This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019R1858
Commission Regulation (EU) 2019/1858 of 6 November 2019 amending Annex V to Regulation (EC) No 1223/2009 of the European Parliament and of the Council on cosmetic products (Text with EEA relevance)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/1858 tas-6 ta’ Novembru 2019 li jemenda l-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2019/1858 tas-6 ta’ Novembru 2019 li jemenda l-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2019/7910
ĠU L 286, 7.11.2019, p. 7–9
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32009R1223 | Żieda | anness V punt 60 | 27/11/2019 |
7.11.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 286/7 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1858
tas-6 ta’ Novembru 2019
li jemenda l-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prodotti kożmetiċi
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-prodotti kożmetiċi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Is-sustanza 4-(3-etossi-4-idrossifenil)butan-2-on (Numru CAS 569646-79-3), li ġiet assenjata l-isem Hydroxyphenyl Butanone (HEPB) skont in-Nomenklatura Internazzjonali tal-Ingredjenti Kożmetiċi, għandha l-funzjoni ta’ preservattiv u l-ikkondizzjonar tal-ġilda. Bħalissa mhuwiex elenkat fir-Regolament (KE) Nru 1223/2009. |
(2) |
Fl-opinjoni tiegħu tas-7 ta’ April 2017 (2), il-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur (l-SCCS) ikkonkluda li, f’xenarju ta’ esponiment aggregat, l-HEPB jista’ jitqies sikur meta jintuża bħala preservattiv fit-tlaħliħ, fil-kura orali u fil-prodotti kożmetiċi li ma jitlaħalħux b’konċentrazzjoni massima ta’ 0,7 %. L-SCCS ikkonkluda wkoll li tkun meħtieġa aktar evidenza sabiex tiġi eskluża l-irritazzjoni tal-għajnejn. |
(3) |
Wara t-tħassib imqajjem minn diversi Stati Membri dwar l-HEPB bħala irritant potenzjali tal-għajnejn u minħabba data xjentifika addizzjonali sottomessa lilu mill-applikant, fl-opinjoni tiegħu tal-5 ta’ Marzu 2019 (3) l-SCCS ikkonkluda li, f’xenarju ta’ esponiment aggregat, l-użu tal-HEPB bħala preservattiv fil-prodotti kożmetiċi li jitlaħalħu, fil-kura orali u fil-prodotti kożmetiċi li ma jitlaħalħux f’konċentrazzjoni massima ta’ 0,7 % huwa sikur b’rabta mal-irritazzjoni tal-għajnejn. |
(4) |
Fid-dawl tal-opinjonijiet imsemmija hawn fuq u sabiex jitqies il-progress tekniku u xjentifiku, jenħtieġ li l-użu tal-HEPB jiġi awtorizzat bħala preservattiv fit-tlaħliħ, fil-kura orali u fil-prodotti kożmetiċi li ma jitlaħalħux b’konċentrazzjoni massima ta’ 0,7 % f’preparazzjonijiet lesti għall-użu. |
(5) |
Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 1223/2009 jiġi emendat skont dan. |
(6) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Kożmetiċi, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Novembru 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 342, 22.12.2009, p. 59.
(2) SCCS (Scientific Committee on Consumer Safety), Opinion on Ethylzingerone — ‘Hydroxyethoxyphenyl Butanone’ (HEPB) — Cosmetics Europe No P98, SCCS/1582/16, 7 April 2017.
(3) SCCS (Scientific Committee on Consumer Safety), Opinion on Ethylzingerone — ‘Hydroxyethoxyphenyl Butanone’ (HEPB) — Cosmetics Europe No P98 — Submission II eye irritation, preliminary version of 21 December 2018, final version of 5 March 2019, SCCS/1604/18.
ANNESS
Fl-Anness V tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009, tiżdied l-entrata li ġejja:
Numru ta’ referenza |
Identifikazzjoni tas-Sustanza |
Kundizzjonijiet |
Il-kliem li għandu jintuża fil-kundizzjonijiet tal-użu u t-twissijiet |
|||||
Isem kimiku/INN |
Isem fil-Glossarju ta’ Ismijiet Komuni tal-Ingredjenti |
Numru CAS |
Numru KE |
Tip ta’ prodott, Partijiet tal-ġisem |
Konċentrazzjoni massima fil-preparazzjoni lesta għall-użu |
Oħrajn |
|
|
a |
b |
c |
d |
e |
f |
g |
h |
i |
“60 |
4-(3-etossi-4-idrossifenil)butan-2-on |
Hydroxyethoxyphenyl Butanone |
569646-79-3 |
933-435-8 |
|
0,7 %” |
|
|