This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32018R0678
Commission Regulation (EU) 2018/678 of 3 May 2018 amending and correcting Annex I to Regulation (EC) No 1334/2008 of the European Parliament and of the Council as regards certain flavouring substances (Text with EEA relevance. )
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/678 tat-3 ta' Mejju 2018 li jemenda u jikkoreġi l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu ta' ċerti sustanzi aromatizzanti (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/678 tat-3 ta' Mejju 2018 li jemenda u jikkoreġi l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu ta' ċerti sustanzi aromatizzanti (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
C/2018/2606
ĠU L 114, 4.5.2018, p. 13–17
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32008R1334 | Sostituzzjoni | anness I P. A SECTION 2 Test | 24/05/2018 |
4.5.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 114/13 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/678
tat-3 ta' Mejju 2018
li jemenda u jikkoreġi l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-użu ta' ċerti sustanzi aromatizzanti
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar aromatizzanti u ċerti ingredjenti tal-ikel bi proprjetajiet aromatizzanti għall-użu fl-ikel u fuq l-ikel u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1601/91, ir-Regolamenti (KE) Nru 2232/96 u (KE) Nru 110/2008 u d-Direttiva 2000/13 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(3) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta' awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(5) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni tal-ħwawar u tal-materjali mis-sors approvati għall-użu fl-ikel u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom. |
(2) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 872/2012 (3) adotta l-lista ta' sustanzi aromatizzanti u introduċa dik il-lista bħala l-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008. |
(3) |
Il-Parti A tal-lista tal-Unjoni fiha kemm sustanzi aromatizzanti evalwati, li għalihom mhumiex assenjati noti ta' qiegħ il-paġna u sustanzi aromatizzanti taħt evalwazzjoni, li huma identifikati permezz tar-referenzi tan-noti ta' qiegħ il-paġna 1 sa 4 f'dik il-lista. |
(4) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) wettqet il-valutazzjoni tas-sustanzi inklużi fil-lista tal-Unjoni b'dawn in-numri FL li ġejjin: 09.931, 13.058, 15.004, 15.057, 15.079, 15.109, 15.113, 16.090, u 16.111. Dawn is-sustanzi ġew elenkati bħala sustanzi aromatizzanti taħt evalwazzjoni fl-2012. Dawn issa ġew ivvalutati mill-Awtorità fl-evalwazzjonijiet tal-gruppi ta' aromatizzanti li ġejjin: evalwazzjoni FGE.72rev1 (4) (sustanza bin-Nru FL 09.931), evalwazzjoni FGE.21rev4 (5) (sustanzi bin-Nru FL 15.057 u 15.079), evalwazzjoni FGE.76rev1 (6) (sustanzi bin-Nri FL 15.004, 15.109 u 15.113), evalwazzjoni FGE.94 (7) u FGE.94rev.2 (8) (sustanza bin-Nru FL 16.090), evalwazzjonijiet FGE.94rev.1 (9) u FGE94rev.2 (10) (sustanza bin-Nru FL 16.111), u evalwazzjoni FGE.67rev2 (11) (sustanza bin-Nru FL 13.058). L-Awtorità kkonkludiet li dawk is-sustanzi aromatizzanti ma jagħtux lok għal tħassib dwar is-sikurezza fil-livelli stmati fid-dieta. |
(5) |
Għaldaqstant, dawk is-sustanzi aromatizzanti għandhom jiġu elenkati bħala sustanzi evalwati u n-noti ta' qiegħ il-paġna bir-referenzi 1 sa 4 għandhom jitħassru mill-annotazzjonijiet ikkonċernati. |
(6) |
Barra minn hekk, ġew identifikati żewġ żbalji fil-lista tal-Unjoni fir-rigward tal-isem tas-sustanza bin-Nru FL 12.054 u n-numri ta' identifikazzjoni tas-sustanza bin-Nru FL 17.038. Dawn l-iżbalji għandhom jiġu kkoreġuti. |
(7) |
Il-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 għandha tiġi emendata skont dan. |
(8) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 hija b'dan emendata f'konformità mal-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta' Mejju 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 34.
(2) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1.
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 872/2012 tal-1 ta' Ottubru 2012 li jadotta l-lista ta' sustanzi aromatizzanti stipulati bir-Regolament (KE) Nru 2232/96 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jintroduċiha fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1565/2000 u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 1999/217/KE (ĠU L 267, 2.10.2012, p. 1).
(4) EFSA Journal 2013;11(10):3392
(5) EFSA Journal 2013;11(11):3451
(6) EFSA Journal 2013;11(11):3455
(7) EFSA Journal 2010; 8(5):1338
(8) EFSA Journal 2014;12(4):3622
(9) EFSA Journal 2012;10(6):2747
(10) EFSA Journal 2014;12(4):3622
(11) EFSA Journal 2015; 13(5):4115
ANNESS
It-taqsima 2 tal-Parti A tal-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1334/2008 hija emendata kif ġej:
(1) |
L-annotazzjoni dwar is-sustanza bin-Nru FL 09.931 tinbidel b'din li ġejja:
|
(2) |
L-annotazzjoni dwar is-sustanza bin-Nru FL 12.054 tinbidel b'din li ġejja:
|
(3) |
L-annotazzjoni dwar is-sustanza bin-Nru FL 13.058 tinbidel b'din li ġejja:
|
(4) |
L-annotazzjoni dwar is-sustanza bin-Nru FL 15.004 tinbidel b'din li ġejja:
|
(5) |
L-annotazzjoni dwar is-sustanza bin-Nru FL 15.057 tinbidel b'din li ġejja:
|
(6) |
L-annotazzjoni dwar is-sustanza bin-Nru FL 15.079 tinbidel b'din li ġejja:
|
(7) |
L-annotazzjoni dwar is-sustanza bin-Nru FL 15.109 tinbidel b'din li ġejja:
|
(8) |
L-annotazzjoni dwar is-sustanza bin-Nru FL 15.113 tinbidel b'din li ġejja:
|
(9) |
L-annotazzjoni dwar is-sustanza bin-Nru FL 16.090 tinbidel b'din li ġejja:
|
(10) |
L-annotazzjoni dwar is-sustanza bin-Nru FL 16.111 tinbidel b'din li ġejja:
|
(11) |
L-annotazzjoni dwar is-sustanza bin-Nru FL 17.038 tinbidel b'din li ġejja:
|