This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32018R0046
Commission Delegated Regulation (EU) 2018/46 of 20 October 2017 establishing a discard plan for certain demersal and deep sea fisheries in North-Western waters for the year 2018
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/46 tal-20 ta' Ottubru 2017 li jistabbilixxi pjan għall-iskartar għal ċertu sajd demersali u fil-baħar fond fl-ilmijiet tal-Majjistral għas-sena 2018
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/46 tal-20 ta' Ottubru 2017 li jistabbilixxi pjan għall-iskartar għal ċertu sajd demersali u fil-baħar fond fl-ilmijiet tal-Majjistral għas-sena 2018
C/2017/6990
ĠU L 7, 12.1.2018, p. 13–20
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2018
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repeal | 32016R2375 | 01/01/2018 |
12.1.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 7/13 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/46
tal-20 ta' Ottubru 2017
li jistabbilixxi pjan għall-iskartar għal ċertu sajd demersali u fil-baħar fond fl-ilmijiet tal-Majjistral għas-sena 2018
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 15(6) u 18(1) u (3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għandu l-għan li jelimina progressivament il-qbid skartat fis-sajd kollu tal-Unjoni bl-introduzzjoni tal-obbligu ta' ħatt l-art għall-qabdiet ta' speċijiet li huma soġġetti għal-limiti ta' qbid. |
(2) |
Sabiex jiġi implimentat l-obbligu ta' ħatt l-art, l-Artikolu 15(6) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta l-pjanijiet għall-iskartar permezz ta' att delegat għal perjodu ta' mhux iżjed minn tliet snin abbażi tar-rakkomandazzjonijiet konġunti żviluppati mill-Istati Membri b'konsultazzjoni mal-Kunsilli Konsultattivi rilevanti. |
(3) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/2375 (2), stabbilixxa pjan għall-iskartar għal ċertu sajd demersali fl-ilmijiet tal-Majjistral għall-perjodu 2016-2018, wara rakkomandazzjoni konġunta ppreżentata mill-Belġju, l-Irlanda, Spanja, Franza, in-Netherlands u r-Renju Unit fl-2016. |
(4) |
Il-Belġju, l-Irlanda, Spanja, Franza, in-Netherlands u r-Renju Unit għandhom interess ta' ġestjoni dirett tas-sajd fl-ilmijiet tal-Majjistral. Wara li kkonsultaw lill-Kunsill Konsultattiv għall-Ilmijiet tal-Majjistral, fil-31 ta' Mejju 2017 dawk l-Istati Membri ressqu rakkomandazzjoni konġunta ġdida lill-Kummissjoni dwar pjan għall-iskartar għal ċertu sajd demersali u fil-baħar fond fl-Ilmijiet tal-Majjistral għas-sena 2018. Inkiseb kontribut xjentifiku mill-korpi xjentifiċi rilevanti u rivedut mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF) (3). Il-miżuri ssuġġeriti fir-rakkomandazzjoni konġunta l-ġdida huma konformi mal-Artikolu 18(3) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u għalhekk jistgħu jiġu inklużi f'dan ir-Regolament. |
(5) |
Skont l-Artikolu 15(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, l-obbligu ta' ħatt l-art japplika fl-Ilmijiet tal-Majjistral, sal-aktar tard mill-1 ta' Jannar 2016, għall-ispeċijiet li jiddefinixxu s-sajd li huma soġġetti għal-limiti ta' qbid. Ir-rakkomandazzjoni konġunta l-ġdida tispeċifika l-flotot li jridu jikkonformaw mal-obbligu ta' ħatt l-art fis-sajd imħallat għall-merluzz, il-merluzz tal-linja sewda, il-merlangu u l-pollakkju iswed; fis-sajd għall-iskampu, fis-sajd imħallat għal-lingwata komuni u għall-barbun tat-tbajja' u fis-sajd għall-merluzz, il-megrim u l-pollakkju. |
(6) |
F'konformità mar-rakkomandazzjoni konġunta l-ġdida, minbarra s-sajd speċifikat fir-Regolament Delegat (UE) 2016/2375, (jiġifieri s-sajd imħallat ħafna għall-merluzz, il-merluzz tal-linja sewda, il-merlangu u l-pollakkju iswed, is-sajd għall-iskampu, is-sajd imħallat għal-lingwata komuni u għall-barbun tat-tbajja' u s-sajd għall-merluzz, il-megrim u l-pollakkju), jenħtieġ li l-pjan għall-iskartar għas-sena 2018 ikopri s-sajd għall-pollakkju iswed fid-diviżjonijiet VI u Vb, u VII tal-ICES. L-ispeċijiet tal-qabdiet aċċessorji wkoll jenħtieġ li jkunu koperti f'ċertu sajd. |
(7) |
Ir-rakkomandazzjoni konġunta l-ġdida tissuġġerixxi wkoll li l-obbligu ta' ħatt l-art jiġi applikat mill-2018 għas-sajd fil-baħar fond bl-użu tax-xbieki tat-tkarkir u t-tartaruni għall-qbid taċ-ċinturin iswed, il-linarda u l-grenadieri fis-subżoni VI tal-ICES u fid-diviżjoni Vb tal-ICES. |
(8) |
Ir-rakkomandazzjoni konġunta l-ġdida tissuġġerixxi, ghas-sena 2018, eżenzjoni ta' sopravivenza, kif imsemmi fl-Artikolu 15(4)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, għall-iskampu maqbud f'nases, fi xbieki tat-tidwir u f'nases tal-gambli fid-diviżjoni VI u s-subżona VII tal-ICES, filwaqt li tqis il-karatteristiki tal-apparat, tal-prattiki tas-sajd u tal-ekosistema. L-STECF ikkonkluda li l-eżenzjoni hija ġġustifikata. Għalhekk, jenħtieġ li dik l-eżenzjoni tiġi inkluża fil-pjan għall-iskartar għall-2018. |
(9) |
Ir-rakkomandazzjoni konġunta l-ġdida tissuġġerixxi, għas-sena 2018, eżenzjoni ta' sopravivenza, kif imsemmi fl-Artikolu 15(4)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, għal-lingwata komuni taħt id-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni maqbudin minn xbieki tat-tkarkir bid-diriġenti ta' 80-99 mm fid-diviżjoni VIId tal-ICES sa sitt mili nawtiċi mill-kosta u barra ż-żoni tat-tkabbir identifikati. L-STECF innota li jenħtieġ li jiġu definiti ż-żoni ta' tkabbir imsemmijin fir-Regolament. Għalhekk, jenħtieġ li dik l-eżenzjoni tiġi inkluża fil-pjan għall-iskartar għall-2018 bil-kundizzjoni li l-Istati Membri kkonċernati jwettqu provi addizzjonali u jipprovdu l-informazzjoni dwar il-post taż-żoni tat-tkabbir. |
(10) |
Ir-rakkomandazzjoni konġunta l-ġdida tissuġġerixxi, għas-sena 2018, seba' eżenzjonijiet de minimis mill-obbligu ta' ħatt l-art għal ċertu sajd u sa ċerti livelli. L-evidenza mogħtija mill-Istati Membri ġiet riveduta mill-STECF, li kkonkluda li r-rakkomandazzjoni konġunta kienet tinkludi argumenti raġunati li huwa diffiċli li jinkiseb aktar titjib fis-selettività u/jew argumenti relatati ma' spejjeż sproporzjonati fl-immaniġġar ta' qabdiet mhux mixtieqa, appoġġati f'xi każijiet minn valutazzjoni kwalitattiva tal-ispejjeż. Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq u fin-nuqqas ta' informazzjoni xjentifika differenti, huwa xieraq li dawn l-eżenzjonijiet de minimis jiġu inklużi fil-pjan għall-iskartar għall-2018 skont il-perċentwali proposti fir-rakkomandazzjoni konġunta u f'livelli li ma jaqbżux dawk permessi skont l-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013. |
(11) |
L-eżenzjoni de minimis issuġġerita għall-merlangu, sa massimu ta' 6 % tat-total tal-qabdiet annwali ta' din l-ispeċi bil-bastimenti li jużaw xbieki tat-tkarkir u tartaruni tal-qiegħ ta' inqas minn 100 mm u xbieki tat-tkarkir pelaġiku biex jaqbdu l-merlangu fid-diviżjonijiet VIId u VIIe tal-ICES, hija bbażata fuq il-fatt li huwa diffiċli ħafna li tiżdied is-selettività. |
(12) |
L-eżenzjoni de minimis issuġġerita għall-merlangu, sa massimu ta' 6 % tat-total tal-qabdiet annwali ta' din l-ispeċi bil-bastimenti li jużaw xbieki tat-tkarkir u tartaruni tal-qiegħ ta' mhux inqas minn 100 mm biex jaqbdu l-merlangu fid-diviżjonijiet VIIb – VIIj tal-ICES, hija bbażata fuq il-fatt li huwa diffiċli ħafna li tiżdied is-selettività. |
(13) |
L-eżenzjoni de minimis issuġġerita għall-merlangu, sa massimu ta' 6 % fl-2018 tat-total tal-qabdiet annwali ta' din l-ispeċi bil-bastimenti li jużaw xbieki tat-tkarkir u tartaruni tal-qiegħ ta' inqas minn 100 mm biex jaqbdu l-merlangu fis-subżona VII tal-ICES (esklużi VIIa, VIId u VIIe), hija bbażata fuq il-fatt li huwa diffiċli ħafna li tiżdied is-selettività. |
(14) |
Rigward dawk it-tliet eżenzjonijiet de minimis issuġġeriti għall-merlangu, ir-Regolament Delegat (UE) 2016/2375 kien jeħtieġ li l-Istati Membri kkonċernati jippreżentaw lill-Kummissjoni aktar informazzjoni xjentifika li tappoġġa l-eżenzjonijiet. L-STECF ikkummenta li, għalkemm għadha meħtieġa evidenza kompluta, l-informazzjoni addizzjonali mressqa tindirizza ċertu tħassib tal-STECF. L-STECF enfasizza l-ħtieġa għal approċċ aktar koerenti rigward dan l-istokk. Abbażi tal-evidenza xjentifika eżaminata mill-STEFC u minħabba li kien hemm titjib fl-evidenza li tappoġġa l-eżenzjoni, jenħtieġ li dik l-eżenzjoni tiġi inkluża fil-pjan għall-iskartar għall-2018. |
(15) |
L-eżenzjoni de minimis issuġġerita għall-iskampu, sa massimu ta' 6 % tat-total tal-qabdiet annwali ta' dik l-ispeċi bil-bastimenti li qed jistadu għall-iskampu fis-subżona VII tal-ICES, hija bbażata fuq il-fatt li huwa diffiċli ħafna li tiżdied is-selettività. L-STECF ikkonkluda li l-eżenzjoni hija ġġustifikata. Għaldaqstant, jenħtieġ li dik l-eżenzjoni tiġi inkluża fil-pjan għall-iskartar għall-2018. |
(16) |
L-eżenzjoni de minimis issuġġerita għall-iskampu, sa massimu ta' 2 % tat-total tal-qabdiet annwali ta' dik l-ispeċi bil-bastimenti li qed jistadu għall-iskampu fis-subżona VI tal-ICES, hija bbażata fuq il-fatt li huwa diffiċli ħafna li tiżdied is-selettività u hemm informazzjoni kwantitattiva ta' sostenn dwar l-ispejjeż sproporzjonati għall-immaniġġar tal-qabdiet mhux mixtieqa. L-STECF ikkonkluda li l-eżenzjoni hija ġġustifikata. Għalhekk, jenħtieġ li dik l-eżenzjoni tiġi inkluża fil-pjan għall-iskartar għall-2018. |
(17) |
L-eżenzjoni de minimis issuġġerita għal-lingwata komuni, sa massimu ta' 3 % tat-total tal-qabdiet annwali ta' din l-ispeċi bil-bastimenti li jużaw xbieki tat-tkarkir bi travu b'daqs tal-malja ta' bejn 80 u 199 mm b'selettività miżjuda fid-diviżjonijiet VIId, VIIe, VIIf u VIIg u VIIh tal-ICES, hija bbażata fuq il-fatt li huwa diffiċli ħafna li tiżdied is-selettività. L-STECF innota li l-eżenzjoni hija maħsuba biex tikkumpensa għall-użu ta' rkaptu aktar selettiv u biex tkopri l-qbid skartat residwu. Għalhekk, jenħtieġ li dik l-eżenzjoni tiġi inkluża fil-pjan għall-iskartar għall-2018. |
(18) |
L-eżenzjoni de minimis issuġġerita għal-lingwata komuni, sa massimu ta' 3 % tat-total tal-qabdiet annwali ta' dik l-ispeċi bil-bastimenti li jużaw pariti u xkitti biex jaqbdu l-lingwata komuni fid-diviżjonijiet VIId, VIIe, VIIf u VIIg tal-ICES, hija bbażata fuq il-fatt li huwa diffiċli ħafna li tiżdied is-selettività. L-STECF ikkonkluda li l-eżenzjoni hija definita b'mod tajjeb. Għalhekk, jenħtieġ li dik l-eżenzjoni tiġi inkluża fil-pjan għall-iskartar għall-2018. |
(19) |
Il-kamp ta' applikazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament Delegat (UE) 2016/2375 huwa limitat għas-sena 2017. Għalhekk jenħtieġ li dak ir-Regolament jitħassar u jiġi sostitwit b'Regolament ġdid b'effett mill-1 ta' Jannar 2018. |
(20) |
Billi l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament iħallu impatt dirett fuq l-ippjanar tal-istaġun tas-sajd tal-bastimenti tal-Unjoni u fuq l-attivitajiet ekonomiċi relatati, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ immedjatament wara l-pubblikazzjoni tiegħu. Jenħtieġ li japplika mill-1 ta' Jannar 2018, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Implimentazzjoni tal-obbligu ta' ħatt l-art
Fiż-żoni V (esklużi Va u l-ilmijiet tal-Unjoni biss ta' Vb), VI u VII tal-ICES, l-obbligu ta' ħatt l-art previst fl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għandu japplika għal sajd demersali u fil-baħar fond skont dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Il-“Pannell Fjamming” tfisser l-aħħar parti li ġejja għad-djieq ta' xibka tat-tkarkir bi travu, li l-parti ta' quddiem tagħha hija direttament imwaħħla mal-manka. Il-partijiet ta' fuq u ta' taħt tax-xibka tal-pannell iridu jkunu magħmula minn malja ta' mill-inqas 120 mm imkejla bejn l-għoqiedi u l-pannell irid ikollu tul imġebbed ta' mill-inqas 3 m.
Artikolu 3
Speċijiet soġġetti għall-obbligu ta' ħatt l-art
L-obbligu ta' ħatt l-art għandu japplika għal kull attività tas-sajd kif stabbilit fl-Anness, soġġett għall-eżenzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 4 u 5.
Artikolu 4
Eżenzjoni ta' sopravivenza
1. L-eżenzjoni ta' sopravivenza prevista fl-Artikolu 15(4)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għandha tapplika:
(a) |
għall-iskampu (Nephrops norvegicus) maqbud f'nases, fi xbieki tat-tidwir jew f'nases tal-gambli (Kodiċijiet tal-irkaptu (4) FPO u FIX) fis-subżoni VI u VII tal-ICES; |
(b) |
għall-qabdiet tal-lingwata komuni (Solea solea) taħt id-daqs minimu ta' referenza għall-konservazzjoni maqbudin bi xbieki tat-tkarkir bid-diriġenti (Kodiċijiet tal-irkaptu OTT, OTB, TBS, TBN, TB, PTB, OT, PT, TX) bid-daqs tal-malja tal-manka ta' bejn 80 u 99 mm fid-diviżjoni VIId tal-ICES sa sitt mili nawtiċi mill-kosta u barra ż-żoni tat-tkabbir identifikati fl-operazzjonijiet tas-sajd li jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin: bastimenti tat-tul massimu ta' 10 metri, b'qawwa massima tal-magna ta' 221 kW, meta jkunu qed jistadu f'ilmijiet b'fond ta' 30 metru jew inqas u b'ħinijiet ta' rmunkar limitati għal mhux aktar minn siegħa u nofs. Qabdiet bħal dawn tal-lingwata komuni għandhom jiġu rilaxxati minnufih. |
2. Qabel l-1 ta' Mejju 2018, l-Istati Membri li għandhom interess ta' ġestjoni dirett fl-ilmijiet tal-Majjistral għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni kull informazzjoni xjentifika addizzjonali favur l-eżenzjoni stipulata fil-paragrafu 1(b). Il-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF) għandu jivvaluta dik l-informazzjoni qabel l-1 ta' Settembru 2018.
Artikolu 5
Eżenzjonijiet de minimis
B'deroga mill-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013, jistgħu jiġu skartati l-kwanitatijiet li ġejjin
(a) |
għall-merlangu (Merlangius merlangus), sa massimu ta' 6 % tat-total tal-qabdiet annwali ta' dik l-ispeċi bil-bastimenti obbligati li jħottu l-merlangu u li jużaw xbieki tat-tkarkir u tartaruni ta' inqas minn 100 mm (OTB, SSC, OTT, PTB, SDN, SPR, TBN, TBS, TB, SX, SV, OT, PT u TX) u xbieki tat-tkarkir pelaġiku (OTM, PTM) biex jinqabad il-merlangu fid-diviżjonijiet VIId u VIIe tal-ICES. |
(b) |
għall-merlangu (Merlangius merlangus), sa massimu ta' 6 % tat-total tal-qabdiet annwali ta' dik l-ispeċi bil-bastimenti obbligati li jħottu l-merlangu u li jużaw xbieki tat-tkarkir u tartaruni ta' mhux inqas minn 100 mm (OTB, SSC, OTT, PTB, SDN, SPR, TBN, TBS, TB, SX, SV, OT, PT u TX) u xbieki tat-tkarkir pelaġiku (OTM, PTM) biex jinqabad il-merlangu fid-diviżjonijiet VIIb – VIIj tal-ICES. |
(c) |
għall-merlangu (Merlangius merlangus), sa massimu ta' 6 % tat-total tal-qabdiet annwali ta' dik l-ispeċi bil-bastimenti obbligati li jħottu l-merlangu u li jużaw xbieki tat-tkarkir u tartaruni ta' inqas minn 100 mm (OTB, SSC, OTT, PTB, SDN, SPR, TBN, TBS, TB, SX, SV, OT, PT u TX) u xbieki tat-tkarkir pelaġiku (OTM, PTM) biex jinqabad il-merlangu fis-subżona VII tal-ICES, għajr id-diviżjonijiet VIIa, VIId u VIIe. |
(d) |
għall-iskampu (Nephrops norvegicus), sa massimu ta' 6 % tat-total tal-qabdiet annwali ta' dik l-ispeċi bil-bastimenti obbligati li jħottu l-iskampu u li qed jistadu għall-iskampu fis-subżona VII tal-ICES; |
(e) |
għall-iskampu (Nephrops norvegicus), sa massimu ta' 2 % tat-total tal-qabdiet annwali ta' dik l-ispeċi bil-bastimenti obbligati li jħottu l-iskampu u li qed jistadu għall-iskampu fis-subżona VI tal-ICES; |
(f) |
għal-lingwata komuni (Solea solea), sa massimu ta' 3 % tat-total tal-qabdiet annwali ta' dik l-ispeċi bil-bastimenti obbligati li jħottu l-lingwata komuni u li jużaw pariti u xkitti biex jaqbdu l-lingwata komuni fid-diviżjonijiet VIId, VIIe, VIIf u VIIg tal-ICES; |
(g) |
għal-lingwata komuni (Solea solea), sa massimu ta' 3 % tat-total tal-qabdiet annwali ta' dik l-ispeċi bil-bastimenti obbligati li jħottu l-lingwata komuni u li jużaw xbieki tat-tkarkir bi travu b'daqs tat-toqob ta' bejn 80 u 199 mm b'selettività miżjuda, bħal estensjoni ta' malja wiesgħa, fid-diviżjonijiet VIId, VIIe, VIIf, VIIg u VIIh tal-ICES. |
Artikolu 6
Bastimenti soġġetti għall-obbligu ta' ħatt l-art
1. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw, skont il-kriterji stipulati fl-Anness, il-bastimenti soġġetti għall-obbligu ta' ħatt l-art f'kull attività tas-sajd partikolari.
Il-bastimenti li kienu soġġetti għall-obbligu ta' ħatt l-art f'ċerti attivitajiet ta' sajd fl-2017 għandhom jibqgħu soġġetti għall-obbligu ta' ħatt l-art f'dik l-attività tas-sajd.
2. Qabel il-31 ta' Diċembru 2017, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn, permezz tas-sit web sigur ta' kontroll tal-Unjoni, il-listi ta' bastimenti stabbiliti skont il-paragrafu 1 għal kull attività tas-sajd partikolari stipulata fl-Anness. Dawn il-listi għandhom jinżammu aġġornati.
Artikolu 7
Tħassir
Ir-Regolament Delegat (UE) 2016/2375 huwa imħassar.
Artikolu 8
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2018 sal-31 ta' Diċembru 2018.
Madanakollu, l-Artikolu 6 għandu japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Ottubru 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 352, 12.10.2016, p. 39.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2438 tat-12 ta' Ottubru 2015 stabbilixxa pjan tar-rimi għal ċertu sajd demersali fl-ilmijiet tal-Majjistral għall-perjodu (2016-2018) (ĠU L 336, 23.12.2015, p. 29), u tħassar u ġie sostitwit bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/2375 tat-12 ta' Ottubru 2016 li jistabbilixxi pjan għall-iskartar għal ċertu sajd demersali fl-ilmijiet tal-Majjistral għall-perjodu 2016-2018 (ĠU L 352, 23.12.2016, p. 39)
(3) 2017-07_STECF PLEN 17-02_JRCxxx.pdf
(4) Il-kodiċijiet tal-irkaptu użati f'dan ir-Regolament huma definiti mill-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-Nazzjonijiet Uniti.
ANNESS
Sajd soġġett għall-obbligu ta' ħatt l-art
a) |
Is-sajd fl-Unjoni u fl-ilmijiet internazzjonali tas-subżona VI u tad-diviżjoni Vb tal-ICES
|
b) |
Is-sajd fis-subżoni VI u VII tal-ICES u fl-ilmijiet tal-Unjoni u dawk internazzjonali tad-diviżjoni Vb tal-ICES
|
c) |
Is-sajd fis-subżona VII tal-ICES
|
d) |
Is-sajd fid-diviżjoni VIIa tal-ICES
|
e) |
Is-sajd fid-diviżjoni VIId tal-ICES
|
f) |
Is-sajd fid-diviżjoni VIIe tal-ICES
|
g) |
Is-sajd fid-diviżjonijiet VIId u VIIe tal-ICES
|
h) |
Is-sajd fid-diviżjonijiet VIIb, VIIc u VIIf – VIIk tal-ICES
|
i) |
Is-sajd fid-diviżjonijiet VIIb, VIIc, VIIe u VIIf – VIIk tal-ICES
|
(*1) Il-bastimenti elenkati bħala soġġetti għall-obbligu ta' ħatt l-art f'din l-attività tas-sajd skont ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/2375 għandhom jibqgħu fil-lista indikata fl-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament minkejja l-bidla fil-perjodu ta' referenza u jibqgħu jkunu soġġetti għall-obbligu ta' ħatt l-art f'din l-attività tas-sajd.
(*2) Il-bastimenti elenkati bħala soġġetti għall-obbligu ta' ħatt l-art f'din l-attività tas-sajd skont ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/2375 għandhom jibqgħu fil-lista indikata fl-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament minkejja l-bidla fil-perjodu ta' referenza u jibqgħu jkunu soġġetti għall-obbligu ta' ħatt l-art f'din l-attività tas-sajd.
(*3) Il-bastimenti elenkati bħala soġġetti għall-obbligu ta' ħatt l-art f'din l-attività tas-sajd skont ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/2375 għandhom jibqgħu fil-lista indikata fl-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament minkejja l-bidla fil-perjodu ta' referenza u jibqgħu jkunu soġġetti għall-obbligu ta' ħatt l-art f'din l-attività tas-sajd.
(*4) Il-bastimenti elenkati bħala soġġetti għall-obbligu ta' ħatt l-art f'din l-attività tas-sajd skont ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/2375 għandhom jibqgħu fil-lista indikata fl-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament minkejja l-bidla fil-perjodu ta' referenza u jibqgħu jkunu soġġetti għall-obbligu ta' ħatt l-art f'din l-attività tas-sajd.
(*5) Il-bastimenti elenkati bħala soġġetti għall-obbligu ta' ħatt l-art f'din l-attività tas-sajd skont ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/2375 għandhom jibqgħu fil-lista indikata fl-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament minkejja l-bidla fil-perjodu ta' referenza u jibqgħu jkunu soġġetti għall-obbligu ta' ħatt l-art f'din l-attività tas-sajd.
(*6) Il-bastimenti elenkati bħala soġġetti għall-obbligu ta' ħatt l-art f'din l-attività tas-sajd skont ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/2375 għandhom jibqgħu fil-lista indikata fl-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament minkejja l-bidla fil-perjodu ta' referenza u jibqgħu jkunu soġġetti għall-obbligu ta' ħatt l-art f'din l-attività tas-sajd.