Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019R1292

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/1292 tal-31 ta' Lulju 2019 li jimplimenta l-Artikolu 21(2) tar-Regolament (UE) 2016/44 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

    ST/10964/2019/INIT

    ĠU L 204, 2.8.2019, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/1292/oj

    2.8.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 204/1


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/1292

    tal-31 ta' Lulju 2019

    li jimplimenta l-Artikolu 21(2) tar-Regolament (UE) 2016/44 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/44 tat-18 ta' Jannar 2016 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 204/2011 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fit-18 ta' Jannar 2016, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2016/44.

    (2)

    F'konformità mal-Artikolu 21(6) tar-Regolament (UE) 2016/44, il-Kunsill irrieżamina l-lista ta' persuni u entitajiet deżinjati li tinsab fl-Anness III għal dak ir-Regolament.

    (3)

    L-entrati għal żewġ persuni jenħtieġ li jitneħħew mil-lista ta' persuni u entitajiet li tinsab fl-Anness III għar-Regolament (UE) 2016/44.

    (4)

    Għalhekk jenħtieġ li l-Anness III għar-Regolament (UE) 2016/44 jiġi emendat skont dan,

    ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness III għar-Regolament (UE) 2016/44 huwa emendat f'konformità mal-Anness għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, il-31 ta' Lulju 2019.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    T. TUPPURAINEN


    (1)  ĠU L 12, 19.1.2016, p. 1.


    ANNESS

    Fl-Anness III (Lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi msemmija fl-Artikolu 6(2)) għar-Regolament (UE) 2016/44, l-entrati 1 (dwar ABDUSSALAM, Abdussalam Mohammed) u 14 (dwar AL-BAGHDADI, Dr Abdulqader Mohammed) jitħassru mil-lista li tinsab fil-Parti A (Persuni) u l-entrati li jkun fadal jieħdu numru ġdid, kif adatt.


    Top