Este documento es un extracto de la web EUR-Lex
Documento 32016D1373
Commission Implementing Decision (EU) 2016/1373 of 11 August 2016 approving the Network Performance Plan for the second reference period of the Single European Sky performance scheme (2015-2019) (Text with EEA relevance)
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1373 tal-11 ta' Awwissu 2016 li tapprova l-Pjan ta' Prestazzjoni tan-Netwerk għat-tieni perjodu ta' referenza tal-iskema ta' prestazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew (2015-2019) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1373 tal-11 ta' Awwissu 2016 li tapprova l-Pjan ta' Prestazzjoni tan-Netwerk għat-tieni perjodu ta' referenza tal-iskema ta' prestazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew (2015-2019) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
C/2016/5131
ĠU L 217, 12.8.2016, p. 51/52
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
Vigente
12.8.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 217/51 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/1373
tal-11 ta' Awwissu 2016
li tapprova l-Pjan ta' Prestazzjoni tan-Netwerk għat-tieni perjodu ta' referenza tal-iskema ta' prestazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew (2015-2019)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2004 li jippreskrivi l-qafas għall-ħolqien tal-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament qafas) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(1) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 390/2013 tat-3 ta' Mejju 2013 li jistabbilixxi skema ta' prestazzjoni għas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u għall-funzjonijiet tan-netwerk (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(d) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 677/2011 (3), il-Maniġer tan-Netwerk irid jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-iskema ta' prestazzjoni. |
(2) |
Skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013, il-Maniġer tan-Netwerk fassal il-Pjan ta' Prestazzjoni tan-Netwerk għat-tieni perjodu ta' referenza tal-iskema ta' prestazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew (2015-2019) u ppreżentah lill-Kummissjoni. |
(3) |
Il-Kummissjoni, bl-għajnuna tal-Korp ta' Analiżi tal-Prestazzjoni, ivvalutat il-Pjan ta' Prestazzjoni tan-Netwerk fid-dawl tal-miri ta' prestazzjoni għall-Unjoni kollha u, mutatis mutandis, tal-kriterji stabbiliti fl-Anness IV tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013, kif ukoll tar-rekwiżiti l-oħra ta' dak ir-Regolament. |
(4) |
Dik il-valutazzjoni wriet li l-Pjan ta' Prestazzjoni tan-Netwerk huwa konformi ma' dawk il-miri, il-kriterji u r-rekwiżiti. B'mod partikolari, fir-rigward tal-oqsma ewlenin ta' prestazzjoni tas-sikurezza, tal-ambjent u tal-kapaċità, il-miri stabbiliti fil-Pjan huma daqs il-miri rispettivi għall-Unjoni kollha u b'konsegwenza ta' dan huma konsistenti ma' dawk il-miri għall-Unjoni kollha. Fir-rigward tal-qasam ewlieni ta' prestazzjoni tal-kosteffiċjenza, il-miri stabbiliti fil-Pjan huma konsistenti wkoll mal-miri għall-Unjoni kollha, peress li t-tendenza ta' tnaqqis tal-kostijiet stabbiliti għal kull unità hija ogħla mill-mira għall-Unjoni kollha. |
(5) |
Għalhekk huwa xieraq li l-Kummissjoni tapprova l-verżjoni finali tal-Pjan ta' Prestazzjoni tan-Netwerk, fl-edizzjoni ta' Ġunju tal-2015, kif imfassla mill-Maniġer tan-Netwerk u ppreżentat lill-Kummissjoni. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Pjan ta' Prestazzjoni tan-Netwerk għat-tieni perjodu ta' referenza tal-iskema ta' prestazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew (2015-2019), fl-edizzjoni ta' Ġunju tal-2015, kif ippreżentat mill-Maniġer tan-Netwerk, huwa approvat.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta' Awwissu 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 677/2011 tas-7 ta' Lulju 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-funzjonijiet tan-netwerk tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ATM) u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 691/2010 (ĠU L 185, 15.7.2011, p. 1).