Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020R1019

    Regolament ta’ implimentazzjoni tal-kummissjoni (UE) 2020/1019 tat-13 ta’ Lulju 2020 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 2015/840

    C/2020/4642

    ĠU L 225, 14.7.2020, p. 13–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/1019/oj

    14.7.2020   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 225/13


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1019

    tat-13 ta’ Lulju 2020

    li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 2015/840

    Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 514/2014 tas-16 ta’ April 2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u dwar l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżijiet (1), b’mod partikolari l-Artikolu 27(5) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Artikolu 5(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/840 (2) jipprovdi li matul sena finanzjarja, l-Awtoritajiet Responsabbli għandhom iwettqu kontrolli operattivi fuq il-post li jkopru minimu ta’ 20 % tal-għadd ta’ proġetti li jkunu qiegħdin jiġu implimentati matul dik is-sena finanzjarja.

    (2)

    L-Istati Membri ġew effettwati mill-pandemija tal-COVID-19 b’mod mingħajr preċedent. Il-kriżi ġiegħlet lill-Istati Membri jimponu restrizzjonijiet fuq il-libertà ta’ moviment fuq it-territorju tagħhom li jagħmilha diffiċli biex jitwettqu l-kontrolli fuq il-post.

    (3)

    Biex tingħata flessibilità lill-Awtoritajiet Responsabbli biex iwettqu l-kontrolli operattivi meħtieġa fuq il-post, huwa xieraq li jiġu emendati r-regoli eżistenti biex jiġi evitat dewmien fil-proċedura ta’ approvazzjoni tal-kontijiet. Flessibbiltà bħal din għandha tinkiseb billi tingħata l-possibilità lill-Awtoritajiet Responsabbli biex iwettqu r-rekwiżiti għal kontrolli operattivi fuq il-post fi stadju aktar tard matul il-perjodu ta’ programmar meta minħabba l-pandemija tal-COVID-19, il-minimu annwali ta’ 20 % tal-għadd ta’ proġetti implimentati matul sena finanzjarja partikolari ma jkunx jista’ jintlaħaq f’dik is-sena finanzjarja.

    (4)

    L-Irlanda hija marbuta bir-Regolament (UE) Nru 514/2014 u b’hekk hija marbuta b’dan ir-Regolament.

    (5)

    L-Irlanda hija marbuta bir-Regolament (UE) Nru 514/2014 u b’hekk hija marbuta b’dan ir-Regolament. F’konformità mal-Artikolu 138 tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (3), il-liġi applikabbli tal-Unjoni, inklużi r-regoli dwar il-korrezzjonijiet finanzjarji u dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet, se tkompli tapplika għar-Renju Unit wara l-31 ta’ Diċembru 2020 sal-għeluq ta’ dawn il-programmi u attivitajiet tal-Unjoni.

    (6)

    Id-Danimarka mhijiex marbuta bir-Regolament (UE) Nru 514/2014 b’dan ir-Regolament.

    (7)

    Minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni marbuta mal-pandemija tal-COVID-19, huwa xieraq li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    (8)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Fondi għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u s-Sigurtà Interna, stabbilit permezz tal-Artikolu 59(1) of Regulation (EU) No 514/2014.

    (9)

    Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 2015/840 jiġi emendat skont dan,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    L-Artikolu 1

    Fl-Artikolu 5 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 2015/840, il-paragrafu 2 jiġi sostitwit b’dan li jmiss:

    “2.   Il-kontrolli operattivi fuq il-post li jsiru fis-sena finanzjarja N ikopru minn tal-inqas 20 % tal-għadd ta’ proġetti li jkunu qed jiġu implimentati matul dik is-sena finanzjarja, hekk kif iddikjarat fil-kontijiet annwali korrispondenti msemmija fl-Artikolu 39 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014. Meta dan il-minimu ma jkunx jista’ jintlaħaq fis-sena finanzjarja N minħabba l-pandemija tal-COVID-19, il-kontrolli li ma jkunux saru fis-sena finanzjarja N għandhom isiru fi stadju aktar tard matul il-perjodu ta’ programmar.”

    L-Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri skont it-Trattati.

    Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Lulju 2020.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Ursula VON DER LEYEN


    (1)  ĠU L 150, 20.5.2014, p. 112.

    (2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/840 tad-29 ta’ Mejju 2015 dwar il-kontrolli li jsiru mill-Awtoritajiet Responsabbli skont ir-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u dwar l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżijiet (ĠU L 134, 30.5.2015, p. 1).

    (3)  ĠU C 384 I, 12.11.2019, p. 1.


    Top