This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32019R0445
Commission Implementing Regulation (EU) 2019/445 of 19 March 2019 amending Implementing Regulation (EU) No 367/2014 setting the net balance available for EAGF expenditure
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/445 tad-19 ta' Marzu 2019 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 367/2014 li jiffissa l-bilanċ nett disponibbli għan-nefqa tal-FAEG
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/445 tad-19 ta' Marzu 2019 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 367/2014 li jiffissa l-bilanċ nett disponibbli għan-nefqa tal-FAEG
C/2019/2013
ĠU L 77, 20.3.2019, pp. 64–66
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
| Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
|---|---|---|---|---|---|
| Modifies | 32014R0367 | Sostituzzjoni | anness | 27/03/2019 |
|
20.3.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 77/64 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2019/445
tad-19 ta' Marzu 2019
li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 367/2014 li jiffissa l-bilanċ nett disponibbli għan-nefqa tal-FAEG
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 16(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 367/2014 (2) jistabbilixxi l-bilanċ nett disponibbli għan-nefqa tal-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG), kif ukoll l-ammonti disponibbli għas-snin finanzjarji mill-2014 sal-2020 għall-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), skont l-Artikolu 10c(2) u l-Artikoli 136, 136a u 136b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (3) u skont l-Artikolu 7(2), l-Artikolu 14 u l-Artikolu 66(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). |
|
(2) |
F'konformità mal-Artikolu 11(6) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, il-Litwanja nnotifikat lill-Kummissjoni sal-1 ta' Awwissu 2018 bid-deċiżjoni tagħha li tnaqqas il-pagamenti diretti bl-ammont ta' EUR 360 000 u bil-prodott stmat ta' dan it-tnaqqis għas-sena kalendarja tal-2019 li se jitqiegħed għad-dispożizzjoni bħala appoġġ addizzjonali għall-miżuri tal-iżvilupp rurali. Il-limiti massimi nazzjonali rilevanti ġew adattati permezz tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/71 (5). |
|
(3) |
F'konformità mal-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 (6), is-sottolimitu massimu għan-nefqa marbuta mas-suq u għall-pagamenti diretti tal-qafas finanzjarju pluriennali stabbilit fl-Anness I ta' dak ir-Regolament għandu jiġi aġġustat skont l-aġġustament tekniku previst fl-Artikolu 6(1) ta' dak ir-Regolament wara li jsiru t-trasferimenti bejn l-FAEŻR u l-pagamenti diretti. |
|
(4) |
B'riżultat ta' dawn il-bidliet, jeħtieġ li jiġi aġġustat il-bilanċ nett disponibbli għall-FAEG kif stabbilit bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 367/2014. Għal raġunijiet ta' ċarezza, l-ammonti li għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-FAEŻR jenħtieġ li jiġu ppubblikati wkoll. |
|
(5) |
Għalhekk, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 367/2014 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 367/2014 huwa sostitwit bit-test mogħti fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Marzu 2019.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 367/2014 tal-10 ta' April 2014 li jiffissa l-bilanċ nett disponibbli għan-nefqa tal-FAEG (ĠU L 108, 11.4.2014, p. 13).
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta' Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta' appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16).
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 608).
(5) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/71 tad-9 ta' Novembru 2018 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 16, 18.1.2019, p. 1).
(6) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).
ANNESS
“ANNESS
|
(miljuni ta' EUR — prezzijiet attwali) |
||||||||
|
Sena finanzjarja |
Ammonti disponibbli għall-FAEŻR |
Ammonti trasferiti mill-FAEŻR |
Bilanċ nett disponibbli għan-nefqa tal-FAEG |
|||||
|
L-Artikolu 10b tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 |
L-Artikolu 136 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 |
L-Artikolu 136b tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 |
L-Artikolu 66 tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 |
L-Artikolu 136a(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 u l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 |
L-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 |
L-Artikolu 136a(2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 u l-Artikolu 14(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 |
||
|
2014 |
296,300 |
51,600 |
|
4,000 |
|
|
|
43 778,1 |
|
2015 |
|
|
51,600 |
4,000 |
621,999 |
|
499,384 |
44 189,785 |
|
2016 |
|
|
|
4,000 |
1 138,146 |
108,659 |
573,047 |
43 950,242 |
|
2017 |
|
|
|
4,000 |
1 174,732 |
111,026 |
572,440 |
44 145,682 |
|
2018 |
|
|
|
4,000 |
1 184,257 |
110,213 |
571,820 |
44 162,35 |
|
2019 |
|
|
|
4,000 |
1 491,459 |
111,358 |
571,158 |
43 880,341 |
|
2020 |
|
|
|
4,000 |
1 507,843 |
112,401 |
570,356 |
43 887,112 |