Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32017D1583

    Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1583 tal-1 ta' Settembru 2017 li tispeċifika, skont id-Direttiva 2006/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, EN ISO 17994:2014 bħala l-istandard dwar l-ekwivalenza ta' metodi mikrobijoloġiċi (notifikata bid-dokument C(2017) 5843)

    C/2017/5843

    ĠU L 239, 19.9.2017, p. 34–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2017/1583/oj

    19.9.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 239/34


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1583

    tal-1 ta' Settembru 2017

    li tispeċifika, skont id-Direttiva 2006/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, EN ISO 17994:2014 bħala l-istandard dwar l-ekwivalenza ta' metodi mikrobijoloġiċi

    (notifikata bid-dokument C(2017) 5843)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2006/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Frar 2006 dwar l-immaniġġjar tal-kwalità tal-ilma għall-għawm u li tħassar id-Direttiva 76/160/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(2)(a) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/64/KE (2) tispeċifika l-istandard internazzjonali ISO 17994:2004(E) “Standard tal-Ilma — Kriterji biex tiġi stabbilita ekwivalenza bejn metodi mikrobijoloġiċi” bħala l-istandard dwar l-ekwivalenza ta' metodi mikrobijoloġiċi għall-għanijiet tad-Direttiva 2006/7/KE.

    (2)

    L-Istandard ISO 17994:2004(E) huwa antikwat u skadut u ġie aġġornat fil-livell tekniku (eż. aġġornament tat-terminoloġija, speċifikazzjonijiet aktar ċari u ż-żieda ta' Anness ġdid dwar il-kalkoli tekniċi).

    (3)

    Għaldaqstant, ISO 17994:2004(E) ġie sostitwit b'verżjoni aktar reċenti, ISO 17994:2014 “Kwalità tal-ilma — Rekwiżiti għat-tqabbil tal-irkupru relattiv tal-mikroorganiżmi permezz ta' żewġ metodi kwantitattivi”. Dan l-istandard internazzjonali ġie traspost fi Standard Ewropew EN ISO 17994:2014 mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni. Għalhekk huwa xieraq li l-istandard EN ISO 17994:2014 jiġi speċifikat bħala l-istandard dwar l-ekwivalenza ta' metodi mikrobijoloġiċi għall-għanijiet tad-Direttiva 2006/7/KE.

    (4)

    Għaldaqstant id-Deċiżjoni 2009/64/KE għandha tiġi mħassra.

    (5)

    Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2006/7/KE,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Għall-għanijiet tal-Artikolu 3(9) tad-Direttiva 2006/7/KE, l-istandard EN ISO 17994:2014 “Kwalità tal-ilma — Rekwiżiti għat-tqabbil tal-irkupru relattiv tal-mikroorganiżmi permezz ta' żewġ metodi kwantitattivi” għandu jiġi speċifikat bħala l-istandard dwar l-ekwivalenza ta' metodi mikrobijoloġiċi.

    Artikolu 2

    Id-Deċiżjoni 2009/64/KE hija mħassra.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell, l-1 ta' Settembru 2017.

    Għall-Kummissjoni

    Karmenu VELLA

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 64, 4.3.2006, p. 37.

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/64/KE tal-21 ta' Jannar 2009 li tispeċifika, skont id-Direttiva 2006/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ISO 17994:2004(E) bħala l-istandard dwar l-ekwivalenza ta' metodi mikrobijoloġiċi (ĠU L 23, 27.1.2009, p. 32).


    Top