Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017R1260

    Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1260 tad-19 ta' Ġunju 2017 li jissostitwixxi l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1896/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li joħloq proċedura għal ordni ta' ħlas Ewropea

    C/2017/3984

    ĠU L 182, 13.7.2017, p. 20–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2017/1260/oj

    13.7.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 182/20


    REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1260

    tad-19 ta' Ġunju 2017

    li jissostitwixxi l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1896/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li joħloq proċedura għal ordni ta' ħlas Ewropea

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1896/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 li joħloq proċedura għal ordni ta' ħlas Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 30 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1896/2006 jistabbilixxi fl-Annessi tiegħu, il-formoli li għandhom jintużaw biex tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni tiegħu.

    (2)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1896/2006 ġie emendat bir-Regolament (UE) 2015/2421 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) b'effett mill-14 ta' Lulju 2017. Minn dik id-data meta Ordni ta' Ħlas Ewropea tiġi opposta, il-pretendent għandu l-possibbiltà li jitlob li l-proċedimenti jitkomplew skont ir-regoli tal-Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 861/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). L-Appendiċi 2 u l-gwida tiegħu fl-Anness I għandhom iqisu din il-possibbiltà. Fl-interess taċ-ċarezza, jixraq li l-Anness I sħiħ jiġi sostitwit.

    (3)

    Peress li l-emendi għar-Regolament (KE) Nru 1896/2006 se jibdew japplikaw mill-14 ta' Lulju 2017, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-14 ta' Lulju 2017.

    (4)

    B'konformità mal-Artikolu 3 u l-Artikolu 4a(1) tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u tal-Irlanda fir-rigward taż-żona ta' libertà, sigurtà u ġustizzja, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ir-Renju Unit u l-Irlanda nnotifikaw ix-xewqa tagħhom li jieħdu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1896/2006 u tar-Regolament (UE) 2015/2421, u għalhekk huma marbuta b'dan ir-Regolament.

    (5)

    Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament u la hija marbuta bih u lanqas ma hija soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu.

    (6)

    Għalhekk, huwa meħtieġ li jinbidel l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1896/2006,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1896/2006 huwa sostitwit bit-test fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-14 ta' Lulju 2017.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.

    Magħmula fi Brussell, id-19 ta' Ġunju 2017.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 399, 30.12.2006, p. 1.

    (2)  Ir-Regolament (UE) 2015/2421 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2015 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 861/2007 li jistabbilixxi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar u r-Regolament (KE) Nru 1896/2006 li joħloq proċedura għal ordni ta' ħlas Ewropea (ĠU L 341, 24.12.2015, p. 1).

    (3)  Ir-Regolament (KE) Nru 861/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Lulju 2007 li jistabbilixxi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar (ĠU L 199, 31.7.2007, p. 1).


    ANNESS

    ANNESS I

    Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni Image Test ta 'immaġni

    Top