This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017D2165
Commission Implementing Decision (EU) 2017/2165 of 17 November 2017 approving the plan for the eradication of African swine fever in feral pigs in certain areas of the Czech Republic (notified under document C(2017) 7536) (Text with EEA relevance. )
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2165 tas-17 ta' Novembru 2017 li tapprova l-pjanijiet għall-eradikazzjoni tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-ħnieżer selvaġġi f'ċerti żoni tar-Repubblika Ċeka (notifikata bid-dokument C(2017) 7536) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2165 tas-17 ta' Novembru 2017 li tapprova l-pjanijiet għall-eradikazzjoni tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-ħnieżer selvaġġi f'ċerti żoni tar-Repubblika Ċeka (notifikata bid-dokument C(2017) 7536) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
C/2017/7536
ĠU L 304, 21.11.2017, p. 55–56
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Imħassar b' 32020R0687
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repealed by | 32020R0687 | 14/07/2021 |
21.11.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 304/55 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/2165
tas-17 ta' Novembru 2017
li tapprova l-pjanijiet għall-eradikazzjoni tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-ħnieżer selvaġġi f'ċerti żoni tar-Repubblika Ċeka
(notifikata bid-dokument C(2017) 7536)
(It-test biċ-Ċek biss huwa awtentiku)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/60/KE tas-27 ta' Ġunju 2002 li tistabbilixxi miżuri għall-kontroll tad-deni Afrikan tal-qżieqeż u temenda d-Direttiva 92/119/KEE għar-rigward tal-marda Teschen u d-deni Afrikan tal-qżieqeż (1), u b'mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 16(1)(b) tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Direttiva 2002/60/KE tistabbilixxi l-miżuri minimi tal-Unjoni li għandhom jittieħdu għall-kontroll tad-deni Afrikan tal-ħnieżer, fosthom dawk li għandhom jiġu applikati jekk jiġi kkonfermat każ tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-ħnieżer selvaġġi. |
(2) |
Fl-2017 ir-Repubblika Ċeka nnotifikat lill-Kummissjoni l-każijiet tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-ħnieżer selvaġġi u ħadet il-miżuri għall-kontroll tal-mard rikjesti mid-Direttiva 2002/60/KE. |
(3) |
Fid-dawl tal-qagħda epidemjoloġika attwali u f'konformità mad-Direttiva 2002/60/KE, ir-Repubblika Ċeka ppreżentat lill-Kummissjoni pjan għall-eradikazzjoni tad-deni Afrikan tal-ħnieżer (il-pjan ta' eradikazzjoni). |
(4) |
Fl-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/709/UE (2) ġiet stabbilita lista tal-Unjoni ta' żoni ta' riskju għoli bl-għan li jiġu stabbiliti l-miżuri xierqa għall-kontroll tas-saħħa tal-annimali u biex ikun evitat it-tixrid ulterjuri tal-marda. Reċentement, l-Anness tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE ġie emendat bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1850 (3) sabiex iqis, inter alia, il-każijiet reċenti tad-deni Afrikan tal-ħnieżer fil-ħnieżer selvaġġi fir-Repubblika Ċeka u l-Partijiet I u II ta' dak l-Anness issa jinkludu ż-żoni infettati fir-Repubblika Ċeka. |
(5) |
Il-pjan ta' eradikazzjoni ġie eżaminat mill-Kummissjoni u ġie konkluż li dan jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 16 tad-Direttiva 2002/60/KE. Għalhekk jenħtieġ li jiġi approvat kif xieraq. |
(6) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pjan imressaq mir-Repubblika Ċeka fl-24 ta' Ottubru 2017 għall-eradikazzjoni tad-deni Afrikan tal-ħnieżer mill-popolazzjonijiet tal-ħnieżer selvaġġi fiż-żoni infettati ta' dak l-Istat Membru huwa b'dan approvat.
Artikolu 2
Ir-Repubblika Ċeka għandha ddaħħal fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi għall-implimentazzjoni tal-pjan ta' eradikazzjoni msemmi fl-Artikolu 1 sal-1 ta' Diċembru 2017.
Artikolu 3
Din id-deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Ċeka.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Novembru 2017.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 192, 20.7.2002, p. 27.
(2) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/709/UE tad-9 ta' Ottubru 2014 dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċertu Stati Membri u li tħassar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/178/UE (ĠU L 295, 11.10.2014, p. 63).
(3) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1850 tal-11 ta' Ottubru 2017 li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2014/709/UE dwar miżuri ta' kontroll tas-saħħa tal-annimali marbutin mad-deni Afrikan tal-ħnieżer f'ċerti Stati Membri (ĠU L 264, 13.10.2017, p. 7).