Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016R0163

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/163 tat-28 ta' Jannar 2016 li japprova emenda mhix minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Huile d'olive de Nîmes (DOP)]

    ĠU L 32, 9.2.2016, p. 29–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2016/163/oj

    9.2.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 32/29


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/163

    tat-28 ta' Jannar 2016

    li japprova emenda mhix minuri fl-ispeċifikazzjoni ta' denominazzjoni mniżżla fir-reġistru tad-denominazzjonijiet ta' oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Huile d'olive de Nîmes (DOP)]

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 52(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni eżaminat l-applikazzjoni ta' Franza għall-approvazzjoni ta' emenda fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni ta' oriġini protetta “Huile d'olive de Nîmes”, irreġistrata skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 148/2007 (2).

    (2)

    Billi l-emenda kkonċernata mhijiex minuri fis-sens tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-emenda f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (3), skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament imsemmi.

    (3)

    Billi l-Kummissjoni ma waslitilha ebda dikjarazzjoni ta' oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, l-emenda tal-Ispeċifikazzjoni għandha tiġi approvata,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-emenda fl-ispeċifikazzjoni ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea dwar id-denominazzjoni “Huile d'olive de Nîmes” (DOP) hija b'dan approvata.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Jannar 2016.

    Għall-Kummissjoni,

    F'isem il-President,

    Phil HOGAN

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

    (2)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 148/2007 tal-15 ta' Frar 2007 li jirreġistra ċerti ismijiet fir-Reġistru ta' denominazzjoni protetta ta' oriġini u ta' indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (ĠU L 46, 16.2.2007, p. 14).

    (3)  ĠU C 317, 25.9.2015, p. 3.


    Top