Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017D2414

    Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/2414 tal-25 ta' Settembru 2017 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim Qafas ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika tal-Filippini, min-naħa l-oħra

    ĠU L 343, 22.12.2017, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2017/2414/oj

    22.12.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 343/1


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2017/2414

    tal-25 ta' Settembru 2017

    dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim Qafas ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika tal-Filippini, min-naħa l-oħra

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 207 u 209, flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),

    Billi:

    (1)

    F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/272/UE (2), il-Ftehim Qafas ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha minn naħa, u r-Repubblika tal-Filippini min-naħa l-oħra (“il-Ftehim”), ġie ffirmat fil-11 ta' Lulju 2012, soġġett għall-konklużjoni tiegħu.

    (2)

    Il-Ftehim għandu jiġi approvat,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-Ftehim Qafas ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u r-Repubblika tal-Filippini min-naħa l-oħra, huwa b'hekk approvat f'isem l-Unjoni.

    It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà għandu jippresjedi l-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 48 tal-Ftehim.

    L-Unjoni jew, kif jista' jkun il-każ, l-Unjoni u l-Istati Membri, għandhom ikunu rrappreżentati fil-Kumitat Konġunt skont is-suġġett.

    Artikolu 3

    Il-President tal-Kunsill għandu jinnomina, f'isem l-Unjoni, jagħti n-notifika provdutafl-Artikolu 57(1) tal-Ftehim (3).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Settembru 2017.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. MAASIKAS


    (1)  Kunsens tat-8 ta' Ġunju 2016 (għadu mhuwiex ippubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali).

    (2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/272/UE tal-14 ta' Mejju 2012 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim Qafas dwar Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Filippini, min-naħa l-oħra (ĠU L 134, 24.5.2012, p. 3).

    (3)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


    Top