This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016R1831
Commission Implementing Regulation (EU) 2016/1831 of 14 October 2016 amending Council Regulation (EC) No 329/2007 concerning restrictive measures against the Democratic People's Republic of Korea
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1831 tal-14 ta' Ottubru 2016 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1831 tal-14 ta' Ottubru 2016 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea
ĠU L 280, 18.10.2016, p. 3–12
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/08/2017; Impliċitament imħassar minn 32017R1509
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32007R0329 | Sostituzzjoni | anness Ig | 19/10/2016 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Implicitly repealed by | 32017R1509 | 01/09/2017 |
18.10.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 280/3 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1831
tal-14 ta' Ottubru 2016
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 tas-27 ta' Marzu 2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(1)(g) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 329/2007 jagħti effett lill-miżuri previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849 (2). |
(2) |
Fit-2 ta' Marzu 2016, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni (UNSCR) 2270 (2016) li tipprevedi miżuri ġodda kontra l-Korea ta' Fuq. F'konformità ma' dik ir-Riżoluzzjoni, fl-4 ta' April 2016 il-Kumitat tas-Sanzjonijiet stabbilixxa, bis-saħħa tal-UNSCR 1718 (2006), lista ta' prodotti addizzjonali li għalihom japplikaw projbizzjonijiet fuq it-trasferiment, l-akkwist u l-forniment ta' assistenza teknika (“il-lista ta' prodotti sensittivi”). |
(3) |
Wara l-adozzjoni tar-Riżoluzzjoni (UNSCR) 2270 (2016), fl-4 ta' Awwissu 2016 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2016/1341 (3). Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 2016/1333 (4) emenda għaldaqstant ir-Regolament (KE) Nru 329/2007, billi żied l-Anness Ig. |
(4) |
Din il-proposta tidentifika l-oġġetti sensittivi li għandhom jiġu inklużi fl-Anness Ig tar-Regolament (KE) Nru 329/2007 u talloka n-numri ta' referenza meħuda min-Nomenklatura Magħquda kif stabbilita fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (5). Għaldaqstant, l-Anness Ig tar-Regolament (KE) Nru 329/2007 għandu jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness Ig għar-Regolament (KE) Nru 329/2007 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Ottubru 2016.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Aġent Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/849 tas-27 ta' Mejju 2016 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea u li tħassar id-Deċiżjoni 2013/183/PESK (ĠU L 141, 28.5.2016, p. 79).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1341 tal-4 ta' Awwissu 2016 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2016/849 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (ĠU L 212, 5.8.2016, p. 116).
(4) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1333 tal-4 ta' Awwissu 2016 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 329/2007 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea (ĠU L 212, 5.8.2016, p. 1).
(5) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).
ANNESS
L-Anness Ig tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 329/2007 għandu jinbidel b'dan li ġej:
“ANNESS Ig
PRODOTTI U TEKNOLOĠIJA MSEMMIJA FL-ARTIKOLI 2, 3 U 6 (1)
Oġġetti marbuta ma' armi tal-qerda tal-massa, materjali, tagħmir, merkanzija u teknoloġija kif identifikati u ddeżinjati bħala oġġetti sensittivi, skont il-paragrafu 25 ta' Riżoluzzjoni 2270 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU.
(a) Oġġetti nukleari u / jew utlizzabbli bħala Missili
(1) Kalamiti forma ta' ċirku
Materjali tal-kalamita permanenti li għandhom dawn il-karatteristiċi li ġejjin:
i. |
Kalamita forma ta' ċirku b'relazzjoni bejn id-dijametru ta' barra u dak ta' ġewwa ta' 1.6:1 jew iżgħar; u |
ii. |
Magħmula minn xi wieħed mill-materjali manjetiċi li ġejjin: aluminju-nikil-kobalt, ferriti, samarju-kobalt, jew neodimju-ħadid-boron.
|
(2) Azzar maraging
Azzar maraging li għandu ż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:
i. |
“kapaċi għal” reżistenza għat-tensjoni aħħarija ta' 1 500 MPa jew aktar f'293 K (20 °C). |
ii. |
F'bar jew tubu, b'dijametru estern ta' 75 mm jew aktar.
|
(3) Materjali ta' ligi manjetiċi f'folji jew strixxa rqiqa li għandhom iż-żewġ karasteristiċi li ġejjin:
(a) |
Ħxuna ta' 0,05 mm jew inqas; jew għoli ta' 25 mm jew inqas, u |
(b) |
Magħmula minn xi wieħed mill-materjali manjetiċi li ġejjin: ħadid-kromu-kobalt, ħadid-kobalt-vanadju ħadid-kromu-kobalt-vanadjew, jew ħadid-kromu.
|
(4) Apparat li jbiddel il-frekwenza (magħrufa wkoll bħala konvertituri jew invertituri)
Apparat li jbiddel il-frekwenza, minbarra dawk speċifikati fl-entrati 0B001.b.13 jew 3A225 tal-Anness 1, li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin, u softwer iddiżinjat apposta għalhekk:
i. |
Output tal-frekwenza multifażi; |
ii. |
Kapaċi jipprovdi qawwa ta' 40W jew aktar; u |
iii. |
Kapaċi jaħdem kullimkien (f'kwalunkwe punt wieħed jew aktar) fil-medda ta' frekwenzi ta' bejn 600 u 2 000 Hz. |
Noti tekniċi:
(1) |
Apparat li jbiddel il-frekwenza huwa magħruf ukoll bħala konvertituri jew invertituri. |
(2) |
Il-funzjonalità speċifikata hawn fuq tista' tkun issodisfata b'ċertu tagħmir deskritt jew ikkumerċjalizzat bħala tagħmir għall-ittestjar elettroniku, provvisti tal-elettriku AC, unitajiet ta' kontroll għall-muturi b'veloċità varjabbli, jew unitajiet ta' kontroll bi frekwenza varjabbli.
|
(5) Ligi tal-aluminju ta' saħħa kbira
Ligi tal-aluminju li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:
i. |
“Kapaċi għal” limitu ta' reżistenza għat-tensjoni ta' 415 MPa jew aktar f'temperatura ta' 293 K (20 °C); u |
ii. |
F'bar jew tubu, b'dijametru estern ta' 75 mm jew aktar. |
Nota Teknika:
Il-frażi “kapaċi għal” tinkorpora ligi tal-aluminju qabel jew wara li jiġu ttrattati bis-sħana.
|
ex 7601 20 80 |
|
ex 7604 29 10 |
|
ex 7608 20 20 |
|
ex 7608 20 81 |
|
ex 7608 20 89 |
(6) Materjali Fibrużi jew Filamentari
'Materjali fibrużi jew filamentari', jew preimprenjati, kif ġej:
i. |
“Materjali fibrużi jew filamentari” tal-karbonju, tal-aramid jew tal-ħġieġ li għandhom iż-żewġ karatteristiċi li ġejjin:
|
ii. |
Preimprenjati: “Ħjut”, “rovings”, “tows” jew “tejps” kontinwi imprenjati bir-reżina fformati bis-sħana b‘wisa’ ta' 30 mm jew inqas, magħmula minn “materjali fibrużi jew filamentari” tal-karbonju, tal-aramid jew tal-ħġieġ ikkontrollati f'(a) hawn fuq.
|
(7) Magni għat-Tkebbib tal-Filamenti u Tagħmir Relatat
Magni għat-tkebbib tal-filamenti u tagħmir relatat, kif ġej:
i. |
Magni għat-tkebbib tal-filamenti li għandhom il-karatteristiċi kollha li ġejjin:
|
ii. |
Kontrolli ta' koordinazzjoni u ta' pprogrammar għall-magni tat-tkebbib tal-filamenti speċifikati f'(a) hawn fuq; |
iii. |
Mandrini għall-magni għat-tkebbib tal-filamenti speċifikati f'(a) hawn fuq.
|
(8) Magni flow-forming
kif deskritt f' INFCIRC/254/Rev.9/Part2 u S/2014/253.
|
ex 8463 90 00 |
|
ex 8466 94 00 |
(9) Tagħmir għal iwweldjar bil-laser
|
ex 8515 80 10 |
|
ex 8515 80 90 |
|
ex 8515 90 00 |
(10) Għodod tal-magni CNC b'4 u 5 assi
|
ex 8457 10 10 |
|
ex 8457 10 90 |
|
ex 8457 20 00 |
|
ex 8457 30 10 |
|
ex 8457 30 90 |
|
ex 8458 11 20 |
|
ex 8458 11 41 |
|
ex 8458 11 49 |
|
ex 8458 11 80 |
|
ex 8458 19 00 |
|
ex 8458 91 20 |
|
ex 8458 91 80 |
|
ex 8458 99 00 |
|
ex 8459 10 00 |
|
ex 8459 21 00 |
|
ex 8459 31 00 |
|
ex 8459 40 10 |
|
ex 8459 51 00 |
|
ex 8459 61 10 |
|
ex 8459 61 90 |
|
ex 8460 11 00 |
|
ex 8460 21 11 |
|
ex 8460 21 15 |
|
ex 8460 21 19 |
|
ex 8460 21 90 |
|
ex 8460 31 00 |
|
ex 8460 40 10 |
|
ex 8460 90 10 |
|
ex 8460 90 90 |
|
ex 8461 20 00 |
|
ex 8461 30 10 |
|
ex 8461 40 11 |
|
ex 8461 40 31 |
|
ex 8461 40 71 |
|
ex 8461 40 90 |
|
ex 8461 90 00 |
|
ex 8464 20 11 |
|
ex 8464 20 19 |
|
ex 8464 20 80 |
|
ex 8464 90 00 |
(11) Apparat għall-qtugħ bil-plażma
|
ex 8456 10 00 |
|
ex 8456 90 80 |
|
ex 8515 31 00 |
|
ex 8515 39 90 |
|
ex 8515 80 10 |
|
ex 8515 80 90 |
|
ex 8515 90 00 |
(12) Idruri metalliċi bħall-idrur taż-żirkonju
ex 2850 00 20
(b) Oġġetti li jistgħu jintużaw għall-armi kimiċi / bijoloġiċi
(1) Sustanzi kimiċi addizzjonali adattati għall-produzzjoni ta' sustanzi kimiċi tal-gwerra:
Deskrizzjoni tal-prodott |
|
Kodiċi NM |
Metall tas-sodju (7440-23-5) |
|
2805 11 00 |
Triossidu tal-kubrit (7446-11-9) |
ex |
2811 29 10 |
Klorur tal-aluminju, (7446-70-0) |
|
2827 32 00 |
Bromur tal-potassju (7758-02-3) |
|
2827 51 00 |
Bromur tas-sodju (7647-15-6) |
|
2827 51 00 |
Diklorometan (75-09-2) |
|
2903 12 00 |
Bromur tal-isopropil (75-26-3) |
ex |
2903 39 19 |
Eteru tal-isopropil (108-20-3) |
ex |
2909 19 90 |
Monoisopropilammina (75-31-0) |
ex |
2921 19 99 |
Trimetilammina (75-50-3) |
ex |
2921 11 00 |
Tributilammina (102-82-9) |
ex |
2921 19 99 |
Tributilammina (121-44-8) |
ex |
2921 19 99 |
N,N-Dimetilanilina (121-69-7) |
ex |
2921 42 00 |
Piridina (110-86-1) |
ex |
2933 31 00 |
(2) Kontenituri għar-reazzjonijiet, reatturi, aġitaturi, tagħmir għat-trasferiment tas-sħana, kondensaturi, pompi, valvoli, tankijiet tal-ħżin, kontenituri, riċevituri, u kolonni tad-distillazzjoni jew tal-assorbiment li jissodisfaw il-parametri ta' prestazzjoni deskritti f'S/2006/853 u f'S/2006/853/corr.1
— |
Pompi b'siġill singlu bir-rata tal-fluss massima speċifikata tal-manifattur akbar minn 0,6 m3/siegħa u kejsings (pump bodies), kisi ta' kejsings preformati, impellers, rotors jew żennuni tal-jet pumps iddiżinjati għal pompi bħal dawn, fejn kull wiċċ li jkollu kuntatt dirett mal-kimika / kimiki li qed tkun / ikunu proċessata / proċessati huwa magħmul minn kwalunkwe wieħed mill-materjali li ġejjin:
|
(3) Kmamar tal-arja nadifa konvenzjonali jew bi fluss tal-arja turbolenti u unitajiet b'fann awtonomu u b'filtru HEPA jew ULPA li jistgħu jintużaw għal faċilitajiet ta' konteniment tat-tip P3 jew P4 (BSL 3, BSL 4, L3, L4)
|
ex 8414 51 00 |
|
ex 8414 59 00 |
|
ex 8414 60 00 |
|
ex 8414 80 80 |
|
ex 8421 39 20 |
|
ex 8479 89 97” |
(1) Il-kodiċijiet tan-nomenklatura magħquda huma dawk applikabbli għall-prodotti rilevanti tan-Nomenklatura Magħquda definita fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 u kif huma stabbliti fl-Anness I tiegħu.