from the Union
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/139 tal-4 ta’ Diċembru 2020 li jemenda l-Annessi I u V tar-Regolament (UE) 2019/125 dwar il-kummerċ ta’ ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, it-tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra biex jitqies il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/139 tal-4 ta’ Diċembru 2020 li jemenda l-Annessi I u V tar-Regolament (UE) 2019/125 dwar il-kummerċ ta’ ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, it-tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra biex jitqies il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea
C/2020/8572
ĠU L 43, 8.2.2021, p. 5–7
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32019R0125 | Tħassir | anness I taqsima A Test | 01/01/2021 | |
Modifies | 32019R0125 | Żieda | anness I taqsima B Test | 01/01/2021 | |
Modifies | 32019R0125 | Żieda | anness V parti 2 Test | 01/01/2021 |
8.2.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 43/5 |
IR-REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/139
tal-4 ta’ Diċembru 2020
li jemenda l-Annessi I u V tar-Regolament (UE) 2019/125 dwar il-kummerċ ta’ ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, it-tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra biex jitqies il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/125 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Jannar 2019 dwar il-kummerċ ta’ ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, it-tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, (1) u b’mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 24 tiegħu,
Billi:
(1) |
Dan il-Ftehim dwar il-Ħruġ (2) jistabbilixxi l-arranġamenti għall-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (“ir-Renju Unit”) mill-Unjoni u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika. |
(2) |
Il-perjodu ta’ tranżizzjoni stabbilit fil-Parti Erbgħa tal-Ftehim dwar il-Ħruġ jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2020 meta d-dritt tal-Unjoni ma jibqax japplika għar-Renju Unit u fir-Renju Unit. |
(3) |
Skont l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, moqri flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) 2019/125 se japplikaw għar-Renju Unit u fir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq minn tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni. |
(4) |
Fejn ir-Regolament (UE) 2019/125 jistabbilixxi rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni għall-kummerċ mill-Unjoni lejn pajjiżi terzi, tkun l-“awtorità kompetenti” tar-Renju Unit li, mill-1 ta’ Jannar 2021, tkun responsabbli biex tiddeċiedi dwar kull applikazzjoni għal awtorizzazzjoni bħal din li ssir minn esportaturi stabbiliti jew residenti fl-Irlanda ta’ Fuq skont dak ir-Regolament. |
(5) |
Soġġett għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/125 għar-Renju Unit u fir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq, f’konformità mal-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq għall-Ftehim dwar il-Ħruġ, moqri flimkien mal-punt 47 tal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, huwa għalhekk xieraq li jiġi emendat l-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/125. |
(6) |
Skont l-Artikoli 16 u 19 tar-Regolament (UE) 2019/125, hija meħtieġa awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni tal-prodotti elenkati fl-Anness IV tar-Regolament li jistgħu jintużaw għall-eżekuzzjoni tal-bnedmin permezz ta’ injezzjoni letali. |
(7) |
L-Artikolu 20(1) tar-Regolament (UE) 2019/125 jipprevedi “awtorizzazzjoni ġenerali tal-Unjoni għall-esportazzjoni”. |
(8) |
F’konformità mal-Anness V tar-Regolament (UE) 2019/125, l-awtorizzazzjoni ġenerali tal-Unjoni għall-esportazzjoni tapplika għall-esportazzjonijiet tal-prodotti elenkati f’kull entrata fl-Anness IV tar-Regolament (UE) 2019/125 u hija valida fl-Unjoni kollha għall-esportazzjonijiet lejn id-destinazzjonijiet elenkati fil-Parti 2 tal-Anness V. Dawk id-destinazzjonijiet huma pajjiżi terzi li abolixxew il-piena kapitali għar-reati kollha u kkonfermaw dik l-abolizzjoni permezz ta’ impenn internazzjonali (3). |
(9) |
L-awtorizzazzjoni ġenerali tal-Unjoni għall-esportazzjoni tgħin biex jiġi minimizzat il-piż regolatorju mqiegħed fuq il-kumpaniji tal-Unjoni li jesportaw il-prodotti elenkati fl-Anness IV tar-Regolament meta jesportaw tali prodotti mediċinali għal skopijiet terapewtiċi leġittimi. |
(10) |
Ir-Renju Unit irratifika l-Protokoll Nru 13 tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali dwar l-abolizzjoni tal-piena tal-mewt fiċ-ċirkostanzi kollha u għalhekk jissodisfa r-rekwiżiti għall-inklużjoni fil-lista ta’ destinazzjonijiet stabbilita fil-Parti 2 tal-Anness V tar-Regolament (UE) 2019/125. |
(11) |
Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/125 għar-Renju Unit u fir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq, f’konformità mal-Artikolu 5(4), moqri flimkien mal-punt 47 tal-Anness 2 tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq anness mal-Ftehim dwar il-Ħruġ, huwa għalhekk xieraq li jiġi emendat l-Anness V tar-Regolament (UE) 2019/125. |
(12) |
Huwa xieraq li tkun prevista l-applikabbiltà ta’ dan ir-Regolament wara tmiem il-perjodu ta’ tranżizzjoni, b’effett mill-1 ta’ Jannar 2021. Jekk il-perjodu ta’ oġġezzjoni jintemm wara l-1 ta’ Jannar 2021, huwa xieraq għal raġunijiet ta’ ċertezza tad-dritt u biex jiġi evitat kull tfixkil potenzjali għad-detriment tal-operazzjonijiet ta’ dawk il-kumpaniji tal-Unjoni li jixtiequ jesportaw il-prodotti elenkati fl-Anness IV lejn ir-Renju Unit li tkun prevista applikabbiltà retroattiva tar-Regolament mill-1 ta’ Jannar 2021, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi I u V tar-Regolament (UE) 2019/125 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-ħames jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2021.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Diċembru 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Il-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (ĠU L 29, 31.1.2020, p. 7).
(3) Il-Parti 3 tal-Anness V tar-Regolament (UE) 2019/125.
ANNESS
L-Annessi I u V tar-Regolament (UE) 2019/125 huma emendati kif ġej:
(1) |
Fl-Anness I, il-lista ta’ awtoritajiet kompetenti hija emendata kif ġej:
|
(2) |
Fl-Anness V, fil-lista fil-Parti 2 “Destinazzjonijiet”, l-entrata li ġejja tiddaħħal fl-ordni alfabetiku sabiex il-pajjiżi jiġu elenkati skont il-verżjoni lingwistika rispettiva: “Ir-Renju Unit, mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/125 għar-Renju Unit u fir-Renju Unit fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq, f’konformità mal-Artikolu 5(4), moqri flimkien mal-punt 47 tal-Anness 2 tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq anness mal-Ftehim dwar il-Ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, mill-1 ta’ Jannar 2021 ” |