Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020R0354

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2020/354 tal-4 ta’ Marzu 2020 li jistabbilixxi lista ta’ użi maħsuba għall-għalf maħsub għal skopijiet ta’ nutrizzjoni partikolari u li jħassar id-Direttiva 2008/38/KE (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

C/2020/1183

ĠU L 67, 5.3.2020, p. 1–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2020/354/oj

5.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 67/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/354

tal-4 ta’ Marzu 2020

li jistabbilixxi lista ta’ użi maħsuba għall-għalf maħsub għal skopijiet ta’ nutrizzjoni partikolari u li jħassar id-Direttiva 2008/38/KE

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 767/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ għalf, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 79/373/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 80/511/KEE, id-Direttivi tal-Kunsill 82/471/KEE, 83/228/KEE, 93/74/KEE, 93/113/KE u 96/25/KE u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/217/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(5) tiegħu,

Billi:

(1)

It-tqegħid fis-suq u l-użu tal-għalf huwa rregolat mir-Regolament (KE) Nru 767/2009. F’konformità mal-Artikolu 9 ta’ dak ir-Regolament, l-għalf maħsub għal skopijiet ta’ nutrizzjoni partikolari jista’ jiġi kkummerċjalizzat biss jekk l-użu maħsub tiegħu jkun inkluż f’lista ta’ użi maħsuba stabbiliti f’konformità mal-Artikolu 10 ta’ dan ir-Regolament.

(2)

Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/38/KE (2) li tistabbilixxi lista ta’ użi maħsuba tal-materjali tal-għalf għall-annimali għal skopijiet ta’ nutrizzjoni partikolari.

(3)

Il-parti A tal-Anness I tad-Direttiva 2008/38/KE stabbiliet id-dispożizzjonijiet ġenerali għall-għalf maħsub għal skopijiet ta’ nutrizzjoni partikolari. Filwaqt li jitqiesu l-iżviluppi xjentifiċi u teknoloġiċi u r-rekwiżiti tat-tikkettar stabbiliti bir-Regolament (KE) Nru 767/2009, dawk id-dispożizzjonijiet ġenerali jridu jiġu riveduti.

(4)

L-Artikoli 11 sa 17 tar-Regolament (KE) Nru 767/2009 stabbilixxew prinċipji ġodda u regoli għat-tqegħid fis-suq tal-għalf, inkluż it-tikkettar. B’konsegwenza ta’ dan, diversi entrati fil-lista ta’ użi maħsuba għall-għalf maħsub għal skopijiet ta’ nutrizzjoni partikolari li jinsabu fil-Parti B tal-Anness I tad-Direttiva 2008/38/KE saru antikwati, parzjalment minħabba deskrizzjonijiet ħżiena u ġenerali wisq fil-kolonna “Karatteristiċi essenzjali nutrizzjonali”. Għal dawk l-entrati, kien diffiċli ħafna għall-awtoritajiet ta’ kontroll li jivverifikaw il-konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 767/2009, inkluż jekk il-kompożizzjoni speċifika tal-għalf ikkonċernat tissodisfax l-iskop ta’ nutrizzjoni partikolari maħsub.

(5)

F’konformità mal-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 767/2009, il-Kummissjoni rċeviet numru ta’ applikazzjonijiet biex temenda u tibdel il-kundizzjonijiet assoċjati ma’ diversi użi maħsuba tal-għalf għal skopijiet ta’ nutrizzjoni partikolari, li kienu saru antikwati. L-entrati skaduti li għalihom ma tressqet l-ebda applikazzjoni jew li għalihom ġiet irtirata l-applikazzjoni, jenħtieġ li jitneħħew.

(6)

Fir-rigward ta’ użi maħsuba oħra ta’ għalf maħsub għal skopijiet ta’ nutrizzjoni partikolari elenkati fil-Parti B tal-Anness I tad-Direttiva 2008/38/KE, huma meħtieġa emendi għad-dispożizzjonijiet dwar il-karatteristiċi essenzjali nutrizzjonali u d-dikjarazzjonijiet ta’ tikkettar sabiex jiġu adattati għall-iżviluppi xjentifiċi u teknoloġiċi u biex jittejbu l-infurzabbiltà u ċ-ċarezza tad-dispożizzjonijiet.

(7)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni rċeviet, f’konformità mal-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 767/2009, applikazzjonijiet biex iżżid l-iskopijiet ta’ nutrizzjoni partikolari “Appoġġ għall-metaboliżmu tal-enerġija u tal-funzjoni muskolari fil-każ ta’ rabdomijolożi” u “Appoġġ f’sitwazzjonijiet stressanti, li jwassal għat-tnaqqis fl-imġiba assoċjata” mal-lista ta’ użi maħsuba għall-għalf maħsub għal skopijiet ta’ nutrizzjoni partikolari.

(8)

Il-Kummissjoni qiegħdet l-applikazzjonijiet kollha, inklużi d-dossiers, għad-dispożizzjoni tal-Istati Membri.

(9)

Wara li vvaluta d-dossiers li kienu inklużi ma’ dawk l-applikazzjonijiet, il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali (“il-Kumitat”) ikkonferma li l-kompożizzjoni speċifika tal-għalf ikkonċernat tissodisfa l-iskopijiet ta’ nutrizzjoni partikolari maħsuba u ma għandhiex effetti ħżiena fuq is-saħħa tal-annimali, fuq is-saħħa tal-bniedem, fuq l-ambjent jew fuq il-benessri tal-annimali.

(10)

Abbażi tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-lista ta’ użi maħsuba għall-għalf għal skopijiet ta’ nutrizzjoni partikolari jenħtieġ li tiġi aġġornata.

(11)

Billi r-raġunijiet ta’ sikurezza ma jeħtiġux l-applikazzjoni immedjata tad-dispożizzjonijiet ġenerali ġodda u tal-lista aġġornata ta’ użi maħsuba għall-għalf għal skopijiet ta’ nutrizzjoni partikolari, huwa xieraq li jiġu previsti miżuri tranżizzjonali sabiex jiġi evitat tfixkil bla bżonn tal-prattiki kummerċjali u biex ma jinħoloqx piż amministrattiv bla bżonn fuq l-operaturi.

(12)

Fl-interess taċ-ċarezza u tar-razzjonalità, jenħtieġ li d-Direttiva 2008/38/KE titħassar u tiġi sostitwita b’Regolament, li ma fihx elementi li jkunu jeħtieġu traspożizzjonijiet mill-Istati Membri fil-liġi nazzjonali. L-aħħar emendi għal dik id-Direttiva kienu diġà saru permezz ta’ Regolamenti minħabba n-nuqqas ta’ bżonn ta’ traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-dispożizzjonijiet ikkonċernati. Barra minn hekk, ir-rekwiżiti ġenerali għat-tqegħid fis-suq u l-użu ta’ għalf maħsub għal skopijiet ta’ nutrizzjoni partikolari huma previsti fir-Regolament (KE) Nru 767/2009.

(13)

Sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jagħmlu l-aġġustamenti meħtieġa, jenħtieġ li jitħalla perjodu adegwat qabel ma dan ir-Regolament isir applikabbli.

(14)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għalf maħsub għal skopijiet ta’ nutrizzjoni partikolari fit-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 767/2009 jista’ jitqiegħed fis-suq biss jekk:

ikun hemm konformità mad-dispożizzjonijiet ġenerali għall-għalf maħsub għal skopijiet ta’ nutrizzjoni partikolari stipulati fil-Parti A tal-Anness ta’ dan ir-Regolament, u

l-użu maħsub tiegħu huwa inkluż fil-Parti B tal-Anness ta’ dan ir-Regolament u hemm konformità mad-dispożizzjonijiet tad-dħul rispettiv.

Artikolu 2

B’deroga mill-Artikolu 1, l-għalf maħsub għal skopijiet ta’ nutrizzjoni partikolari li jikkonforma mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2008/38/KE jista’ jibqa’ jitqiegħed fis-suq, sakemm tkun ġiet ippreżentata applikazzjoni għal użu maħsub inkluż fiha lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 767/2009 qabel il-25 ta’ Marzu 2021, u sakemm il-Kummissjoni tiddeċiedi dwar l-applikazzjoni rispettiva.

Artikolu 3

L-għalf maħsub għal skopijiet ta’ nutrizzjoni partikolari li ġie ttikkettat qabel il-25 ta’ Marzu 2022 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel il-25 ta’ Marzu 2020 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.

Artikolu 4

Id-Direttiva 2008/38/KE titħassar.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-25 ta’ Diċembru 2020.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Marzu 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 229, 1.9.2009, p. 1.

(2)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/38/KE tal-5 ta’ Marzu 2008 li tistabbilixxi lista ta’ użu intiż tal-materjali tal-għalf għall-annimali għal skopijiet partikolari nutrizzjonali (ĠU L 62, 6.3.2008, p. 9).


ANNESS

PARTI A

Dispożizzjonijiet ġenerali għall-għalf maħsub għal skopijiet ta’ nutrizzjoni partikolari

1.

Fejn hemm aktar minn grupp wieħed ta’ karatteristiċi nutrizzjonali essenzjali indikati fil-kolonna 2 tal-Parti B, indikati bi “u/jew” għall-istess skop ta’ nutrizzjoni partikolari, il-manifattur għandu l-għażla li juża wieħed mill-gruppi ta’ karatteristiċi essenzjali jew it-tnejn li huma, sabiex jintlaħaq l-għan nutrizzjonali partikolari ddefinit fil-kolonna 1 tal-Parti B. Għal kull għażla d-dikjarazzjonijiet tat-tikkettar korrispondenti huma mogħtija fil-kolonna 4 tal-Parti B.

2.

Fejn karatteristika nutrizzjonali essenzjali msemmija fil-kolonna 2 tal-Parti B tkun indikata kwantitattivament, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 767/2009 u t-tolleranzi permessi kif stabbiliti fl-Anness IV ta’ dak ir-Regolament. Jekk dak l-Anness ma jistabbilixxix tolleranza għat-tikkettar rispettiv partikolari, għandha tkun permessa devjazzjoni teknika ta’ +/- 15 %.

3.

Fejn jissemma addittiv fl-għalf fil-kolonna 2 jew fil-kolonna 4 tal-Parti B, id-dispożizzjonijiet dwar l-awtorizzazzjoni tal-addittiv(i) fl-għalf skont ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) huma applikabbli u l-użu tagħhom għandu jkun konformi mal-karatteristika nutrizzjonali essenzjali speċifikata.

4.

Fejn id-dikjarazzjoni ta’ sustanza, awtorizzata wkoll bħala addittiv fl-għalf, tkun meħtieġa fil-kolonna 4 tal-Parti B u tkun akkumpanjata mill-espressjoni “totali”, il-kontenut totali tas-sustanza għandu jkun ittikkettat taħt l-intestatura “kostitwenti analitiċi”.

5.

Id-dikjarazzjonijiet li għandhom jingħataw skont il-kolonna 4 tal-Parti B għandhom ikunu kwantitattivi mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

6.

Il-perjodu rrakkomandat tal-użu indikat fil-kolonna 5 tal-parti B jindika firxa li fiha normalment jenħtieġ li jintlaħaq l-iskopta’ nutrizzjoni. Il-manifatturi jistgħu jirreferu għal perjodi aktar preċiżi ta’ użu, fil-limiti stabbiliti.

7.

Fejn għalf maħsub għal skopijiet ta’ nutrizzjoni partikolari jkun maħsub biex jissodisfa aktar minn skop ta’ nutrizzjoni partikolari wieħed, dan għandu jikkonforma ma’ kull entrata rispettiva fil-Parti B.

8.

Fil-każ ta’ għalf supplimentari maħsub għal skopijiet ta’nutrizzjoni partikolari, il-gwida dwar il-bilanċ tar-razzjon ta’ kuljum trid tiġi pprovduta fl-istruzzjonijiet għall-użu xieraq.

9.

Meta għalf maħsub għal skopijiet ta’ nutrizzjoni partikolari jkollu mod ta’ użu xierqa maħsub għal amministrazzjoni orali individwali permezz ta’ bolus, dan għandu jiġi stabbilit fil-kolonna “dispożizzjonijiet oħra” tal-għalf rispettiv. Tali għalf għandu jkun fih esklussivament, inkluż kisi potenzjali, materjali tal-għalf u addittivi fl-għalf, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fl-entrata rispettiva. Huwa rrakkomandat li l-għalf maħsub għall-amministrazzjoni orali individwali jiġi amministrat minn veterinarju jew minn kwalunkwe persuna oħra kompetenti.

10.

Meta għalf maħsub għal skopijiet ta’ nutrizzjoni partikolari jitqiegħed fis-suq fil-forma ta’ bolus, li jkun materjal tal-għalf jew għalf supplimentari maħsub għall-amministrazzjoni orali individwali b’rilaxx ritardanti, jiġifieri aktar minn 24 siegħa, tal-komposti, it-tikkettar ta’ tali għalf għandu, jekk ikun applikabbli, isemmi għal kull addittiv fl-għalf li għalih huwa stabbilit kontenut massimu fl-għalf komplet il-perjodu massimu ta’ rilaxx kontinwu tal-bolus u r-rata ta’ rilaxx ta’ kuljum. L-operatur tan-negozju tal-għalf li jkun qed iqiegħed bolus fis-suq għandu jagħti prova li l-livell tal-addittiv disponibbli kuljum fis-sistema diġestiva mhux se jaqbeż, jekk ikun applikabbli, il-kontenut massimu tal-addittiv stabbilit għal kull kilogramma ta’ għalf komplet matul il-perjodu kollu tat-tagħlif (effett ta’ rilaxx ritardanti). Tali prova għandha tkun ibbażata fuq metodoloġija riveduta bejn il-pari jew analiżi interna.

11.

Fil-każ tal-użi maħsuba li għalihom fil-kolonna 2 konċentrazzjoni ta’ ċerti addittivi fl-għalf ogħla minn 100 darba l-kontenut massimu rilevanti stabbilit fl-għalf komplet tkun permessa għall-għalf supplimentari, il-konċentrazzjoni ta’ dawk l-addittivi fl-għalf m’għandhiex tkun ogħla minn 500 darba l-kontenut massimu stabbilit rilevanti fl-għalf komplet, ħlief fil-każ ta’ boluses kif imsemmi fil-punt 10. L-inkorporazzjoni ta’ tali għalf supplimentari fid-dieta tal-annimal għandha tiżgura li l-konsum tal-annimal jikkonforma mal-kontenut massimu stabbilit fl-għalf komplet.

PARTI B

Lista ta’ użi maħsuba

Numru tal-entrata

Skop ta’ nutrizzjoni partikolari

Karatteristiċi nutrizzjonali essenzjali (GP1)

Speċijiet jew kategorija tal-annimali

Dikjarazzjonijiet tat-tikkettar (GP2)

It-tul ta’ żmien irrakkomandat

Dispożizzjonijiet oħra

1

2

3

4

5

6

10

Għajnuna għall-funzjonament tal-kliewi f’każ ta’ insuffiċjenza renali kronika  (3)

Proteini u fosforu ta’ kwalità għolja ≤ 5 g/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %  (4) u proteina mhux raffinata ≤ 220 g/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % (4)

Klieb

Sors(i) ta’ proteina

Kalċju

Fosforu

Potassju

Sodju

Aċidi xaħmija essenzjali (jekk miżjuda)

Inizjalment sa sitt xhur  (5)

1.

L-għalf għandu jitqiegħed fis-suq bħala għalf komplet.

2.

Id-diġestibbiltà rrakkomandata tal-proteini: minimu ta’ 85 %.

3.

Fuq it-tikketta indika: “Huwa rrakkomandat li tieħu l-parir ta’ veterinarju qabel ma tuża l-prodott u qabel ma testendi l-perjodu tal-użu tiegħu.”

4.

Fl-istruzzjoni għall-użu xieraq indika: “L-annimali għandhom ikunu jistgħu jsibu l-ilma kull meta jriduh.”

Assorbiment tal-fosforu mnaqqas permezz taż-żieda ta’ Karbonat tal-lantanju ottaidrat

Klieb adulti

Sors(i) ta’ proteina

Kalċju

Fosforu

Potassju

Sodju

Aċidi xaħmija essenzjali (jekk miżjuda)

Karbonat tal-lantanju ottaidrat

Inizjalment sa sitt xhur  (5)

1.

Fuq it-tikketta indika: “Huwa rrakkomandat li tieħu l-parir ta’ veterinarju qabel ma tuża l-prodott u qabel ma testendi l-perjodu tal-użu tiegħu.”

2.

Fl-istruzzjoni għall-użu xieraq indika: “L-annimali għandhom ikunu jistgħu jsibu l-ilma kull meta jriduh.”

Proteini u fosforu ta’ kwalità għolja ≤ 6,5 g/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %  (4) u proteina mhux raffinata ≤ 320 g/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % (4)

Qtates

Sors(i) ta’ proteina

Kalċju

Fosforu

Potassju

Sodju

Aċidi xaħmija essenzjali (jekk miżjuda)

Inizjalment sa sitt xhur  (5)

1.

L-għalf għandu jitqiegħed fis-suq bħala għalf komplet.

2.

Id-diġestibbiltà rrakkomandata tal-proteini: minimu ta’ 85 %.

3.

Fuq it-tikketta indika: “Huwa rrakkomandat li tieħu l-parir ta’ veterinarju qabel ma tuża l-prodott u qabel ma testendi l-perjodu tal-użu tiegħu.”

4.

Fl-istruzzjoni għall-użu xieraq indika: “L-annimali għandhom ikunu jistgħu jsibu l-ilma kull meta jriduh.”

Assorbiment tal-fosforu mnaqqas permezz taż-żieda ta’ Karbonat tal-lantanju ottaidrat

Qtates adulti

Sors(i) ta’ proteina

Kalċju

Fosforu

Potassju

Sodju

Aċidi xaħmija essenzjali (jekk miżjuda)

Karbonat tal-lantanju ottaidrat

Inizjalment sa sitt xhur  (5)

1.

Fuq it-tikketta indika: “Huwa rrakkomandat li tieħu l-parir ta’ veterinarju qabel ma tuża l-prodott u qabel ma testendi l-perjodu tal-użu tiegħu.”

2.

Fl-istruzzjoni għall-użu xieraq indika: “L-annimali għandhom ikunu jistgħu jsibu l-ilma kull meta jriduh.”

Densità għolja ta’ enerġija b’aktar minn 8,8 MJ/kg ta’ għalf b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %.

Sorsi ta’ lamtu diġestibbli ħafna u li għandhom togħma tajba ħafna.

Livell ristrett ta’ proteina: ≤ 106 g ta’ proteina mhux raffinata għal kull kg ta’ għalf b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %.

Livell ta’ sodju: 2 g/100 kg ta’ BW kuljum.

Livell għoli ta’ aċidu ejkosapentenojku u somma dokosaeżaenojka ≥ 0,2 g għal kull kg ta’ BW0,75 kuljum

Ekwini

Sors(i) ta’ proteini u enerġija

Kalċju

Fosforu

Potassju

Manjeżju

Sodju

Somma tal-aċidu ejkosapentaenojku u l-aċidu dokosaeżaenojku

Inizjalment sa sitt xhur.

Fit-tul jew sakemm tiġi solvuta l-kwistjoni

1.

L-għalf għandu jitqiegħed fis-suq bħala għalf supplimentari

2.

Fuq it-tikketta indika:

“Huwa rrakkomandat li tieħu l-parir ta’ veterinarju qabel ma tuża l-prodott jew qabel ma testendi l-perjodu tal-użu tiegħu.”

L-għalf supplimentari ma għandux jintuża f’każ ta’ ipernatremija u iperklormija.

Jenħtieġ li l-għalf supplimentari jikkontribwixxi għal mill-inqas 10 sa 20 % mill-għoti tal-enerġija ta’ kuljum (bejn wieħed u ieħor 0,05 sa 0,1 MJ/kg BW0,75 kuljum).

3.

Jenħtieġ li r-razzjon jiżgura għoti ta’ enerġija > 0,62 MJ/kg BW0,75kuljum.

4.

Ir-razzjon ma għandux jaqbeż il-50 mg ta’ kalċju għal kull kg u ta’ materja niexfa kuljum.

5.

Fl-istruzzjoni għall-użu xieraq indika: “L-annimali għandhom ikunu jistgħu jsibu l-ilma kull meta jriduh.”

11

Tnaqqis fil-formazzjoni tal-ġebel tal-ossalat

Livell baxx ta’ kalċju, livell baxx ta’ vitamina D, u proprjetajiet ta’ alkalizzazzjoni tal-awrina

Klieb u qtates

Fosforu

Kalċju

Sodju

Manjeżju

Potassju

Kloruri

Kubrit

Vitamina D (totali)

Idrossiprolina

Sustanzi tal-alkalizzazzjoni tal-awrina

Sa sitt xhur

Fuq it-tikketta indika:

“Huwa rrakkomandat li tieħu l-parir ta’ veterinarju qabel ma tuża l-prodott.”

12

Regolamentazzjoni tal-għoti tal-glukożju (Diabetes mellitus)

Zokkor totali (monosakkaridi u disakkaridi) ≤ 62 g/kg ta’ għalf komplet bi ndewwa ta’ 12 % (4)

Klieb u qtates

Sors(i) ta’ karboidrati

Trattament tal-karboidrati, jekk xieraq

Lamtu

Zokkor totali

Fruttożju (jekk miżjud)

Aċidi xaħmija essenzjali (jekk miżjuda)

Sors(i) ta’ aċidi xaħmija b’katina qasira u medja (jekk miżjuda)

Inizjalment sa sitt xhur

1.

L-għalf għandu jitqiegħed fis-suq bħala għalf komplet.

2.

Fuq it-tikketta indika:

“Livell baxx ta’ monosakkaridi u disakkaridi”

“Huwa rrakkomandat li tieħu l-parir ta’ veterinarju qabel ma tuża l-prodott u qabel ma testendi l-perjodu tal-użu tiegħu.”

13

Tnaqqis tal-intolleranzi tal-ingredjenti u tan-nutrijenti (6)

Numru magħżul u limitat tas-sors(i) ta’ proteina

U/jew

sors(i) ta’ proteini idrolizzati

U/jew

sors(i) ta’ karboidrati magħżula

Klieb u qtates

Is-sorsi tal-proteini inkluż it-trattament, jekk xieraq (jekk miżjuda).

Is-sors(i) tal-karboidrati inkluż it-trattament, jekk xieraq (jekk miżjuda).

Aċidi xaħmija essenzjali (jekk miżjuda)

minn tliet sa tmien ġimgħat: jekk is-sinjali tal-intolleranza jisparixxu, dan l-għalf jista’ jintuża inizjalment sa sena.

1.

L-għalf għandu jitqiegħed fis-suq bħala għalf komplet.

2.

Huwa rrakkomandat li l-għadd ta’ sorsi ta’ proteini ewlenin jiġi limitat għal 3.

3.

Fuq it-tikketta indika:

Il-kombinazzjoni xierqa tal-karatteristiċi nutrizzjonali essenzjali, kif applikabbli

“Huwa rrakkomandat li tieħu l-parir ta’ veterinarju qabel ma tuża l-prodott jew qabel ma testendi l-perjodu tal-użu tiegħu.”

14

Tnaqqis tal-formazzjoni ta’ ġebel ċistina

Proprjetajiet tal-alkalizzazzjoni tal-awrina u proteina mhux raffinata ≤ 160 g/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % (4)

Jew

Proteini magħżula għal kontenut limitat ta’ ċistina u ċisteina (eż. kaseina, proteina tal-piżelli, proteina tas-sojja) u proteina mhux raffinata ≤ 220 g/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % (4)

Klieb

Amminoaċidi tal-kubrit (totali)

Sorsi ta’ proteina

Sodju

Potassju

Kloruri

Sustanzi tal-alkalinizzazzjoni tal-awrina (jekk miżjuda)

Inizjalment sa sitt xhur

1.

L-għalf għandu jitqiegħed fis-suq bħala għalf komplet.

2.

Fl-istruzzjoni għall-użu xieraq indika:

“L-annimali għandhom ikunu jistgħu jsibu l-ilma kull meta jriduh”

3.

Fuq it-tikketta indika:

“Proprjetajiet tal-alkalinizzazzjoni tal-awrina u livell baxx ta’ proteini” jew “Livell baxx ta’ proteini magħżula”, kif applikabbli.

“Huwa rrakkomandat li tieħu l-parir ta’ veterinarju qabel ma tuża l-prodott jew qabel ma testendi l-perjodu tal-użu tiegħu.”

4.

Għall-kunsiderazzjoni tal-veterinarju jew tan-nutrizzjonista: Proprjetajiet ta’ alkalinizzazzjoni tfisser li d-dieta għandha tkun ifformulata sabiex ikun immirat pH fl-awrina ≥ 7.

15

Restawr nutrizzjonali, konvalexxenza (7)

Ingredjenti faċilment diġeribbli b’

densità tal-enerġija ≥ 3520 kcal u proteina mhux raffinata ≥ 250 g għal kull kg ta’ għalf komplet b’livell ta’ ndewwa ta’ 12 % (4)

Klieb

Sorsi ta’ ingredjenti faċilment diġeribbli, inkluż it-trattament tagħhom, jekk ikun xieraq

Valur tal-enerġija

Sakemm jintlaħaq ir-restawr

1.

Diġestibbiltà evidenti rrakkomandata ta’ Materja Niexfa ≥ 80 % jew ta’ Materja Organika ≥ 85 %.

2.

Fil-każ ta’ għalf maħsub biex jingħata permezz ta’ tubi, dan li ġej għandu jkun indikat fuq il-pakkett, il-kontenitur jew it-tikketta: “Amministrazzjoni taħt superviżjoni veterinarja.”

3.

It-tikkettar jista’ jindika ċ-ċirkostanza(i) speċifika(speċifiċi) li għaliha(għalihom) huwa maħsub l-għalf djetetiku.

4.

Fuq it-tikketta indika:

“Densità kbira ta’ enerġija, konċentrazzjonijiet għolja ta’ nutrijenti essenzjali u ingredjenti faċilment diġeribbli”

Ingredjenti faċilment diġeribbli b’densità ta’ enerġija ≥ 3520 kcal u proteina mhux raffinata ≥ 270 g għal kull kg ta’ għalf komplet b’livell ta’ ndewwa ta’ 12 % (4)

Qtates

16

Tnaqqis tal-formazzjoni tal-ġebel fl-urat

Proteina mhux raffinata ≤ 130 g/kg ta’ għalf komplet b’livell ta’ ndewwa ta’ 12 % (4)

Jew

Proteina mhux raffinata ≤ 220 g/kg ta’ għalf komplet b’livell ta’ ndewwa ta’ 12 % (4) u sorsi ta’ proteina magħżula

Klieb

Sors(i) ta’ proteina

Sa sitt xhur, iżda użu tul il-ħajja f’każ ta’ disturb irriversibbli tal-metaboliżmu tal-aċidu uriku

1.

L-għalf għandu jitqiegħed fis-suq bħala għalf komplet.

2.

Jenħtieġ li jitqiesu l-kwalità tal-proteina u l-livell ta’ purini meta jintgħażel is-sors tal-proteina. Eżempji ta’ sorsi ta’ proteina magħżula ta’ kwalità għolja b’livell baxx ta’ purini jinkludu l-bajd, il-kaseina, il-proteini tas-sojja, u l-glutina tal-qamħirrum.

3.

Fl-istruzzjoni għall-użu xieraq indika: “L-annimali għandhom ikunu jistgħu jsibu l-ilma kull meta jriduh”.

4.

Fuq it-tikketta indika:

“Huwa rrakkomandat li tieħu l-parir ta’ veterinarju qabel ma tuża l-prodott.”

“Livell baxx ta’ proteini” jew “Livell ristrett ta’ proteini u sorsi magħżula ta’ proteini”, kif xieraq.

Proteina mhux raffinata ≤ 317 g/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % (4)

Qtates

1.

L-għalf għandu jitqiegħed fis-suq bħala għalf komplet.

2.

Il-kwalità tal-proteina u l-livell ta’ purini għandhom jitqiesu meta jintgħażel is-sors tal-proteina. Eżempji ta’ sorsi ta’ proteina magħżula ta’ kwalità għolja b’livell baxx ta’ purini jinkludu l-bajd, il-kaseina, il-proteini tas-sojja, u l-glutina tal-qamħirrum.

3.

Fuq it-tikketta indika:

“Huwa rrakkomandat li tieħu l-parir ta’ veterinarju qabel ma tuża l-prodott.”

“Livell ristrett ta’ proteini”

4.

Fl-istruzzjoni għall-użu xieraq indika: “L-annimali għandhom ikunu jistgħu jsibu l-ilma kull meta jriduh”.

17

Dissoluzzjoni ta’ ġebel struvit (8)

Proprjetajiet ta’ nuqqas ta’ saturazzjoni tal-awrina (9) għall-istruvit

U/jew

Proprjetajiet ta’ aċidifikazzjoni tal-awrina  (10)

U

Manjeżju ≤ 1,8 g/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % (4)

Klieb u qtates

Fosforu

Kalċju

Sodju

Manjeżju

Potassju

Klorur

Kubrit

minn ħames ġimgħat sa 12-il ġimgħa

1.

L-għalf għandu jitqiegħed fis-suq bħala għalf komplet.

2.

Fuq it-tikketta indika:

“Huwa rrakkomandat li tieħu l-parir ta’ veterinarju qabel ma tuża l-prodott u qabel ma testendi l-perjodu tal-użu tiegħu.”

“Karatteristiċi ta’ nuqqas ta’ saturazzjoni tal-awrina għall-istruvit u/jew Karatteristiċi tal-aċidifikazzjoni tal-awrina.”

3.

Fl-istruzzjoni għall-użu xieraq indika: “L-annimali għandhom ikunu jistgħu jsibu l-ilma kull meta jriduh.”

4.

Dikjarazzjoni ta’ konformità li tappoġġja l-proprjetajiet tan-nuqqas ta’ saturazzjoni u/jew tal-aċidifikazzjoni tad-dieta għandha tkun disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti rilevanti fuq talba.

18

Tnaqqis tar-rikorrenza tal-ġebel struvit (8)

Għalf komplet bi proprjetajiet ta’ nuqqas ta’ saturazzjoni (9) jew ta’ metastabbilizzazzjoni (11) tal-awrina għall-istruvit

U/jew

Dieta bil-proprjetajiet tal-aċidifikazzjoni tal-awrina  (10)

U

Manjeżju ≤ 1,8 g/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % (4)

Klieb u qtates

Fosforu

Kalċju

Sodju

Manjeżju

Potassju

Klorur

Kubrit

Inizjalment sa sitt xhur

1.

L-għalf għandu jitqiegħed fis-suq bħala għalf komplet.

2.

Fuq it-tikketta indika:

“Huwa rrakkomandat li tieħu l-parir ta’ veterinarju qabel ma tuża l-prodott u qabel ma testendi l-perjodu tal-użu tiegħu.”

“Proprjetajiet ta’ nuqqas ta’ saturazzjoni jew ta’ metastabbilizzazzjoni tal-awrina għall-istruvit u/jew Proprjetajiet tal-aċidifikazzjoni tal-awrina”

3.

Fl-istruzzjoni għall-użu xieraq indika: “L-annimali għandhom ikunu jistgħu jsibu l-ilma kull meta jriduh.”

4.

Dikjarazzjoni ta’ konformità li tappoġġja l-proprjetajiet ta’ nuqqas ta’ saturazzjoni jew ta’ metastabbilizzazzjoni u/jew tal-aċidifikazzjoni tad-dieta għandha ssir disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti rilevanti fuq talba.

19

Kumpens għal diġestjoni ħażina (12)

Dieta faċilment diġeribbli:

Diġestibbiltà evidenti ta’

għalf b’kontenut baxx ta’ fibra (fibra mhux raffinata ≤ 44 g għal kull kg ta’ għalf komplet b’livell ta’ ndewwa ta’ 12 % (4)):

Proteina mhux raffinata≥ 85 %

Xaħam mhux raffinat ≥ 90 %

Jew

għalf b’kontenut akbar ta’ fibra (fibra mhux raffinata > 44 g għal kull kg ta’ għalf komplet b’livell ta’ ndewwa 12 % (4)):

Proteina mhux raffinata ≥ 80 %

Xaħam mhux raffinat ≥ 80 %

Klieb u qtates

Sorsi ta’ ingredjenti faċilment diġeribbli, inkluż it-trattament tagħhom, jekk ikun xieraq

Inizjalment sa 12-il ġimgħa u tul il-ħajja fil-każ ta’ insuffiċjenza kronika tal-frixa

1.

L-għalf għandu jitqiegħed fis-suq bħala għalf komplet.

2.

Fuq it-tikketta indika:

“Għalf faċilment diġeribbli”

“Huwa rrakkomandat li tieħu l-parir ta’ veterinarju qabel ma tuża l-prodott.”

20

Tnaqqis ta’ disturbi fl-assorbiment intestinali

Dieta faċilment diġeribbli:

Diġestibbiltà evidenti ta’

għalf b’kontenut baxx ta’ fibra (fibra mhux raffinata ≤ 44 g għal kull kg ta’ għalf komplet b’livell ta’ ndewwa ta’ 12 % (4)):

Proteina mhux raffinata≥ 85 %

Xaħam mhux raffinat ≥ 90 %

Jew

għalf b’kontenut akbar ta’ fibra (fibra mhux raffinata > 44 g għal kull kg ta’ għalf komplet b’livell ta’ ndewwa ta’ 12 % (4)):

Proteina mhux raffinata≥ 80 %

Xaħam mhux raffinat ≥ 80 %

U

Sodju daqs jew aktar minn 1,8 g għal kull kg ta’ għalf komplet b’livell ta’ ndewwa ta’ 12 %  (4)

U

Potassju ≥ 5 g għal kull kg ta’ għalf komplet b’livell ta’ ndewwa ta’ 12 % (4)

Klieb u qtates

Sorsi ta’ ingredjenti faċilment diġeribbli, inkluż it-trattament tagħhom, jekk ikun xieraq

Sodju

Potassju

Sa 12-il ġimgħa

Fuq it-tikketta indika:

“Għalf faċilment diġeribbli b’kontenut akbar ta’ sodju u potassju”

“Huwa rrakkomandat li tieħu l-parir ta’ veterinarju qabel ma tuża l-prodott.”

21

Tnaqqis ta’ disturbi akuti fl-assorbiment intestinali

Livell ogħla ta’ elettroliti:

Sodju ≥ 1,8 %

Potassju ≥ 0,6 %

U

Karboidrati faċilment diġeribbli:

≥ 32 %

Klieb u qtates

Sodju

Potassju

Sors(i) ta’ karboidrati

Jum sa sebat ijiem

1.

L-għalf għandu jitqiegħed fis-suq bħala għalf supplimentari.

2.

Fuq it-tikketta indika:

“Matul perjodi ta’ dijarea akuta u l-irkupru minnha”

“Huwa rrakkomandat li tieħu l-parir ta’ veterinarju qabel ma tuża l-prodott.”

3.

Fil-każ ta’ għalf solidu, il-firxa ta’ elettroliti rrakkomandata għandha tiġi kkalkolata abbażi tat-teħid volontarju normali ta’ kuljum tal-ilma.

22

Sostenn għall-metaboliżmu lipidu fil-każ ta’ iperlipidimija

Xaħam (13) ≤ 110 g/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % (14)

Klieb u qtates

Xaħam mhux raffinat

Inizjalment sa xahrejn

1.

L-għalf għandu jitqiegħed fis-suq bħala għalf komplet.

2.

Fuq it-tikketta indika:

“Huwa rrakkomandat li tieħu l-parir ta’ veterinarju qabel ma tuża l-prodott jew qabel ma testendi l-perjodu tal-użu tiegħu.”

“Livell baxx ta’ xaħam”

23

Sostenn għall-funzjonament tal-fwied f’każ ta’ insuffiċjenza kronika tal-fwied

Livell moderat ta’ proteina:

Proteina mhux raffinata ≤ 279 g/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % (4) għall-klieb

Proteina mhux raffinata ≤ 370 g/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %  (4) għall-qtates

U

Sorsi ta’ proteina magħżula

U

Diġestibbiltà rrakkomandata għall-proteina fid-dieta ≥ 85 %

Klieb u qtates

Sors(i) ta’ proteina

Ram (totali)

Sodju

Inizjalment sa erba’ xhur

1.

L-għalf għandu jitqiegħed fis-suq bħala għalf komplet.

2.

Eżempji ta’ sorsi ta’ proteina magħżula bbażati fuq diġestibbiltà għolja: proteini tal-ħalib (xorrox, kaseina, ħalib, ġobon moxx), proteini oħra bbażati fuq l-annimali (bajd, tjur) u proteini veġetali (sojja).

3.

Fl-istruzzjoni għall-użu xieraq indika: “L-annimali għandhom ikunu jistgħu jsibu l-ilma kull meta jriduh.”

4.

Fuq it-tikketta indika:

“Livell moderat ta’ proteini, magħżula u faċilment diġeribbli”

“Huwa rrakkomandat li tieħu l-parir ta’ veterinarju qabel ma tuża l-prodott.”

Livell baxx ta’ proteini iżda ta’ kwalità għolja u karboidrati faċilment diġeribbli

Ekwini

Sorsi ta’ proteini u fibri

Karboidrati faċilment diġeribbli, inkluż it-trattament tagħhom, jekk xieraq

Metijonina

Kolina

Kontenut ta’ aċidi xaħmija n-3 (jekk miżjuda)

Inizjalment sa sitt xhur

1.

Fuq it-tikketta indika:

“Huwa rrakkomandat li tieħu l-parir ta’ veterinarju qabel ma tuża l-prodott jew qabel ma testendi l-perjodu tal-użu tiegħu.”

2.

Jenħtieġ li tingħata gwida dwar il-mod li bih l-għalf għandu jingħata inkluż ħafna ikliet żgħar kuljum.

24

Għajnuna għall-funzjonament tal-qalb f’każ ta’ insuffiċjenza kardijaka kronika

Livell ristrett tas-sodju:

Sodju ≤ 2,6 g għal kull kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % (4)

Klieb u qtates

Manjeżju

Potassju

Sodju

Inizjalment sa sitt xhur

1.

L-għalf għandu jitqiegħed fis-suq bħala għalf komplet.

2.

Fuq it-tikketta indika: “Huwa rrakkomandat li tieħu l-parir ta’ veterinarju qabel ma tuża l-prodott u qabel ma testendi l-perjodu tal-użu tiegħu.”

25

Tnaqqis tal-piż eċċessiv tal-ġisem

Enerġija Metabolizzabbli < 3060 kcal/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % (15)

Jew

Enerġija Metabolizzabbli < 560 kcal/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 85 % (15)

Klieb

Valur tal-enerġija

Sakemm il-piż tal-ġisem fil-mira jintlaħaq u wara jekk ikun meħtieġ biex jinżamm il-piż tal-ġisem fil-mira

1.

L-għalf għandu jitqiegħed fis-suq bħala għalf komplet.

2.

Biex jiġi żgurat li r-rekwiżiti minimi jiġu ssodisfati, il-livelli ta’ nutrijenti ta’ dieta għal tnaqqis ta’ piż eċċessiv jenħtieġ li jiżdiedu kif meħtieġ biex jikkumpensaw għall-konsum ristrett tal-enerġija ta’ kuljum (16)

3.

Fuq it-tikketta indika:

“Huwa rrakkomandat li tieħu l-parir ta’ veterinarju qabel ma tuża l-prodott.”

“Għall-qtates, huwa rrakkomandat perjodu ta’ tranżizzjoni meta tibda d-dieta.”

“Għal telf ta’ piż effiċjenti jew manteniment ta’ piż ideali, il-konsum tal-enerġija ta’ kuljum rrakkomandat m’għandux jinqabeż.”

Enerġija Metabolizzabbli < 3190 kcal għal kull kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %  (15)

Jew

Enerġija Metabolizzabbli < 580 kcal għal kull kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 85 %  (15)

Qtates

26

Sostenn għall-funzjoni tal-ġilda fil-każ ta’ dermatożi u telf eċċessiv ta’ xagħar

Aċidu linolejku ≥ 12,3 g għal kull kg u s-somma ta’ aċidu ejkosapentaenojku u aċidu dokosaeżaenojku ≥ 2,9 g għal kull kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % (4)

Klieb u qtates

Aċidu linolejku

Somma tal-aċidu ejkosapentaenojku u l-aċidu dokosaeżaenojku

Inizjalment sa xahrejn

Fuq it-tikketta indika:

“Huwa rrakkomandat li tieħu l-parir ta’ veterinarju qabel ma tuża l-prodott.”

“Livell għoli ta’ aċidu linolejku (LA) u tas-somma tal-aċidu ejkosapentaenojku (EPA) u tal-aċidu dokosaeżaenojku (DHA)”

Aċidu linolejku ≥ 18,5 g għal kull kg u s-somma ta’ aċidu ejkosapentaenojku u aċidu dokosaeżaenojku ≥ 0,39 g għal kull kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % (4)

Klieb

Aċidu linolejku ≥ 18,5 g għal kull kg u s-somma ta’ aċidu ejkosapentaenojku u aċidu dokosaeżaenojku ≥ 0,09 g għal kull kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % (4)

Qtates

27

Sostenn għall-metaboliżmu tal-ġogi fil-każ ta’ osteoartrite

Totali ta’ aċidi xaħmija tal-omega-3 ≥ 29 g għal kull kg u aċidu ejkosapentaenojku ≥ 3,3 g għal kull kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % (4)

U

Livell adegwat ta’ vitamina E

Klieb

Aċidi xaħmin tal-omega-3 (totali)

Aċidu ejkosapentaenojku (totali)

Vitamina E (totali)

Inizjalment sa tliet xhur

Fuq it-tikketta indika:

“Huwa rrakkomandat li tieħu l-parir ta’ veterinarju qabel ma tuża l-prodott u qabel ma testendi l-perjodu tal-użu tiegħu.”

Total ta’ aċidi xaħmija tal-omega-3 ≥ 10,6 g għal kull kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % (4) u aċidu dokosaeżaenojku ≥ 2,5 g għal kull kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % (4)

U

Livelli ogħla ta’ metjonina u manganiż

Livelli xierqa ta’ vitamina E.

Qtates

Aċidi xaħmin tal-omega-3 (totali)

Aċidu dokosaeżaenojku (totali)

Metijonina (totali)

Manganiż (totali)

Vitamina E (totali)

 

28

Tnaqqis tar-ram fil-fwied

Livell ristrett tar-ram: ram ≤ 8,8 mg għal kull kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % (4)

Klieb

Ram (totali)

Inizjalment sa sitt xhur

1.

L-għalf għandu jitqiegħed fis-suq bħala għalf komplet.

2.

Fuq it-tikketta indika:

“Huwa rrakkomandat li tieħu l-parir ta’ veterinarju qabel ma tuża l-prodott u qabel ma testendi l-perjodu tal-użu tiegħu.”

29

Tnaqqis tal-livelli tal-jodju fl-għalf f’każ ta’ ipertirojdiżmu

Livell ristrett tal-jodju: jodju ≤ 0,26 mg għal kull kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % (4)

Qtates

Jodju (totali)

Inizjalment sa tliet xhur

1.

L-għalf għandu jitqiegħed fis-suq bħala għalf komplet.

2.

Fuq it-tikketta indika:

“Huwa rrakkomandat li tieħu l-parir ta’ veterinarju qabel ma tuża l-prodott u qabel ma testendi l-perjodu tal-użu tiegħu.”

30

Sostenn f’sitwazzjonijietta’ stress, li se jwasslu biex titnaqqas l-imġiba assoċjata

1-3 g ta’ kaseina bovina idrolizzata bit-tripsina għal kull kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % (4)

Klieb

Kaseina bovina idrolizzata bit-tripsina

Inizjalment sa xahrejn

1.

L-għalf għandu jitqiegħed fis-suq bħala għalf komplet.

2.

Fuq it-tikketta indika:

“Huwa rrakkomandat li tieħu l-parir ta’ veterinarju qabel ma tuża l-prodott u qabel ma testendi l-perjodu tal-użu tiegħu.”

50

Sostenn għat-tħejjija għall-estru u r-riproduzzjoni

Livell għoli ta’ selenju u kontenut minimu ta’ vitamina E għal kull kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %, għall-ħnieżer 50 mg, għall-fniek 35 mg, għall-klieb, il-qtates, il-mink 88 mg; kontenut minimu ta’ vitamina E kuljum għal kull annimal, għall-ovini 100 mg, għall-bovini 300 mg u għaż-żwiemel 1 100 mg

Jew

Livell(i) għoli/għolja ta’ vitamini A u/jew vitamina D u/jew kontenut minimu ta’ betakaroten ta’ 300 mg kuljum għal kull annimal.

L-għalf supplimentari jista’ jkun fih is-selenju, u l-vitamini A u D f’konċentrazzjoni ogħla minn 100 darba daqs il-kontenut massimu rilevanti stabbilit għall-għalf komplet.

Mammiferi

L-ismijiet u l-ammonti totali ta’ kull mikroelement u vitamina miżjuda

Baqar: ġimagħtejn qabel tmiem il-ġestazzjoni sa meta tiġi kkonfermata ġestazzjoni oħra.

Ħnieżer nisa: minn sebat ijiem qabel ma jwelldu sa tliet ijiem wara u minn sebat ijiem qabel it-tgħammir sa tliet ijiem wara.

Mammiferi nisa oħrajn: mill-aħħar ftit tal-ġestazzjoni sa meta tiġi kkonfermata ġestazzjoni oħra.

Irġiel: waqt perjodi ta’ attività riproduttiva.

1.

Hija permessa l-applikazzjoni fil-forma ta’ bolus. Bolus jista’ jkun fih sa 20 % ħadid f’forma inerti, mhux bijodisponibbli, biex tiżdied id-densità tiegħu.

2.

L-istruzzjonijiet għall-użu xieraq tal-għalf għandhom jiżguraw li l-kontenut massimu legali għall-għalf komplet jiġi rispettat.

3.

Fuq it-tikketta tal-għalf indika gwida għas-sitwazzjonijiet li fihom l-użu tal-għalf huwa xieraq.

 

Livell(i) għoli/għolja ta’ vitamina A u/jew vitamina D

Jew

Livell(i) għoli/għolja ta’ selenju u/jew żingu u/jew kontenut minimu ta’ 40 mg/kg ta’ vitamina E fl-għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %.

L-għalf supplimentari jista’ jkun fih is-selenju, iż-żingu u l-vitamini A u D b’konċentrazzjoni ogħla minn 100 darba daqs il-kontenut massimu rilevanti stabbilit għall-għalf komplet.

Għasafar

L-ismijiet u l-ammonti totali ta’ kull mikroelement u vitamina miżjuda

Għan-nisa: waqt l-estru

Għall-irġiel: waqt perjodi ta’ attività riproduttiva

51

Sostenn għar-riġenerazzjoni ta’ qwieqeb, saqajn u ġilda

Livell għoli ta’ żingu.

L-għalf supplimentari jista’ jkun fih iż-żingu b’konċentrazzjoni ogħla minn 100 darba daqs il-kontenut massimu rilevanti stabbilit għall-għalf komplet.

Żwiemel, ruminanti u ħnieżer

Żingu (totali)

Metijonina (totali)

Bijotina (jekk miżjuda)

Sa tmien ġimgħat

1.

L-istruzzjonijiet għall-użu xieraq tal-għalf għandhom jiżguraw li l-kontenut massimu legali taż-żingu, għall-għalf komplet jiġi rrispettat.

2.

Hija permessa l-applikazzjoni fil-forma ta’ bolus għar-ruminanti. Bolus jista’ jkun fih sa 20 % ħadid f’forma inerti, mhux bijodisponibbli, biex tiżdied id-densità tiegħu.

52

Sostenn għal żbilanċi nutrizzjonali fi tranżizzjoni tad-dieta

Permezz tal-għalf djetetiku jingħata mill-inqas:

Selenju: 0,1 mg/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %

U/jew

Żingu: 15 mg/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %

U/jew

Ram: 2 mg/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % għan-nagħaġ u 5 mg/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % għal speċijiet oħra

U/jew

Vitamina A: 2000 UI/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %

U/jew

Vitamina D: 400 UI/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %

U/jew

Vitamina E: 35 mg/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % għat-tjur, 10 mg/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % għar-ruminanti, 40 mg/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % għall-fniek u 20 mg/kg ta’ għalf komplet għall-ħnieżer b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %

L-għalf supplimentari jista’ jkun fih is-selenju, iż-żingu, ir-ram, il-vitamina A u l-vitamina D b’konċentrazzjoni ogħla minn 100 darba daqs il-kontenut massimu rilevanti stabbilit għall-għalf komplet.

Ruminanti

Ħnieżer

Fniek

Tjur

L-isem u l-ammont totali tal-addittivi nutrittivi, jekk ikun xieraq

Minn jumejn (2) sa 15-il jum

1.

Hija permessa l-applikazzjoni fil-forma ta’ bolus għar-ruminanti u l-ħnieżer. Bolus jista’ jkun fih sa 20 % ħadid f’forma inerti, mhux bijodisponibbli, biex tiżdied id-densità tiegħu.

2.

L-istruzzjonijiet għall-użu xieraq tal-għalf għandhom jiżguraw li l-kontenut massimu legali għall-għalf komplet jiġi rispettat.

3.

Fuq it-tikketta tal-għalf indika gwida għas-sitwazzjonijiet li fihom l-użu tal-għalf huwa xieraq.

53

Sostenn għall-ftim

Permezz tal-għalf djetetiku jingħata mill-inqas:

Selenju: 0,1 mg/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %

U/jew

Żingu: 15 mg/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %

U/jew

Ram: 2 mg/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % għan-nagħaġ u 5 mg/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % għal speċijiet oħra

U/jew

Jodju: 0,2 mg/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %

U/jew

Manganiż: 20 mg/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %

U/jew

Vitamina A: 1500 UI/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %

U/jew

Vitamina D: 400 UI/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %

U/jew

Vitamina E: 100 mg/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % għall-għoġġiela u 50 mg/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % għall-ħrief, il-gidjien u l-ħnieżer.

L-għalf supplimentari jista’ jkun fih is-selenju, iż-żingu, ir-ram, il-jodju, il-manganiż u l-vitamini A u D b’konċentrazzjoni ogħla minn 100 darba daqs il-kontenut massimu rilevanti stabbilit għall-għalf komplet.

Mammiferi

L-isem u l-ammont totali tal-addittivi nutrittivi, jekk ikun xieraq

Sa erba’ ġimgħat madwar il-ftim

1.

L-istruzzjonijiet għall-użu xieraq tal-għalf għandhom jiżguraw li l-kontenut massimu legali għall-għalf komplet jiġi rispettat.

2.

Fuq it-tikketta tal-għalf indika gwida għas-sitwazzjonijiet li fihom l-użu tal-għalf huwa xieraq.

54

Sostenn għar-riġenerazzjoni tal-ġilda u l-appendiċi

Permezz tal-għalf djetetiku jingħataw mill-inqas komposti taż-żingu li jikkorrispondu għal 20 mg/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %

U

Livell għoli ta’ram u/jew jodju u/jew selenju

u/jew

vitamina B6 u/jew vitamina E u/jew vitamina A

u/jew

metijonina u/jew ċistina u/jew

jingħata mill-inqas 0,4 mg bijotin/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % għar-ruminanti.

L-għalf supplimentari jista’ jkun fih iż-żingu, ir-ram, il-jodju, is-selenju u l-vitamini A b’konċentrazzjoni ogħla minn 100 darba daqs il-kontenut massimu rilevanti stabbilit għall-għalf komplet.

Mammiferi u tjur

L-isem u l-ammont totali tal-addittivi nutrittivi, jekk ikun xieraq

Sa tmien ġimgħat

Għalf supplimentari għar-ruminanti li fih il-bijotina: Sa sitt xhur

1.

L-istruzzjonijiet għall-użu xieraq tal-għalf għandhom jiżguraw li l-kontenut massimu legali għall-għalf komplet jiġi rispettat.

2.

Fuq it-tikketta tal-għalf indika gwida għas-sitwazzjonijiet li fihom l-użu tal-għalf huwa xieraq.

55

Stabbilizzazzjoni tal-bilanċ tal-ilma u l-elettroliti biex tgħin id-diġestjoni fiżjoloġika

B’mod predominanti elettroliti: sodju, potassju u kloruri

Kapaċità mewwieta (21) fil-każ ta’ għalf likwidu: minimu ta’ 60 mmol f’kull litru tax-xarba mħallta bil-lest għat-tagħlif

Karboidrati diġeribbli ħafna

Għoġġiela, ħnieżer, ħrief, gidjien u mħar

Sodju

Potassju

Kloruri

Sors(i) ta’ karboidrati

Bikarbonati u/jew ċitrati (jekk ikunu miżjuda)

Bejn jum u sebat ijiem

1.

Il-medda rakkomandata tal-elettroliti f’kull litru ta’ xarba lesta għat-tagħlif:

Sodju: 1,7 g –3,5 g

Potassju: 0,4 g – 2 g

Kloruri: 1 g –2,8 g

2.

Fil-każ ta’ għalf solidu, il-firxa ta’ elettroliti rrakkomandata għandha tiġi kkalkolata abbażi tat-teħid volontarju normali ta’ kuljum tal-ilma.

3.

Fuq it-tikketta indika:

“Fil-każ ta’ riskju ta’ disturbi diġestivi, waqt perjodi ta’ disturbi diġestivi, jew waqt il-konvalexxenza minn disturbi diġestivi (dijarea).”

“Huwa rrakkomandat li tieħu l-parir ta’ veterinarju qabel ma tuża l-prodott u qabel ma testendi l-perjodu tal-użu tiegħu.”

4.

Fl-istruzzjoni għall-użu xieraq indika:

Id-doża rrakkomandata tax-xarba lesta mħallta u ta’ ħalib, jekk rilevanti.

Fil-każ li l-bikarbonati u/jew iċ-ċitrati jaqbżu l-40 mmol f’kull litru tax-xarba lesta mħallta għat-tagħlif tar-ruminanti: “Għandu jiġi evitat it-tagħlif bil-ħalib fl-istess ħin lill-annimali li jkollhom l-abomasum.”

56

Tnaqqis tar-riskju ta’ tetanja (ipomanjesimja)

Livell għoli ta’ manjeżju,

karboidrati disponibbli faċilment,

livell moderat ta’ proteini u

livell baxx ta’ potassju

Ruminanti

Lamtu

Zokkrijiet (totali)

Manjeżju

Sodju

Potassju

minn tliet sa 10 ġimgħat waqt perjodi ta’ tkabbir mgħaġġel tal-ħaxix

1.

Hija permessa l-applikazzjoni fil-forma ta’ bolus. Bolus jista’ jkun fih sa 20 % ħadid f’forma inerti, mhux bijodisponibbli, biex tiżdied id-densità tiegħu.

2.

Fl-istruzzjonijiet għal użu xieraq, għandha tiġi pprovduta gwida dwar il-bilanċ tar-razzjon ta’ kuljum, fir-rigward tal-inklużjoni tal-fibra u sorsi ta’ enerġija faċilment disponibbli.

3.

Fil-każ ta’ għalf għall-ovini indika fuq it-tikketta: “Speċjalment għal nagħaġ li qed ireddgħu.”

57

Tnaqqis fir-riskju ta’ aċidożi

Livell baxx ta’ karboidrati li jiffermentaw faċilment u kapaċità mewwieta għolja

Ir-ruminanti

Lamtu

Zokkrijiet (total)

sa xahrejn (17)

1.

Hija permessa l-applikazzjoni fil-forma ta’ bolus. Bolus jista’ jkun fih sa 20 % ħadid f’forma inerti, mhux bijodisponibbli, biex tiżdied id-densità tiegħu.

2.

Fl-istruzzjonijiet għal użu xieraq, għandha tiġi pprovduta gwida dwar il-bilanċ tar-razzjon ta’ kuljum, fir-rigward tal-inklużjoni tal-fibra u sorsi ta’ karboidrati li jiffermentaw faċilment.

3.

Fil-każ ta’ għalf maħsub biex jingħata lill-baqar tal-ħalib, dan li ġej għandu jkun indikat fuq it-tikketta: “B’mod speċjali għall-baqar li jipproduċu ħafna.”

4.

Fil-każ tal-għalf għar-ruminanti tat-tismin, indika fuq it-tikketta: “Speċjalment għal dawk mitmugħa b’mod intensiv  (18).”

58

Tnaqqis fir-riskju ta’ kalkuli tal-awrina

Livell baxx ta’ fosfru, manjeżju, u karatteristiċi tal-aċidifikazzjoni tal-awrina

Ruminanti

Kalċju

Fosforu

Sodju

Manjeżju

Potassju

Kubrit

Sustanzi tal-aċidifikazzjoni tal-awrina

Sa sitt ġimgħat

1.

Fuq it-tikketta indika: “Speċjalment għal annimali żgħar mitmugħa b’mod intensiv.”

2.

Fl-istruzzjoni għall-użu xieraq indika: “L-annimali għandhom ikunu jistgħu jsibu l-ilma kull meta jriduh.”

59

L-għoti tul żmien twil ta’ mikroelementi u/jew vitamini lil annimali li jirgħu

Livell għoli ta’

Mikroelementi

U/jew

Vitamini, provitamini u sustanzi ddefiniti sew kimikament li jkollhom effetti simili.

L-għalf supplimentari jista’ jkun fih

addittivi fl-għalf

b’konċentrazzjoni ogħla minn 100

darba daqs il-kontenut massimu

rilevanti stabbilit għall-għalf

komplet

Ruminanti

b’

kirxa

funzjonali

L-ismijiet u l-ammonti totali ta’ kull mikroelement, vitamina, provitamina u sustanza ddefinita sew kimikament li jkollhom effetti simili

Ir-rata ta’ rilaxx kuljum ta’ kull mikroelement u/jew vitamina jekk jintuża bolus

Il-perjodu massimu tar-rilaxx kontinwu tal-mikroelement jew tal-vitamina jekk jintuża bolus

Sa 12-il xahar

1.

Hija permessa l-applikazzjoni fil-forma ta’ bolus. Bolus jista’ jkun fih sa 20 % ħadid f’forma inerti, mhux bijodisponibbli, biex tiżdied id-densità tiegħu.

2.

Fuq it-tikketta tal-għalf indika:

“Is-supplimentazzjoni simultanja ta’ addittivi b’kontenut massimu minn sorsi differenti minn ta’ dawk fil-bolus, jekk applikabbli, għandha tiġi evitata.

Qabel l-użu, huwa rrakkomandat li jintalab parir mingħand veterinarju jew nutrizzjonista dwar:

(a)

il-bilanċ tal-mikroelementi fil-porzjon ta’ kuljum;

(b)

l-istatus tal-mikroelementi tal-merħla”

60

Tnaqqis tar-riskju ta’ deni tal-ħalib u ipokalċimja subklinika

Proporzjon baxx tal-katjoni/anjoni

Għar-razzjon totali:

Aċidifikazzjoni minima permezz ta’ għalf għal skop ta’ nutrizzjoni partikolari: 100 mEq/kg ta’ materja niexfa

Objettiv: 0 < DCAD (19) (mEq/kg ta’ materja niexfa) < 100

Jew

Baqar tal-ħalib

Kalċju

Fosforu

Manjeżju

Sodju

Potassju

Kloruri

Kubrit

Minn tliet ġimgħat qabel it-twelid sat-twelid

Fl-istruzzjoni għall-użu xieraq indika:

“Waqqaf it-tagħlif wara t-twelid”

Żeolit (silikat tas-sodju u tal-aluminju): 250 - 500 g/kuljum

 

Silikat tas-sodju u tal-aluminju

Minn tliet ġimgħat qabel it-twelid sat-twelid

Fl-istruzzjoni għall-użu xieraq indika:

“L-ammont ta’ għalf għandu jkun ristrett biex ikun żgurat li ma jinqabiżx il-konsum ta’ kuljum ta’ 500 g ta’ silikat tas-sodju u tal-aluminju għal kull annimal.”

It-tul tal-użu għandu jkun ristrett għal massimu ta’ ġimagħtejn.

“Waqqaf it-tagħlif wara t-twelid”

Jew

L-għoti ta’ materjali tal-għalf protetti mid-degradazzjoni fil-kirxa b’kontenut għoli ta’ aċidu fitotiku (< 6 %) u b’kontenut ta’ kalċju < 0,2 %, biex jinkiseb minimu ta’ 28 g u massimu ta’ 32 g ta’ kalċju disponibbli għal kull baqra kuljum.

Jew

 

Kalċju

Minn erba’ ġimgħat qabel it-twelid sat-twelid

Fl-istruzzjoni għall-użu xieraq indika:

“Waqqaf it-tagħlif wara t-twelid”

Livell għoli ta’ kalċju fil-forma ta’ sorsi disponibbli ħafna ta’ kalċju: klorur tal-kalċju u/jew sulfat tal-kalċju u/jew fosfat tad-dikalċju u/jew karbonat tal-kalċju u/jew propjonat tal-kalċju u/jew formjat tal-kalċju, u/jew “kwalunkwe sors ieħor tal-kalċju li jkollu effett simili”

Kalċju pprovdut minn wieħed jew minn taħlita ta’ dawn is-sorsi b’minimu ta’ 50 g għal kull baqra kuljum

Jew

 

Kalċju

Sorsi tal-kalċju

Mill-ewwel sinjali tal-ħlas sa jumejn

Wara l-ħlas

1.

Hija permessa l-applikazzjoni fil-forma ta’ bolus. Bolus jista’ jkun fih sa 20 % ħadid f’forma inerti, mhux bijodisponibbli, biex tiżdied id-densità tiegħu.

2.

Indika fl-istruzzjonijiet għall-użu xieraq l-għadd ta’ applikazzjonijiet u l-ħin qabel u wara t-twelid.

3.

Fuq it-tikketta indika: “Huwa rrakkomandat li tieħu l-parir ta’ espert nutrizzjonali qabel ma tuża l-prodott”.

Pidolat tal-kalċju f’minimu ta’ 5,5 g għal kull baqra kuljum

Jew

 

Kalċju

Pidolat tal-kalċju

Mill-ewwel sinjali ta’ ħlas sa jumejn wara l-ħlas

1.

Hija permessa l-applikazzjoni fil-forma ta’ bolus. Bolus jista’ jkun fih sa 20 % ħadid f’forma inerti, mhux bijodisponibbli, biex tiżdied id-densità tiegħu.

2.

Fuq it-tikketta indika: “Huwa rrakkomandat li tieħu l-parir ta’ espert nutrizzjonali qabel ma tuża l-prodott”.

Grixa tan-nightshade bil-werqa xema’ li tippermetti rilaxx ta’ 38 - 46 μg 1,25 ta’ diidrossikolekalċiferol-glikosid kuljum

 

Grixa tan-nightshade bil-werqa xema’

Kontenut ta’ 1,25 ta’ diidrossikolekalċiferol-glikosid

Fibra mhux raffinata

Manjeżju

Xaħam mhux raffinat

Lamtu

Vitamina D3 (totali) bħala kolkalċiferol

Minn jumejn qabel it-twelid jew l-ewwel sinjali ta’ ħlas sa għaxart ijiem wara l-ħlas

1.

Hija permessa l-applikazzjoni fil-forma ta’ bolus. Bolus jista’ jkun fih sa 20 % ħadid f’forma inerti, mhux bijodisponibbli, biex tiżdied id-densità tiegħu.

2.

Fuq it-tikketta indika: “Huwa rrakkomandat li tieħu l-parir ta’ espert nutrizzjonali qabel ma tuża l-prodott”.

61

Tnaqqis tar-riskju tal-ketożi (20)

Għoti minimu ta’ propan -1,2-diol jew glikol propileniku:

250 g/jum għall-baqar tal-ħalib

50 g/jum għan-nagħaġ jew għall-mogħoż

Jew

Għoti minimu a’ propjonati (imluħa tal-kalċju jew tas-sodju):

110 g/jum għal baqar tal-ħalib

22 g/jum għan-nagħaġ jew għall-mogħoż

Jew

Għoti minimu kkombinat ta’ propan -1,2-diol u propjonati (imluħa tas-sodju jew tal-kalċju), sakemm:

Il-kombinazzjoni tal-propan -1,2-diol u l-propjonati għall-baqar tal-ħalib hija tali li l-propjonati +0,44 x propan -1,2 diol ikunu > 110 g/jum

Il-kombinazzjoni tal-propan -1,2-diol u l-propjonati għan-nagħaġ u l-mogħoż hija tali li l-propjonati +0,44 x propan -1,2 diol ikunu > 22 g/jum

Baqar tal-ħalib, nagħaġ u mogħoż

Propan-1,2-diol, jekk miżjud

Propjonati f’forma ta’ mluħa tas-sodju jew tal-kalċju, jekk miżjuda

Bejn tliet ġimgħat qabel u sitt ġimgħat wara t-twelid għall-baqar tal-ħalib

Bejn sitt ġimgħat qabel u tliet ġimgħat wara l-ħlas għan-nagħaġ u għall-mogħoż

1.

Hija permessa l-applikazzjoni fil-forma ta’ bolus. Bolus jista’ jkun fih sa 20 % ħadid f’forma inerti, mhux bijodisponibbli, biex tiżdied id-densità tiegħu.

2.

Fuq it-tikketta indika: “Matul l-għoti ta’ propjonati tal-kalċju jew tas-sodju fl-aħħar tal-ġestazzjoni, hija meħtieġa evalwazzjoni tal-ekwilibriju minerali f’assoċjazzjoni mar-riskju ta’ ipokalċimija wara l-ħlas.”

62

Tnaqqis ta’ reazzjonijiet ta’ stress

Livell għoli ta’ manjeżju

U/jew

Ingredjenti faċilment diġeribbli

Ħnieżer

Manjeżju

Ingredjenti faċilment diġeribbli inkluż it-trattament tagħhom, jekk ikun xieraq

Kontenut ta’ aċidi xaħmija n-3 (jekk miżjuda)

Bejn jum u sebat ijiem

Għandha tiġi pprovduta gwida dwar is-sitwazzjonijiet li fihom l-użu tal-għalf huwa xieraq.

63

Tnaqqis tar-riskju ta’ konstipazzjoni

Ingredjenti li jistimolaw il-passaġġ intestinali

Ħnieżer nisa

Ingredjenti li jistimolaw il-passaġġ intestinali

10t ijiem sa 14-il jum qabel u 10 ijiem sa 14-il jum wara l-ħlas

 

64

Kumpens għal nuqqas ta’ ħadid disponibbli wara t-twelid

Livelli għoljin ta’ komposti tal-ħadid awtorizzati skont il-grupp funzjonali “komposti ta’ mikroelementi” tal-kategorija “addittivi nutrittivi” kif imsemmija fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

L-għalf supplimentari jista’ jkun fih il-ħadid b’konċentrazzjoni ogħla minn 100 darba daqs il-kontenut massimu rilevanti stabbilit għall-għalf komplet.

Ħnienes mhux miftuma u għoġġiela

Ħadid (totali)

Wara t-twelid sa tliet (3) ġimgħat

L-istruzzjonijiet għall-użu xieraq għandhom jiżguraw li l-kontenut massimu legali tal-ħadid għall-għalf komplet jiġi rrispettat.

65

Kumpens għall-assorbiment ħażin

Livell baxx ta’ aċidi xaħmija saturati u livell għoli ta’ vitamini li jinħallu fix-xaħam

Tjur għajr wiżż u ħamiem

Perċentwal ta’ aċidi xaħmija saturati fir-rigward tal-aċidi xaħmija kollha

Vitamina A (totali)

Vitamina D (totali)

Vitamina E (totali)

Vitamina K (totali)

Matul l-ewwel ġimagħtejn wara li jfaqqsu

 

66

Tnaqqis tar-riskju tas-sindromu ta’ fwied xaħmi

Livell baxx ta’ enerġija u proporzjon għoli ta’ enerġija metaboliżabbli mil-lipidi b’livell għoli ta’ aċidi xaħmija poliinsaturati

Tiġieġ għall-bajd

Valur enerġetiku (ikkalkolat skont il-metodu KE)

Perċentwal ta’ enerġija metaboliżabbli mil-lipidi

Kontenut ta’ aċidi xaħmija poliinsaturati

Sa 12-il ġimgħa

 

67

Sostenn għat-tħejjija tal-eżerċizzju ta’ sforz sportiv u l-irkupru minnu

Livell għoli ta’ selenju u kontenut minimu ta’ 50 mg ta’ vitamina E għal kull kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %.

L-għalf supplimentari jista’ jkun fih il-komposti tas-selenju b’konċentrazzjoni ogħla minn 100 darba daqs il-kontenut massimu rilevanti stabbilit għall-għalf komplet.

Ekwidi

Vitamina E (totali)

Selenju (totali)

Sa tmien ġimgħat qabel l-eżerċizzju ta’ sforz sportiv – Sa erba’ ġimgħat wara l-eżerċizzju ta’ sforz sportiv

L-istruzzjonijiet għall-użu xieraq tal-għalf għandhom jiżguraw li l-kontenut massimu legali tas-selenju għall-għalf komplet jiġi rrispettat.

68

Kumpens għat-telf tal-elettroliti f’każijiet ta’ ammont eċċessiv ta’ għaraq

Għandu jkun fih klorur tas-sodju kif ukoll klorur tal-potassju.

Livelli baxxi ta’ Manjeżju, Kalċju u Fosforu

L-inklużjoni ta’ mluħa elettrolitiċi oħra hija fakultattiva.

Ekwini

Sodju

Kloruri

Potassju

Kalċju

Manjeżju

Fosforu

Minn jum sa tlett ijiem wara li jkun ħareġ ammont eċċessiv ta’ għaraq.

1.

Għandha tingħata gwida dwar is-sitwazzjonijiet li fihom l-użu tal-għalf huwa xieraq.

2.

L-istruzzjonijiet għall-użu xieraq għandhom jagħtu linji gwida dwar l-amministrazzjoni abbażi tad-durata u l-intensità tal-eżerċizzju li jkun sar rilevanti għall-formulazzjoni u l-preżentazzjoni tal-għalf.

3.

Fuq it-tikketta indika:

“L-annimali għandhom ikunu jistgħu jsibu l-ilma kull meta jriduh.”

Fil-każ tal-amministrazzjoni ta’ elettroliti mhux imħallta mal-ilma (eż. fl-għalf jew f’forma ta’ siringa): “L-ilma għandu jkun disponibbli għal mill-inqas 20 minuta jew preferibbilment għal siegħa wara l-amministrazzjoni.”

4.

Barra minn hekk għandha tingħata gwida biex jiġi mmonitorjat ix-xorb sussegwenti, filwaqt li għandu jittieħed parir veterinarju jekk jiġi osservat konsum insuffiċjenti ta’ ilma.

5.

Jista’ jkun hemm l-għażla li tingħata gwida dwar il-kwantità ta’ ilma (f’litri) li għandha tingħata flimkien mal-għalf jew l-elettroliti b’siringa.

69

Sostenn għall-metaboliżmu tal-enerġija u tal-funzjoni tal-muskoli f’każ ta’ rabdomijolożi

Lamtu u zokkor ta’ mhux aktar minn 20 % tal-enerġija disponibbli.

Xaħam mhux raffinat ta’ aktar minn 20 % tal-enerġija disponibbli

Minimu ta’ 350 IU ta’ Vitamina E/kg fl-għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %

Ekwini

Lamtu

Zokkor

Xaħam mhux raffinat

Vitamina E (total)

Inizjalment, għal mill-inqas tliet xhur

1.

Għandha tingħata gwida dwar is-sitwazzjonijiet li fihom l-użu tal-għalf huwa xieraq.

2.

L-istruzzjonijiet għall-użu xieraq għandu jkun fihom gwida dwar il-bilanċ tar-razzjon ta’ kuljum u dwar il-konsum xieraq ta’ kuljum.

3.

Fuq it-tikketta indika: “Huwa rrakkomandat li tieħu l-parir ta’ veterinarju qabel ma tuża l-prodott.”

70

Kumpens għal disturbi diġestivi kroniċi tal-musrana l-kbira

Kontenut ta’ lamtu biex jipprovdi < 1 g/kg BW/ikla (< 0,5 g/kg BW/ikla, jekk ikun hemm dijarea)

Ħbub tal-qamħ ipproċessati permezz ta’ trattament idrotermiku, bħall-estrużjoni, il-mikronizzazzjoni, l-espansjoni jew it-tqarqiċ, għat-titjib tad-diġestjoni tal-lamtu tal-musrana ż-żgħira

Għoti addizzjonali ta’ vitamini li jinħallu fl-ilma u livelli xierqa ta’ minerali/elettroliti

Għoti addizzjonali ta’ żejt jekk ma jkunx hemm dijarea

Ekwini

Lamtu

Xaħam mhux raffinat

Fit-tul jew sakemm tiġi solvuta l-kwistjoni

1.

Għandha tingħata gwida

dwar is-sitwazzjonijiet preċiżi li fihom huwa xieraq l-użu tal-għalf, b’mod partikolari jekk il-prodott ikunx maħsub biex jintuża f’annimali b’dijarea konkorrenti jew le.

dwar id-daqs tal-ikel u l-konsum tal-foraġġ.

2.

L-istruzzjonijiet għall-użu xieraq għandhom jirreferu, skont il-kontenut taż-żejt, għall-użu gradwali potenzjali u jissuġġerixxu monitoraġġ għad-dijarea.

3.

Indika fuq it-tikketta l-ipproċessar użat għall-ħbub tal-qamħ.

71

Il-kumpens għal insuffiċjenza kronika tal-funzjoni tal-musrana ż-żgħira

Ingredjenti faċilment diġeribbli

Sorsi ta’ proteina ta’ kwalità għolja u liżina > 4,3 % ta’ proteina mhux raffinata

Zokkor u lamtu totali sabiex jipprovdu massimu ta’ 0,5 g/kg BW/ikla

Ħbub tal-qamħ ipproċessati permezz ta’ trattament idrotermiku, bħall-estrużjoni, il-mikronizzazzjoni, l-espansjoni jew it-tqarqiċ, biex tittejjeb id-diġestjoni prekaekali

Ekwini

Materjali tal-għalf faċilment diġeribbli, inkluż it-trattament tagħhom, jekk ikun xieraq.

Zokkor u lamtu totali

Sorsi ta’ proteina

Fit-tul jew sakemm tiġi solvuta l-kwistjoni

1.

Għandha tingħata gwida dwar

is-sitwazzjonijiet preċiżi li fihom l-użu tal-għalf huwa xieraq

id-daqs tal-ikel u l-konsum tal-foraġġ.

2.

L-istruzzjonijiet għall-użu xieraq għandhom jirreferu, skont il-kontenut taż-żejt, għall-użu gradwali potenzjali u jissuġġerixxu monitoraġġ għad-dijarea.

72

Stabilizzazzjoni tad-diġestjoni fiżjoloġika

L-addittivi fl-għalf tal-grupp funzjonali “Stabbilizzanti għall-batterji li jkun hemm fil-musrana” kif imsemmija fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jew, sakemm issir il-proċedura ta’ awtorizzazzjoni mill-ġdid kif imsemmi fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, addittivi fl-għalf tal-grupp “mikroorganiżmi”

Speċijiet ta’ annimali li għalihom huma awtorizzati stabbilizzanti għall-batterji li jkun hemm fil-musrana jew mikroorganiżmi

L-isem u l-ammont miżjud tal-istabbilizzant għall-batterji li jkun hemm fil-musrana jew tal-mikroorganiżmu

Sa erba’ ġimgħat

1.

Fuq it-tikketta indika:

“Fil-każ ta’ riskju ta’ disturbi diġestivi, waqt perjodi ta’ disturbi diġestivi, jew waqt l-irkupru minn disturbi diġestivi”.

2.

L-istruzzjonijiet għall-użu xieraq tal-għalf għandhom jiżguraw li jiġi rrispettat il-kontenut massimu legali tal-istabbilizzant għall-batterji li jkun hemm fil-musrana jew tal-mikroorganiżmu għall-għalf komplet.


(1)  Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u L-Kunsill ta’ 22 ta’ Settembru 2003 fuq l-additivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29).

(2)  Id-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (ĠU L 157, 30.4.2004, p. 45).

(GP1)  ħall-kontroll tal-indikazzjonijiet kwantitattivi, japplikaw it-tolleranzi kif stabbiliti fl-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 767/2009.

(GP2)  Dawn id-dikjarazzjonijiet tat-tikkettar japplikaw flimkien mar-rekwiżiti ġenerali tat-tikkettar stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 767/2009

(3)  Jekk ikun rilevanti, il-manifattur jista’ jirrakkomanda wkoll l-użu għall-insuffiċjenza renali temporanja.

(4)  abbażi ta’ dieta b’densità tal-enerġija tal-materja niexfa ta’ 4000 kcal ta’ Enerġija Metaboliżabbli/kg ikkalkolata bl-ekwazzjoni deskritta fil-Linji Gwida Nutrizzjonali ta’ FEDIAF (http://www.fediaf.org/self-regulation/nutrition.html). Il-valuri għandhom jiġu adattati jekk id-densità tal-enerġija tiddevja mill-4000 kcal tal-Enerġija Metaboliżabbli/kg.

(5)  Jekk l-għalf ikun irrakkomandat għall-insuffiċjenza renali temporanja, il-perjodu rrakkomandat għall-użu għandu jkun ta’ bejn ġimagħtejn u erba’ ġimgħat.

(6)  Fil-każ ta’ għalf għal intolleranza partikolari, referenza għall-intolleranza speċifika tista’ tissostitwixxi “ingredjent u nutrijent”

(7)  Għall-qtates tista’ tiżdied referenza għal “Lipidosi epatika felina”

(8)  Għall-qtates, tista’ tiżdied “marda tal-passaġġ baxx tal-urina tal-qtates” jew is-“sindromu uroloġiku tal-qtates — FUS”.

(9)  Proprjetajiet ta’ nuqqas ta’ saturazzjoni: awrina assoċjata mal-proprjetajiet ta’ dissoluzzjoni tal-kristalli u l-ġebel u/jew il-proprjetajiet ta’ prevenzjoni tal-preċipitazzjoni u tal-formazzjoni tal-kristalli.

(10)  pH tal-awrina ≤ 6,5.

(11)  Proprjetajiet ta’ metastabbilizzazzjoni: l-awrina assoċjata mal-proprjetajiet ta’ prevenzjoni ta’ preċipitazzjoni tal-kristalli.

(12)  tista’ tiżdied “insuffiċjenza pankreatika eżokrinali”.

(13)  Ir-rakkomandazzjonijiet minimi skont il-Linji Gwida Nutrizzjonali tal-FEDIAF (http://www.fediaf.org/self-regulation/nutrition.html) għall-aċidi xaħmija kollha essenzjali għandhom jiġu ssodisfati fir-razzjon ta’ kuljum.

(14)  abbażi ta’ dieta b’densità ta’ enerġija ta’ materja niexfa ta’ 3500 kcal ta’ Enerġija Metabolizzabbli/kg ikkalkulata permezz tal-ekwazzjoni deskritta fil-Linji Gwida Nutrizzjonali tal-FEDIAF

(http://www.fediaf.org/self-regulation/nutrition.html). Il-valuri għandhom jiġu adattati jekk id-densità tal-enerġija tiddevja mit-3500 kcal ta’ Enerġija Metabolizzabbli/kg.

(15)  Enerġija Metabolizzabbli/kg ikkalkolata permezz tal-ekwazzjoni deskritta fil-Linji Gwida Nutrizzjonali għal Ikel tal-Annimali Domestiċi Komplet u Supplimentari għall-Qtates u l-Klieb (2019) tal-FEDIAF.

(16)  Linji Gwida Nutrizzjonali għal Ikel tal-Annimali Domestiċi Komplet u Supplimentari għall-Qtates u l-Klieb (2019) tal-FEDIAF.

(17)  Fil-każ ta’ għalf għall-baqar tal-ħalib: “massimu ta’ xahrejn mill-bidu tat-treddigħ”.

(18)  Indika l-kategorija ta’ ruminanti kkonċernati.

(19)  DCAD (mEq/kg ta’ materja niexfa) = (Na + K) - (Cl + S).

(20)  It-terminu “ketożi” jista’ jiġi ssostitwit b’“aċetonemija” u l-persuna responsabbli għat-tikkettar tista’ tirrakkomanda wkoll l-użu għall-irkupru tal-ketożi.

(21)  Kalkolu maħdum skont il-metodu Differenza tal-Joni Qawwijin (Strong Ion Difference) (il-Valur SID): L-SID huwa d-differenza bejn it-totali tal-konċentrazzjonijiet tal-katjoni qawwijin u l-anjoni qawwijin; [SID] = [mmol Na+/l] + [mmol K+/l] + [mmol Ca++/l] + [mmol Mg++/l] – [mmol Cl-/l] – [mmol Anjoni Qawwijin Oħrajn/l].


Top