This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32018R0390
Commission Implementing Regulation (EU) 2018/390 of 12 March 2018 amending Implementing Regulation (EU) No 1419/2013 concerning the recognition of producer organisations and inter-branch organisations, the extension of the rules of producer organisations and inter-branch organisations and the publication of trigger prices as provided for by Regulation (EU) No 1379/2013 of the European Parliament and of the Council on the common organisation of the markets in fishery and aquaculture products
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/390 tat-12 ta' Marzu 2018 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1419/2013 dwar l-għarfien tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-organizzazzjonijiet interprofessjonali, l-estensjoni tar-regoli tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi u tal-organizzazzjonijiet interprofessjonali u l-pubblikazzjoni ta' prezzijiet skattaturi kif stipulat fir-Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/390 tat-12 ta' Marzu 2018 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1419/2013 dwar l-għarfien tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-organizzazzjonijiet interprofessjonali, l-estensjoni tar-regoli tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi u tal-organizzazzjonijiet interprofessjonali u l-pubblikazzjoni ta' prezzijiet skattaturi kif stipulat fir-Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura
C/2018/1429
ĠU L 69, 13.3.2018, p. 44–45
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32013R1419 | Sostituzzjoni | artikolu 4 paragrafu 3 | 02/04/2018 |
13.3.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 69/44 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/390
tat-12 ta' Marzu 2018
li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1419/2013 dwar l-għarfien tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-organizzazzjonijiet interprofessjonali, l-estensjoni tar-regoli tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi u tal-organizzazzjonijiet interprofessjonali u l-pubblikazzjoni ta' prezzijiet skattaturi kif stipulat fir-Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2006 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 21 tiegħu
Billi:
(1) |
L-Artikolu 20(2) tar-Regolament (UE) Nru 1379/2013 jobbliga lill-Istati Membri jikkomunikaw lill-Kummissjoni kwalunkwe deċiżjoni li tagħti jew tirtira l-għarfien tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi u tal-organizzazzjonijiet interprofessjonali. |
(2) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1419/2013 (2) jispeċifika l-format, il-limiti ta' żmien u l-proċeduri għall-komunikazzjoni ta' dawk id-deċiżjonijiet. |
(3) |
Fis-7 ta' Diċembru 2016, il-Kummissjoni adottat organigramma ġdida tad-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd, li saret effettiva fl-1 ta' Jannar 2017. |
(4) |
Sabiex tiġi koperta dik il-bidla organizzattiva, u l-bidliet organizzattivi futuri possibbli, huwa meħtieġ li tiġi emendata l-proċedura għall-komunikazzjoni tad-deċiżjonijiet li jagħtu jew jirtiraw l-għarfien tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi u tal-organizzazzjonijiet interprofessjonali. |
(5) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar is-Sajd u l-Akkwakultura, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 4 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1419/2013, il-paragrafu 3 jinbidel b'dan li ġej:
“3. Il-komunikazzjonijiet għandhom jiġu trażmessi fil-forma ta' fajl XML wieħed għal kull komunikazzjoni. Il-fajl XML għandu jintbagħat bħala dokument mehmuż fl-indirizz tal-posta elettronika pprovdut mill-Kummissjoni bis-suġġett: Komunikazzjoni dwar l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jew l-organizzazzjonijiet interprofessjonali.”
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Marzu 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 354, 28.12.2013, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1419/2013 tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar l-għarfien tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-organizzazzjonijiet interprofessjonali, l-estensjoni tar-regoli tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi u tal-organizzazzjonijiet interprofessjonali u l-pubblikazzjoni ta' prezzijiet skattaturi kif stipulat fir-Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura (ĠU L 353, 28.12.2013, p. 43).