EUR-Lex L'accesso al diritto dell'Unione europea

Torna alla homepage di EUR-Lex

Questo documento è un estratto del sito web EUR-Lex.

Documento 32019D2106

Deċiżjoni Tal-Kunsill (UE) 2019/2106 tal-21 ta’ Novembru 2019 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed, f’isem l-Unjoni Ewropea, fi ħdan il-Kumitat Konġunt stabbilit bil-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kollegament tal-iskemi għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tagħhom, fir-rigward tal-emendar tal-Annessi I u II għall-Ftehim

ST/13327/2019/INIT

ĠU L 318, 10.12.2019, pagg. 96–116 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Stato giuridico del documento In vigore

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/2106/oj

10.12.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 318/96


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/2106

tal-21 ta’ Novembru 2019

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed, f’isem l-Unjoni Ewropea, fi ħdan il-Kumitat Konġunt stabbilit bil-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kollegament tal-iskemi għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tagħhom, fir-rigward tal-emendar tal-Annessi I u II għall-Ftehim

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 192(1), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kollegament tal-iskemi għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tagħhom (1) (il-“Ftehim”) ġie ffirmat fit-23 ta’ Novembru 2017 f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/2240 (2).

(2)

Il-Ftehim ġie konkluż bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/219 (3). L-Artikolu 2(2) ta’ dik id-Deċiżjoni jipprevedi li l-istrument ta’ approvazzjoni tal-Unjoni jiġi notifikat biss ladarba l-Konfederazzjoni Żvizzera tkun daħħlet fis-seħħ ir-regoli meħtieġa li jestendu l-ETS tagħha għall-avjazzjoni u t-taqsima B tal-Anness I għall-Ftehim ikun ġie emendat skont dawn.

(3)

L-Artikolu 13(2) tal-Ftehim jipprevedi li l-Kumitat Konġunt jista’ jemenda l-Annessi għall-Ftehim.

(4)

Il-Kumitat Konġunt, matul il-laqgħa tiegħu tal-5 ta’ Diċembru 2019, għandu jadotta Deċiżjoni dwar l-emendar tal-Annessi I u II għall-Ftehim.

(5)

Jixraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni, fi ħdan il-Kumitat Konġunt fir-rigward tal-emendar tal-Annessi I u II għall-Ftehim, billi l-Annessi emendati ser jkunu vinkolanti fuq l-Unjoni.

(6)

Ladarba l-Kumitat Konġunt ikun emenda l-Annessi I u II għall-Ftehim biex jitqiesu l-iżviluppi leġislattivi rilevanti, inklużi r-regoli Żvizzeri rilevanti li jestendu l-ETS Tal-Iżvizzera għall-avjazzjoni, ikun meqjus li l-kondizzjonijiet għall-kollegament stabbiliti fil-Ftehim ikunu ġew issodisfati u li, għalhekk, jenħtieġ li l-Unjoni tinnotifika l-istrument ta’ approvazzjoni tagħha lill-Konfederazzjoni Żvizzera.

(7)

Jenħtieġ għalhekk li l-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni mehmuż,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li għandha tittieħed, f’isem l-Unjoni, fit-tieni laqgħa tal-Kumitat Konġunt stabbilit bil-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kollegament tal-iskemi għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tagħhom, fir-rigward tal-emendar tal-Annessi I u II għall-Ftehim, għandha tkun li tappoġġa l-adozzjoni, mill-Kumitat Konġunt, tal-emendi ta’ dawk l-Annessi stabbiliti fl-Appendiċi tal-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Tibdiliet tekniċi minuri għal dawk l-Annessi jistgħu jiġu maqbula mir-rappreżentanti tal-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt mingħajr deċiżjoni ulterjuri mill-Kunsill.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Novembru 2019.

Għall-Kunsill

Il-President

H. KOSONEN


(1)  ĠU L 322, 7.12.2017, p. 3.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/2240 tal-10 ta’ Novembru 2017 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l- Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kollegament tal-iskemi għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tagħhom (ĠU L 322, 7.12.2017, p. 1).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/219 tat-23 ta’ Jannar 2018 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il- kollegament tal-iskemi għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tagħhom (ĠU L 43, 16.2.2018, p. 1).


ABBOZZ TA’

DEĊIŻJONI Nru 2/2019 TAL-KUMITAT KONĠUNT STABBILIT BIL-FTEHIM BEJN L-UNJONI EWROPEA U L-KONFEDERAZZJONI ŻVIZZERA DWAR IL-KOLLEGAMENT TAL-ISKEMI GĦALL-ISKAMBJU TA’ KWOTI TAL-EMISSJONIJIET TA’ GASSIJIET SERRA TAGĦHOM

ta’ ...

li temenda l-Annessi I u II għall-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kollegament tal-iskemi għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tagħhom

IL-KUMITAT KONĠUNT,

Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kollegament tal-iskemi għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tagħhom (1) (minn hawn ’il quddiem “il-Ftehim”), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(2) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikoli 11 sa 13 tal-Ftehim ġew applikati b’mod proviżorju minn mindu ġie ffirmat fit-23 ta’ Novembru 2017.

(2)

L-Artikolu 13(2) tal-Ftehim jipprevedi li l-Kumitat Konġunt jista’ jemenda l-Annessi għall-Ftehim.

(3)

L-Appendiċi għal din id-Deċiżjoni fih emendi għall-Annessi I u II għall-Ftehim, li jaġġornaw l-aspetti rilevanti tal-Annessi I u II oriġinali li ġew miftiehma fl-2015. Jipprevedi wkoll soluzzjoni proviżorja biex il-kollegament bejn l-EU ETS u l-ETS tal-Iżvizzera jsir operattiv.

(4)

F’konformità mat-taqsima B tal-Anness I għall-Ftehim, jenħtieġ li l-Unjoni, skont l-Artikolu 25a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), kif emendata bid-Direttiva (UE) 2018/410 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), teskludi titjiriet li jidħlu minn ajrudromi li jinsabu fit-territorju tal-Iżvizzera mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-EU. Dan ma jaffettwax il-kopertura tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru mill-EU ETS, li hija bbażata fuq l-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE li tipprevedi li l-kategorija ta’ attivitajiet li għalihom tapplika d-Direttiva 2003/87/KE tinkludi t-titjiriet kollha li jaslu jew jitilqu minn ajrudrom li jinsab fit-territorju ta’ Stat Membru.

(5)

L-Anness I għall-Ftehim jeneħtieġ li jiġi rivedut f’konformità mal-Artikolu 13(7) tal-Ftehim bil-ħsieb li tinżamm il-kompatibbiltà attwali tal-EU ETS u l-ETS tal-Iżvizzera għall-perijodu ta’ nnegozjar 2021-2030. Jenħtieġ li jiġi żgurat li r-reviżjoni tal-Anness I għall-Ftehim, bħala minimu, tippreserva l-integrità tal-impenji rispettivi ta’ tnaqqis ta’ emissjonijiet domestiċi tal-Unjoni u tal-Iżvizzera u l-integrità u l-funzjonament ordnat tas-swieq tal-karbonju tagħhom. Għandhom jiġu evitati r-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju u d-distorsjoni tal-kompetizzjoni bejn l-iskemi kkollegati,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Annessi I u II għall-Ftehim huma sostitwiti bit-test li jidher fl-Annessi I u II fl-Appendiċi għal din id-Deċiżjoni

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim.

Magħmul fi ...,

Għall-Kumitat Konġunt

Is-Segretarju għall-Unjoni Ewropea

Il-President

Is-Segretarju għall-Iżvizzera


(1)  ĠU UE L 322, 7.12.2017, p. 3.

(2)  Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).

(3)  Id-Direttiva (UE) 2018/410 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2018 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE biex jiżdiedu t-tnaqqis kosteffettiv tal-emissjonijiet u linvestimenti għal emissjonijiet baxxi ta’ karbonju, u d-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 (ĠU UE L 76, 19.3.2018, p. 3).


APPENDIĊI

ANNESS I

KRITERJI ESSENZJALI

A.   Kriterji essenzjali għal installazzjonijiet stazzjonarji

Din it-taqsima għandha tiġi riveduta f’konformità mal-Artikolu 13(7) ta’ dan il-Ftehim bil-ħsieb li tinżamm il-kompatibbiltà attwali tal-EU ETS u l-ETS tal-Iżvizzera għall-perijodu ta’ negozjar 2021–2030, kif propost mill-gvern Żvizzeru. Il-Kumitat Konġunt għandu jiżgura li r-reviżjoni ta’ din it-taqsima tippreserva, bħala minimu, l-integrità tal-impenji rispettivi tal-partijiet għat-tnaqqis tal-emissjonijiet domestiċi kif ukoll l-integrità u l-funzjonament ordnat tas-swieq tal-karbonju tagħhom. Ir-rilaxx tal-karbonju u d-distorsjoni tal-kompetizzjoni bejn l-iskemi kkollegati għandhom jiġu evitati.

 

Kriterji essenzjali

Fl-EU ETS

Fl-ETS tal-Iżvizzera

1

In-natura obbligatorja tal-parteċipazzjoni fl-ETS

Il-parteċipazzjoni fl-ETS għandha tkun obbligatorja għall-installazzjonijiet li jwettqu l-attivitajiet u li jemettu l-gassijiet serra (“GHG”) elenkati hawn taħt.

Il-parteċipazzjoni fl-ETS għandha tkun obbligatorja għall-installazzjonijiet li jwettqu l-attivitajiet u li jemettu l-GHG elenkati hawn taħt.

2

L-ETS għandha tkopri tal-anqas l-attivitajiet stabbiliti fi:

l-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE,

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim

l-Artikolu 40(1) u l-Anness 6 tal-Ordinanza tas-CO2,

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim

3

L-ETS għandha tkopri tal-anqas il-GHGs stabbiliti fi:

l-Anness II tad-Direttiva 2003/87/KE,

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim

l-Artikolu 1(1), tal-Ordinanza tas-CO2

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim

4

Għandu jiġi ffissat limitu għall-ETS, li jkun tal-anqas strett daqs dak fi:

l-Artikoli 9 u 9a tad-Direttiva 2003/87/KE,

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Il-fattur ta’ tnaqqis lineari ta’ 1,74 % fis-sena ser jiżdied għal 2,2 % fis-sena mill-2021, u ser japplika għas-setturi kollha skont id-Direttiva (UE) 2018/410, kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

l-Artikolu 18(1) u (2) tal-Att tas-CO2

l-Artikolu 45(1), tal-Ordinanza tas-CO2,

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Il-fattur ta’ tnaqqis lineari huwa ta’ 1,74 % fis-sena sal-2020.

5

Il-mekkaniżmu ta’ stabbiltà tas-suq

Fl-2015, l-UE introduċiet ir-Riżerva tal-Istabbiltà tas-Suq (id-Deċiżjoni (UE) 2015/1814), li l-funzjonament tagħha ġie msaħħaħ bid-Direttiva (UE) 2018/410.

l-Artikolu 19(5) tal-Att tas-CO2

l-Artikolu 48 tal-Ordinanza tas-CO2,

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Il-leġislazzjoni Żvizzera tipprevedi l-possibbiltà li jitnaqqsu l-volumi tal-irkanti fejn ikun hemm żieda sinifikanti ta’ kwoti fis-suq għal raġunijiet ekonomiċi.

Il-partijiet għandhom jikkooperaw bil-għan li jiżviluppaw kontribut xieraq għall-istabbiltà tas-suq.

6

Il-livell ta’ ambizzjoni tal-ETS irid ikun tal-anqas strett daqs dawk fi:

Ii-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (MIFID II)

l-Att Federali dwar l-Awtorità Superviżjorja tas-Suq Finanzjarju Żvizzeru tat-22 ta’ Ġunju 2007

l-Att Federali dwar l-Infrastrutturi tas-Swieq Finanzjarji u l-Kondotta tas-Swieq fin-Negozjar tat-Titoli u d-Derivattivi tad-19 ta’ Ġunju 2015

 

 

Ii-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (MIFIR)

Ii-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar l-abbuż tas-suq (Regolament dwar l-abbuż tas-suq) u li jħassar id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 2003/124/KE, 2003/125/KE u 2004/72/KE (MAR)

Ii-Direttiva 2014/57/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar sanzjonijiet kriminali għal abbuż tas-suq (direttiva dwar l-abbuż tas-suq) (CS-MAD)

l-Att Federali dwar l-Istituzzjonijiet Finanzjarji tal-15 ta’ Ġunju 2018

l-Att Federali dwar il-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu tal-10 ta’ Ottubru 1997,

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Ir-regolamentazzjoni tas-suq finanzjarju Żvizzeru ma tiddefinixxix in-natura ġuridika tal-kwoti tal-emissjonijiet. B’mod partikolari, il-kwoti tal-emissjonijiet mhumiex kwalifikati bħala titoli fl-Att dwar l-Infrastruttura tas-Swieq Finanzjarji u għalhekk mhumiex negozjabbli f’ċentri tan-negozjar regolati. Billi l-kwoti tal-emissjonijiet ma jikkwalifikawx bħala titoli, ir-regolamentazzjoni Żvizzera dwar it-titoli ma tapplikax għan-negozjar ta’ kwoti tal-emissjonijiet tal-OTC fi swieq sekondarji.

 

 

Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (AMLD)

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim

Skont l-Att dwar l-Infrastruttura tas-Swieq Finanzjarji, il-kuntratti tad-derivattivi jikkwalifikaw bħala titoli. Dan jinkludi wkoll derivattivi li jkollhom kwoti ta’ emissjonijiet bħala l-istrument sottostanti tagħhom. Id-derivattivi OTC negozjati fuq kwoti tal-emissjonijiet bejn kontropartijiet mhux finanzjarji kif ukoll finanzjarji huma koperti mid-dispożizzjonijiet fl-Att dwar l-Infrastruttura tas-Suq Finanzjarju.

7

Il-kooperazzjoni fir-rigward tas-sorveljanza tas-suq

Il-Partijiet għandhom jistabbilixxu arranġamenti xierqa ta’ kooperazzjoni rigward is-sorveljanza tas-suq. Dawk l-arranġamenti ta’ kooperazzjoni għandhom jikkonċernaw l-iskambju ta’ informazzjoni u l-infurzar ta’ obbligi li jirriżultaw skont ir-reġim rispettiv tagħhom ta’ sorveljanza tas-suq. Il-partijiet għandhom jinfurmaw lill-Kumitat Konġunt dwar kwalunkwe arranġament bħal dan.

8

Il-limiti kwalitattivi għall-krediti internazzjonali għandhom ikunu tal-anqas stretti daqs dawk stabbiliti fi:

l-Artikoli 11a u 11b tad-Direttiva 2003/87/KE

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 550/2011 tas-7 ta’ Ġunju 2011 li jiddetermina, skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ċertu restrizzjonijiet applikabbli għall-użu ta’ krediti internazzjonali minn proġetti li jinvolvu gassijiet industrijali

l-Artikolu 58 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 389/2013 tat-2 ta’ Mejju 2013 li jistabbilixxi Reġistru tal-Unjoni skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Deċiżjonijiet Nru 280/2004/KE u Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 920/2010 u Nru 1193/2011,

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim

l-Artikoli 5 u 6 tal-Att tas-CO2

l-Artikolu 4 u l-Artikolu 4a(1) u l-Anness 2 tal-Ordinanza tas-CO2

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim

9

Il-limiti kwantitattivi għall-krediti internazzjonali għandhom ikunu tal-anqas stretti daqs dawk stabbiliti skont:

l-Artikolu 11a tad-Direttiva 2003/87/KE

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 389/2013 tat-2 ta’ Mejju 2013 li jistabbilixxi Reġistru tal-Unjoni skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Deċiżjonijiet Nri 280/2004/KE u 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nri 920/2010 u 1193/2011

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1123/2013 tat-8 ta’ Novembru 2013 dwar id-determinazzjoni tad-drittijiet ta’ kreditu internazzjonali skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

L-ebda dritt għall-użu tal-krediti internazzjonali ma huwa previst fil-liġi tal-UE mill-2021’il quddiem.

l-Artikolu 16(2), tal-Att tas-CO2

l-Artikolu 55b tal-Ordinanza tas-CO2

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Dawn id-dispożizzjonijiet jipprevedu biss l-użu ta’ krediti internazzjonali sal-2020.

10

L-allokazzjoni mingħajr ħlas għandha tiġi kkalkulata abbażi ta’ parametri referenzjarji u fatturi ta’ aġġustament. Matul il-perijodu ta’ bejn l-2013 u l-2020 għandu jitwarrab massimu ta’ perċentwal ta’ ħamsa tal-kwantità ta’ kwoti għal parteċipanti ġodda. Il-kwoti li ma jiġux allokati mingħajr ħlas għandhom jiġu rkantati jew żvalidati. Għal dan il-għan, l-ETS għandha tal-anqas tissodisfa:

l-Artikoli 10, 10a, 10b, u 10c tad-Direttiva 2003/87/KE

id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE tas-27 ta’ April 2011 li tiddetermina regoli tranżitorji madwar l-Unjoni kollha għal allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

l-Artikolu 18(3) u l-Artikolu 19(2) sa (6) tal-Att tas-CO2

l-Artikolu 45(2) u l-Artikoli 46, 46a, 46b, 46c u 48 tal-Anness 9 tal-Ordinanza tas-CO2,

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

L-allokazzjonijiet mingħajr ħlas ma jaqbżux il-livelli ta’ allokazzjonijiet mogħtija għall-installazzjonijiet fl-EU ETS.

 

 

id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/448/UE tal-5 ta’ Settembru 2013 dwar miżuri ta’ implimentazzjoni nazzjonali għall-allokazzjoni tranżizzjonali mingħajr ħlas ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont l-Artikolu 11(3) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/126 tal-24 ta’ Jannar 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2013/448/UE fir-rigward tal-istabbiliment ta’ fattur ta’ korrezzjoni transsettorjali uniformi f’konformità mal-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(Kalkoli għad-determinazzjoni tal-fattur ta’ korrezzjoni transsettorjali fl-EU ETS mill-2013 sal-2020)

 

 

 

id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/746/UE tas-27 ta’ Ottubru 2014 li tiddetermina, skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, lista ta’ setturi u subsetturi meqjusa li huma esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju għall-perjodu 2015 sa 2019

id-Direttiva (UE) 2018/410 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2018 li temenda d-Direttiva2003/87/KE biex jiżdiedu t-tnaqqis kosteffettiv tal-emissjonijiet u l-investimenti għal emissjonijiet baxxi ta’ karbonju (Lista ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju għall-perijodu 2015 sa 2020)

 

 

 

ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/331 tad-19 ta’ Diċembru 2018 li jiddetermina regoli tranżizzjonali għall-Unjoni kollha għall-allokazzjoni armonizzata bla ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

id-Deċiżjoni Delegata tal-Kummissjoni (UE) 2019/708 tal-15 ta’ Frar 2019 li tissupplimenta d-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward id-determinazzjoni ta’ setturi u sottosetturi meqjusa li jinsabu f’riskju ta’ rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju għall-perjodu 2021–2030

kwalunkwe fattur ta’ korrezzjoni transettorjali fl-EU ETS fl-2021–2025 jew fl-2026–2030,

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim

 

11

L-ETS għandha tipprevedi penali fl-istess ċirkostanzi u tal-istess daqs bħal dawk stabbiliti skont:

l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2003/87/KE,

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

l-Artikolu 21 tal-Att tas-CO2

l-Artikolu 56 tal-Ordinanza tas-CO2

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim

12

Il-monitoraġġ u r-rapportar fl-ETS għandhom ikunu tal-anqas stretti daqs dawk previsti skont:

l-Artikolu 14 u l-Anness IV tad-Direttiva 2003/87/KE

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2012 tal-21 ta’ Ġunju 2012 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2066 tad-19 ta’ Diċembru 2018 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2012,

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim

l-Artikolu 20 tal-Att tas-CO2

l-Artikoli 50 sa 53 u l-Annessi 16 u 17 tal-Ordinanza tas-CO2,

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim

13

Il-verifika u l-akkreditament fl-ETS għandhom ikunu tal-anqas stretti daqs dawk previsti skont:

l-Artikolu 15 u l-Anness V tad-Direttiva 2003/87/KE

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 600/2012 tal-21 ta’ Ġunju 2012 dwar il-verifika tar-rapporti dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u r-rapporti dwar it-tunnellati kilometri u l-akkreditazzjoni tal-verifikaturi skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2067 tad-19 ta’ Diċembru 2018 dwar il-verifika tad-data u l-akkreditament tal-verifikaturi skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill,

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim

l-Artikoli 51 sa 54 tal-Ordinanza tas-CO2,

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim

B.   Kriterji essenzjali għall-avjazzjoni

 

Kriterji essenzjali

Għall-UE

Għall-Iżvizzera

1

In-natura obbligatorja tal-parteċipazzjoni fl-ETS

Il-parteċipazzjoni fl-ETS għandha tkun obbligatorja għall-attivitajiet tal-avjazzjoni skont il-kriterji elenkati hawn taħt.

Il-parteċipazzjoni fl-ETS għandha tkun obbligatorja għall-attivitajiet tal-avjazzjoni skont il-kriterji elenkati hawn taħt.

2

Il-kopertura ta’ attivitajiet tal-avjazzjoni u ta’ GHG u l-attribuzzjoni ta’ titjiriet u l-emissjonijiet rispettivi tagħhom skont il-prinċipju tat-titjira li tkun sejra titlaq kif stabbilit fi:

id-Direttiva 2003/87/KE, kif emendata bir-Regolament (UE) 2017/2392 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2017 biex tidderoga temporanjament l-infurzar fir-rigward ta’ titjiriet minn u lejn pajjiżi li magħhom ma ntlaħaqx ftehim skont l-Artikolu 25 tad-Direttiva 2003/87/KE

l-Artikoli 17, 29, 35 u 56, u l-Anness VII għar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 389/2013 tat-2 ta’ Mejju 2013 li jistabbilixxi Reġistru tal-Unjoni skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Deċiżjonijiet Nri 280/2004/KE u 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nri 920/2010 u 1193/2011,

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

1. Kamp ta’ applikazzjoni tal-kopertura

Titjiriet li jaslu fi jew li jitilqu minn ajrudrom li jinsab fit-territorju tal-Iżvizzera, ħlief għal titjiriet li jitilqu minn ajrudrom li jinsab fit-territorju taż-ŻEE.

Kwalunkwe deroga temporanja fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-ETS, bħal derogi fis-sens tal-Artikolu 28a tad-Direttiva 2003/87/KE, tista’ tapplika fir-rigward tal-ETS tal-Iżvizzera b’mod konformi ma’ dawk introdotti fl-EU ETS. L-emissjonijiet tas-CO2 biss għandhom ikunu koperti għall-attivitajiet tal-avjazzjoni.

 

 

Mill-1 ta’ Jannar 2020, titjiriet minn ajrudrom li jinsab fit-territorju taż-Żona Ekonomika Ewropea (“ŻEE”) għal ajrudromi li jinsabu fit-territorju tal-Iżvizzera għandhom jiġu koperti mill-EU ETS, filwaqt li t-titjiriet minn ajrudromi li jinsabu fit-territorju tal-Iżvizzera lejn ajrudromi li jinsabu fit-territorju taż- ŻEE għandhom jiġu esklużi mill-EU ETS, skont l-Artikolu 25a tad-Direttiva 2003/87/KE.

2. Limitazzjonijiet tal-kopertura

Il-kopertura ġenerali msemmija fil-punt 1 ma għandhiex tinkludi:

1.

Titjiriet imwettqa esklussivament għat-trasport fuq missjoni uffiċjali ta’ monarka renjanti u l-familja immedjata tiegħu/tagħha, kapijiet ta’ Stat, kapijiet ta’ Gvern u Ministri ta’ Gvern, fejn dan huwa ssostanzjat minn indikatur xieraq tal-istatus fil-pjan tat-titjira.

2.

Titjiriet militari, tad-dwana u tal-pulizija.

3.

Titjiriet relatati ma’ tiftix u salvataġġ, titjiriet għat-tifi tan-nar, titjiriet umanitarji u titjiriet ta’ servizzi mediċi ta’ emerġenza.

4.

Titjiriet imwettqa esklussivament skont ir-regoli tat-titjir viżwali kif definit fl-Anness 2 għall-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali tas-7 ta’ Diċembru 1944.

 

 

 

5.

Titjiriet li jitterminaw fl-ajrudrom minn fejn ikun telaq l-inġenju tal-ajru u li matulhom ma jkun sar ebda nżul intermedjarju ppjanat.

6.

Titjiriet ta’ taħriġ li jsiru esklussivament sabiex tinkiseb jew tinżamm liċenzja, jew klassifikazzjoni fil-każ ta’ ekwipaġġ tat-titjira tal-kabina fejn dan jiġi ssostanzjat permezz ta’ rimarka adegwata fil-pjan tat-titjira diment li t-titjira ma tkunx qed isservi ta’ trasport ta’ passiġġieri u/jew ta’ merkanzija jew għall-ippożizzjonar jew it-trasportazzjoni tal-inġenju tal-ajru nnifsu.

7.

Titjiriet imwettqa esklussivament għall-fini ta’ riċerka xjentifika.

8.

Titjiriet imwettqa esklussivament għall-fini ta’ verifika, ta’ ttestjar jew ta’ ċertifikazzjoni ta’ inġenju tal-ajru jew ta’ tagħmir kemm jekk fl-ajru kif ukoll jekk ibbażat fuq l-art.

9.

Titjiriet imwettqa b’inġenji tal-ajru b’massa massima tat-tluq ta’ anqas minn 5 700 kilogramma.

 

 

 

10.

Titjiriet ta’ operaturi ta’ inġenji tal-ajru kummerċjali b’emissjonijiet annwali totali ta’ inqas minn 10 000 tunnellata a fuq titjiriet koperti mill-ETS tal-Iżvizzera jew b’inqas minn 243 titjira għal kull perijodu għal tliet perijodi konsekuttivi ta’ erba’ xhur fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-ETS tal-Iżvizzera, jekk l-operaturi ma jkunux koperti mill-EU ETS.

11.

Titjiriet ta’ operaturi ta’ inġenji tal-ajru mhux kummerċjali koperti mill-ETS tal-Iżvizzera b’emissjonijiet annwali totali ta’ inqas minn 1 000 tunnellata skont id-deroga rispettiva applikata fl-EU ETS, jekk l-operaturi ma jkunux koperti mill-EU ETS.

Dawn il-limitazzjonijiet tal-kopertura huma previsti fil-

Artikolu 16a tal-Att tas-CO2

l-Artikolu 46d u l-Artikolu 55(2) u l-Anness 13 tal-Ordinanza tas-CO2,

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

3

L-iskambju ta’ data rilevanti dwar l-applikazzjoni tal-limitazzjonijiet tal-kopertura ta’ attivitajiet tal-avjazzjoni

Iż-żewġ partijiet għandhom jikkooperaw fir-rigward tal-applikazzjoni tal-limitazzjonijiet tal-kopertura fl-ETS tal-Iżvizzera u fl-EU ETS għall-operaturi kummerċjali u mhux kummerċjali f’konformità ma’ dan l-Anness. B’mod partikolari, iż-żewġ partijiet għandhom jiżguraw it-trasferiment f’waqtu tad-data rilevanti kollha sabiex tkun tista’ ssir identifikazzjoni korretta tat-titjiriet u tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru li huma koperti mill-ETS tal-Iżvizzera u mill-EU ETS.

4

Il-limitu (kwantità totali ta’ kwoti li għandha tiġi allokata lill-operaturi tal-inġenji tal-ajru)

L-Artikolu 3c tad-Direttiva 2003/87/KE,

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

L-Artikolu 3c tad-Direttiva 2003/87/KE inizjalment allokat kwoti kif ġej:

15 % rkantati

3 % twarrbu f’riżerva speċjali

82 % ġew allokati mingħajr ħlas.

L-allokazzjonijiet ġew emendati bir-Regolament (UE) Nru 421/2014 billi l-allokazzjoni ta’ kwoti mingħajr ħlas tnaqqset bi proporzjon mat-tnaqqis tal-obbligu ta’ restituzzjoni (l-obbligu ta’ ċediment)(l-Artikolu 28a(2) tad-Direttiva 2003/87/KE. Ir-Regolament (UE) 2017/2392, kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, estenda dan l-approċċ sal-2023, u japplika l-fattur ta’ tnaqqis lineari ta’ 2,2 % mill-1 ta’ Jannar 2021.

Il-limitu għandu jirrifletti livell simili ta’ strettezza bħal dak fl-EU ETS, b’mod partikolari fir-rigward tar-rata perċentwali ta’ tnaqqis bejn is-snin u l-perijodi ta’ negozjar. Il-kwoti fil-limitu għandhom jiġu allokati kif ġej:

15 % għandhom jiġu rkantati

3 % għandhom jitwarrbu f’riżerva speċjali

82 % għandhom jiġu allokati mingħajr ħlas.

Din l-allokazzjonitista’ tiġi riveduta skont l-Artikoli 6 u 7 ta’ dan il-Ftehim.

 

 

 

Sal-2020, il-kwantità ta’ kwoti fi ħdan il-limitu għandha tiġi kkalkulata minn isfel għal fuq abbażi tal-kwoti li għandhom jiġu allokati mingħajr ħlas skont id-distribuzzjoni tal-limitu kif imsemmi hawn fuq. Kwalunkwe deroga temporanja fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-ETS għandha teħtieġ l-aġġustamenti proporzjonali korrispondenti għall-ammonti li jridu jiġu allokati.

Mill-2021, il-kwantità ta’ kwoti fi ħdan il-limitu għandha tiġi determinata mil-limitu fl-2020, filwaqt li titqies rata perċentwali ta’ tnaqqis possibbli skont l-EU ETS.

Dan huwa previst:

fl-Artikolu 19a(2) u (4) tal-Att tas-CO2

fl-Artikolu 48 u l-Anness 15 tal-Ordinanza tas-CO2,

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

5

L-allokazzjoni ta’ kwoti għall-avjazzjoni permezz tal-irkantar ta’ kwoti

l-Artikolu 3d u l-Artikolu 28a(3) tad-Direttiva 2003/87/KE,

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Il-kwoti tal-emissjonijiet Żvizzeri għall-irkantar għandhom jiġu rkantati mill-awtorità kompetenti Żvizzera. L-Iżvizzera hija intitolata għad-dħul iġġenerat mill-irkantar tal-kwoti Żvizzeri.

Dan huwa previst:

fl-Artikolu 19a(2) u (4) tal- Att tas-CO2

fl-Artikolu 48 u l-Anness 15 għall-Ordinanza tas- CO2

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

6

Ir-riżerva speċjali għal ċerti operaturi ta’ inġenji tal-ajru

l-Artikolu 3f tad-Direttiva 2003/87/KE

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Il-kwoti għandhom jitwarrbu f’riżerva speċjali għal parteċipanti ġodda u għal dawk bi tkabbir mgħaġġel, ħlief li sal-2020, minħabba li s-sena ta’ referenza għall-akkwist ta’ data għall-attivitajiet Żvizzeri tal-avjazzjoni għandha tkun l-2018, l-Iżvizzera mhux ser ikollha riżerva speċjali.

Din ir-riżerva speċjali hija prevista fi

l-Artikolu 18(3)tal-Att tas-CO2

l-Artikolu 46e u l-Anness 15 tal-Ordinanza tas-CO2,

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

7

Il-parametru referenzjarju għall-allokazzjoni mingħajr ħlas ta’ kwoti għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru

l-Artikolu 3e tad-Direttiva 2003/87/KE.

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Il-parametru referenzjarju annwali huwa ta’ 0,000642186914222035 ta’ kwoti għal kull tunnellata-kilometru.

Il-parametru referenzjarju ma għandux ikun ogħla minn dak fl-EU ETS.

Sal-2020, il-parametru referenzjarju annwali għandu jkun ta’ 0,000642186914222035 ta’ kwoti għal kull tunnellata-kilometru.

Dan il-parametru huwa previst fi

L-Artikolu 46f(1) u (2) u l-Anness 15 tal-Ordinanza tas-CO2,

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

8

L-allokazzjoni mingħajr ħlas ta’ kwoti tal-emissjonijiet għall-operaturi ta’ inġenji tal-ajru

l-Artikolu 3e tad-Direttiva 2003/87/KE,

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

Aġġustamenti għandhom isiru skont l-Artikolu 25a tad-Direttiva 2003/87/KE, għall-ħruġ ta’ kwoti b’mod proporzjonali mal-obbligi korrispondenti ta’ rapportar u ta’ ċediment li jirriżultaw mill-kopertura attwali skont l-EU ETS ta’ titjiriet bejn iż-ŻEE u l-Iżvizzera.

L-għadd ta’ kwoti tal-emissjonijiet li jiġu allokati mingħajr ħlas lill-operaturi tal-inġenji tal-ajru jiġi kkalkulat permezz tal-multiplikazzjoni tad-data f’tunnellati-kilometri rapportata tagħhom mwettqa fis-sena ta’ referenza mill-parametru referenzjarju applikabbli.

Din l-allokazzjoni mingħajr ħlas hija prevista:

fl-Artikolu 19a(3) u (4) tal-Att tas- CO2

fl-Artikolu 46f(1) u (2)u l-Anness 15 tal-Ordinanza tas- CO2,

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

9

Il-limiti kwalitattivi għall-krediti internazzjonali għandhom ikunu tal-anqas stretti daqs dawk stabbiliti fi:

l-Artikoli 11a u 11b tad-Direttiva 2003/87/KE

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 389/2013 tat-2 ta’ Mejju 2013 li jistabbilixxi Reġistru tal-Unjoni skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Deċiżjonijiet Nri 280/2004/KE u 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nri 920/2010 u 1193/2011,

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

l-Artikoli 5 u 6 tal-Att tas-CO2

l-Artikolu 4 u l-Artikolu 4a(1), u l-Anness 2 tal-Ordinanza tas-CO2,

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

10

Il-limiti kwantitattivi għall-użu ta’ krediti internazzjonali

l-Artikolu 11a tad-Direttiva 2003/87/KE

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 389/2013 tat-2 ta’ Mejju 2013 li jistabbilixxi Reġistru tal-Unjoni skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Deċiżjonijiet Nri 280/2004/KE u 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nri 920/2010 u 1193/2011

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1123/2013 tat-8 ta’ Novembru 2013 dwar id-determinazzjoni tad-drittijiet ta’ kreditu internazzjonali skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill,

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim

L-użu ta’ krediti internazzjonali għandu jkun ta’ 1,5 % ta’ emissjonijiet verifikati sal-2020.

Dan huwa previst fil-

Artikolu 55d tal-Ordinanza tas-CO2,

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

11

Il-kisba ta’ data f’tunnellati-kilometri għas-sena ta’ referenza

l-Artikolu 3e tad-Direttiva 2003/87/KE,

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjoni ta’ hawn taħt, il-kisba ta’ data f’tunnellati-kilometri għandha ssir fl-istess ħin u bl-istess metodu bħall-kisba ta’ data f’tunnellati-kilometri għall-EU ETS.

Sal-2020 u f’konformità mal-Ordinanza dwar il-Kisba ta’ Data f’Tunnellati–Kilometri u l-Preparazzjoni ta’ Pjanijiet ta’ Monitoraġġ b’rabta mad-Distanzi ta’ Titjir tal-Inġenji tal-Ajru kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, is-sena ta’ referenza għall-kisba ta’ data għall-attivitajiet Żvizzeri tal-avjazzjoni għandha tkun l-2018.

Dan huwa previst:

fl-Artikolu 19(3) u (4) tal-Att tas-CO2

fl-Ordinanza dwar il-Kisba ta’ Data f’Tunnellati-Kilometri u l-Preparazzjoni tal-Pjanijiet ta’ Monitoraġġ b’rabta mad-Distanzi ta’ Titjir tal-Inġenji tal-Ajru,

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

12

Il-monitoraġġ u r-rapportar

l-Artikolu 14 u l-Anness IV għad-Direttiva 2003/87/KE

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2012 tal-21 ta’ Ġunju 2012 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2066 tad-19 ta’ Diċembru 2018 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2012

Id-dispożizzjonijiet dwar il-monitoraġġ u r-rapportar għandhom jirriflettu l-istess livell ta’ strettezza bħal fl-EU ETS.

Dan huwa previst:

fl-Artikolu 20 tal-Att tas-CO2

fl-Artikoli 50 sa 52 u l-Annessi 16 u 17 tal-Ordinanza tas-CO2,

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

 

 

ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1603 tat-18 ta’ Lulju 2019 li jissupplimenta d-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-miżuri adottati mill-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali għall-monitoraġġ, ir-rapportar u l-verifika tal-emissjonijiet tal-avjazzjoni għall-iskop li tiġi implimentata miżura globali bbażata fuq is-suq,

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim

 

13

Il-verifika u l-akkreditament

l-Artikolu 15 u l-Anness V tad-Direttiva 2003/87/KE

ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 600/2012 tal-21 ta’ Ġunju 2012 dwar il-verifika tar-rapporti dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u r-rapporti dwar it-tunnellati kilometri u l-akkreditazzjoni tal-verifikaturi skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

Id-dispożizzjonijiet dwar il-verifika u l-akkreditament għandhom jirriflettu l-istess livell ta’ strettezza bħal fl-EU ETS.

Dan huwa previst fil-

Artikolu 52(4) u (5) u l-Anness 18 tal-Ordinanza tas-CO2,

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

 

 

ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2067 tad-19 ta’ Diċembru 2018 dwar il-verifika tad-data u l-akkreditament tal-verifikaturi skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill,

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim

 

14

L-amministrazzjoni

Għandhom japplikaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 18a tad-Direttiva 2003/87/KE. Għal dan il-għan u skont l-Artikolu 25a tad-Direttiva 2003/87/KE, l-Iżvizzera għandha titqies bħala Stat Membru Amministrattiv fir-rigward tal-attribuzzjoni tal-amministrazzjoni tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru lill-Iżvizzera u lill-Istati Membri tal-UE (ŻEE).

Skont l-Ordinanza tas-CO2 kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, l-Iżvizzera għandha tkun responsabbli għall-amministrazzjoni ta’ operaturi tal-inġenji tal-ajru:

b’liċenzja operattiva valida li tkun ingħatat mill-Iżvizzera, jew

bl-akbar emissjonijiet attribwiti lill-avjazzjoni stmati fl-Iżvizzera skont l-ETS kollegati.

 

 

Skont l-Artikolu 25a tad-Direttiva 2003/87/KE, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tal-UE (ŻEE) għandhom ikunu responsabbli għall-kompiti kollha relatati mal-amministrazzjoni tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru attribwiti lilhom, inklużi wkoll dawk il-kompiti relatati mal-ETS tal-Iżvizzera (eż. ir-riċeviment ta’ rapporti verifikati dwar l-emissjonijiet li jkopru kemm l-attivitajiet tal-avjazzjoni tal-UE kif ukoll tal-Iżvizzera, l-allokazzjoni,il-ħruġ u t-trasferiment ta’ kwoti, il-konformità u l-infurzar).

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tiftiehem bilateralment mal-awtoritajiet kompetenti Żvizzeri dwar it-trasferiment tad-dokumentazzjoni u tal-informazzjoni rilevanti.

L-awtoritajiet kompetenti Żvizzeri għandhom ikunu responsabbli għall-kompiti kollha relatati mal-amministrazzjoni tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru attribwiti lill-Iżvizzera, inklużi l-kompiti relatati mal-EU ETS (eż. ir-riċeviment ta’ rapporti verifikati dwar l-emissjonijiet li jkopru kemm l-attivitajiet tal-avjazzjoni tal-UE kif ukoll tal-Iżvizzera, l-allokazzjoni, il-ħruġ u t-trasferiment ta’ kwoti, il-konformità u l-infurzar).

L-awtoritajiet kompetenti Żvizzeri għandhom jaqblu bilateralment mal-Kummissjoni Ewropea dwar it-trasferiment tad-dokumentazzjoni u tal-informazzjoni rilevanti.

 

 

B’mod partikolari, il-Kummissjoni Ewropea għandha tiżgura t-trasferiment lill-operaturi tal-inġenji tal-ajru amministrati mill-Iżvizzera tal-ammont ta’ allokazzjoni mingħajr ħlas tal-kwoti tal-UE.

Fil-każ ta’ ftehim bilaterali dwar l-amministrazzjoni ta’ titjiriet li joperaw fir-rigward ta’ EuroAirport Basel-Mulhouse-Freiburg li ma jinvolvix emendi għad-Direttiva 2003/87/UE, il-Kummissjoni Ewropea għandha, skont kif ikun xieraq, tiffaċilita l-implimentazzjoni ta’ tali ftehim, sakemm dan ma jwassalx għal għadd doppju.

B’mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti Żvizzeri għandhom jittrasferixxu lill-operaturi ta’ inġenji tal-ajru amministrati mill-Istati Membri tal-UE (ŻEE) l-ammont ta’ allokazzjoni mingħajr ħlas ta’ kwoti Żvizzeri.

Dan huwa previst fil-

Artikolu 39(1bis) tal-Att tas-CO2

l-Artikolu 46d u l-Anness 14 tal-Ordinanza tas-CO2,

kif fis-seħħ fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim.

15

Iċ-ċediment

Meta jivvalutaw il-konformità tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru fuq il-bażi tal-ammont ta’ kwoti ċeduti, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri UE (ŻEE) għandhom l-ewwel nett iqisu l-emissjonijiet koperti mill-ETS tal-Iżvizzera u jużaw l-ammont li jifdal tal-kwoti ċeduti biex iqisu l-emissjonijiet koperti mill-EU ETS.

Meta jivvalutaw il-konformità tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru fuq il-bażi tal-ammont ta’ kwoti ċeduti, l-awtoritajiet kompetenti tal-Iżvizzera għandhom l-ewwel nett iqisu l-emissjonijiet koperti mill-EU ETS u jużaw l-ammont li jifdal tal-kwoti ċeduti biex iqisu l-emissjonijiet koperti mill-ETS tal-Iżvizzera.

16

L-infurzar legali

Il-Partijiet għandhom jinfurzaw id-dispożizzjonijiet tal-ETS rispettivi tagħhom fir-rigward ta’ operaturi tal-inġenji tal-ajru li ma jissodisfawx l-obbligi fl-ETS rispettiva, irrispettivament minn jekk l-operatur ikunx amministrat minn awtorità kompetenti tal-UE (ŻEE) jew minn awtorità kompetenti Żvizzera fil-każ li l-infurzar mill-awtorità li tkun qed tamministra lill-operatur ikun jeħtieġ azzjoni addizzjonali.

17

L-attribuzzjoni amministrattiva tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru

Skont l-Artikolu 25a tad-Direttiva 2003/87/KE, il-lista tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru ppubblikata mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 18a(3) tad-Direttiva 2003/87/KE għandha tispeċifika l-Istat amministrattiv, inkluż l-Iżvizzera, għal kull operatur ta’ inġenji tal-ajru.

L-operaturi tal-inġenji tal-ajru li jiġu attribwiti lill-Iżvizzera għall-ewwel darba wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim għandhom jiġu amministrati mill-Iżvizzera wara t-30 ta’ April tas-sena ta’ attribuzzjoni u qabel l-1 ta’ Awwissu tas-sena ta’ attribuzzjoni.

Iż-żewġ partijiet għandhom jikkooperaw billi jikkondividu d-dokumentazzjoni u l-informazzjoni rilevanti.

L-attribuzzjoni ta’ operatur ta’ inġenji tal-ajru m’għandhiex taffettwa l-kopertura ta’ dak l-operatur ta’ inġenji tal-ajru mill-ETS rispettiva (jiġifieri, operatur kopert mill-EU ETS amministrat mill-awtorità kompetenti Żvizzera għandu jkollu l-istess livell ta’ obbligi skont l-EU ETS flimkien mal-kopertura tiegħu skont l-ETS tal-Iżvizzera, u viċeversa).

18

Il-modalitajiet għall-implimentazzjoni

Kwalunkwe modalità addizzjonali meħtieġa għall-organizzazzjoni tax-xogħol u għall-kooperazzjoni fi ħdan il-punt uniku ta’ servizz għad-detenturi ta’ kontijiet tal-avjazzjoni għandha tiġi żviluppata u adottata mill-Kumitat Konġunt wara l-iffirmar ta’ dan il-Ftehim, skont l-Artikoli 12, 13 u 22 ta’ dan il-Ftehim. Dawn il-modalitajiet għandhom japplikaw mid-data li fiha japplika dan il-Ftehim.

19

L-assistenza minn Eurocontrol

Għall-parti tal-avjazzjoni ta’ dan il-Ftehim, il-Kummissjoni Ewropea għandha tinkludi lill-Iżvizzera fi ħdan il-mandat mogħti lill-Eurocontrol fir-rigward tal-EU ETS.

C.   Kriterji Essenzjali għar-Reġistri

L-ETS ta’ kull Parti għandha tinkludi reġistru u reġistru tat-tranżazzjonijiet, li għandhom jissodisfaw il-kriterji essenzjali li ġejjin fir-rigward ta’ mekkaniżmi u proċeduri ta’ sigurtà u b’rabta mal-ftuħ u mal-ġestjoni tal-kontijiet:

Kriterji Essenzjali b’rabta mal-Mekkaniżmi u mal-Proċeduri tas-Sigurtà

Ir-reġistri u r-reġistri tat-tranżazzjonijiet għandhom jipproteġu l-kunfidenzjalità, l-integrità, id-disponibbiltà u l-awtentiċità tad-data maħżuna fis-sistema. Għal dan il-għan, il-Partijiet għandhom jimplimentaw il-mekkaniżmi ta’ sigurtà li ġejjin:

Kriterji Essenzjali

Biex jiġu aċċessati l-kontijiet, hemm bżonn ta’ mekkaniżmu ta’ awtentikazzjoni b’żewġ fatturi għall-utenti kollha li jaċċessaw il-kont.

Kemm biex tinbeda tranżazzjoni kif ukoll biex din tiġi approvata hemm bżonn ta’ mekkaniżmu ta’ ffirmar tat-tranżazzjoni. Il-kodiċi ta’ konferma għandu jintbagħat lill-utenti barra mill-medda ta’ frekwenzi normali.

Kwalunkwe waħda mill-operazzjonijiet segwenti għandha tinbeda minn persuna waħda u tiġi approvata minn oħra (il-prinċipju ta’ 4-għajnejn):

l-operazzjonijiet kollha mwettqa minn amministratur, sakemm ma japplikawx eċċezzjonijiet kif definiti fl-LTS;

it-trasferimenti kollha ta’ unitajiet sakemm ma jkunux ġustifikati minn miżura alternattiva li tipprovdi l-istess livell ta’ sigurtà..

Għandu jkun hemm sistema ta’ notifiki fis-seħħ li twissi lill-utenti meta jitwettqu operazzjonijiet li jinvolvu l-kontijiet u l-assi tagħhom.

Japplika dewmien minimu ta’ 24 siegħa bejn il-bidu ta’ trasferiment u l-eżekuzzjoni tiegħu lill-utenti kollha sabiex jirċievu l-informazzjoni u jieqaf kwalunkwe trasferiment illeġittimu suspettat.

L-amministratur Żvizzeru u l-amministratur ċentrali tal-Unjoni għandhom jieħdu passi biex jinfurmaw lill-utenti dwar ir-responsabbiltajiet tagħhom fir-rigward tas-sigurtà tas-sistemi tagħhom (PC, network, ...) u fir-rigward tal-amministrazzjoni tad-data/tan-navigazzjoni fuq l-Internet.

Fir-rigward tal-kwoti, l-emissjonijiet għas-sena 2020 jistgħu jiġu koperti biss minn kwoti maħruġa fil-perijodu 2013 – 2020.

Kriterji essenzjali b’rabta mal-ftuħ u mal-ġestjoni tal-kontijiet

Kriterji Essenzjali

Ftuħ ta’ Kont tal-Operatur/Kont ta’ Depożitu tal-Operatur

L-applikazzjoni mill-operatur jew mill-awtorità kompetenti għat-talba ta’ ftuħ ta’ kont (ta’ depożitu) tal-operatur għandha tiġi indirizzata lill-amministratur nazzjonali (l-Uffiċċju Federali tal-Ambjent, FOEN, għall-Iżvizzera). L-applikazzjoni għandha tinkludi biżżejjed informazzjoni sabiex tidentifika l-installazzjoni tal-ETS u ID adegwata tal-installazzjoni.

Ftuħ ta’ Kont tal-Operatur ta’ Inġenji tal-Ajru/Kont ta’ Depożitu ta’ Operatur ta’ Inġenji tal-Ajru

Kull operatur ta’ inġenji tal-ajru kopert mill-ETS tal-Iżvizzera jew mill-EU ETS għandu jkollu kont wieħed tal-operatur ta’ inġenji tal-ajru/kont ta’ depożitu wieħed ta’ operatur ta’ inġenji tal-ajru. Fil-każ tal-operaturi ta’ inġenji tal-ajru amministrati mill-awtorità kompetenti Żvizzera dan il-kont għandu jinżamm fir-reġistru Żvizzeru. L-applikazzjoni mill-operatur ta’ inġenji tal-ajru jew minn rappreżentant awtorizzat tal-operatur ta’ inġenji tal-ajru għandha tiġi indirizzata lill-amministratur nazzjonali (FOEN għall-Iżvizzera) fi żmien 30 jum ta’ xogħol mill-approvazzjoni tal-pjan ta’ monitoraġġ tal-operatur ta’ inġenji tal-ajru jew mit-trasferiment tiegħu minn Stat Membru tal-UE (ŻEE) lill-awtoritajiet Żvizzeri. L-applikazzjoni għandha tinkludi l-kodiċi jew kodiċijiet uniċi tal-inġenju tal-ajru operat mill-applikant li jaqgħu skont l-ETS tal-Iżvizzera u/jew tal-EU ETS.

Ftuħ ta’ Kont Personali/Kont ta’ Depożitu Personali

L-applikazzjoni għal talba għall-ftuħ ta’ kont personali jew ta’ kont ta’ depożitu personali għandha tiġi indirizzata lill-amministratur nazzjonali (FOEN għall-Iżvizzera). Għandha tinkludi biżżejjed informazzjoni għall-identifikazzjoni tad-detentur/tal-applikant tal-kont u għandha tinkludi tal-anqas:

għal persuna fiżika: il-prova tal-identità u d-dettalji ta’ kuntatt

għal persuna ġuridika:

il-kopja tar-reġistru kummerċjali jew

l-istrumenti li jistabbilixxu l-entità ġuridika u dokument li jagħti prova tar-reġistrazzjoni tal-entità ġuridika

ir-rekords kriminali tal-persuna fiżika jew fil-każ ta’ persuna ġuridika tad-diretturi tagħha

Rappreżentanti Awtorizzati/tal-Kont

Kull kont għandu jkollu tal-anqas rappreżentant awtorizzat/tal-kont wieħed innominat mid-detentur tal-kont prospettiv. Ir-rappreżentanti awtorizzati/tal-kont għandhom jibdew it-tranżazzjonijiet u proċessi oħra f’isem id-detentur tal-kont. Meta jiġi nnominat ir-rappreżentant awtorizzat/tal-kont, għandha tiġi trażmessa l-informazzjoni li ġejja dwar ir-rappreżentant awtorizzat/tal-kont:

l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt,

d-dokument ġustifikattiv tal-identifikazzjoni,

ir-rekord kriminali.

Il-kontroll tad-dokumenti

Kwalunkwe kopja ta’ dokument li tiġi sottomessa bħala evidenza għall-ftuħ ta’ kont personali/kont ta’ depożitu personali jew għan-nomina ta’ rappreżentant awtorizzat/ta’ kont trid tkun ċertifikata bħala kopja vera. Fir-rigward ta’ dokumenti maħruġa barra mill-Istat li jkun qed jitlob kopja, il-kopja trid tiġi legalizzata. Id-data taċ-ċertifikazzjoni u, fejn rilevanti, tal-leġiżlazzjoni ma tridx tkun ta’ aktar minn tliet xhur qabel id-data tal-applikazzjoni.

Rifjut għall-ftuħ jew għall-aġġornament ta’ kont jew għan-nomina ta’ rappreżentant awtorizzat/tal-kont

Amministratur nazzjonali (il-FOEN għall-Iżvizzera) jista’ jirrifjuta li jiftaħ jew li jaġġorna kont jew li jinnomina rappreżentant awtorizzat/ta’ kont diment li r-rifjut ikun raġonevoli u ġustifikabbli. Ir-raġunijiet għar-rifjut għandhom ikunu ġustifikati abbażi ta’ mill-inqas waħda mir-raġunijiet li ġejjin:

l-informazzjoni u d-dokumenti pprovduti jkunu mhux kompluti, skaduti, jew inkella skorretti jew foloz;

ir-rappreżentant prospettiv ikun qed jiġi investigat jew ikun instab ħati fil-ħames snin preċedenti ta’ frodi li tinvolvi kwoti jew unitajiet ta’ Kjoto, ħasil tal-flus, iffinanzjar tat-terroriżmu jew reati gravi oħra li għalihom il-kont seta’ kien strumentali;

raġunijiet stabbiliti fid-dritt nazzjonali jew tal-Unjoni

Reviżjoni regolari tal-informazzjoni dwar il-kont

Id-detenturi tal-kont għandhom jirrapportaw minnufih kwalunkwe tibdil fil-kont jew fid-data dwar l-utent lill-amministratur nazzjonali (FOEN għall-Iżvizzera) iġġustifikat minn informazzjoni kif meħtieġ mill-amministratur nazzjonali li huwa responsabbli għall-approvazzjoni tal-aġġornament f’waqtu tal-informazzjoni.

Mill-anqas darba kull tliet snin, l-amministratur nazzjonali għandu jivvaluta jekk l-informazzjoni relatata ma’ kont tkunx għadha kompleta, aġġornata, preċiża u vera, u għandu jitlob li d-detentur tal-kont jinnotifika kwalunkwe tibdil kif ikun xieraq.

Sospensjoni ta’ Aċċess għal Kont

Fejn tinkiser kwalunkwe dispożizzjoni skont l-Artikolu 3 ta’ dan il-Ftehim relattivament għal reġistri jew tkun pendenti xi investigazzjoni dwar il-possibilità ta’ ksur ta’ dawk id-dispożizzjonijiet, l-aċċess għall-kontijiet jista’ jiġi sospiż.

Kunfidenzjalità u żvelar tal-informazzjoni

L-informazzjoni, inkluż iż-żamma tal-kontijiet kollha, it-tranżazzjonijiet kollha magħmula, il-kodiċi uniku ta’ identifikazzjoni tal-unità tal-kwoti u l-valur numeriku uniku tan-numru tas-serje tal-unità tal-unitajiet ta’ Kjoto miżmuma jew affettwati minn tranżazzjoni, miżmuma fl-EUTL jew fl-SSTL, fir-Reġistru tal-Unjoni, fir-reġistru Żvizzeru u fi kwalunkwe reġistru tal-Protokoll ta’ Kyoto ieħor għandhom jitqiesu kunfidenzjali.

Tali informazzjoni kunfidenzjali tista’ tingħata lill-entitajiet pubbliċi rilevanti fuq talba tagħhom jekk dawn it-talbiet isegwu objettiv leġittimu u huma ġustifikati, meħtieġa u proporzjonati (għall-finijiet ta’ investigazzjoni, detezzjoni, prosekuzzjoni, amministrazzjoni tat-taxxa, infurzar, awditjar u superviżjoni finanzjarja għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-frodi, il-ħasil tal-flus, il-finanzjament tat-terroriżmu, kriminalità serja oħra, il-manipulazzjoni tas-suq jew ksur ieħor tad-dritt tal-Unjoni jew nazzjonali ta’ Stat Membru taż-ŻEE jew tal-Iżvizzera u biex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tal-EU ETS u tal-ETS tal-Iżvizzera.

D.   Kriterji Essenzjali għall-Pjattaformi tal-Irkantar u għall-Attivitajiet tal-Irkantar

L-entitajiet li jwettqu l-irkanti tal-kwoti fl-ETS tal-Partijiet għandhom jissodisfaw il-kriterji essenzjali li ġejjin u għandhom iwettqu l-irkanti skont dan:

 

Kriterji Essenzjali

1

L-entità li tmexxi l-irkant għandha tintgħażel permezz ta’ proċess li jiżgura trasparenza, proporzjonalità, trattament indaqs, nondiskriminazzjoni u kompetizzjoni bejn il-pjattaformi tal-irkant potenzjali differenti abbażi tad-dritt tal-Unjoni jew nazzjonali dwar l-akkwist.

2

L-entità li tmexxi l-irkant għandha tkun awtorizzata għal din l-attività u għandha tipprovdi s-salvagwardji meħtieġa fit-twettiq tal-operazzjonijiet tagħha; dawk is-salvagwardji jinkludu, fost l-oħrajn, arranġamenti għall-identifikazzjoni u għall-ġestjoni tal-konsegwenzi negattivi potenzjali ta’ kwalunkwe kunflitt ta’ interess, għall-identifikazzjoni u l-ġestjoni tar-riskji li għalihom ikun espost is-suq, li jkun hemm regoli u proċeduri trasparenti u mhux diskrezzjonali għal irkantar ġust u ordnat u biżżejjed riżorsi finanzjarji biex jiġi faċilitat il-funzjonament kif suppost.

3

L-aċċess għall-irkanti għandu jkun soġġett għal rekwiżiti minimi fir-rigward ta’ kontrolli adegwati tad-diliġenza tal-klijenti biex jiġi żgurat li l-parteċipanti ma jimminawx l-operat tal-irkanti.

4

Il-proċess tal-irkantar għandu jkun prevedibbli, b’mod partikolari fir-rigward taż-żmien u tas-sekwenza tal-bejgħ u tal-volumi stmati li għandhom ikunu disponibbli. L-elementi prinċipali tal-metodu tal-irkantar, inkluż l-iskeda, id-dati u l-volumi stmati tal-bejgħ għandhom jiġu ppubblikati fuq is-sit web tal-entità li tmexxi l-irkant tal-anqas xahar qabel il-bidu tal-irkanti. Kwalunkwe aġġustament sinifikanti għandu jitħabbar malajr kemm jista’ jkun prattikabbli, inkluż minn qabel ukoll.

5

L-irkantar tal-kwoti għandu jitwettaq bl-objettiv li jiġi minimizzat kwalunkwe impatt fuq l-ETS ta’ kull Parti. L-entità inkarigata mill-irkant għandha tiżgura l-prezzijiet uniformi tal-irkanti ma jiddevjawx b’mod sinifikanti mill-prezz rilevanti għall-kwoti fis-suq sekondarju matul il-perijodu tal-irkant, sitwazzjoni li tkun tindika nuqqas fl-irkanti. Il-metodoloġija li tiddetermina d-devjazzjoni msemmija fis-sentenza ta’ qabel għandha tiġi nnotifikata lill-awtoritajiet kompetenti li jeżerċitaw funzjonijiet ta’ sorveljanza tas-suq.

6

L-informazzjoni mhux kunfidenzjali kollha li hija pertinenti għall-irkanti, inklużi l-leġiżlazzjoni, il-gwidi u l-formoli kollha, għandha tiġi ppubblikata b’mod miftuħ u trasparenti. Ir-riżultati ta’ kull irkant mwettaq għandhom jiġu ppubblikati malajr kemm jista’ jkun raġonevolment prattikabbli u jinkludu l-informazzjoni mhux kunfidenzjali rilevanti. Ir-rapporti dwar ir-riżultati tal-irkanti għandhom jiġu ppubblikati tal-anqas darba fis-sena.

7

L-irkantar tal-kwoti għandu jkun soġġett għal regoli u proċeduri adegwati biex itaffi r-riskju ta’ komportament antikompetittiv, abbuż tas-suq, ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu fl-irkanti. Kemm jista’ jkun possibbli, dawn ir-regoli u l-proċeduri għandhom ma jkunux inqas stretti minn dawk applikabblki għas-swieq finanzjarji fir-reġimi legali rispettivi tal-Partijiet. B’mod partikolari, l-entità li tmexxi l-irkant għandha tkun responsabbli għall-istabbiliment ta’ miżuri, proċeduri u proċessi sabiex tiġi żgurata l-integrità tal-irkanti. Għandha timmonitorja wkoll l-imġiba tal-parteċipanti tas-suq u tinnotifika lill-awtoritajiet pubbliċi kompetenti f’każ ta’ komportament antikompetittiv, abbuż tas-suq, ħasil ta’ flus jew finanzjament tat-terroriżmu.

8

L-entità li twettaq l-irkanti u l-irkantar tal-kwoti għandha tkun soġġetta għal superviżjoni adegwata mill-awtoritajiet kompetenti. L-awtoritajiet kompetenti maħtura għandu jkollhom il-kompetenzi legali neċessarji u l-arranġamenti tekniċi biex jagħmlu superviżjoni ta’:

l-organizzazzjoni u t-tmexxija tal-operaturi tal-pjattaformi tal-irkanti;

l-organizzazzjoni u t-tmexxija tal-intermedjarji professjonali li jaġixxu f’isem il-klijenti;

l-imġiba u t-tranżazzjonijiet tal-parteċipanti tas-suq, sabiex jiġi evitat abbuż minn informazzjoni privileġġata u manipulazzjoni tas-suq;

it-tranżazzjonijiet tal-parteċipanti fis-suq, sabiex jiġi evitat il-ħasil ta’ flus u l-finanzjament tat-terroriżmu.

Sa fejn ikun possibbli, is-superviżjoni ma għandhiex tkun inqas stretta mis-superviżjoni fuq is-swieq finanzjarji fir-reġimi legali rispettivi tal-Partijiet.

L-Iżvizzera għandha tagħmel ħilitha biex tagħmel użu minn entità privata għall-irkantar tal-kwoti tagħha, skont ir-regoli dwar l-akkwist pubbliku.

Sa meta tiġi kkuntrattata tali entità, u dment li l-għadd ta’ kwoti li ser jiġu rkantati f’sena jkun taħt limitu fiss, l-Iżvizzera tista’ tkompli tuża l-arranġamenti attwali għall-irkantar, jiġifieri l-irkanti operati mill-FOEN, skont il-kundizzjonijiet li ġejjin:

1.

Il-livell limitu għandu jkun ta’ 1 000 000 kwota, li jinkludi l-kwoti li għandhom jiġu rkantati għall-attivitajiet tal-avjazzjoni.

2.

Għandhom japplikaw il-kriterji essenzjali 1 sa 8, bl-eċċezzjoni tal-kriterji 1 u 2, filwaqt li l-aħħar sentenza tal-kriterju 5 u l-kriterji 7 u 8 japplikaw biss għall-FOEN sal-limitu possibbli.

Għandu japplika l-kriterju essenzjali 3, flimkien mad-dispożizzjoni li ġejja: l-ammissjoni għas-sottomissjoni ta’ offerti fl-irkanti tal-kwoti Żvizzeri skont l-arranġamenti għall-irkantar li kienu fis-seħħ fiż-żmien li fih ġie ffirmat dan il-Ftehim għandhom jiġu ggarantiti għall-entitajiet kolla fiż-ŻEE li huma ammessi biex jissottomettu offerti fl-irkanti fl-Unjoni.

L-Iżvizzera tista’ tawtorizza lil entitajiet li jinsabu fiż-ŻEE biex imexxu l-irkant

ANNESS II

STANDARDS TEKNIĊI TAL-KOLLEGAMENT

Biex il-kollegament bejn l-EU ETS u l-ETS tal-Iżvizzera isir operattiv, għandha tiġi stabbilita soluzzjoni proviżorja sa Mejju 2020 jew kemm jista’ jkun malajr wara dik id-data. Il-partijiet għandhom jikkooperaw biex jissostitwixxu s-soluzzjoni proviżorja b’kollegament mar-reġistru permanenti kemm jista’ jkun malajr.

L-Istandards Tekniċi tal-Kollegament (LTS) għandhom jispeċifikaw:

l-arkitettura tal-kollegament ta’ komunikazzjoni

is-sigurtà tat-trasferiment tad-data

il-lista ta’ funzjonijiet (tranżazzjonijiet, rikonċiljazzjoni …)

id-definizzjoni ta’ servizzi web

ir-rekwiżiti dwar ir-reġistrazzjoni tad-data

l-arranġamenti operattivi (uffiċċju ta’ informazzjoni, appoġġ)

il-pjan dwar l-attivazzjoni ta’ komunikazzjoni u l-proċedura tal-ittestjar

il-proċedura tal-ittestjar tas-sigurtà.

L-LTS għandhom jispeċifikaw li l-amministraturi jieħdu passi raġonevoli biex jiġi żgurat li l-SSTL, l-EUTL kif ukoll il-kollegament ikunu operattivi 24 siegħa kuljum u 7 ijiem fil-ġimgħa, u li kwalunkwe interruzzjoni fl-operat tal-SSTL, tal-EUTL u tal-kollegament tinżamm għall-minimu.

L-LTS għandhom jispeċifikaw li l-komunikazzjonijiet bejn l-SSTL u l-EUTL jikkonsistu minn skambji siguri ta’ messaġġi tas-servizzi web abbażi tat-teknoloġiji li ġejjin (1):

servizzi web bl-użu tal-Protokoll SOAP (Simple Object Access Protocol) jew ekwivalenti

VPN (Virtual Private Network) ibbażat fuq il-hardware

XML (Extensible Markup Language)

firma diġitali, u

protokolli ta’ sinkronizzazzjoni tal-ħin fuq network.

L-LTS għandhom jistabbilixxu rekwiżiti addizzjonali ta’ sigurtà għar-reġistru Żvizzeru, għall-SSTL, għar-reġistru tal-Unjoni u għall-EUTL u dawn għandhom jiġu ddokumentati fi “pjan ta’ ġestjoni tas-sigurtà”. B’mod partikolari, l-LTS għandhom jispeċifikaw li:

jekk ikun hemm suspett li tkun ġiet kompromessa s-sigurtà tar-reġistru Żvizzeru, tal-SSTL, tar-reġistru tal-Unjoni jew tal-EUTL allura ż-żewġ Partijiet għandhom minnufih javżaw lil xulxin u jissospendu l-konnessjoni bejn l-SSTL u l-EUTL

fil-każ ta’ ksur tas-sigurtà, il-Partijiet għandhom jintrabtu li jikkondividu immedjatament l-informazzjoni ma’ xulxin. Skont l-estent tad-dettalji tekniċi disponibbli, għandu jiġi kondiviż rapport li jiddeskrivi l-inċident (id-data, il-kawża, l-impatt, ir-rimedji) bejn l-amministratur tar-reġistru Żvizzeru u l-amministratur ċentrali tal-Unjoni fi żmien 24 siegħa wara l-ksur tas-sigurtà.

Il-proċedura dwar l-ittestjar tas-sigurtà stabbilita fl-LTS għandha titlesta qabel jiġi stabbilit il-kollegament ta’ komunikazzjoni bejn l-SSTL u l-EUTL, u kull meta jkun hemm bżonn ta’ verżjoni jew rilaxx ġdid tal-SSTL jew tal-EUTL.

L-LTS għandhom jipprovdu żewġ ambjenti għall-ittestjar minbarra l-ambjent għall-produzzjoni: ambjent għall-ittestjar għall-iżviluppaturi u ambjent ta’ aċċettazzjoni.

Il-Partijiet għandhom jipprovdu evidenza permezz tal-amministratur tar-reġistru Żvizzeru u l-amministratur ċentrali tal-Unjoni li turi li matul l-aħħar tnax-il xahar tkun saret valutazzjoni indipendenti tas-sigurtà tas-sistemi tagħhom skont ir-rekwiżiti ta’ sigurtà stabbiliti fl-LTS. L-ittestjar tas-sigurtà u b’mod partikolari l-ittestjar tal-penetrazzjoni għandu jsir fuq kull rilaxx ġdid maġġuri tas-software skont ir-rekwiżiti ta’ sigurtà stabbiliti fl-LTS. L-ittestjar tal-penetrazzjoni ma għandux isir mill-iżviluppatur tas-software jew minn sottokuntrattur tal-iżviluppatur tas-software.

.

(1)  Attwalment dawk it-teknoloġiji qed jintużaw biex tiġi stabbilita konnessjoni bejn ir-Reġistru tal-Unjoni u r-Reġistru Internazzjonali tat-Tranżazzjonijiet kif ukoll bejn ir-Reġistru Żvizzeru u r-Reġistru Internazzjonali tat-Tranżazzjonijiet.”


In alto