This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017R0186
Commission Implementing Regulation (EU) 2017/186 of 2 February 2017 laying down specific conditions applicable to the introduction into the Union of consignments from certain third countries due to microbiological contamination and amending Regulation (EC) No 669/2009 (Text with EEA relevance. )
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/186 tat-2 ta' Frar 2017 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet speċifiċi li japplikaw għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta' konsenji minn ċerti pajjiżi terzi minħabba l-kontaminazzjoni mikrobijoloġika u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 669/2009 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/186 tat-2 ta' Frar 2017 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet speċifiċi li japplikaw għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta' konsenji minn ċerti pajjiżi terzi minħabba l-kontaminazzjoni mikrobijoloġika u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 669/2009 (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
C/2017/0462
ĠU L 29, 3.2.2017, p. 24–34
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 13/12/2019; Imħassar b' 32019R1793
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32009R0669 | Tħassir | anness I Test | 23/02/2017 | |
Repeal | 32016R0166 | 23/02/2017 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32017R0186R(01) | (LV) | |||
Repealed by | 32019R1793 | 14/12/2019 |
3.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 29/24 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/186
tat-2 ta' Frar 2017
li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet speċifiċi li japplikaw għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta' konsenji minn ċerti pajjiżi terzi minħabba l-kontaminazzjoni mikrobijoloġika u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 669/2009
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u li jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 53(1)(b)(ii) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-verifiki uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-welfare tal-annimali (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(5) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Artikolu 53 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 jipprevedi l-possibbiltà li jiġu adottati miżuri ta' emerġenza tal-Unjoni xierqa għall-ikel importat minn pajjiż terz biex jitħarsu s-saħħa tal-bniedem, is-saħħa tal-annimali u l-ambjent, meta jkun ċar li jeżisti riskju serju li ma jkunx jista' jiġi kkontrollat b'mod sodisfaċenti permezz ta' miżuri li jieħdu l-Istati Membri individwali. |
(2) |
L-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 jeżiġi li l-ikel li jiġi impurtat fl-Unjoni biex hemmhekk jitqiegħed fis-suq għandu jikkonforma mar-rekwiżiti rilevanti tal-liġi dwar l-ikel jew mal-kundizzjonijiet li l-Unjoni tqis li huma għallinqas ekwivalenti għal dawk ir-rekwiżiti, jew fejn jeżisti ftehim speċifiku bejn l-Unjoni u l-pajjiż ta' esportazzjoni, mar-rekwiżiti f'dak il-ftehim. |
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jistabbilixxi r-regoli ġenerali dwar l-iġjene tal-prodotti tal-ikel għall-operaturi tan-negozji tal-ikel. |
(4) |
L-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-metodi ta' kampjunar u ta' analiżi li għandhom jintużaw fil-kuntest tal-verifiki uffiċjali. |
(5) |
L-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 jistipula li l-ikel li ma jkunx sikur ma għandux jitqiegħed fis-suq. Skont ir-Regolament (KE) Nru 882/2004, l-Awtoritajiet Kompetenti jridu jivverifikaw il-konformità tal-operaturi tan-negozji tal-ikel mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. |
(6) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 (4) jistabbilixxi r-regoli dwar iż-żieda fil-livell ta' verifiki uffiċjali fuq l-importazzjoni ta' ċertu għalf u ikel ta' oriġini mhux mill-annimali, li huwa elenkat fl-Anness I ta' dak ir-Regolament. |
(7) |
Għal ħafna snin kien hemm frekwenza għolja ta' nuqqas ta' konformità minħabba kwistjonijiet ta' nuqqas ta' sikurezza taż-żerriegħa tal-ġunġlien (“Żerriegħa tas-Sesamum”) u tal-weraq tal-betel (“Piper betle L.”) mill-Indja. Għalhekk fl-2014 ġiet stabbilita żieda fil-frekwenza tal-verifiki uffiċjali meta jiġu importati dawn l-oġġetti tal-ikel fir-rigward tas-Salmonella spp. Madankollu, dawn il-verifiki miżjuda kkonfermaw il-frekwenza għolja tan-nuqqas ta' konformità ta' dawn l-oġġetti tal-ikel mas-sikurezza mikrobijoloġika minħabba s-Salmonella spp. Għaldaqstant, l-importazzjoni ta' dawn l-oġġetti tal-ikel tikkostitwixxi riskju serju għas-saħħa pubblika fl-Unjoni u jeħtieġ li jiġu adottati miżuri ta' emerġenza tal-Unjoni. |
(8) |
Jenħtieġu l-garanziji mingħand l-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi esportaturi li dawk l-oġġetti tal-ikel ikunu ġew prodotti skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 852/2004 biex titħares is-saħħa tal-bniedem fl-Unjoni. Biex ikun żgurat l-infurzar armonizzat tal-verifiki fuq l-importazzjonijiet madwar l-Unjoni, kull konsenja ta' dan it-tip ta' ikel għandu jkollha magħha ċertifikat tas-saħħa ffirmat mill-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż esportatur, u jkollha wkoll ir-riżultati tat-testijiet analitiċi li jiggarantixxu li l-konsenja tteħdulha l-kampjuni li ġew analizzati għall-preżenza ta' patoġeni mikrobijoloġiċi u r-riżultati kienu tajbin. |
(9) |
L-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 jistipula li l-operaturi tan-negozji tal-ikel li jkunu responsabbli mill-konsenji għandhom jibagħtu notifika minn qabel lill-punt tad-dħul magħżul meta jkunu se jaslu dawn il-konsenji u deskrizzjoni tagħhom. |
(10) |
L-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 jeżiġi fir-rigward taż-żieda fil-livell tal-verifiki uffiċjali, li dawn il-verifiki għandhom isiru fuq id-dokumenti, fuq l-identità u għandhom jinkludu wkoll verifiki fiżiċi. Il-verifiki tad-dokumenti jridu jitwettqu mingħajr dewmien fuq il-konsenji kollha mhux iktar tard minn jumejn tax-xogħol mill-wasla fil-punt tad-dħul magħżul, u l-verifiki tal-identità u fiżiċi, fost dawn l-analiżi f'laboratorju, iridu jitwettqu skont il-frekwenzi stabbiliti fl-Anness I ta' dak ir-Regolament. |
(11) |
Biex ikunu żgurati organizzazzjoni effiċjenti u verifiki fuq l-importazzjoni armonizzati fil-livell tal-Unjoni rigward il-preżenza ta' patoġeni mikrobijoloġiċi f'ċerti oġġetti tal-ikel minn ċerti pajjiżi terzi, jeħtieġ li jiġu stabbiliti kundizzjonijiet speċifiċi għall-importazzjoni ta' dawn l-oġġetti tal-ikel. Għall-fini taċ-ċarezza legali, jixraq li l-oġġetti tal-ikel kollha li joriġinaw minn pajjiżi terzi li huma suġġetti għal kundizzjonijiet speċifiċi minħabba riskji mikrobijoloġiċi jinġabru f'Regolament wieħed. Għaldaqstant, id-dispożizzjonijiet rigward il-weraq tal-Betel mill-Indja stabbiliti fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/166 (5) jeħtieġ li jiddaħħlu f'dan ir-Regolament u li r-Regolament (KE) Nru 669/2009 jiġi emendat skont dan. |
(12) |
Jeħtieġ li r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2016/166 jitħassar u simultanjament jiġi sostitwit b'Regolament iktar ġenerali li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet dwar l-importazzjoni ta' ċerti oġġetti tal-ikel minn ċerti pajjiżi terzi minħabba l-kontaminazzjoni mikrobijoloġika. |
(13) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament jikkonformaw mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Is-suġġett u l-kamp ta' applikazzjoni
Dan ir-Regolament għandu japplika għall-introduzzjoni tal-oġġetti tal-ikel elenkati fl-Anness I.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 2 u 3 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002, fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 u fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 669/2009.
Artikolu 3
L-introduzzjoni fl-Unjoni
L-operatur tan-negozju tal-ikel għandu jiżgura li:
(a) |
Il-konsenji tal-oġġetti tal-ikel imsemmija fl-Anness I (“ikel”) jistgħu jiġu importati fl-Unjoni biss skont il-proċeduri stabbiliti f'dan ir-Regolament. |
(b) |
Il-konsenji tal-ikel jistgħu jiddaħlu fl-Unjoni biss mill-punt tad-dħul magħżul. |
Artikolu 4
Ir-riżultati tal-kampjunar u tal-analiżi li jakkumpanjaw il-konsenja
1. Kull konsenja ta' ikel għandha tkun akkumpanjata mir-riżultati tal-kampjunar u tal-analiżi li jkunu twettqu mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż minn fejn ikun intbagħat li jkunu vverifikaw l-assenza tal-periklu speċifikat fl-Anness I.
2. Il-kampjunar u l-analiżi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitwettqu skont it-Titolu II tal-Kapitolu III “Metodi ta' kampjonar u analiżi” tar-Regolament (KE) Nru 882/2004. B'mod partikolari, il-kampjunar għandu jitwettaq skont l-istandards rilevanti tal-ISO (International Organisation for Standardisation) u skont il-linji gwida tal-Codex Alimentarius li jintużaw bħala referenza u l-analiżi għas-Salmonella għandha titwettaq skont il-metodu ta' referenza EN/ISO 6579 (l-aktar verżjoni aġġornata riċenti tal-metodu ta' detezzjoni) jew metodu vvalidat bi tqabbil miegħu skont il-protokoll stabbilit fl-EN/ISO 16140 jew protokolli simili oħra aċċettati internazzjonalment.
Artikolu 5
Iċ-ċertifikat tas-saħħa
1. Il-konsenji tal-oġġetti tal-ikel elenkati fl-Anness I għandu jkollhom magħhom ukoll ċertifikat tas-saħħa skont il-mudell stabbilit fl-Anness III.
2. Jeħtieġ li ċ-ċertifikat tas-saħħa jkun iffirmat u ttimbrat minn rappreżentant awtorizzat tal-awtorità kompetenti tal-pajjiż terż minn fejn tkun intbagħtet il-konsenja.
3. Iċ-ċertifikat tas-saħħa u l-hemżiet li jkun hemm miegħu għandhom jinkitbu bil-lingwa uffiċjali, jew b'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru fejn jinsab il-post tad-dħul magħżul. Madankollu, l-Istat Membru tal-post tad-dħul magħżul għandu l-fakultà li jaċċetta li ċ-ċertifikati tas-saħħa jinkitbu b'lingwa uffiċjali oħra tal-Unjoni.
4. Iċ-ċertifikat tas-saħħa għandu jkun validu għal erba' xhur wara d-data tal-ħruġ tiegħu, iżda għal mhux iktar minn sitt xhur wara d-data tal-aħħar analiżi mikrobijoloġika tal-laboratorju.
Artikolu 6
L-identifikazzjoni
Kull konsenja tal-ikel għandha tkun identifikabbli permezz ta' kodiċi ta' identifikazzjoni (kodiċi tal-konsenja) li jikkorrispondi mal-kodiċi ta' identifikazzjoni msemmi fir-riżultati tal-kampjunar u l-analiżi msemmija fl-Artikolu 4 u fiċ-ċertifikat tas-saħħa msemmi fl-Artikolu 5. Kull borża individwali, jew kull forma oħra ta' imballaġġ tal-konsenja għandha tiġi identifikata b'dak il-kodiċi.
Artikolu 7
Notifika minn qabel dwar il-wasla tal-konsenji
1. L-operaturi tan-negozji tal-ikel jew ir-rappreżentanti tagħhom għandhom javżaw minn qabel lill-awtorità kompetenti fil-PDM, id-data u l-ħin tal-wasla reali mistennija tal-konsenji tal-ikel u javżaw dwar it-tip ta' konsenja li tkun.
2. Biex jagħtu notifika minn qabel il-wasla tal-konsenja, l-operaturi tan-negozji tal-ikel jew ir-rappreżentanti tagħhom għandhom jimlew il-Parti I tad-dokument komuni tad-dħul (“DKD”) u jibgħat dak id-dokument lill-awtorità kompetenti tal-post tad-dħul magħżul mill-inqas jum tax-xogħol wieħed qabel il-wasla reali tal-konsenja.
3. Biex jimlew id-DKD, l-operaturi tan-negozji tal-ikel jew ir-rappreżentanti tagħhom għandhom jużaw in-noti ta' gwida għad-DKD stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 669/2009.
4. Iċ-ċertifikat tas-saħħa għandu jinkiteb bil-lingwa uffiċjali, jew b'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru fejn jinsab il-PDM. Madankollu, l-Istat Membru tal-PDM għandu l-fakultà li jaċċetta li d-dokumenti tad-dħul komuni jinkitbu b'lingwa uffiċjali oħra tal-Unjoni.
Artikolu 8
Il-verifiki uffiċjali
1. L-awtorità kompetenti fil-PDM għandha tagħmel spezzjonijiet tad-dokumenti ta' kull kunsenja tal-oġġetti tal-ikel biex taċċerta l-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 4 u 5.
2. L-ispezzjonijiet fiżiċi u tal-identità li jsiru fuq l-oġġetti tal-ikel għandhom isiru skont l-Artikoli 8, 9 u 19 tar-Regolament (KE) Nru 669/2009 bil-frekwenza stabbilita fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.
3. Meta konsenja ta' ikel ma jkollhiex magħha r-riżultati tal-kampjunar u l-analiżi msemmija fl-Artikolu 4 u ċ-ċertifikat tas-saħħa msemmi fl-Artikolu 5, jew jekk dawk ir-riżultati jew dak iċ-ċertifikat ma jikkonformawx mar-rekwiżiti stipulati f'dan ir-Regolament, il-konsenja ma għandhiex tiddaħħal fl-Unjoni u għandha tintbagħat lura lejn il-pajjiż terz minn fejn tkun oriġinat, jew tinqered.
4. Wara li jitlestew il-verifiki tal-identità u l-verifiki fiżiċi, l-awtoritajiet kompetenti għandhom:
(a) |
Jimlew l-entrati rilevanti tal-Parti II tad-DKD; |
(b) |
Jehmżu r-riżultati tat-teħid tal-kampjuni u tal-analiżi mwettqa skont il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu; |
(c) |
Jagħtu numru ta' referenza lid-DKD; |
(d) |
Jittimbraw u jiffirmaw il-kopja oriġinali tad-DKD; |
(e) |
Jagħmlu u jżommu kopja tad-DKD iffirmat u ttimbrat. |
5. L-oriġinali tad-DKD u taċ-ċertifikat tas-saħħa msemmi fl-Artikolu 5, flimkien mar-riżultati tat-teħid tal-kampjuni u tal-analiżi msemmijin fl-Artikolu 4 għandhom jakkumpanjaw il-kunsenja matul it-trasportazzjoni, sa ma tiġi rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera. F'każ ta' awtorizzazzjoni biex il-konsenji jkomplu fil-vjaġġ tagħhom skont ir-riżultati tal-ispezzjonijiet fiżiċi, għandha tinħareġ kopja ċċertifikata tal-oriġinal tad-DKD. Fejn tingħata l-awtorizzazzjoni, l-awtorità kompetenti fil-PDM għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti fil-punt tad-destinazzjoni u għandhom isiru l-arranġamenti xierqa biex ikun żgurat li l-konsenja tibqa' taħt il-kontroll kontinwu tal-awtoritajiet kompetenti u li ma tkunx tista' titbagħbas bl-ebda mod sakemm joħorġu r-riżultati tal-verifiki fiżiċi.
Artikolu 9
Il-qsim ta' konsenja
1. Il-konsenji ma għandhomx jinqasmu qabel ma jkunu tlestew il-verifiki kollha, u d-DKD ikun imtela kollu mill-awtoritajiet kompetenti tal-PDM kif stipulat fl-Artikolu 8.
2. Fil-każ li wara dan, tinqasam il-konsenja, għandha tintbagħat kopja awtentikata tad-DKD ma' kull parti tal-konsenja tul it-trasportazzjoni tagħha sakemm din tiġi rrilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni libera.
Artikolu 10
Ir-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera
Ir-rilaxx tal-konsenji tal-ikel elenkat fl-Anness I għaċ-ċirkolazzjoni libera għandu jkun suġġett għall-preżentazzjoni ta' DKD (fiżikament jew b'mod elettroniku), mill-operaturi tan-negozji tal-ikel jew mir-rappreżentanti tagħhom lill-awtoritajiet tad-dwana, li jkun imtela kif suppost mill-awtorità kompetenti tal-PDM hekk kif il-verifiki uffiċjali kollha jkunu twettqu u jkunu magħrufa r-riżultati favorevoli tal-ispezzjonijiet fiżiċi, meta dawn jintalbu. L-awtoritajiet doganali għandhom jirrilaxxaw il-konsenja għaċ-ċirkolazzjoni libera biss jekk l-awtorità kompetenti tindika deċiżjoni favorevoli għal dan fil-kaxxa II.14 u tiffirma fil-kaxxa II.21 tad-DKD.
Artikolu 11
Nuqqas ta' konformità
Jekk il-verifiki uffiċjali jistabbilixxu li hemm nuqqas ta' konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (KE) Nru 852/2004, l-awtorità kompetenti tal-PDM għandha timla l-Parti III tad-DKD u għandha tieħu l-azzjoni skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 19, 20 u 21 tar-Regolament (KE) Nru 882/2004.
Artikolu 12
Rapporti
L-Istati Membri, għandhom jippreżentaw rapport lill-Kummissjoni tar-riżultati analitiċi kollha tal-konsenji tal-ikel skont l-Artikolu 8 ta' dan ir-Regolament.
Dak ir-rapport għandu jkopri perjodu ta' sitt xhur u jintbagħat kull sentejn sal-aħħar tax-xahar wara kull semestru.
Ir-rapport għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja:
(a) |
L-għadd ta' konsenji li ddaħħlu, u d-daqs ta' kull konsenja skont il-piż nett tagħha, u l-pajjiż ta' oriġini ta' kull waħda minnhom; |
(b) |
L-għadd ta' konsenji li minnhom ittieħdu l-kampjuni għall-analiżi; |
(c) |
Ir-riżultati tal-verifiki tal-identità u tal-verifiki fiżiċi msemmija fl-Artikolu 8(2). |
Artikolu 13
L-ispejjeż
L-ispejjeż kollha li jirriżultaw mill-verifiki uffiċjali msemmija fl-Artikolu 8, li jinkludu t-teħid tal-kampjuni, l-analiżi, il-ħżin u kull miżura li tittieħed jekk jinsab nuqqas ta' konformità kif imsemmi fl-Artikolu 11, għandhom jitħallsu mill-operaturi tan-negozji tal-ikel.
Artikolu 14
Miżuri tranżizzjonali
L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw id-dħul tal-konsenji tal-ikel li jkunu ħarġu mill-pajjiż tal-ispedizzjoni qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament mingħajr iċ-ċertifikat tas-saħħa msemmi fl-Artikolu 5 u mingħajr ir-riżultati tal-kampjunar u tal-analiżi msemmija fl-Artikolu 4.
Artikolu 15
Revoka
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 2016/166 tħassar.
Artikolu 16
Emenda tar-Regolament (KE) Nru 669/2009
Ir-Regolament (KE) Nru 669/2009 huwa emendat skont l-Anness IV ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 17
Id-dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta' Frar 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(2) ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.
(3) Ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 669/2009 tal-24 ta' Lulju 2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar iż-żieda fil-livell tal-verifiki uffiċjali mwettqa fuq l-importazzjoni ta' ċertu għalf u ikel ta' oriġini mhux mill-annimali u li jemenda d-Deċiżjoni 2006/504/KE (ĠU L 194, 25.7.2009, p. 11).
(5) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/166 tat-8 ta' Frar 2016 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet speċifiċi applikabbli għall-importazzjoni ta' oġġetti tal-ikel li fihom il-weraq tal-betel (“Piper Betle”) mill-Indja u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 669/2009 (ĠU L 32, 9.2.2016, p. 143).
ANNESS I
Il-lista tal-oġġetti tal-ikel imsemmija fl-Artikolu 1
Oġġett tal-ikel (użu maħsub) |
Kodiċi NM (1) |
Suddiviżjoni tat-TARIC |
Pajjiż tal-oriġini |
Periklu |
Ġulġlien (Żerriegħa tas-Sesamum) (Ikel — frisk jew imkessaħ) |
1207 40 90 |
|
L-Indja (IN) |
Salmonella |
Weraq tal-betel (Piper betle L.) (Ikel) |
ex 1404 90 00 |
10 |
L-Indja (IN) |
Salmonella |
(1) Meta jkun jeħtieġ li jiġu eżaminati biss ċerti prodotti li jidħlu taħt xi kodiċi NM li fih ma teżisti ebda suddiviżjoni speċifika, il-kodiċi NM jiġi mmarkat bl-ittri “ex” quddiemu.
ANNESS II
Il-frekwenza tal-verifiki fiżiċi u tal-identità fil-punt tad-dħul magħżul (PDM), skont l-Artikolu 8(2), fuq l-oġġetti tal-ikel imsemmijin fl-Artikolu 1
Oġġett tal-ikel (użu maħsub) |
Kodiċi NM (1) |
Suddiviżjoni tat-TARIC |
Pajjiż tal-oriġini |
Periklu |
Frekwenza tal-verifiki fiżiċi u tal-identità (%) |
Ġulġlien (Żerriegħa tas-Sesamum) (Ikel — frisk jew imkessaħ) |
1207 40 90 |
|
L-Indja (IN) |
Salmonella (2) |
20 |
Weraq tal-betel (Piper betle L.) (Ikel) |
ex 1404 90 00 |
10 |
L-Indja (IN) |
Salmonella (2) |
10 |
(1) Meta jkun jeħtieġ li jiġu eżaminati biss ċerti prodotti li jidħlu taħt xi kodiċi NM li fih ma teżisti ebda suddiviżjoni speċifika, il-kodiċi NM jiġi mmarkat bl-ittri “ex” quddiemu.
(2) Il-metodu ta' referenza EN/ISO 6579 (l-aktar verżjoni aġġornata tal-metodu ta' detezzjoni) jew metodu mqabbel miegħu biex jiġi vvalidat skont l-aktar protokoll reċenti stabbilit fl-EN/ISO 16140 jew protokolli simili oħrajn aċċettati internazzjonalment.
ANNESS III
Iċ-ċertifikat tas-saħħa għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea tal-weraq tal-betel u tal-ġulġlien mill-Indja
Test ta 'immaġni
Test ta 'immaġni
Test ta 'immaġni
ANNESS IV
Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 669/2009, tħassret din l-entrata:
“Żerriegħa tas-Sesamum (Ikel — frisk jew imkessaħ) |
1207 40 90 |
|
L-Indja (IN) |
Salmonella (12) |
20” |