This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016D0350
Council Decision (EU) 2016/350 of 25 February 2016 on the conclusion of the Arrangement between the European Union and the Swiss Confederation on the modalities of its participation in the European Asylum Support Office
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/350 tal-25 ta' Frar 2016 dwar il-konklużjoni tal-Arranġament bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni tagħha fl-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/350 tal-25 ta' Frar 2016 dwar il-konklużjoni tal-Arranġament bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni tagħha fl-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil
ĠU L 65, 11.3.2016, p. 61–62
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2016/350/oj
11.3.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 65/61 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2016/350
tal-25 ta' Frar 2016
dwar il-konklużjoni tal-Arranġament bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni tagħha fl-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 74 u l-Artikolu 78(1) u (2), flimkien mal-punt (a) tal-Artikolu 218(6), tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,
Billi:
(1) |
Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/185/UE (1), l-Arranġament bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni tagħha fl-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (l-“Arranġament”) ġie ffirmat fil-11 ta' Frar 2014, soġġett għall-konklużjoni tiegħu. |
(2) |
L-Arranġament għandu jiġi approvat. |
(3) |
Kif speċifikat fil-premessa 21 tar-Regolament (UE) Nru 439/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), ir-Renju Unit u l-Irlanda qed jieħdu sehem f'dak ir-Regolament u huma marbuta bih. Għalhekk għandhom jagħtu effett lill-Artikolu 49(1) tar-Regolament (UE) Nru 439/2010 billi jieħdu sehem f'din id-Deċiżjoni. Ir-Renju Unit u l-Irlanda għalhekk qed jieħdu sehem f'din id-Deċiżjoni. |
(4) |
Kif speċifikat fil-premessa 22 tar-Regolament (UE) Nru 439/2010, id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem f'dak ir-Regolament u mhijiex marbuta bih. Id-Danimarka għalhekk mhijiex qed tieħu sehem f'din id-Deċiżjoni, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Arranġament bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni tagħha fl-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil huwa għalhekk approvat f'isem l-Unjoni.
It-test tal-Arranġament huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill jinnomina, f'isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 13(1) tal-Arranġament (3).
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni ssir effettiva fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Frar 2016.
Għall-Kunsill
Il-President
K.H.D.M. DIJKHOFF
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/185/UE tal-11 ta' Frar 2014 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Arranġament bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni tiegħu fl-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (ĠU L 102, 5.4.2014, p. 1).
(2) Regolament (UE) Nru 439/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 2010 li jistabbilixxi Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (ĠU L 132, 29.5.2010, p. 11).
(3) Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Arranġament ser jiġi ppubblikata f'Il Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.