Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019R1141

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1141 tat-3 ta' Lulju 2019 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 dwar ċerti restrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq

    C/2019/5174

    ĠU L 180, 4.7.2019, p. 20–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/1141/oj

    4.7.2019   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 180/20


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/1141

    tat-3 ta' Lulju 2019

    li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 dwar ċerti restrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 tas-7 ta' Lulju 2003 dwar ċerti restrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 2465/96 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(b) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 jelenka korpi pubbliċi, korporazzjonijiet u aġenziji u persuni fiżiċi u ġuridiċi, korpi u entitajiet tal-gvern preċedenti tal-Iraq koperti mill-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi li kienu jinsabu barra mill-Iraq fit-22 ta' Mejju 2003 skont dak ir-Regolament.

    (2)

    Fit-28 ta' Ġunju 2019, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jneħħi tlettax-il annotazzjoni mil-lista ta' persuni jew entitajiet li għalihom jenħtieġ li japplika l-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi.

    (3)

    Għaldaqstant jenħtieġ li l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 jiġi emendat skont dan,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Lulju 2019.

    Għall-Kummissjoni,

    F'isem il-President,

    Il-Kap tas-Servizz għall-Istrumenti tal-Politika Barranija


    (1)  ĠU L 169, 8.7.2003, p. 6.


    ANNESS

    Fl-Anness III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003, jitħassru l-annotazzjonijiet li ġejjin:

     

    “6.

    AGRICULTURAL NATIONAL ESTABLISHMENT IN ABU-GREIB. Indirizz: Baghdad International Airport, General Street, Baghdad, l-Iraq.”

     

    “14.

    ANIMAL HEALTH DEPARTMENT. Indirizz: P.O. Box 22055, Al-Shaikh Omar Street, Baghdad, l-Iraq.”

     

    “15.

    ARAB IRAQI COMPANY FOR LIVESTOCK DEVELOPMENT. Indirizz: P.O. Box 29041, Baghdad, l-Iraq.”

     

    “38.

    GENERAL AGRICULTURAL ESTABLISHMENT IN DALMAG. Indirizz: Ahrar, Kut, l-Iraq.”

     

    “39.

    GENERAL AGRICULTURAL ORGANISATION IN KHALIS. Indirizz: P.O. Box 564, Al-Khalis, Diala Muhafadha, Al-Khalis, l-Iraq.”

     

    “40.

    GENERAL ESTABLISHMENT FOR AGRICULTURAL ORGANISATIONS. Indirizz: P.O. Box 21015, Battawin, Baghdad, l-Iraq.”

     

    “47.

    GENERAL ESTABLISHMENT FOR STATE FARMS. Indirizz: P.O. Box 21035, General Ramadi Street, entrance of Agaruf Street, Baghdad, l-Iraq.”

     

    “88.

    NAHRAWAN AGRICULTURAL ESTABLISHMENT. Indirizz: P.O. Box 20195, New Baghdad, Nahrawan, Baghdad, l-Iraq.”

     

    “112.

    STATE AGRICULTURAL ESTABLISHMENT IN ISHAQI. Indirizz: Dujail - Salah Eldin, l-Iraq.”

     

    “113.

    STATE AGRICULTURAL ESTABLISHMENT IN MUSSAYIB. Indirizz: Mussayib Establishment, il-Babilonja, l-Iraq.”

     

    “155.

    STATE ESTABLISHMENT OF AGRICULTURE IN DUJAILA / DUJAILA AGROINDUSTRIAL COMPLEX. Indirizz: P.O. Box Aioroba, K 29 Oroba, Kut, l-Iraq.”

     

    “174.

    STATE ORGANISATION FOR ANIMAL PRODUCTION. Indirizz: Zafaraniya Area, ħdejn l-Uffiċju Postali, Baghdad, l-Iraq; P.O. Box 3073, Karadde Charkieya/Erkhaita, Baghdad, l-Iraq.”

     

    “180.

    STATE ORGANISATION FOR FISHERIES (magħrufa ukoll bħala (a) STATE FISHERIES ORGANISATION, (b) STATE ENTERPRISE FOR SEA FISHERIES, (c) STATE ENTERPRISE FOR INLAND FISHERIES). Indirizzi: (a) P.O. Box 3296, ħdejn Aqaba Bin Nafa Square, Baghdad, l-Iraq; (b) P.O. Box 260, Basrah, l-Iraq.”

    Top