Το έγγραφο αυτό έχει ληφθεί από τον ιστότοπο EUR-Lex
Έγγραφο 32017D1175
Political and Security Committee Decision (CFSP) 2017/1175 of 26 June 2017 on the acceptance of a third State's contribution to the European Union CSDP Military Training Mission in the Central African Republic (EUTM RCA) (EUTM RCA/3/2017)
Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2017/1175 tas-26 ta' Ġunju 2017 dwar l-aċċettazzjoni tal-kontribut ta' Stat terz għall-Missjoni ta' Taħriġ Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA) (EUTM RCA/3/2017)
Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (PESK) 2017/1175 tas-26 ta' Ġunju 2017 dwar l-aċċettazzjoni tal-kontribut ta' Stat terz għall-Missjoni ta' Taħriġ Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA) (EUTM RCA/3/2017)
ĠU L 170, 1.7.2017, σ. 93 έως 93
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Ισχύει
1.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 170/93 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ (PESK) 2017/1175
tas-26 ta' Ġunju 2017
dwar l-aċċettazzjoni tal-kontribut ta' Stat terz għall-Missjoni ta' Taħriġ Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA) (EUTM RCA/3/2017)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/610 tad-19 ta' April 2016 dwar Missjoni ta' Taħriġ Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA) (1),
Billi:
(1) |
Taħt l-Artikolu 8(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2016/610, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti dwar l-aċċettazzjoni tal-kontributi proposti minn Stati terzi għall-EUTM RCA. |
(2) |
Wara r-rakkomandazzjonijiet fir-rigward ta' kontribut mill-Bożnja-Ħerzegovina li saru mill-Kmandant tal-Missjoni tal-UE u mill-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea, il-kontribut mill-Bożnja-Ħerzegovina għandu jiġi aċċettat u għandu jitqies bħala sinifikanti. |
(3) |
F'konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tiħux sehem fl-elaborazzjoni u fl-implimentazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li għandhom implikazzjonijiet ta' difiża. Konsegwentement, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni u la hija marbuta biha u lanqas ma hija soġġetta għall-applikazzjoni tagħha, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Il-kontribut mill-Bożnja-Ħerzegovina għall-Missjoni ta' Taħriġ tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA) huwa aċċettat u jitqies bħala sinifikanti.
2. Il-Bożnja-Ħerzegovina hija eżentata minn kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-baġit tal-EUTM RCA.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta' Ġunju 2017.
Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà
Il-President
W. STEVENS
(1) ĠU L 104, 20.4.2016, p. 21.