This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017D0729
Commission Implementing Decision (EU) 2017/729 of 20 April 2017 on a request for derogation by the Republic of Croatia in accordance with Article 9(4) of Council Directive 98/41/EC on the registration of persons sailing on board passenger ships operating to or from ports of the Member States of the Community (notified under document C(2017) 2437)
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/729 tal-20 ta' April 2017 dwar talba mir-Repubblika tal-Kroazja għal deroga skont l-Artikolu 9(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 98/41/KE dwar ir-reġistrazzjoni ta' persuni li jbaħħru abbord vapuri tal-passiġġieri li joperaw lejn jew minn portijiet tal-Istati Membri tal-Komunità (notifikata bid-dokument C(2017) 2437)
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/729 tal-20 ta' April 2017 dwar talba mir-Repubblika tal-Kroazja għal deroga skont l-Artikolu 9(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 98/41/KE dwar ir-reġistrazzjoni ta' persuni li jbaħħru abbord vapuri tal-passiġġieri li joperaw lejn jew minn portijiet tal-Istati Membri tal-Komunità (notifikata bid-dokument C(2017) 2437)
C/2017/2437
ĠU L 107, 25.4.2017, pp. 35–36
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
25.4.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 107/35 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/729
tal-20 ta' April 2017
dwar talba mir-Repubblika tal-Kroazja għal deroga skont l-Artikolu 9(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 98/41/KE dwar ir-reġistrazzjoni ta' persuni li jbaħħru abbord vapuri tal-passiġġieri li joperaw lejn jew minn portijiet tal-Istati Membri tal-Komunità
(notifikata bid-dokument C(2017) 2437)
(It-test bil-Kroat biss huwa awtentiku)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 98/41/KE tat-18 ta' Ġunju 1998 dwar ir-reġistrazzjoni ta' persuni li jbaħħru abbord vapuri tal-passiġġieri li joperaw lejn jew minn portijiet tal-Istati Membri tal-Komunità (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 98/41/KE għandha l-għan li ttejjeb is-sikurezza u l-possibbiltajiet ta' salvataġġ tal-passiġġieri u tal-ekwipaġġ abbord il-vapuri tal-passiġġieri u li tiżgura li t-tfittix u s-salvataġġ u l-konsegwenzi ta' kull inċident ikunu jistgħu jiġi ttrattati b'mod aktar effettiv. |
|
(2) |
L-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 98/41/KE jeħtieġ li tiġi rreġistrata ċertu informazzjoni dwar kull vapur tal-passiġġieri li jitlaq minn port li jinsab fi Stat Membru biex jagħmel vjaġġ ta' aktar minn għoxrin mil mill-punt tat-tluq. |
|
(3) |
Bl-Artikolu 9(4) tad-Direttiva 98/41/KE, l-Istati Membri jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni għal deroga minn dan ir-rekwiżit. |
|
(4) |
B'ittra datata t-3 ta' Settembru 2015, ir-Repubblika tal-Kroazja talbet lill-Kummissjoni għal deroga mir-rekwiżit li tiġi rreġistrata l-informazzjoni speċifikata fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 98/41/KE fir-rigward tal-persuni abbord il-vapuri kollha tal-passiġġieri li jivvjaġġaw fuq għadd ta' rotot madwar il-gżejjer Kroati. |
|
(5) |
Fl-20 ta' Ottubru 2015, il-Kummissjoni talbet informazzjoni supplimentari mingħand ir-Repubblika tal-Kroazja biex tkun tista' tivvaluta t-talba. Fit-18 ta' Mejju 2016, ir-Repubblika tal-Kroazja bagħtet ir-risposta tagħha u mmodifikat it-talba għal deroga rigward ir-rotot li ġejjin: ir-rotot Zadar — Ist u Zadar — Olib, fuq il-linja “Zadar — Premuda / Mali Lošinj”; ir-rotot Split — Hvar, Hvar — Prigradica u Hvar — Korčula fuq il-linja ta' veloċità għolja “Korčula — (Prigradica) — Hvar — Split”; ir-rotot Zadar — Ist u Zapuntel — Zadar fuq il-linja ta' veloċità għolja “Ist — Molat — Zadar”; ir-rotta Split — Bol fuq il-linja ta' veloċità għolja “Jelsa — Bol — Split”; ir-rotta Split — Hvar fuq il-linja ta' veloċità għolja “Split — (Milna) — Hvar”; ir-rotta Split — Hvar fuq il-linja ta' veloċità għolja “Lastovo — Vela Luka — Hvar — Split”; ir-rotta Rijeka — Rab fuq il-linja ta' veloċità għolja “Novalja — Rab — Rijeka”; ir-rotta Split — Vela Luka fuq il-linja “Lastovo — Vela Luka — Split”; ir-rotta Split — Stari Grad fuq il-linja “Split — Stari Grad”; ir-rotta Vis — Split fuq il-linja “Vis — Split”; ir-rotot Mali Lošinj — Cres u Cres — Rijeka fuq il-linja ta' veloċità għolja “Mali Lošinj — Ilovik — Susak — Unije — Martinšćica — Cres — Rijeka”; ir-rotta Premuda — Zadar fuq il-linja ta' veloċità għolja “Olib — Silba — Premuda — Zadar”; ir-rotot Vis — Split u Hvar — Split fuq il-linja ta' veloċità għolja “Vis — Hvar — Split”; ir-rotot Dubrovnik — Sobra u Korčula — Lastovo fuq il-linja ta' veloċità għolja “Dubrovnik — Šipanska luka — Sobra — Polače — Korčula — Lastovo”. |
|
(6) |
Il-Kummissjoni, bl-għajnuna tal-EMSA, ivvalutat it-talba għal deroga abbażi tal-informazzjoni għad-dispożizzjoni tagħha. |
|
(7) |
Ir-Repubblika tal-Kroazja tat din l-informazzjoni: (1) fuq ir-rotot identifikati, il-probabbiltà annwali li l-għoli sinifikattiv tal-mewġ jaqbeż iż-żewġ metri hija inqas minn 10 %; (2) il-vapuri li għalihom tapplika d-deroga, ibaħħru b'servizzi regolari; (3) l-għan ewlieni tas-servizz huwa li jiġu pprovduti konnessjonijiet regolari għall-komunitajiet mbiegħda għal skopijiet abitwali; (4) iż-żona tal-baħar fejn ibaħħru l-vapuri tal-passiġġieri għandha sistemi ta' gwida navigazzjonali bbażati fuq il-kosta, servizzi ta' tbassir tat-temp ta' min joqgħod fuqhom, kif ukoll faċilitajiet adegwati u suffiċjenti għat-tiftix u għas-salvataġġ; (5) hemm nuqqas ta' infrastruttura adegwata ta' lqugħ u ta' faċilitajiet tal-port adegwati li huma meħtieġa biex tiġi rreġistrata l-informazzjoni dwar il-passiġġieri b'mod li jkun kompatibbli mal-iskeda tal-vjaġġi u mas-sinkronizzazzjoni mat-trasport fuq l-art u (6) it-talba għal deroga tkun tapplika għall-operaturi kollha li jbaħħru fuq ir-rotot speċifikati. |
|
(8) |
L-eżitu aħħari tal-valutazzjoni juri li ġew issodisfati l-kundizzjonijiet kollha għall-approvazzjoni tad-deroga. |
|
(9) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Ibħra Protetti u l-Prevenzjoni ta' Tniġġis minn Bastimenti, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
It-talba għal deroga tar-Repubblika tal-Kroazja skont l-Artikolu 9(4) tad-Direttiva 98/41/KE fir-rigward tar-reġistrazzjoni tal-informazzjoni kollha speċifikata fl-Artikolu 5(1) ta' din id-Direttiva għal persuni abbord il-vapuri kollha tal-passiġġieri li jbaħħru b'servizz regolari fir-rotot elenkati hawn taħt (inkluż ir-rotot viċe versa), hija b'dan approvata:
|
(1) |
ir-rotot Zadar — Ist u Zadar — Olib fuq il-linja “Zadar — Premuda / Mali Lošinj”; |
|
(2) |
ir-rotot Split — Hvar, Hvar — Prigradica u Hvar — Korčula fuq il-linja ta' veloċità għolja “Korčula — (Prigradica) — Hvar — Split”; |
|
(3) |
ir-rotot Zadar — Ist u Zapuntel — Zadar fuq il-linja ta' veloċità għolja “Ist — Molat — Zadar”; |
|
(4) |
ir-rotta Split — Bol fuq il-linja ta' veloċità għolja “Jelsa — Bol — Split”; |
|
(5) |
ir-rotta Split — Hvar fuq il-linja ta' veloċità għolja “Split — (Milna) — Hvar”; |
|
(6) |
ir-rotta Split — Hvar fuq il-linja ta' veloċità għolja “Lastovo — Vela Luka — Hvar — Split”; |
|
(7) |
ir-rotta Rijeka — Rab fuq il-linja ta' veloċità għolja “Novalja — Rab — Rijeka”; |
|
(8) |
ir-rotta Split — Vela Luka fuq il-linja “Lastovo — Vela Luka — Split”; |
|
(9) |
ir-rotta Split — Stari Grad fuq il-linja “Split — Stari Grad”; |
|
(10) |
ir-rotta Vis — Split fuq il-linja “Vis — Split”; |
|
(11) |
ir-rotot Mali Lošinj — Cres u Cres — Rijeka fuq il-linja ta' veloċità għolja “Mali Lošinj — Ilovik — Susak — Unije — Martinšćica — Cres — Rijeka”; |
|
(12) |
ir-rotta Premuda — Zadar fuq il-linja ta' veloċità għolja “Olib — Silba — Premuda — Zadar”; |
|
(13) |
ir-rotot Vis — Split u Hvar — Split fuq il-linja ta' veloċità għolja “Vis — Hvar — Split”; |
|
(14) |
ir-rotot Dubrovnik — Sobra u Korčula — Lastovo fuq il-linja ta' veloċita għolja “Dubrovnik — Šipanska luka — Sobra — Polače — Korčula — Lastovo”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Kroazja.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta' April 2017.
Għall-Kummissjoni
Violeta BULC
Membru tal-Kummissjoni