This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016R0907
Council Regulation (EU) 2016/907 of 9 June 2016 repealing Regulation (EC) No 174/2005 imposing restrictions on the supply of assistance related to military activities to Côte d'Ivoire and Regulation (EC) No 560/2005 imposing certain specific restrictive measures directed against certain persons and entities in view of the situation in Côte d'Ivoire
Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/907 tad-9 ta' Ġunju 2016 li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 174/2005 li jimponi restrizzjonijiet dwar il-forniment ta' assistenza relatata ma' attivitajiet militari lill-Côte d'Ivoire u r-Regolament (KE) Nru 560/2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Kosta tal-Avorju
Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/907 tad-9 ta' Ġunju 2016 li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 174/2005 li jimponi restrizzjonijiet dwar il-forniment ta' assistenza relatata ma' attivitajiet militari lill-Côte d'Ivoire u r-Regolament (KE) Nru 560/2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Kosta tal-Avorju
ĠU L 153, 10.6.2016, p. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 11/06/2016
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repeal | 32005R0174 | 11/06/2016 | |||
Repeal | 32005R0560 | 11/06/2016 | |||
Implicit repeal | 32006R0250 | 11/06/2016 | |||
Implicit repeal | 32006R0869 | 11/06/2016 | |||
Implicit repeal | 32008R1240 | 11/06/2016 | |||
Implicit repeal | 32010R1032 | 11/06/2016 | |||
Implicit repeal | 32011R0025 | 11/06/2016 | |||
Implicit repeal | 32011R0085 | 11/06/2016 | |||
Implicit repeal | 32011R0330 | 11/06/2016 | |||
Implicit repeal | 32011R0348 | 11/06/2016 | |||
Implicit repeal | 32011R0419 | 11/06/2016 | |||
Implicit repeal | 32011R0623 | 11/06/2016 | |||
Implicit repeal | 32011R0668 | 11/06/2016 | |||
Implicit repeal | 32011R0949 | 11/06/2016 | |||
Implicit repeal | 32012R0113 | 11/06/2016 | |||
Implicit repeal | 32012R0193 | 11/06/2016 | |||
Implicit repeal | 32012R0617 | 11/06/2016 | |||
Implicit repeal | 32014R0479 | 11/06/2016 | |||
Implicit repeal | 32015R0109 | 11/06/2016 | |||
Implicit repeal | 32015R0192 | 11/06/2016 | |||
Implicit repeal | 32015R0615 | 11/06/2016 |
10.6.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 153/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2016/907
tad-9 ta' Ġunju 2016
li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 174/2005 li jimponi restrizzjonijiet dwar il-forniment ta' assistenza relatata ma' attivitajiet militari lill-Côte d'Ivoire u r-Regolament (KE) Nru 560/2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Kosta tal-Avorju
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/917 tad-9 ta' Ġunju 2016 li tħassar id-Deċiżjoni 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d'Ivoire (1),
Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u l-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Fit-28 ta' April 2016, il-Kunsill tas-Sigurtá tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni 2283 (2016) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, li temmet f'effett immedjat, is-sanzjonijiet kollha tan-NU kontra l-Côte d'Ivoire. |
(2) |
Fid-29 ta' Ottubru 2010, il-Kunsill ħassar il-Pożizzjoni Komuni 2004/852/PESK (2). |
(3) |
Fid-9 ta' Ġunju 2016, il-Kunsill ħassar id-Deċiżjoni 2010/656/PESK (3). |
(4) |
Ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 174/2005 (4) u (KE) Nru 560/2005 (5) għandhom għalhekk jitħassru, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 174/2005 u r-Regolament (KE) Nru 560/2005 huma mħassrin.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fil-Lussemburgu, id-9 ta' Ġunju 2016.
Għall-Kunsill
Il-President
G.A. VAN DER STEUR
(1) Ara l-paġna 38 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(2) Il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2004/852/PESK tat-13 ta' Diċembru 2004 dwar miżuri restrittivi kontra l-Kosta tal-Avorju (ĠU L 368, 15.12.2004, p. 50).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/656/PESK tad-29 ta' Ottubru 2010 li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d'Ivoire (ĠU L 285, 30.10.2010, p. 28).
(4) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 174/2005 tal-31 ta' Jannar 2005 li jimponi restrizzjonijiet dwar il-forniment ta' assistenza relatata ma' attivitajiet militari lill-Côte d'Ivoire (ĠU L 29, 2.2.2005, p. 5).
(5) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 560/2005 tat-12 ta' April 2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Kosta tal-Avorju (ĠU L 95, 14.4.2005, p. 1).