Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017R1165

    Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1165 tal-20 ta' April 2017 li jistabbilixxi miżuri temporanji eċċezzjonali ta' appoġġ għall-produtturi ta' ċertu frott

    C/2017/2416

    ĠU L 170, 1.7.2017, p. 31–46 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 03/08/2017

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2017/1165/oj

    1.7.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 170/31


    REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1165

    tal-20 ta' April 2017

    li jistabbilixxi miżuri temporanji eċċezzjonali ta' appoġġ għall-produtturi ta' ċertu frott

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 219(1) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Fis-7 ta' Awwissu 2014, il-gvern Russu introduċa projbizzjoni fuq l-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti mill-Unjoni lejn il-Federazzjoni Russa (“ir-Russja”), fosthom il-frott u l-ħaxix. Din il-projbizzjoni ħolqot theddida serja ta' xkiel fis-suq ikkawżat minn tnaqqis sinifikanti fil-prezzijiet minħabba l-fatt li suq importanti tal-esportazzjoni ma baqax disponibbli. Fid-29 ta' Ġunju 2016, dik il-projbizzjoni ġiet estiża sat-tmiem tal-2017.

    (2)

    B'rispons għal din il-projbizzjoni fuq l-importazzjonijiet, il-Kummissjoni adottat għadd ta' miżuri temporanji ta' appoġġ eċċezzjonali. Dawn il-miżuri kienu inklużi fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 913/2014 (2) li sussegwentement ġew estiżi u msaħħa bir-Regolamenti Delegati tal-Kummissjoni (UE) Nru 932/2014 (3), (UE) Nru 1031/2014 (4), (UE) 2015/1369 (5) u (UE) 2016/921 (6).

    (3)

    Il-produzzjoni ta' għelejjel mhux permanenti tista' tkun eħfef u għalhekk il-produtturi ta' dawn l-għelejjel jistgħu jadattaw aktar malajr għas-sitwazzjoni tas-suq. Abbażi tal-monitoraġġ u l-ivvalutar regolari tas-sitwazzjoni fis-suq tal-Unjoni, il-Kummissjoni tikkonkludi li s-sitwazzjoni fis-suq tal-għelejjel mhux permanenti (ħaxix u xi frott) tjiebet peress li l-parti l-kbira tal-produzzjoni milquta mill-projbizzjoni Russa fuq l-importazzjonijiet hija direzzjonata lejn bnadi oħra u għalhekk il-prezzijiet għalhekk stabilizzaw.

    (4)

    Peress li l-għelejjel permanenti (ċertu frott) huma aktar riġidi u l-adattament tagħhom jeħtieġ aktar żmien, is-sitwazzjoni fis-swieq għal ċerti għelejjel permanenti għadha ma tjibitx biżżejjed.

    (5)

    F'ċirkostanzi bħal dawn, it-theddidiet ta' disturbi fis-swieq tal-Unjoni jibqgħu reali għal ċerti għelejjel permanenti bħall-frott tal-għadma, il-frott taċ-ċitru, it-tuffieħ u l-lanġas u jeħtieġ li jiġu adottati u implimentati sakemm iddum din is-sitwazzjoni.

    (6)

    Għalhekk, għad hemm sitwazzjoni fejn jidher li l-miżuri normali disponibbli fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 mhumiex biżżejjed biex jindirizzaw is-sitwazzjoni attwali tas-suq tal-Unjoni.

    (7)

    Għalhekk il-miżuri temporanji eċċezzjonali ta' appoġġ għadhom meħtieġa u jenħtieġ li jiġu estiżi għal sena oħra għal ċerti għelejjel permanenti.

    (8)

    Jenħtieġ li l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni tingħata filwaqt li jitqiesu l-kwantitajiet stmati li għadhom affettwati mill-projbizzjoni. Jenħtieġ li l-kalkolu ta' dawk il-kwantitajiet isir għal kull Stat Membru f'konformità mal-livell ta' prodotti rtirati mid-dħul fis-seħħ ta' dawn il-miżuri temporanji eċċezzjonali ta' appoġġ. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-kwantitajiet jitnaqqsu b'mod sinifikanti sabiex jitqies il-fatt li l-produtturi kellhom aktar żmien biex jadattaw u jirridirezzjonaw il-produzzjoni.

    (9)

    Jenħtieġ li prodotti li għalihom il-kwantitajiet irtirati kienu partikolarment baxxi fl-2016 meta mqabbla mal-kwantitajiet irtirati fl-imgħoddi minn nofs l-2014 jiġu esklużi mill-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-miżuri temporanji eċċezzjonali ta' appoġġ għalhekk jikkonċernaw biss it-tuffieħ, il-lanġas, il-frott tal-għadma u l-frott taċ-ċitru.

    (10)

    Meta l-użu tal-miżuri temporanji eċċezzjonali ta' appoġġ fi ħdan Stat Membru kien baxx ħafna għal prodott partikolari u għaldaqstant l-ispejjeż amministrattivi biex jiġi pprovdut appoġġ ikunu għoljin b'mod sproporzjonat, jenħtieġ li dak l-Istat Membru jkollu l-opportunità li jagħżel li ma jimplimentax il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament.

    (11)

    Il-prodotti koperti b'dan ir-Regolament, li kieku kienu jiġu esportati lejn ir-Russja, diġà tmexxew jew mistennija li jitmexxew lejn is-swieq ta' Stati Membri oħra. B'hekk, il-produtturi tal-istess prodotti f'dawk l-Istati Membri li tradizzjonalment ma jesportawx il-prodotti tagħhom lejn ir-Russja, għad jistgħu jaffaċċjaw xkiel sinifikanti fis-suq u tnaqqis fil-prezzijiet. Għaldaqstant, biex is-suq ikun stabbilizzat aktar, jenħtieġ li l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni tkun disponibbli wkoll għal produtturi fl-Istati Membri kollha fir-rigward ta' wieħed jew aktar mill-prodotti koperti b'dan ir-Regolament, iżda l-kwantità involuta ma għandhiex taqbeż l--2 000 tunnellata għal kull Stat Membru.

    (12)

    L-irtirar mis-suq, in-nuqqas ta' ħsad u l-ħsad bikri huma miżuri effettivi ta' mmaniġġjar tal-kriżi fil-każ li jkun hemm eċċess ta' frott minħabba ċirkustanzi temporanji u imprevedibbli. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom il-possibbiltà li jallokaw il-kwantitajiet disponibbli għalihom għal waħda jew aktar minn dawk il-miżuri sabiex isir l-aktar użu effiċjenti tal-ammonti disponibbli.

    (13)

    Bħalma huwa stipulat fir-Regolament Delegat (UE) Nru 932/2014, jenħtieġ li titneħħa b'mod temporanju r-restrizzjoni eżistenti ta' 5 % bħala proporzjon tal-volum tal-produzzjoni kkummerċjalizzata għall-irtirar mis-suq appoġġat. Għaldaqstant, l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni jenħtieġ li tingħata anki meta l-irtirar jaqbeż il-limitu ta' 5 %.

    (14)

    L-assistenza finanzjarja temporanja tal-Unjoni mogħtija għall-irtirar mis-suq jenħtieġ li tkun ibbażata fuq l-ammonti rispettivi stabbiliti fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 (7) għall-irtirar għad-distribuzzjoni b'xejn u għall-irtirar għal destinazzjonijiet oħra. Għal dawk il-prodotti li għalihom l-ebda ammont ma ġie ffissat f'dak l-Anness XI, jenħtieġ li l-ammonti massimi jiġu stabbiliti f'dan ir-Regolament.

    (15)

    Fid-dawl tax-xkiel eċċezzjonali tas-swieq u biex jiġi żgurat li l-produtturi kollha tal-frott jirċievu appoġġ mill-Unjoni, l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għall-irtirar mis-suq jenħtieġ li tiġi estiża għall-produtturi ta' ċertu frott li mhumiex membri ta' xi organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta.

    (16)

    Sabiex titħeġġeġ id-distribuzzjoni b'xejn ta' frott irtirat mis-suq għal ċerti organizzazzjonijiet, bħall-organizzazzjonijiet tal-karità u l-iskejjel jew destinazzjonijiet oħra ekwivalenti approvati mill-Istati Membri, il-100 % tal-ammonti massimi ffissati fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 jenħtieġ li jkun applikabbli wkoll għall-produtturi li mhumiex membri ta' xi organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta. L-irtirar mis-suq għal destinazzjonijiet oħra għajr għad-distribuzzjoni b'xejn, jenħtieġ li jirċievi 50 % tal-ammonti massimi fissi. F'dan il-kuntest, il-produtturi li mhumiex membri ta' organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta jenħtieġ li jissodisfaw kundizzjonijiet identiċi jew simili għal dawk tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi. Għaldaqstant, bħall-organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti, jenħtieġ li dawn ikunu soġġetti għad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011.

    (17)

    L-organizzazzjonijiet tal-produtturi huma l-atturi bażiċi tas-settur tal-frott u huma l-aktar entitajiet adattati biex jiżguraw li l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għall-irtirar mis-suq tingħata lill-produtturi li mhumiex membri ta' xi organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta. Jenħtieġ li jiżguraw li din l-assistenza tingħata lill-produtturi li mhumiex membri ta' xi organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta permezz tal-konklużjoni ta' kuntratt. Billi l-Istati Membri ma għandhomx l-istess livell ta' organizzazzjoni min-naħa tal-forniment tas-suq tal-frott u l-ħaxix, huwa xieraq li l-awtorità kompetenti tal-Istati Membri titħalla tagħti l-appoġġ direttament lill-produtturi meta dan ikun iġġustifikat kif jixraq.

    (18)

    L-ammont tal-appoġġ għan-nuqqas ta' ħsad u għall-ħsad bikri jenħtieġ li jkun iffissat mill-Istati Membri għal kull ettaru f'livell li jkopri mhux aktar minn 90 % tal-ammont massimu għall-irtirar mis-suq applikabbli għall-irtirar mis-suq għal destinazzjonijiet għajr għad-distribuzzjoni b'xejn kif stabbilit fl-Anness XI tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, għal prodotti li għalihom ma jkun ġie ffissat l-ebda ammont f'dak l-Anness, f'dan ir-Regolament. In-nuqqas ta' ħsad jenħtieġ li jingħata appoġġ anki meta l-produzzjoni kummerċjali tkun ittieħdet miż-żona tal-produzzjoni inkwistjoni matul iċ-ċiklu ta' produzzjoni normali.

    (19)

    L-organizzazzjonijiet tal-produtturi jikkonċentraw il-provvista u huma kapaċi jaġixxu aktar malajr minn produtturi li mhumiex membri ta' organizzazzjonijiet bħal dawn meta jkollhom ilaħħqu ma' kwantitajiet ikbar b'impatt immedjat fuq is-suq. Għaldaqstant, biex l-implimentazzjoni tal-miżuri eċċezzjonali ta' appoġġ stipulati f'dan ir-Regolament tkun aktar effiċjenti u biex titħaffef l-istabbilizzazzjoni tas-suq, huwa xieraq li, fir-rigward ta' produtturi li huma membri ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti, l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għall-irtirar mis-suq għal destinazzjonijiet oħra għajr id-distribuzzjoni b'xejn, għan-nuqqas ta' ħsad u għall-ħsad bikri tiżdied għal 75 % tal-ammonti massimi rilevanti li ġew stabbiliti għall-appoġġ għall-irtirar mis-suq għal destinazzjonijiet oħra.

    (20)

    Fir-rigward tal-irtirar mis-suq, l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għall-operazzjonijiet ta' nuqqas ta' ħsad u ta' ħsad bikri jenħtieġ li tiġi estiża għall-produtturi li mhumiex membri ta' xi organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta. L-assistenza finanzjarja jenħtieġ li tkun 50 % tal-ammonti massimi ta' appoġġ li ġew stabbiliti għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi.

    (21)

    Minħabba l-għadd kbir ta' produtturi li mhumiex membri ta' organizzazzjoni tal-produtturi u l-ħtieġa li jitwettqu kontrolli li huma affidabbli iżda fattibbli, jenħtieġ li l-assistenza finanzjarja temporanja tal-Unjoni ma tingħatax lil produtturi li mhumiex membri ta' organizzazzjoni tal-produtturi, għall-ħsad bikri tal-frott u l-ħaxix li l-ħsad normali tagħhom ikun diġà beda, jew għal miżuri ta' nuqqas ta' ħsad meta l-produzzjoni kummerċjali tkun ittieħdet miż-żona tal-produzzjoni inkwistjoni matul iċ-ċiklu ta' produzzjoni normali. F'dan il-kuntest, il-produtturi li mhumiex membri ta' organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta jenħtieġ li jkunu soġġetti, bħall-organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti, għad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011.

    (22)

    Għal produtturi li mhumiex membri ta' xi organizzazzjoni tal-produtturi, il-ħlas tal-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għal operazzjonijiet ta ' nuqqas ta ' ħsad u ħsad bikri jenħtieġ li jsir direttament mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru. Jenħtieġ li l-awtorità kompetenti tħallas l-ammonti rilevanti lill-produtturi skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 u r-regoli u l-proċeduri nazzjonali rilevanti.

    (23)

    Sabiex jiġi garantit li l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għal produtturi ta ' ċertu frott tintuża għall-għanijiet maħsuba u biex jiġi żgurat l-użu effiċjenti tal-baġit tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri jwettqu livell raġonevoli ta' kontrolli. B'mod partikolari, jenħtieġ li jitwettqu kontrolli tad-dokumenti, tal-identità u fiżiċi kif ukoll kontrolli fuq il-post li jkopru ammont raġonevoli ta' prodotti, żoni, organizzazzjonijiet tal-produtturi u produtturi li mhumiex membri ta' organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta.

    (24)

    Jenħtieġ li l-Istati Membri jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'mod regolari dwar l-operazzjonijiet implimentati mill-organizzazzjonijiet tal-produtturi u mill-produtturi li mhumiex membri.

    (25)

    Sabiex ikun hemm impatt immedjat fuq is-suq u biex jingħata kontribut għall-istabbilizzazzjoni tal-prezzijiet, dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu, f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Is-suġġett u l-kamp ta' applikazzjoni

    1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dwar l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni (“l-assistenza finanzjarja”) għal miżuri ta' appoġġ temporanji li jridu jingħataw lil organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-frott, rikonoxxuti skont l-Artikolu 154 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u lil produtturi li mhumiex membri ta' organizzazzjonijiet ta' dan it-tip.

    Dawn il-miżuri ta' appoġġ temporanji għandhom ikopru l-operazzjonijiet tal-irtirar mis-suq, tan-nuqqas ta' ħsad u tal-ħsad bikri.

    2.   L-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jingħata fir-rigward tal-prodotti li ġejjin tas-settur tal-frott maħsub għall-konsum frisk:

    (a)

    tuffieħ tal-kodiċi NM 0808 10;

    (b)

    lanġas tal-kodiċi NM 0808 30;

    (c)

    għanbaqar tal-kodiċi NM 0809 40 05;

    (d)

    larinġ ħelu tal-kodiċijiet tan-NM 0805 10 22, 0805 10 24 u 0805 10 28;

    (e)

    klementin tal-kodiċi NM 0805 22 00;

    (f)

    mandolin (inkluż iċ-ċitru ta' Tanġier u s-satsumas), il-wilking u ibridi taċ-ċitru simili tal-kodiċijiet NM 0805 21 10, 0805 29 00 u 0805 21 90.

    (g)

    lumi tal-kodiċi NM 0805 50 10;

    (h)

    ħawħ inkluż nuċiprisk tal-kodiċi NM 0809 30;

    (i)

    ċirasa ħelwa tal-kodiċi NM 0809 29 00;

    (j)

    kaki tal-kodiċi NM 0810 70 00;

    3.   L-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkopri l-attivitajiet imwettqa fil-perjodu mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament sakemm ikunu ġew eżawriti f'kull Stat Membru konċernat il-kwantitajiet stabbiliti fl-Artikolu 2(1) jew fit-30 ta' Ġunju 2018, skont liema data tiġi l-ewwel.

    4.   Jekk is-sitwazzjoni tal-importazzjoni ta' ċerti prodotti mill-Unjoni lejn ir-Russja tinbidel qabel it-30 ta' Ġunju 2018, il-Kummissjoni tista' temenda jew tħassar dan ir-Regolament kif xieraq.

    Artikolu 2

    Allokazzjoni ta' kwantitajiet massimi lill-Istati Membri

    1.   L-assistenza finanzjarja għall-miżuri ta' appoġġ imsemmija fl-Artikolu 1(1) għandha tkun disponibbli għall-Istati Membri għall-kwantitajiet ta' prodotti stabbiliti fl-Anness I.

    L-assistenza finanzjarja għandha tkun disponibbli wkoll għall-Istati Membri kollha għal operazzjonijiet ta' rtirar mis-suq, ta' ħsad bikri jew ta' nuqqas ta' ħsad, fir-rigward ta' prodott wieħed jew aktar minn dawk imsemmija fl-Artikolu 1(2) kif stabbilit mill-Istat Membru, sakemm il-kwantità addizzjonali involuta ma taqbiżx l-2 000 tunnellata għal kull Stat Membru.

    2.   Fir-rigward tal-kwantitajiet totali għal kull Stat Membru li ġew imsemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu għal kull prodott imsemmi fl-Artikolu 1(2):

    (a)

    il-kwantitajiet irtirati mis-suq għad-distribuzzjoni b'xejn;

    (b)

    il-kwantitajiet irtirati mis-suq għal destinazzjonijiet oħra għajr id-distribuzzjoni b'xejn;

    (c)

    iż-żona ekwivalenti għall-ħsad bikri jew għan-nuqqas ta' ħsad;

    3.   Fejn il-kwantitajiet fil-fatt irtirati fi Stat Membru bejn l-1 ta' Lulju 2016 u t-30 ta' Ġunju 2017 f'konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2016/921 għal kategorija ta' prodotti kif definita fl-Anness I ta' dak ir-Regolament tkun inqas minn 5 % tal-kwantitajiet totali allokati lil dak l-Istat Membru għal dik il-kategorija ta' prodotti, l-Istat Membru jista' jiddeċiedi li ma jagħmilx użu mill-kwantità allokata lil dak l-Istat Membru għal dik il-kategorija ta' prodotti skont l-Anness I. F'dak il-każ, l-Istat Membri kkonċernat għandu jgħarraf lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tiegħu sal-31 ta' Ottubru 2017. Mill-mument tan-notifika, jenħtieġ li l-operazzjonijiet tal-irtirar, in-nuqqas ta' ħsad jew tal-ħsad bikri mwettqa għal dik il-kategorija ta' prodotti f'dak l-Istat Membru, ma jibqgħux eliġibbli għall-għajnuna finanzjarja.

    4.   L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jagħmlux użu mill-kwantità ta' 2 000 tunnellata, jew parti minnha, msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1. F'dak il-każ, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinnotifika lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tiegħu sal-31 ta' Ottubru 2017. Mill-mument ta' din in-notifika, l-operazzjonijiet ta' rtirar mis-suq, ta' ħsad bikri jew ta' nuqqas ta' ħsad, imwettqa fil-kuntest tal-kwantità ta' 2 000 tunnellata msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, f'dak l-Istat Membru, m'għandhiex tkun eliġibbli għall-għajnuna finanzjarja

    Artikolu 3

    Allokazzjoni tal-kwantitajiet lill-produtturi

    L-Istati Membri għandhom jallokaw il-kwantitajiet imsemmija fl-Artikolu 2(1) bejn l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-produtturi li mhumiex membri ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi skont is-sistema li min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel.

    Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jistabbilixxu sistema differenti għall-allokazzjoni ta' kwantitajiet, sakemm is-sistema stabbilita tkun ibbażata fuq kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji. Għal dan il-għan, l-Istati Membri jistgħu jqisu kemm huma kbar l-effetti tal-projbizzjoni Russa fuq l-importazzjonijiet fuq il-produtturi inkwistjoni.

    Artikolu 4

    Dispożizzjonijiet komuni għall-miżuri ta' rtirar mis-suq, ta' nuqqas ta' ħsad u ta' ħsad bikri għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi

    1.   L-appoġġ għall-operazzjonijiet ta' rtirar mis-suq, ta' nuqqas ta' ħsad u ta' ħsad bikri mogħti skont dan ir-Regolament minn organizzazzjonijiet ta' produtturi għandu jingħata lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi anki jekk il-programmi operazzjonali tagħhom u l-istrateġiji nazzjonali tal-Istati Membri ma jipprevedux dawn l-operazzjonijiet.

    L-appoġġ imsemmi fl-ewwel subparagrafu ma għandux jitqies għall-iskop tal-kalkolu tal-limiti msemmija fl-Artikolu 34(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

    L-Artikolu 32(2) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u l-Artikolu 55(4) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 ma għandhomx japplikaw għall-assistenza finanzjarja f'dan ir-Regolament.

    2.   Il-limitu ta' terz tan-nefqa msemmi fir-raba' subparagrafu tal-Artikolu 33(3) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u l-limitu massimu ta' 25 % għaż-żieda tal-fond operazzjonali msemmi fl-Artikolu 66(3)(c) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 ma għandhomx japplikaw għan-nefqa mġarrba għall-operazzjonijiet tal-irtirar mis-suq, ta' nuqqas ta' ħsar u ta' ħsad bikri skont dan ir-Regolament.

    3.   In-nefqa mġarrba skont l-Artikoli 5 u 7 għandha tifforma parti mill-fond operazzjonali tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi.

    4.   Meta r-rikonoxximent ta' organizzazzjoni tal-produtturi jkun ġie sospiż skont l-Artikolu 114(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, il-membri ta' dik l-organizzazzjoni tal-produtturi għandhom jitqiesu bħala produtturi li mhumiex membri ta' organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta għall-finijiet tal-Artikoli 6 u 8.

    Artikolu 5

    Assistenza finanzjarja għall-irtirar mis-suq lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi

    1.   Il-limitu ta' 5 % msemmi fl-Artikolu 34(4) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u fl-Artikolu 79(2) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 ma għandux japplika għall-operazzjonijiet f'dan ir-Regolament.

    2.   L-ammonti massimi tal-assistenza finanzjarja għall-irtirar mis-suq li jingħataw lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom ikunu dawk stabbiliti fl-Anness II.

    3.   B'deroga mill-Artikolu 34(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-assistenza finanzjarja għall-irtirar mis-suq għal destinazzjonijiet oħra għajr id-distribuzzjoni b'xejn għandha tkun 75 % tal-ammonti massimi tal-appoġġ għal destinazzjonijiet oħra msemmija fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 6

    Assistenza finanzjarja għall-irtirar mis-suq lill-produtturi li mhumiex membri tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi

    1.   L-ammonti massimi ta' assistenza finanzjarja mogħtija lill-produtturi li mhumiex membri ta' organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta għall-irtirar mis-suq għad-distribuzzjoni b'xejn għandhom ikunu dawk stabbiliti fl-Anness II.

    L-ammonti massimi tal-assistenza finanzjarja mogħtija lill-produtturi li mhumiex membri ta' organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta għall-irtirar mis-suq għal destinazzjonijiet għajr id-distribuzzjoni b'xejn għandhom ikunu 50 % tal-ammonti stabbiliti fl-Anness II.

    2.   Il-produtturi li mhumiex membri ta' organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta għandhom jikkonkludu kuntratt ma' organizzazzjoni bħal din għall-kwantità kollha ta' prodotti li jridu jitwasslu. L-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom jaċċettaw it-talbiet raġonevoli kollha minn produtturi li mhumiex membri ta' xi organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta. Il-kwantitajiet li jitwasslu minn produtturi li ma jkunux membri għandhom ikunu konsistenti mar-rendimenti reġjonali u mas-superfiċe kkonċernata.

    L-assistenza finanzjarja għandha tingħata lill-produtturi li mhumiex membri ta' xi organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta mill-organizzazzjoni tal-produtturi li magħha jkunu ffirmaw tali kuntratt.

    Dik l-organizzazzjoni tal-produtturi għandha żżomm l-ammonti li jikkorrispondu għall-ispejjeż reali li tkun ġarrbet biex tirtira l-prodotti rispettivi mis-suq. L-evidenza ta' dawk l-ispejjeż għandha tintwera permezz ta' fatturi.

    3.   Għal raġunijiet iġġustifikati kif suppost, bħal-livell limitat ta' organizzazzjoni tal-produtturi fl-Istat Membru inkwistjoni, u b'mod mhux diskriminatorju, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw li produttur li ma jkunx membru ta' organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta jkun jista' jinnotifika lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru dwar il-kwantità li trid titwassal, minflok ma jiffirma l-kuntratt imsemmi fil-paragrafu 2. Għal notifika bħal din, għandu japplika mutatis mutandis l-Artikolu 78 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011. Il-kwantitajiet li jitwasslu minn produtturi li ma jkunux membri għandhom ikunu konsistenti mar-rendimenti reġjonali u mas-superfiċe kkonċernata.

    F'dawn il-każijiet, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandha tagħti l-assistenza finanzjarja direttament lill-produttur. L-Istati Membri għandhom jadottaw regoli ġodda jew japplikaw ir-regoli jew il-proċeduri nazzjonali eżistenti għal dan l-għan.

    4.   Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, kif ukoll l-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw mutatis mutandis fir-rigward ta' dan l-Artikolu.

    Artikolu 7

    Assistenza finanzjarja għal nuqqas ta' ħsad u għal ħsad bikri lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi

    1.   B'deroga mill-Artikolu 85(4) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-ammonti tal-appoġġ, li jinkludu kemm l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni kif ukoll il-kontribuzzjoni tal-organizzazzjoni tal-produtturi għan-nuqqas ta' ħsad u għall-ħsad bikri, għal kull ettaru u f'livell li jkopri mhux aktar minn 90 % tal-ammonti ffissati għall-irtirar mis-suq għal destinazzjonijiet oħra għajr għad-distribuzzjoni b'xejn kif stabbilit fl-Anness II ta' dan ir-Regolament. L-appoġġ għall-ħsad bikri għandu jkopri biss il-prodotti li huma fiżikament fl-għelieqi u li effettivament jinħasdu kmieni.

    B'deroga mill-Artikolu 34(4) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, l-assistenza finanzjarja tal-Unjoni għan-nuqqas ta' ħsad u għall-ħsad bikri għandha tkun 75 % tal-ammonti stabbiliti mill-Istati Membri skont l-ewwel subparagrafu.

    2.   B'deroga mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 85(3) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, il-miżuri tan-nuqqas ta' ħsad imsemmija fl-Artikolu 84(1)(b) ta' dak ir-Regolament jistgħu jittieħdu anke meta l-produzzjoni kummerċjali tkun ittieħdet miż-żona tal-produzzjoni inkwistjoni matul iċ-ċiklu normali tal-produzzjoni. F'każijiet bħal dawn, l-ammonti ta' appoġġ imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom jitnaqqsu b'mod proporzjonali, filwaqt li titqies il-produzzjoni diġà maħsuda, kif stabbilit abbażi ta' rekords tal-istokkijiet u l-kontijiet finanzjarji tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi inkwistjoni.

    Artikolu 8

    Assistenza finanzjarja għal nuqqas ta' ħsad u għal ħsad bikri lill-produtturi li mhumiex membri ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi

    1.   B'deroga mill-Artikolu 85(3) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, għandu japplika dan li ġej:

    (a)

    l-appoġġ għall-ħsad bikri għandu jkopri biss il-prodotti li huma fiżikament fl-għelieqi u li effettivament inħasdu kmieni u li għalihom ma jkunx beda l-ħsad normali;

    (b)

    il-miżuri ta' nuqqas ta' ħsad ma għandhomx jittieħdu meta l-produzzjoni kummerċjali tkun ittieħdet miż-żona inkwistjoni matul iċ-ċiklu ta' produzzjoni normali;

    (c)

    il-ħsad bikri u n-nuqqas ta' ħsad fl-ebda ċirkustanza ma għandhom ikunu applikati t-tnejn għall-istess prodott u fl-istess żona partikolari.

    2.   L-ammonti tal-assistenza finanzjarja għall-operazzjonijiet ta' nuqqas ta' ħsad u ta' ħsad bikri għandhom ikunu 50 % tal-ammonti ffissati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 7(1).

    3.   Il-produtturi li mhumiex membri ta' organizzazzjoni ta' produtturi rikonoxxuta għandhom jagħmlu notifika xierqa lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru skont id-dispożizzjonijiet dettaljati adottati mill-Istat Membru skont l-Artikolu 85(1)(a) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011.

    4.   L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru għandha tagħti l-assistenza finanzjarja direttament lill-produttur. L-Istati Membri għandhom jadottaw regoli ġodda jew japplikaw ir-regoli jew il-proċeduri nazzjonali eżistenti għal dan l-għan.

    5.   Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, għandhom japplikaw mutatis mutandis fir-rigward ta' dan l-Artikolu.

    Artikolu 9

    Kontrolli matul l-operazzjonijiet tal-irtirar mis-suq, tan-nuqqas ta' ħsad u tal-ħsad bikri

    1.   L-operazzjonijiet tal-irtirar mis-suq imsemmija fl-Artikoli 5 u 6 għandhom ikunu soġġetti għal:

    (a)

    kontrolli tal-ewwel livell skont l-Artikolu 108 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011. Dawk il-kontrolli għandhom ikopru minn tal-inqas 10 % tal-kwantità ta' prodotti rtirati mis-suq u minn tal-inqas 10 % tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi li jibbenefikaw mill-assistenza finanzjarja msemmija fl-Artikolu 5 ta' dan ir-Regolament. Madankollu, għall-operazzjonijiet ta' rtirar mis-suq imsemmija fl-Artikolu 6(3), il-kontrolli tal-ewwel livell għandhom ikopru 100 % tal-kwantità tal-prodotti rtirati.

    (b)

    kontrolli tat-tieni livell skont l-Artikolu 109 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011. Il-kontrolli fuq il-post għandhom ikopru minn tal-inqas 40 % tal-entitajiet soġġetti għall-kontrolli tal-ewwel livell, u minn tal-inqas 5 % tal-kwantità ta' prodotti rtirati.

    2.   L-operazzjonijiet ta' nuqqas ta' ħsad u ta' ħsad bikri msemmija fl-Artikoli 7 u 8 għandhom ikunu soġġetti għall-kontrolli u għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 110 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011, ħlief fir-rigward tar-rekwiżit li ma jkun sar l-ebda ħsad parzjali meta tiġi applikata d-deroga stipulata fl-Artikolu 7(2) ta' dan ir-Regolament. Il-kontrolli għandhom ikopru minn tal-inqas 25 % taż-żoni tal-produzzjoni kkonċernati.

    Għall-operazzjonijiet ta' nuqqas ta' ħsad u ta' ħsad bikri msemmija fl-Artikolu 8, il-kontrolli għandhom ikopru 100 % taż-żoni tal-produzzjoni inkwistjoni.

    Artikolu 10

    Applikazzjoni għall-assistenza finanzjarja u l-ħlas tagħha

    1.   L-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom japplikaw għall-ħlas tal-assistenza finanzjarja msemmija fl-Artikoli 5 u 7 sal-31 ta' Lulju 2018.

    2.   Il-produtturi li ma jkunux membri ta' organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta u li ma ffirmawx kuntratt ma' organizzazzjoni tal-produtturi rikonoxxuta għandhom, sal-31 ta' Lulju 2018, japplikaw huma stess għand l-awtoritajiet kompetenti maħtura mill-Istati Membri għall-ħlas tal-assistenza finanzjarja msemmija fl-Artikoli 6 u 8.

    3.   L-applikazzjonijiet għall-ħlas għandhom ikunu akkumpanjati minn dokumenti ta' sostenn li jiġġustifikaw l-ammont tal-assistenza finanzjarja kkonċernata u għandu jkun fihom garanzija bil-miktub li l-applikant ma rċeviex, u mhux se jirċievi darbtejn xi fondi jew kumpens nazzjonali jew mingħand l-Unjoni b'polza tal-assigurazzjoni fir-rigward tal-operazzjonijiet li jikkwalifikaw għall-assistenza finanzjarja mogħtija skont dan ir-Regolament.

    Artikolu 11

    Notifiki

    1.   Fl-ewwel jum ta' kull xahar sal-1 ta' Ottubru 2018, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-informazzjoni li ġejja għal kull prodott:

    (a)

    il-kwantitajiet irtirati mis-suq għal distribuzzjoni b'xejn;

    (b)

    il-kwantitajiet irtirati mis-suq għal destinazzjonijiet oħra għajr id-distribuzzjoni b'xejn;

    (c)

    iż-żona ekwivalenti għall-ħsad bikri jew għan-nuqqas ta' ħsad;

    (d)

    l-ispiża totali mġarrba għall-kwantitajiet u għaż-żoni msemmija fil-punti (a), (b) u (c).

    L-operazzjonijiet implimentati biss għandhom jiġu inklużi fin-notifiki.

    Għal dawk in-notifiki, l-Istati Membri għandhom jużaw il-mudelli stabbiliti fl-Anness III, kif xieraq.

    2.   Meta ssir l-ewwel notifika, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-ammonti ta' appoġġ stabbiliti minnhom skont l-Artikolu 79(1) jew 85(4) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 u skont l-Artikoli 5 sa 8 ta' dan ir-Regolament, billi jużaw il-mudelli stabbiliti fl-Anness IV, kif xieraq.

    Artikolu 12

    Ħlas tal-assistenza finanzjarja mill-Unjoni

    In-nefqa tal-Istati Membri fir-rigward ta' dawk il-ħlasijiet skont dan ir-Regolament għandha tkun eliġibbli biss għall-assistenza finanzjarja mill-Unjoni jekk tkun tħallset sat-30 ta' Settembru 2018.

    Artikolu 13

    Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-20 ta' April 2017.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

    (2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 913/2014 tal-21 ta' Awwissu 2014 li jistabbilixxi miżuri temporanji eċċezzjonali ta' appoġġ għall-produtturi tal-ħawħ u tan-nuċiprisk (ĠU L 248, 22.8.2014, p. 1).

    (3)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 932/2014 tad-29 ta' Awwissu 2014 li jistabbilixxi miżuri temporanji eċċezzjonali ta' appoġġ għal produtturi ta' ċertu frott u ħaxix u li jemenda r-Regolament Delegat (UE) Nru 913/2014 (ĠU L 259, 30.8.2014, p. 2).

    (4)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1031/2014 tad-29 ta' Settembru 2014 li jistabbilixxi miżuri temporanji eċċezzjonali oħra ta' appoġġ għall-produtturi ta' ċertu frott u ħaxix (ĠU L 284, 30.9.2014, p. 22).

    (5)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/1369 tas-7 ta' Awwissu 2015 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) Nru 1031/2014 li jistabbilixxi miżuri temporanji eċċezzjonali oħra ta' appoġġ għall-produtturi ta' ċertu frott u ħaxix (ĠU L 211, 8.8.2015, p. 17).

    (6)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2016/921 tal-10 ta' Ġunju 2016 li jistabbilixxi miżuri temporanji eċċezzjonali oħra ta' appoġġ għall-produtturi ta' ċertu frott u ħaxix (ĠU L 154, 11.6.2016, p. 3).

    (7)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 543/2011 tas-7 ta' Ġunju 2011 li jistabilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 għas-setturi tal-frott u l-ħaxix u tal-frott u l-ħaxix ipproċessat (ĠU L 157, 15.6.2011, p. 1).


    ANNESS I

    Kwantitajiet massimi ta' prodotti allokati għal kull Stat Membru kif imsemmi fl-Artikolu 2(1)

    (tunnellati)

    Stat Membru

    Tuffieħ u lanġas

    Għanbaqar

    Larinġ, Klementin, Mandolin u Lumi

    Ħawħ u nuċiprisk

    Il-Belġju

    21 845

     

     

     

    Il-Ġermanja

    1 615

     

     

     

    Il-Greċja

    680

    4 165

    2 040

    5 355

    Spanja

    1 955

    1 275

    14 110

    9 775

    Franza

    3 060

     

     

     

    Il-Kroazja

    510

     

    850

     

    L-Italja

    4 505

    3 910

    850

    2 380

    Ċipru

     

     

    3 060

     

    In-Netherlands

    5 865

     

     

     

    L-Awstrija

    510

     

     

     

    Il-Polonja

    75 565

    425

     

    510

    Il-Portugall

    935

     

     

     


    ANNESS II

    Ammonti massimi ta' appoġġ għall-irtirar mis-suq kif imsemmi fl-Artikoli 5 u 6

    Prodott

    Appoġġ massimu

    (f'EUR/100 kg)

    Distribuzzjoni b'xejn

    Destinazzjonijiet oħra

    Tuffieħ

    16,98

    13,22

    Nuċiprisk

    26,90

    26,90

    Ħawħ

    26,90

    26,90

    Lanġas

    23,85

    15,90

    Larinġ

    21,00

    21,00

    Mandolin

    19,50

    19,50

    Klementin

    22,16

    19,50

    Satsumas

    19,50

    19,50

    Lumi

    23,99

    19,50

    Għanbaqar

    34,00

    20,40

    Kaki

    21,02

    14,01

    Ċirasa

    48,14

    32,09


    ANNESS III

    Mudelli għan-notifiki kif imsemmi fl-Artikolu 11(1)

    NOTIFIKA DWAR L-IRTIRAR MIS-SUQ — DISTRIBUZZJONI B'XEJN

    Stat Membru:…

    Perjodu kopert:…

    Data:…


    Prodott

    Organizzazzjonijiet tal-produtturi

    Produtturi mhux membri

    Kwantitajiet totali

    (t)

    Total tal-assistenza finanzjarja mill-Unjoni

    (EUR)

    Kwantitajiet

    (t)

    Assistenza finanzjarja mill-Unjoni (EUR)

    Kwantitajiet

    (t)

    Assistenza finanzjarja mill-Unjoni (EUR)

    irtirar mis-suq

    trasport

    tqassim u ppakkjar

    Total

    irtirar mis-suq

    trasport

    tqassim u ppakkjar

    Total

    (a)

    (b)

    (c)

    (d)

    (e) = (b) + (c) + (d)

    (f)

    (g)

    (h)

    (i)

    (j) = (g) + (h) + (i)

    (k) = (a) + (f)

    (l) = (e) + (j)

    Tuffieħ

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Lanġas

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Total ta' Tuffieħ u Lanġas

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Għanbaqar

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Total ta' Għanbaqar

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Larinġ

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Klementin

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Mandolin

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Lumi

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Total ta' Ċitru

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Ħawħ

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Nuċiprisk

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Total ta' Ħawħ u Nuċiprisk

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Ċirasa

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Kaki

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Total ta' Oħrajn

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    TOTAL

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    Nota: Għandha timtela paġna tal-Excel waħda differenti għal kull notifika.

    NOTIFIKA DWAR L-IRTIRAR MIS-SUQ — DESTINAZZJONIJIET OĦRA

    Stat Membru:…

    Perjodu kopert:…

    Data:…


    Prodott

    Organizzazzjonijiet tal-produtturi

    Produtturi mhux membri

    Kwantitajiet totali

    (t)

    Total tal-assistenza finanzjarja mill-Unjoni

    (EUR)

    Kwantitajiet

    (t)

    Assistenza finanzjarja mill-Unjoni

    (EUR)

    Kwantitajiet

    (t)

    Assistenza finanzjarjamill-Unjoni

    (EUR)

    (a)

    (b)

    (c)

    (d)

    (e) = (a) + (c)

    (f) = (b) + (d)

    Tuffieħ

     

     

     

     

     

     

    Lanġas

     

     

     

     

     

     

    Total ta' Tuffieħ u Lanġas

     

     

     

     

     

     

    Għanbaqar

     

     

     

     

     

     

    Total ta' Għanbaqar

     

     

     

     

     

     

    Larinġ

     

     

     

     

     

     

    Klementin

     

     

     

     

     

     

    Mandolin

     

     

     

     

     

     

    Lumi

     

     

     

     

     

     

    Total ta' Ċitru

     

     

     

     

     

     

    Ħawħ

     

     

     

     

     

     

    Nuċiprisk

     

     

     

     

     

     

    Total ta' Ħawħ u Nuċiprisk

     

     

     

     

     

     

    Ċirasa

     

     

     

     

     

     

    Kaki

     

     

     

     

     

     

    Total ta' Oħrajn

     

     

     

     

     

     

    TOTAL

     

     

     

     

     

     

    Nota: Għandha timtela paġna tal-Excel waħda differenti għal kull notifika.

    NOTIFIKA DWAR IN-NUQQAS TA' ĦSAD U L-ĦSAD BIKRI

    Stat Membru:…

    Perjodu kopert:…

    Data:…


    Prodott

    Organizzazzjonijiet tal-produtturi

    Produtturi mhux membri

    Kwantitajiet totali

    (t)

    Total tal-assistenza finanzjarja mill-Unjoni

    (EUR)

    Żona

    (ha)

    Kwantitajiet

    (t)

    Assistenza finanzjarja mill-Unjoni

    (EUR)

    Żona

    (ha)

    Kwantitajiet

    (t)

    Assistenza finanzjarja mill-Unjoni

    (EUR)

    (a)

    (b)

    (c)

    (d)

    (e)

    (f)

    (g) = (b) + (e)

    (h) = (c) + (f)

    Tuffieħ

     

     

     

     

     

     

     

     

    Lanġas

     

     

     

     

     

     

     

     

    Total ta' Tuffieħ u Lanġas

     

     

     

     

     

     

     

     

    Għanbaqar

     

     

     

     

     

     

     

     

    Total ta' Għanbaqar

     

     

     

     

     

     

     

     

    Larinġ

     

     

     

     

     

     

     

     

    Klementin

     

     

     

     

     

     

     

     

    Mandolin

     

     

     

     

     

     

     

     

    Lumi

     

     

     

     

     

     

     

     

    Total ta' Ċitru

     

     

     

     

     

     

     

     

    Ħawħ

     

     

     

     

     

     

     

     

    Nuċiprisk

     

     

     

     

     

     

     

     

    Total ta' Ħawħ u Nuċiprisk

     

     

     

     

     

     

     

     

    Ċirasa

     

     

     

     

     

     

     

     

    Kaki

     

     

     

     

     

     

     

     

    Total ta' Oħrajn

     

     

     

     

     

     

     

     

    TOTAL

     

     

     

     

     

     

     

     

    Nota: Għandha timtela paġna tal-Excel waħda differenti għal kull notifika.


    ANNESS IV

    Mudelli li għandhom jintbagħtu mal-ewwel notifika kif imsemmi fl-Artikolu 11(2)

    IRTIRAR — DESTINAZZJONIJIET OĦRA

    Ammonti massimi ta' appoġġ iffissati mill-Istat Membru skont l-Artikolu 79(1) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 u l-Artikolu 5 ta' dan ir-Regolament

    Stat Membru:…

    Data:…


    Prodott

    Kontribut tal-Organizzazzjoni tal-Produtturi

    (f'EUR/100 kg)

    Assistenza finanzjarja mill-Unjoni

    (f'EUR/100 kg)

    Tuffieħ

     

     

    Lanġas

     

     

    Għanbaqar

     

     

    Larinġ

     

     

    Klementin

     

     

    Mandolin

     

     

    Lumi

     

     

    Ħawħ

     

     

    Nuċiprisk

     

     

    Ċirasa

     

     

    Kaki

     

     

    NUQQAS TA' ĦSAD U ĦSAD BIKRI

    Ammonti massimi ta' appoġġ iffissati mill-Istat Membru skont l-Artikolu 85(4) tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 543/2011 u l-Artikolu 7 ta' dan ir-Regolament

    Stat Membru:…

    Data:…


    Prodott

    Fil-miftuħ

    Serra

    Kontribut tal-Organizzazzjoni tal-Produtturi

    (EUR/ha)

    Assistenza finanzjarja mill-Unjoni

    (EUR/ha)

    Kontribut tal-Organizzazzjoni tal-Produtturi

    (EUR/ha)

    Assistenza finanzjarja mill-Unjoni

    (EUR/ha)

    Tuffieħ

     

     

     

     

    Lanġas

     

     

     

     

    Għanbaqar

     

     

     

     

    Larinġ

     

     

     

     

    Klementin

     

     

     

     

    Mandolin

     

     

     

     

    Lumi

     

     

     

     

    Ħawħ

     

     

     

     

    Nuċiprisk

     

     

     

     

    Ċirasa

     

     

     

     

    Kaki

     

     

     

     


    Top