This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32020D1143
Decision (EU) 2020/1143 of the European Central Bank of 28 July 2020 amending Decision (EU) 2020/440 on a temporary pandemic emergency purchase programme (ECB/2020/36)
Deċiżjoni (UE) 2020/1143 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-28 ta’ Lulju 2020 li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2020/440 dwar programm temporanju ta’ xiri ta’ emerġenza fil-każ ta’ pandemija (BĊE/2020/36)
Deċiżjoni (UE) 2020/1143 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-28 ta’ Lulju 2020 li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2020/440 dwar programm temporanju ta’ xiri ta’ emerġenza fil-każ ta’ pandemija (BĊE/2020/36)
ĠU L 248, 31.7.2020, p. 24–25
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32020D0440 | Sostituzzjoni | artikolu 1 paragrafu 1 | 04/08/2020 | |
Modifies | 32020D0440 | Sostituzzjoni | artikolu 5 paragrafu 3 | 04/08/2020 |
31.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 248/24 |
DEĊIŻJONI (UE) 2020/1143 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tat-28 ta’ Lulju 2020
li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2020/440 dwar programm temporanju ta’ xiri ta’ emerġenza fil-każ ta’ pandemija (BĊE/2020/36)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 12.1 flimkien mal-ewwel inċiż tal-Artikolu 3.1, u l-Artikolu 18.1 tiegħu,
Billi:
(1) |
Wara li kkunsidra ċ-ċirkostanzi ekonomiċi u finanzjarji eċċezzjonali assoċjati mal-firxa tal-marda tal-coronavirus 2019 (COVID-19), il-Kunsill Governattiv stabbilixxa programm temporanju ġdid ta’ xiri ta’ emerġenza fil-każ ta’ pandemija (PEPP) taħt id-Deċiżjoni (UE) 2020/440 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2020/17) (1). Il-PEPP jinkludi l-kategoriji kollha ta’ assi eliġibbli taħt il-programm estiż ta’ xiri ta’ assi (APP) tal-Bank Ċentrali Ewropew, li jħaddan il-programm ta’ xiri ta’ assi tas-settur pubbliku minn swieq sekondarji, it-tielet programm ta’ xiri ta’ bonds koperti, il-programm ta’ xiri ta’ titoli ggarantiti b’assi u l-programm ta’ xiri mis-settur korporattiv. |
(2) |
Fl-4 ta’ Ġunju 2020, il-Kunsill Governattiv iddeċieda, b’mod konformi mal-mandat tiegħu li jiżgura l-istabbiltà tal-prezzijiet, li jirrevedi ċerti karatteristiċi tad-disinn tal-PEPP. Dawn ir-reviżjonijiet huma mmirati biex jiżguraw il-grad meħtieġ ta’ akkomodazzjoni monetarja kif ukoll trasmissjoni mingħajr xkiel tal-politika monetarja maż-żmien, bejn klassijiet ta’ assi u fost ġurisdizzjonijiet, sabiex b’hekk jikkontribwixxu għat-tpaċija tad-deterjorament eċċezzjonalment qawwi u rapidu tat-trajettorja tal-inflazzjoni mistenni b’rabta mal-pandemija. |
(3) |
Speċifikament, il-Kunsill Governattiv iddeċieda li jżid l-envelopp separat ġenerali għall-PEPP b’EUR 600 biljun għal total ta’ EUR 1 350 biljun. B’risposta għar-reviżjoni ’l isfel tal-inflazzjoni b’rabta mal-pandemija fuq l-orizzont ta’ projezzjoni, l-espansjoni tal-PEPP ser tkompli tħaffef il-pożizzjoni ġenerali tal-politika monetarja, u b’hekk tappoġġja l-kundizzjonijiet ta’ finanzjament fl-ekonomija reali, b’mod speċjali għan-negozji u l-unitajiet domestiċi. Ix-xirjiet ser ikomplu jsiru b’mod flessibbli fuq medda ta’ żmien, bejn il-klassijiet ta’ assi u fost il-ġurisdizzjonijiet. Dan ser jippermetti li jiġu evitati b’mod effettiv ir-riskji għat-trasmissjoni mingħajr xkiel tal-politika monetarja. |
(4) |
Barra minn hekk, il-Kunsill Governattiv iddeċieda li jestendi l-orizzont maħsub ta’ xirjiet netti taħt il-PEPP tal-anqas sat-tmiem ta’ Ġunju 2021, jew lil hinn, jekk meħtieġ, u fi kwalunkwe każ sakemm il-Kunsill Governattiv jikkunsidra li l-fażi ta’ kriżi tal-COVID-19 għaddiet. L-estensjoni tal-orizzont ta’ xiri minimu tallinja l-fażi ta’ xiri nett mad-durata mistennija tal-aktar restrizzjonijiet severi marbuta mal-COVID-19 fuq l-attività ekonomika normali u tal-pressjonijiet korrispondenti ta’ inflazzjoni dgħajfa. |
(5) |
Sabiex jiġi evitat ir-riskju tal-issikkar mhux iġġustifikat tal-kundizzjonijiet finanzjarji fi żmien meta l-irkupru mix-xokk pandemiku aktarx li ser jibqa’ mhux komplut, il-Kunsill Governattiv iddeċieda li l-pagamenti prinċipali li jimmaturaw minn titoli mixtrija taħt il-PEPP ser jiġu investiti mill-ġdid bis-sħiħ ta’ mill-inqas sa tmiem l-2022 u, barra minn hekk, li fi kwalunkwe każ, ir-roll-off futur tal-portafoll PEPP jiġi mmaniġġjat b’tali mod li tiġi evitata interferenza mal-pożizzjoni monetarja xierqa. |
(6) |
Għalhekk, id-Deċiżjoni (UE) 2020/440 (BĊE/2020/17) għandha tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Emendi għad-Deċiżjoni (UE) 2020/440 (BĊE/2020/17)
Id-Deċiżjoni (UE) 2020/440 (BĊE/2020/17) hija emendata kif ġej:
1. |
fl-Artikolu 1, il-paragrafu 1 huwa mibdul b’dan li ġej: “1. L-Eurosistema bil-preżenti tistabbilixxi l-programm temporanju ta’ xiri ta’ emerġenza fil-każ ta’ pandemija (‘PEPP’) bħala programm ta’ xiri separat. L-envelopp ġenerali tal-PEPP huwa ta’ EUR 1 350 biljun. Il-pagamenti prinċipali li jimmaturaw minn titoli mixtrija taħt il-PEPP għandhom jiġu investiti mill-ġdid fix-xiri ta’ titoli ta’ dejn negozjabbli eliġibbli ta’ mill-inqas sat-tmiem tal-2022. Fi kwalunkwe każ, ir-roll-off futur tal-portafoll tal-PEPP għandu jiġi mmaniġġjat b’tali mod li tiġi evitata interferenza mal-pożizzjoni monetarja xierqa..”; |
2. |
fl-Artikolu 5, il-paragrafu 3 huwa mibdul b’dan li ġej: “3. Il-Kunsill Governattiv jiddelega lill-Bord Eżekuttiv is-setgħa li jiffissa r-ritmu xieraq u l-kompożizzjoni tax-xirjiet mensili tal-PEPP fi ħdan l-envelopp ġenerali u totali ta’ EUR 1 350 biljun. B’mod partikolari, l-allokazzjoni tax-xiri tista’ tiġi aġġustata taħt il-PEPP biex tippermetti varjazzjonijiet fid-distribuzzjonijiet tal-flussi tax-xiri, maż-żmien, bejn klassijiet ta’ assi u fost il-ġurisdizzjonijiet.”. |
Artikolu 2
Dispożizzjoni finali
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fir-raba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Maghmul fi Frankfurt am Main, it-28 ta’ Lulju 2020.
Il-President tal-BĊE
Christine LAGARDE
(1) Deċiżjoni (UE) 2020/440 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta’ Marzu 2020 dwar programm temporanju ta’ xiri ta’ emerġenza fil-każ ta’ pandemija (BĊE/2020/17) (ĠU L 91, 25.3.2020, p. 1).