This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32016D0209
Commission Implementing Decision (EU) 2016/209 of 12 February 2016 on a standardisation request to the European standardisation organisations as regards Intelligent Transport Systems (ITS) in urban areas in support of Directive 2010/40/EU of the European Parliament and of the Council on the framework for the deployment of Intelligent Transport Systems in the field of road transport and for interfaces with other modes of transport (notified under document C(2016) 808) (Text with EEA relevance)
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/209 tat-12 ta' Frar 2016 dwar talba ta' standardizzazzjoni lill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni fejn jidħlu Sistemi ta' Trasport Intelliġenti (ITS) f'żoni urbani b'appoġġ għad-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-qafas għall-varar ta' Sistemi ta' Trasport Intelliġenti fil-qasam tat-trasport bit-triq u għall-interkonnessjonijiet ma' modi oħrajn ta' trasport (notifikata bid-dokument C(2016) 808) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/209 tat-12 ta' Frar 2016 dwar talba ta' standardizzazzjoni lill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni fejn jidħlu Sistemi ta' Trasport Intelliġenti (ITS) f'żoni urbani b'appoġġ għad-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-qafas għall-varar ta' Sistemi ta' Trasport Intelliġenti fil-qasam tat-trasport bit-triq u għall-interkonnessjonijiet ma' modi oħrajn ta' trasport (notifikata bid-dokument C(2016) 808) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
C/2016/808
ĠU L 39, 16.2.2016, pp. 48–58
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
16.2.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 39/48 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2016/209
tat-12 ta' Frar 2016
dwar talba ta' standardizzazzjoni lill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni fejn jidħlu Sistemi ta' Trasport Intelliġenti (ITS) f'żoni urbani b'appoġġ għad-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-qafas għall-varar ta' Sistemi ta' Trasport Intelliġenti fil-qasam tat-trasport bit-triq u għall-interkonnessjonijiet ma' modi oħrajn ta' trasport
(notifikata bid-dokument C(2016) 808)
(It-testi bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż biss huma awtentiċi)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Il-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 10(1) tiegħu,
Billi
|
(1) |
B'konformità mal-Artikolu 8 tad-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) il-Kummissjoni tista' titlob lill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni (ESOs) biex jiżviluppaw standards neċessarji li jipprovdu interoperabbiltà, kompatibbiltà u kontinwità għall-mobilizzazzjoni u l-użu operazzjonali tal-ITS. Standards bħal dawn jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikoli 2, 3, 4(1) u l-Anness I tad-Direttiva 2010/40/UE sabiex jiġu speċifikati oqsma ta' prijorità u azzjonijiet ta' prijorità fl-oqsma tal-ITS. L-Anness I jenfasizza wkoll il-bżonn għal interkonnessjonijiet urbani u interurbani għall-iskambju tad-dejta, u l-interoperabbiltà u l-kompatibbiltà tad-dimensjoni urbana fl-arkitettura kumplessiva Ewropea tal-ITS. |
|
(2) |
Il-kamp ta' applikazzjoni tal-implimentazzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet diġà adottati skont l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2010/40/UE (3) huwa b'mod partikolari n-netwerk tat-trasport trans-Ewropew (TEN-T). Madankollu, id-Direttiva 2010/40/UE tirrikonoxxi l-bżonn ta' interkonnessjonijiet urbani-interurbani li jippermettu interoperabbiltà u kontinwità tas-servizzi fin-netwerks u l-konfini kollha. Iż-żoni urbani ġew identifikati bħala “żoni ta' prijorità” fakultattivi biex jiġu implimentati l-ispeċifikazzjonijiet biex jingħataw servizzi ta' informazzjoni tat-traffiku f'ħin reali fl-UE kollha. L-ewwel u l-aħħar mili magħmula mill-vjaġġaturi ħafna drabi jsiru f'żoni urbani u għalhekk jikkontribwixxu b'mod essenzjali għas-servizzi ta' informazzjoni fl-UE kollha b'rabta mal-ivvjaġġar multimodali biex titħaffef il-mobbiltà. |
|
(3) |
Fil-qafas tal-objettivi komprensivi tal-ITS stipulati fid-Direttiva 2010/40/UE, il-bżonnijiet tad-dimensjoni urbana huma previsti fil-Pjan ta' Azzjoni dwar l-ITS (2008) (4) u l-Pjan ta' Azzjoni dwar il-Mobbiltà Urbana (2009) (5). Fl-2010, il-Kummissjoni Ewropea stabbiliet Grupp ta' Esperti dwar l-ITS urbana (6), bil-parteċipazzjoni ta' rappreżentanti tal-awtoritajiet lokali u l-imsieħba ewlenin tagħhom, mill-oqsma tar-riċerka, l-industrija, l-awtoritajiet tat-trasport u l-operaturi, korpi ta' standardizzazzjoni, eċċ. Dan il-Grupp ta' Esperti dwar Linji Gwida urbani żviluppati mill-ITS dwar il-mobilizzazzjoni ta' applikazzjonijiet ewlenin ta' ITS urbana (jiġifieri informazzjoni multimodali, ħruġ ta' biljetti intelliġenti, immaniġġjar tat-traffiku u loġistika urbana), ġabar għadd tal-aħjar prattiki u rrifletta fuq il-bżonn ta' standardizzazzjoni ulterjuri fil-qasam tal-ITS urbana. |
|
(4) |
Fil-Pakkett dwar il-Mobbiltà Urbana tagħha (7) adottat f'Diċembru 2013, il-Kummissjoni saħqet fuq il-ħtieġa li jissaħħu l-effiċjenza u s-sikurezza tal-mobbiltà urbana u ħabbret azzjonijiet ippjanati u rakkomandazzjonijiet għall-Istati Membri f'numru ta' oqsma inklużi: il-loġistika urbana, ir-regolamenti dwar l-aċċess urban u l-pedaġġ għall-użu tat-toroq, il-mobilizzazzjoni ikkoordinata ta' Sistemi ta' Trasport Intelliġenti urbani, kif ukoll is-sikurezza tat-toroq urbani. |
|
(5) |
Id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) tirrikjedi li l-awtoritajiet pubbliċi jippubblikaw informazzjoni ġeografika dwar in-netwerk tat-trasport. Din il-grafika diġitali tan-netwerk tista' tissaħħaħ sabiex tintuża bħala sistema ta' referenza ta' lokazzjoni komuni għal servizzi affidabbli tal-ITS. It-tisħiħ ta' din il-grafika għandu jikkunsidra standards preeżistenti, b'mod partikolari il-Fajl dwar id-Dejta Ġeografika (GDF) (9). |
|
(6) |
Fil-Komunikazzjoni tagħha “Against lock-in: building open ICT systems by making better use of standards in public procurement” (Il-ġlieda kontra l-intrappolament tal-klijentela: bl-użu aħjar tal-istandards għall-akkwist pubbliku biex jinbnew sistemi miftuħa tal-ICT) (10) u d-dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanjaha “Guide for the procurement of standards-based ICT — Elements of Good Practice” (Gwida għall-akkwist ta' standards ibbażati fuq l-ICT — Elementi ta' Prattika Tajba) (11), il-Kummissjoni tinnota l-benefiċċji għall-użu tal-istandards u speċifikazzjonijiet miftuħa sabiex jiġi evitat l-intrappolament tal-bejjiegħ ta' soluzzjonijiet teknoloġiċi, u tiġi promossal-mobilizzazzjoni ta' soluzzjonijiet iktar kosteffiċjenti. |
|
(7) |
L-intenzjoni li jintalbu standards Ewropej u strumenti ta' standardizzazzjoni Ewropej b'appoġġ għad-Direttiva 2010/40/UE hija ddikjarata fil-punti 2.4.10 (12) u 3.3.8 (13) ta' żewġ programmi annwali konsekuttivi ta' xogħol tal-Unjoni għal standardizzazzjoni Ewropea. |
|
(8) |
Il-Kummissjoni stabbiliet linji gwida (14) għall-eżekuzzjoni ta' talbiet ta' standardizzazzjoni, u l-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni qablu li japplikaw dawk il-linji gwida meta jeżegwixxu t-talbiet għall-istandardizzazzjoni. |
|
(9) |
Ġew ikkonsultati l-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni, il-partijiet Ewropej ikkonċernati mill-istandardizzazzjoni li jirċievu finanzjament u l-Kumitat ITS Ewropew imwaqqaf abbażi tal-Artikolu 15 tad-Direttiva 2010/40/UE. |
|
(10) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma b'konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI
Artikolu 1
Attivitajiet ta' standardizzazzjoni mitluba
Il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN), il-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (Cenelec) kif ukoll l-Istitut Ewropew tal-Istandards ta' Komunikazzjoni (ETSI), iktar 'il quddiem magħrufa bħala l-ESOs (l-organizzazzjonijiet Ewropej għall-Istandardizzazzjoni), huma mitluba jabbozzaw standards Ewropej ġodda, u strumenti ta' standardizzazzjoni Ewropej b'appoġġ għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 8 tad-Direttiva 2010/40/UE għal informazzjoni multimodali, immaniġġjar tat-traffiku u loġistika urbana fil-qasam tal-ITS urbani. L-istandards Ewropej rikjesti u l-istrumenti ta' standardizzazzjoni Ewropej huma elenkati fit-Tabelli 1, 2, 3 u 4 tal-Anness II u jissodisdaw ir-rekwiżiti stipulati fl-Anness I.
Artikolu 2
L-istabbiliment tal-programm ta' ħidma
L-ESOs jippreparaw il-programm konġunt li jindika l-istrumenti mitluba kollha, il-korpi tekniċi responsabbli u l-iskeda għall-eżekuzzjoni tax-xogħol b'konformità mal-iskadenzi stabbiliti fl-Anness II. L-ESOs jissottomettu l-programm tax-xogħol lill-Kummissjoni sal-31 ta' Lulju 2016 u jipprovdu aċċess għal pjan ta' proġett kumplessiv lill-Kummissjoni.
L-ESOs jistgħu jiddeċiedu kemm huma meħtieġa standards Ewropej u strumenti ta' standardizzazzjoni Ewropej sabiex tiġi eżegwita t-talba msemmija fl-Artikolu 1.
Artikolu 3
Ftehim dwar il-programm ta' ħidma
Fil-programmi ta' ħidma tagħhom l-ESOs isegwu l-prijoritajiet possibbli espressi mill-Kummissjoni għall-eżekuzzjoni tat-talba msemmija fl-Artikolu 1.
L-ESOs jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe emenda għall-programm ta' ħidma.
Meta l-Anness I jinkludi rekwiżiti għal suġġetti ġodda għall-istandards Ewropej jew strumenti ta' standardizzazzjoni Ewropej u dawn is-suġġetti jkunu relatati mal-oqsma ta' prijorità u l-azzjonijiet ta' prijorità msemmija fl-Artikoli 2, 3 u l-Anness I tad-Direttiva 2010/40/UE, u meta l-Kummissjoni tkun ġiet ikkonsultata u taqbel ma' dik iż-żieda, wara li tkun infurmat lill-Kumitat imwaqqaf bl-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012, mal-programm ta' ħidma jkunu jistgħu jiżdiedu dawn is-suġġetti.
Artikolu 4
Rapportar
L-ESOs jirrapportaw kull sena lill-Kummissjoni dwar l-eżekuzzjoni tat-talba msemmija fl-Artikolu 1. Dawn l-organizzazzjonijiet jissottomettu lill-Kummissjoni l-ewwel rapport annwali konġunt sat-30 ta' Marzu 2017.
L-ESOs jipprovdu lill-Kummissjoni b'rapport finali konġunt sat-30 ta' Ġunju 2019. Ir-rapport finali jinkludi kriterji ta' kejl li jkejlu l-kisbiet fir-rigward tal-istandardizzazzjoni fl-oqsma tal-informazzjoni multimodali, l-immaniġġjar tat-traffiku u l-loġistika urbana kif ukoll il-livell tal-impenn tal-partijiet ikkonċernati matul ix-xogħol tal-istandardizzazzjoni rikjest mill-Artikolu 1.
Artikolu 5
Validità
Jekk it-talba msemmija fl-Artikolu 1 ma tiġix aċċettata minn xi waħda mill-ESOs fi żmien xahar mill-wasla tagħha, dik it-talba tista' ma tikkostitwixxix bażi għall-abbozzar tal-istandards Ewropej u tal-istrumenti ta' standardizzazzjoni Ewropej.
Artikolu 6
Rekwiżiti tal-interoperabbiltà:
L-istandards Ewropej u l-istrumenti ta' standardizzazzjoni Ewropej mitluba jiġu żviluppati biex ikunu konsistenti u konformi mar-rekwiżiti tal-Atti ta' Delega adottati mill-Kummissjoni skont id-Direttiva 2010/40/UE, b'mod partikolari l-ispeċifikazzjonijiet għall-għoti ta' servizzi ta' informazzjoni dwar it-traffiku f'ħin reali fl-UE kollha adottata fit-18 ta' Diċembru 2014 (15), kif ukolll-ispeċifikazzjonijiet għall-għoti ta' servizzi ta' informazzjoni ta' vjaġġar multimodali fl-UE kollha (16).
Artikolu 7
Destinatarji
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Kumitat Ewropew tal-Istandardizzazzjoni, lill-Kumitat Ewropew tal-Istandardizzazzjoni Elettroteknika u lill-Istitut Ewropew tal-Istandards tat-Telekomunikazzjonijiet.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta' Frar 2016.
Għall-Kummissjoni
Elżbieta BIEŃKOWSKA
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12.
(2) Id-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Lulju 2010 dwar il-qafas għall-varar ta' Sistemi ta' Trasport Intelliġenti fil-qasam tat-trasport bit-triq u għall-interkonnessjonijiet ma' modi oħrajn ta' trasport (ĠU L 207, 6.8.2010, p.1).
(3) Ir-Regolamenti ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 305/2013 (ĠU L 91, 3.4.2013, p. 1), (UE) Nru 885/2013 (ĠU L 247, 18.9.2013, p. 1), (UE) Nru 886/2013 (ĠU L 247, 18.9.2013, p. 6), u (UE) 2015/962 (ĠU L 157, 23.6.2015, p. 21).
(4) COM(2008)886 finali
(5) COM(2009)490 finali
(6) http://ec.europa.eu/transparency/regexpert/index.cfm?do=groupDetail.groupDetail&groupID=2520
(7) http://ec.europa.eu/transport/themes/urban/urban_mobility/ump_en.htm
(8) Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (INSPIRE) (ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1).
(9) ISO (14825:2004) li b'mod partikolari jiddeskrivi l-infrastruttura tat-toroq għall-bżonnijiet tal-ITS u jinkludu sistema ta' referenza ta' lokazzjoni komuni
(10) COM(2013) 455 finali
(11) SWD(2013) 224 finali
(12) COM(2013) 561 finali
(13) COM(2014) 500 finali
(14) SWD(2015) 205 finali, is-27 ta' Ottubru 2015, Vademecum dwar standardizzazzjoni Ewropea b'appoġġ għal-leġiżlazzjoni u l-politiki tal-Unjoni, Linji Gwida PARTI III għall-eżekuzzjoni tat-talbiet għall-istandardizzazzjoni
(15) C(2014) 9672 finali
(16) Xogħol għaddej bħalissa. L-ispeċifikazzjonijiet huma previsti għall-aħħar tal-2015/il-bidu tal-2016.
ANNESS I
REKWIŻITI GĦALL-ISTANDARDS EWROPEJ U GĦALL-ISTRUMENTI TA' STANDARDIZZAZZJONI EWROPEJ
1. REKWIŻITI ĠENERALI
1.1. Rekwiżiti ġenerali biex jiġi stabbilit programm ta' ħidma
Il-Grupp ta' Esperti dwar l-ITS urbani (1) irrakkomanda integrazzjoni aħjar tad-dimensjoni urbana fl-attivitajiet ta' standardizzazzjoni Ewropej u li l-isforzi tal-istandardizzazzjoni jiġu ffukati fuq temi speċifiċi bl-għan li jiġi żgurat l-istabbiliment tal-interkonnessjonijiet urbani-interurbani meħtieġa.
Il-Grupp ta' Esperti rrakkomanda wkoll l-involviment tal-awtoritajiet lokali u ta' esperti b'għarfien urban speċifiku fil-proċess tal-istandardizzazzjoni tal-ITS.
Għalhekk, il-programm ta' ħidma li għandu jiġi stabbilit abbażi ta' din it-talba għandu jiġi żviluppat b'tali mod li:
jiffoka bi prijorità fuq tliet oqsma tal-ITS urbani, jiġifieri: is-servizzi informattivi multimodali, il-ġestjoni tat-traffiku inkluż ir-regolamentazzjoni tal-aċċess, u l-loġistika urbana inkluż l-immaniġġjar tal-parkeġġi. Sabiex tkun possibbli l-konnettività ITS (filwaqt li jiġu evitati l-effetti silos jew ta' raggruppament), l-ESOs għandhom juru kif it-tliet oqsma msemmija hawn fuq huma marbutin flimkien f'arkitettura ITS urbana usa' u jakkomodaw ir-relazzjonijiet u l-interkonnessjonijiet tagħhom ma' applikazzjonijiet tal-ITS oħra (li ma jaqgħux b'mod dirett fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din it-talba).
Jieħu kont tal-ħtieġa li tiġi indirizzata l-varjetà ta' bżonnijiet tal-utenti (mill-konsumaturi sal-operaturi u l-fornituri), il-firxiet ta' ambjenti (inklużi l-interkonnessjonijiet urbani-intraurbani), u t-tipi differenti ta' vetturi u modi ta' trasport jew servizzi ta' mobbiltà (inkluż għal dawk li għandhom problemi bil-mobbiltà) relatati mat-tliet oqsma msemmija hawn fuq. Għal dan il-għan, l-ESOs huma mistiedna jżommu kuntatt mal-korpi rilevanti li jirrappreżentaw il-mobbiltà urbana u li huma interessati fl-ITS urbani, bħall-gruppi ta' koordinazzjoni tal-istandardizzazzjoni, oqfsa lokali ta' standardizzazzjoni, pjattaformi ta' esperti u partijiet ikkonċernati, assoċjazzjonijiet ta' bliet u reġjuni, assoċjazzjonijiet ta' utenti, operaturi tat-trasport u rappreżentanti tal-fornituri tas-servizzi. Huma jistgħu jistiednu lil dawn il-partijiet ikkonċernati biex jipparteċipaw fl-attivitajiet tagħhom u jikkontribwixxu għall-istrumenti. Huma juru kif għandhom jiġu reklutati l-esperti (urbani) x-xierqa kif ukoll il-partijiet ikkonċernati fil-proċess kollu (l-ippjanar, l-istandardizzazzjoni, il-mobilizzazzjoni). Għandha tiġi kkunsidrata d-diversità tas-sitwazzjonijiet u tal-politiki lokali. B'mod partikolari, meta jkun possibbli, jistgħu jiġu previsti testijiet ma' bliet pilota volontarji matul l-eżekuzzjoni tat-talba.
Jiġu stabbiliti l-arranġamenti organizzazzjonali neċessarji li jappoġġjaw kooperazzjoni effettiva u koordinazzjoni tajba fl-inizjattivi ta' standardizzazzjoni tal-ITS kollha u l-gruppi ta' ħidma.
1.2. Rekwiżiti ġenerali għall-istrumenti mitluba
1.2.1. Konformità:
L-istandards Ewropej u l-istrumenti ta' standardizzazzjoni Ewropej mitluba għandhom jiġu żviluppati sabiex jikkonformaw:
|
— |
mal-prinċipji msemmija fl-Anness II tad-Direttiva 2010/40/UE, |
|
— |
mal-prinċipji tar-regolament dwar il-protezzjoni tad-dejta personali (id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) u proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u l-moviment liberu ta' dik id-data (3)), |
|
— |
mal-prinċipji tal-aċċessibbiltà elettronika u l-aċċessibbiltà għall-web (Komunikazzjoni “Lejn soċjetà tal-informazzjoni aċċessibbli” (4)) |
1.2.2. Armonizzazzjoni
Il-Grupp ta' Esperti dwar l-ITS urbani saħaq li l-isforzi tal-istandardizzazzjoni għandhom ikopru nuqqasijiet eżistenti, kif ukoll jaġġornaw u jikkumplimentarjaw l-istandards eżistenti.
Għalhekk, l-istandards Ewropej u l-istrumenti ta' standardizzazzjoni Ewropej mitluba għandhom, kemm jista' jkun, jużaw mill-ġdid, jarmonizzaw jew ikollhom interkonnessjoni mal-istandards, speċifikazzjonijiet u proġetti eżistenti li ġejjin: il-proġetti CIVITAS (5), il-Grupp Konsultattiv CAPITAL CIVITAS ITS (6), il-Promozzjoni ta' Speċifikazzjonijiet u Standards Miftuħa fl-Ewropa il-proġett (POSSE) (7), il-proġett OPTICITIES (8), il-proġett FREILOT, il-Grupp ta' Koordinazzjoni Smart Cities and Communities (bliet u Komunitajiet Intelliġenti), talba għall-istandardizzazzjoni/453 dwar Sistemi Kooperattivi (9), il-pjattaforma C-ITS, il-Gruppi Strateġiċi u Tekniċi DATEX II (10), il-Programm tal-Kontroll tal-Immaniġġjar tat-Traffiku Urban (UTMC) (11), l-Open Traffic Systems City Association (OCA) (12) u l-Open Communication Interface għas-Sistemi ta' Kontroll tat-Traffiku fit-Triq (OCIT) (13), il-proġett FRAME (14), il-proġett Co-Cities (15), In-Netwerk Ewropew tal-Infrastruttura Diġitali tat-Traffiku għal Sistemi ta' Trasport Intelliġenti (il-proġett EDITS) (16), il-proġett European Bus System of the Future (EBSF) (17), Data Catalog Vocabulary (DCAT) (18), dejta spazjali “standardizzata” u ġeostandardizzazzjoni, kif ukoll standards nazzjonali eżistenti (19).
Fl-isfond ta' dan, l-istandards Ewropej u l-istrumenti ta' standardizzazzjoni Ewropej għandhom jippermettu l-użu mill-ġdid, l-armonizzazzjoni jew interkonnessjoni ma' mudelli ta' dejta ta' referenza eżistenti, dizzjunarji ta' dejta komuni u rekwiżiti ta' struttura ta' metadejta bl-għan li titrawwem l-interoperabbiltà, il-konsistenza u l-kontinwità tas-servizzi.
1.2.3. Implimentabbiltà
Il-Grupp ta' Esperti dwar ITS urbani ssuġġerixxa li għandhom jinstabu modi kif jiġu appoġġjati strumenti ta' standardizzazzjoni flessibbli u inqas kostrettivi sabiex jiġi indirizzat aħjar l-ambjent teknoloġiku tal-ITS li kulma jmur dejjem jevolvi.
Għalhekk, l-istandards Ewropej u l-istrumenti ta' standardizzazzjoni Ewropej mitluba għandhom jaqdu l-bżonnijiet tad-diversi utenti, iwieġbu għad-diversità tal-ibliet u jkunu faċli biex wieħed jimplimentahom.
Dan kemm jista' jkun għandu jinkludi l-aspetti li ġejjin:
|
(1) |
sistemi ta' legat u protokolli eżistenti, perkorsi ta' migrazzjoni kosteffettivi, mudelli ta' negozju u linji gwida għal dawk li jagħmlu akkwist, |
|
(2) |
bżonnijiet speċjali għall-konsumaturi, negozji u operaturi, inklużi intrapriżi ta' daqs żgħir u medju, |
|
(3) |
gwida, listi ta' kodiċijiet, settijiet ta' dejta, għodod u proċessi li jistgħu jiġu eżegwiti u disponibbli bla ħlas li jiffaċilitaw l-implimentazzjoni operazzjonali u t-testijiet tal-konformità, |
|
(4) |
disponibbiltà ta' dejta, aċċess, kwalità, affidabbiltà u preċiżjoni. |
2. REKWIŻITI LI JSAĦĦU L-KOMPATIBBILTÀ U L-KOERENZA MA' STANDARDS EŻISTENTI U SPEĊIFIKAZZJONIJIET TEKNIĊI
Tiġi vverifikata l-koerenza ta' standards eżistenti Ewropej, internazzjonali jew oħrajn użati fuq livell internazzjonali (jiġifieri, b'kunsiderazzjoni għax-xogħol mhux biss tas-CEN, is-CENELEC u l-ETSI, iżda wkoll ta' DATEX II, UTMC, OTS, ISO, IEC, ITU, eċċ.), jiġu vvalutati nuqqasijiet potenzjali u kompatibbli u soluzzjonijiet miftuħa proposti, jew bl-intenzjoni li jkun hemm armonizzazzjoni u tisħiħ ta' standards eżistenti jew li jiġu żviluppati standards interoperabbli ġodda jew speċifikazzjonijiet oħrajn fejn xieraq. L-iżvilupp ta' standards ġodda u speċifikazzjonijiet jeħtieġ li jibni fuq dawk eżistenti u għandu jidentifika rekwiżiti arkitetturali jew ta' konnettività.
Fil-qasam tat-trasport pubbliku, u b'mod partikolari fir-rigward tal-informazzjoni multimodali u l-ħruġ ta' biljetti intelliġenti, tali bżonn għall-koerenza se jikkonċerna sett ta' standards u speċifikazzjonijiet tekniċi wiesgħa, b'mod partikolari: Transmodel (20), IFOPT (21), SIRI (22), NETEX (23), IOPTA (24), ISO (25).
Fil-qasam tal-vetturi u l-infrastruttura li jaħdmu bi fjuwils alternattivi, kwalunkwe standard ġdid u speċifikazzjoni ġdida għandha ssir kompatibbli u kumplimentari għall-ETSI TS 101 556-3 (26).
Għandha tiġi kkunsidrata wkoll l-adattabbiltà ta' standards ġenerali għall-ambjent urban, u potenzjalment din l-adattabbiltà trid tiġi żviluppata iktar. Dan huwa partikolarment il-każ ta' DATEX II (27) li tipprevedi l-iskambju ta' dejta relatata mat-traffiku, deskritta permezz ta' profili speċifiċi. L-adattabbiltà tidher bħala prerekwiżit biex tiġi stabbilita l-interoperabbiltà u l-kontinwità tas-servizzi bejn l-ambjenti u n-netwerks urbani u interurbani. Kompitu bħal dan jista' jsir l-aħjar billi tiġi żgurata kooperazzjoni mill-qrib mal-Grupp Strateġiku u l-Grupp Tekniku DATEX II.
Ix-xogħol li sar permezz ta' dan il-mandat se jkun meħtieġ li jantiċipa l-mobilizzazzjoni futura ta' sistemi kooperattivi f'żoni urbani. Se jkun relatat ma' sforzi preċedenti ta' standardizzazzjoni fil-qasam ta' vettura għal vettura u dak ta' vettura għall-komunikazzjonijiet tal-infrastruttura, li kienu jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tat-talba għall-istandardizzazzjoni M/453, mmaniġġjata b'mod konġunt minn CEN u ETSI, u l-eżitu tax-xogħol li għaddej li qed jagħmlu l-esperti tal-pjattaforma C-ITS stabbilita f'Novembru 2014 mill-Kummissjoni (b'mod partikolari l-istandardizzazzjoni tagħha u gruppi ta' ħidma ta' każijiet tan-negozju) (28).
3. REKWIŻITI SPEĊIFIĊI GĦALL-ISTRUMENTI MITLUBA
3.1. Tiġi definita diversità ta' każijiet rilevanti ta' użu fl-arkitettura ITS urbana u tiġi appoġġjata l-implimentazzjoni ta' standards u speċifikazzjonijiet oħra
Bl-għan li jiġi żviluppat approċċ pragmatiku, l-attivitajiet skont din it-talba għandhom ikunu bbażati fuq każijiet ta' użu ta' livell għoli, li jindirizzaw is-servizzi informattivi multimodali, l-immaniġġjar tat-traffiku inkluż ir-regolamentazzjoni tal-aċċess, u l-loġistika urbana inkluż l-immaniġġjar tal-parkeġġi. Id-definizzjoni jew l-għażla ta' dawn il-każijiet tal-użu se jkollha tibbilanċja l-bżonnijiet tal-utent, it-tendenza tal-mobilità urbana, l-iżviluppi teknoloġiċi, is-sostenibbiltà finanzjarja u l-prijoritajiet tal-politika (eż. is-sikurezza fit-toroq). Il-prijoritizzazzjoni ta' dawn tuża każijiet u l-interdipendenzi possibbli tagħhom jiġu spjegati wkoll flimkien mal-programm ta' ħidma.
Il-każijiet tal-użu se jiġu inklużi fl-arkitettura ITS urbana (struttura loġistika u konnetturi bejn standards u speċifikazzjonijiet u l-partijiet interessati tagħhom), li tkopri l-katina tal-informazzjoni kollha għal kull waħda minn dawn it-tliet oqsma msemmija hawn fuq u li tidħol fl-Arkitettura ITS Ewropea kumplessiva. Għalhekk, tali arkitettura għal ITS urbana tkun koerenti mal-mudell e-FRAME (29).
Din il-perspettiva olistika u sistemika tappoġġja l-kollaborazzjoni tal-partijiet ikkonċernati kif ukoll l-iżvilupp jew it-tisħiħ ta' standards u speċifikazzjonijiet oħrajn kompatibbli u kumplimentari għal xulxin, u għalhekk tippermetti l-konnettività tal-ITS.
L-istrument tal-istrateġija tal-mobilizzazzjoni għandu jesprimi kif titrawwem mobilizzazzjoni faċli ta' tali standards u speċifikazzjonijiet oħrajn, permezz tal-mobilizzazzjoni ta' servizzi informattivi multimodali, miżuri tal-immaniġġjar tat-traffiku u operazzjonijiet ta' loġistika urbana. Għal dan l-għan, il-lezzjonijiet misluta mill-każijiet tal-użu, l-involviment tal-partijiet interessati x-xierqa u l-provvediment ta' gwida ta' implimentazzjoni realistika se jkunu essenzjali.
3.2. Indirizzar ta' servizzi informattivi multimodali, li jikkontribwixxu għal mobbiltà mingħajr xkiel
Illum, fost il-kwistjonijiet ewlenin insibu l-frammentazzjoni tas-servizzi ta' informazzjoni dwar it-traffiku u l-ivvjaġġar, u n-nuqqas ta' informazzjoni multimodali interoperabbli u servizzi ta' ppjanar ta' kopertura pan-Ewropea usa' li tinkorpora l-ewwel u l-aħħar mili tal-vjaġġ flimkien mal-parti ta' distanza twila minn A sa B tal-vjaġġ. Il-firxa ta' dejta disponibbli dwar is-servizzi ta' mobbiltà għandha tiġi estiża u jeħtieġ li tkun disponibbli f'format standardizzat, sabiex tippermetti l-introduzzjoni tagħha f'servizzi innovattivi ta' informazzjoni dwar it-traffiku u dwar l-ivvjaġġar. Huma biss is-servizzi ta' informazzjoni multimodali komprensivi li se jippermettu lill-utent ikollu firxa kompluta ta' għażliet tal-ivvjaġġar, għażliet ta' rotot, li jikkontribwixxu sabiex wieħed jagħmel l-aħjar għażliet tal-mobbiltà, li jrawmu mġiba tal-ivvjaġġar iktar sostenibbli u jagħmlu s-sistema ta' trasport kollha aktar effiċjenti u aċċessibbli għall-utenti kollha.
Għandhom jiġu żgurati formati ta' dejta kompatibbli, interfaċji miftuħin u ddokumentati u protokolli għat-trażmissjoni ta' dejta rilevanti u l-integrazzjoni tagħhom f'settijiet ta' dejta multimodali u informazzjoni multimodali (eżistenti) u servizzi ta' ppjanar (inkluż tikkettjar integrat) (jiġifieri jinħadmu fejn ikun hemm bżonn). Huwa essenzjali li l-istandards eżistenti u ġodda u speċifikazzjonijiet oħra jippermettu, b'interfaċji u protokolli supplimentari fejn neċessarju, l-integrazzjoni jew il-konnessjoni effettiva tal-aspetti differenti u blokok ta' informazzjoni multimodali u servizzi ta' ppjanar.
3.3. Indirizzar tal-immaniġġjar tat-traffiku, inkluż ir-regolamentazzjoni tal-aċċess
Is-sistemi tal-immaniġġjar tat-traffiku qed jiżviluppaw b'mod konsistenti: filwaqt li fil-passat kienu fil-biċċa l-kbira minn ċentru ta' kontroll għal ċentru ta' kontroll orjentat, għandhom it-tendenza li jsiru l-iktar kooperattivi fost sistemi (inklużi tagħmir fuq il-post), netwerks u operaturi. Għal din ir-raġuni, għandhom jiġu żviluppati l-istandards, l-interkonnessjonijiet u/jew il-protokolli x-xierqa sabiex jiġi appoġġjat il-kontroll tat-traffiku kooperattiv u s-soluzzjonijiet tal-immaniġġjar fl-iskali ġeografiċi differenti jew f'parametri amministrattivi differenti tal-belt (eż. minn soluzzjonijiet żgħar fil-viċinat għall-ikkalmar tat-traffiku u ġestjoni konsegwenzjali ta' traffiku peri-urban għal integrazzjoni effiċjenti ta' nodi urbani fil-kurriduri interurbani).
Hemm varjetà ta' mezzi li jimmaniġġjaw in-netwerk tat-triq u jindirizzaw il-konġestjoni tat-traffiku u l-interruzzjoni tat-traffiku (eż avvenimenti ppjanati/mhux ippjanati, aċċidenti, għargħar, nirien eċċ) permezz tal-immaniġġjar tat-traffiku b'mod effiċjenti u innovattiv. Pereżempju, numru ta' bliet stabbilixxew tipi differenti ta' rotot ġodda tat-traffiku, prijoritizzazzjoni tat-traffiku u miżuri tar-regolamentazzjoni tal-aċċess, inkluż l-immaniġġjar tal-intersezzjonijiet, li huma mmirati għall-vetturi kollha jew għal subsett ta' vetturi (eż. devjazzjonijiet, karreġġjati ta' prijorità, mewġiet ħodor (green waves), tariffi jew nollijiet għall-utenti tat-triq, żoni ta' emissjonijiet baxxi, żoni ta' veloċità baxxa, żoni pedonali eċċ.). Sfortunatament, dawn il-miżuri mhumiex neċessarjament ġestiti b'mod olistiku u kkoordinat u ħafna drabi ma jiġux ikkunsidrati kif xieraq fis-sistemi tal-informazzjoni dwar it-traffiku għall-utenti (eż. tagħmir ta' navigazzjoni). Għalhekk, l-istabbiliment min-naħa ta' speċifikazzjonijiet koerenti, standards kompatibbli u interfaċji prattiċi li jappoġġjaw l-interoperabbiltà ta' dejta neċessarja għal informazzjoni aġġornata dwar it-traffiku, u l-ottimizzazzjoni min-naħa l-oħra varjetà ta' miżuri ta' ġestjoni tat-traffiku u ta' prijoritizzazzjoni, issupplimentati bix-xieraq minn soluzzjonijiet teknoloġiċi standardizzati għall-identifikazzjoni tal-vetturi (jiġifieri fir-rigward tal-kategorizzazzjoni tal-vetturi, il-klassi tal-emissjonijiet, il-karattru tal-emerġenza, il-fattur tat-tagħbija), għandhom jikkontribwixxu t-tnejn għall-effiċjenza kumplessiva tal-informazzjoni dwar it-traffiku u l-immaniġġjar f'żoni urbani, inkluż l-immaniġġjar u l-infurzar tar-regolamentazzjoni tal-aċċess.
Jiġu żgurati formati ta' dejta kompatibbli, interfaċji miftuħin u ddokumentati u protokolli għat-trażmissjoni ta' dejta relevanti, indipendentement mis-sorsi tagħhom, (eż sensers, dejta floating car, ċentri ta' kontroll tat-traffiku), u l-integrazzjoni tagħhom f'sistemi ta' informazzjoni dwar it-traffiku attwali u futuri u operazzjonijiet tal-immaniġġjar tat-traffiku, għal diversi netwerks ta' toroq inklużi links urbani-interurbani, (jiġifieri jinħadmu fejn ikun hemm bżonn).
3.4. Indirizzar ta' loġistiċi urbani, inkluż l-immaniġġjar tal-parkeġġi
Fl-ambjent urban, it-tfittxija għal spazji ta' parkeġġ u d-distribuzzjoni ta' merkanzija huma stmati li jżidu ħafna il-konġestjoni tat-traffiku. Għalhekk, l-għoti ta' informazzjoni f'ħin reali dwar id-disponibbiltà ta' possibbiltajiet ta' parkeġġ u għażliet faċli ta' riservazzjoni jikkontribwixxu sabiex tittaffa din il-problema. Għandhom jiġu pprovduti approċċi differenzjati sabiex jaqdu l-bżonnijiet ta' setturi loġistiċi speċifiċi u vetturi tal-merkanzija jew tagħbijiet (eż. fjuwils alternattivi, prodotti refriġerati, loġistika ta' riċirkolazzjoni jew skart, oġġetti perikolużi).
Jiġu żgurati formati ta' dejta kompatibbli, interfaċji miftuħin u ddokumentati u protokolli għat-trażmissjoni ta' dejta relevanti, indipendentement mis-sorsi tagħhom, u l-integrazzjoni tagħhom f'sistemi ta' informazzjoni dwar it-traffiku attwali u futuri u operazzjonijiet tal-immaniġġjar tat-traffiku, għal diversi netwerks ta' toroq inklużi links urbani-interurbani, (jiġifieri jinħadmu fejn ikun hemm bżonn).
4. REKWIŻITI LI JIKKONĊERNAW ANALIŻI, IKTAR TARD, TAL-ISTRUMENTI MITLUBA
Wara l-adozzjoni tal-istandards Ewropej u l-istrumenti ta' standardizzazzjoni Ewropej mitluba, il-lista tas-sintattiki u mmappjar relatat mogħtija lil dawk l-istrumenti għandhom jiġu rieżaminati mill-ESOs tal-inqas kull sentejn bl-għan li jiġi żgurat li jirriflettu l-iktar żviluppi teknoloġiċi riċenti u li jinkludi l-iprem sintattiki. Għandha tingħata attenzjoni partikolari sabiex jiġu akkomodati jew migrati mis-sistemi ta' legat u tiġi żgurata kompatibbiltà retroattiva għall-implimentazzjonijiet.
(1) http://ec.europa.eu/transparency/regexpert/index.cfm?do=groupDetail.groupDetail&groupID=2520
(2) Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995 p. 31).
(3) COM(2012)11 finali — 2012/0011
(4) COM(2008)804 finali
(5) http://www.civitas.eu/display-all-projects
(6) http://www.civitas.eu/
(7) www.posse-openits.eu
(8) http://www.opticities.com/
(9) http://ec.europa.eu/enterprise/sectors/ict/files/standardisation_mandate_en.pdf
(10) www.datex2.eu
(11) http://www.utmc.eu/
(12) www.oca-ev.info
(13) www.ocit.org/
(14) http://www.frame-online.net/
(15) www.co-cities.eu
(16) www.cei.int
(17) http://www.ebsf.eu/
(18) http://www.w3.org/TR/vocab-dcat/
(19) E.g. “Intermodal verkehrsgraph graphenintegrationsplattform (GIP)” http://www.fsv.at/shop/produktdetail.aspx?IDProdukt=837823b7-8697-45e8-9dc6-063924066176
(20) Transmodel, il-Mudell Ewropew ta' Dejta ta' Referenza għat-Trasport Pubbliku, EN 12896:2006 (Transmodel 5.1) kif ukoll EN 12896:2014 (Transmodel V6: Parti 1 sa 3)
(21) IFOPT, (EN 28701) standard Ewropew li jiddefinixxi mudell ta' dejta għall-Identifikazzjoni ta' Oġġetti Stabbiliti fit-Trasport Pubbliku (eż. punti ta' waqfien, żoni ta' waqfien, stazzjonijiet, perkorsi pedonali għan-navigazzjoni, dħulijiet, eċċ.) — bħalissa integrati f'EN 12896: 2014
(22) SIRI (FprEN 15531-1 sa 3 u CEN/TS 15531-4 u 5) Standard Ewropew li jiddefinixxi l-Interkonnessjoni tas-Servizz għal Informazzjoni f'Ħin Reali relatata mal-attivitajiet tat-trasport pubbliku
(23) NeTEX huwa bbażat fuq Transmodel 5.1, huwa estiż b'kunċetti addizzjonali mill-IFOPT u SIRI, u huwa maqsum fi tliet partijiet: Parti 1 — In-Netwerk tat-Trasport; il-Parti 2 — Skedi u Parti 3 — Nollijiet:
|
— |
CEN/TS 16614-1; Netwerk u Skambju ta' Skedi — Parti 1: Topoloġija tan-Netwerk (NeTEx) |
|
— |
CEN/TS 16614-2; Netwerk u Skambju ta' Skedi — Parti 2: Informazzjoni dwar il-Ħin (NeTEx) |
|
— |
WI 00278330 (prCEN/TS 16614-3), Netwerk u Skambju ta' Skedi — Parti 3: Informazzjoni dwar Nollijiet (NeTEx) |
(24) IOPTA, Applikazzjonijiet Interoperabbli tat-Trasport Pubbliku, EN 15320 flimkien ma' EN 1545 dwar sistemi ta' karti ta' identifikazzjoni — Applikazzjonijiet għal trasport tal-wiċċ
(25) EN ISO 24014-1:2007, Trasport pubbliku — Sistema interoperabbli tal-immaniġġjar tan-nollijiet — Parti 1: Arkitettura
|
— |
CEN ISO/TR, 24014-2:2013 Trasport pubbliku — Sistema interoperabbli tal-immaniġġjar tan-nollijiet — Parti 2: Prattiki tan-negozju (ISO/TR 24014-2:2013) |
|
— |
ISO/IEC 14443 Kards taċ-ċirkwit mingħajr kuntatt integrati — Kards ta' prossimità, partijiet 1-4 |
|
— |
ISO/IEC 18092 Komunikazzjoni fil-Kamp Viċin |
(26) ETSI TS 101 556-3 V1.1.1 (2014-10); Sistemi ta' Trasport Intelliġenti (ITS); Infrastruttura għall-Komunikazzjonijiet tal-Vetturi; Parti 1: “Speċifikazzjoni ta' Notifika ta' Punti ta' Ċċarġjar ta' Vettura Elettrika”; u Parti 3: “Sistema ta' Komunikazzjonijiet għall-ippjanar u r-riserva ta' provvista ta' enerġija EV li tuża netwerks mingħajr wajers”
(27) CEN/TS 16157 Partijiet 1 — 6: Sistemi ta' trasport intelliġenti — speċifikazzjonijiet għall-iskambju ta' dejta DATEX II għall-immaniġġjar u l-informazzjoni tat-traffiku.
(28) http://ec.europa.eu/transport/themes/its/news/c-its-deployment-platform_en.htm
(29) http://www.frame-online.net/?q=e-frame-project.html
ANNESS II
STANDARDS EWROPEJ U L-ISTRUMENTI TA' STANDARDIZZAZZJONI EWROPEJ, U SKADENZI GĦALL-ADOZZJONI
1. KAŻIJIET DWAR L-UŻU, ARKITETTURA ITS URBANA, U IMPLIMENTAZZJONI
Tabella 1
Standards Ewropej u l-istrumenti ta' standardizzazzjoni Ewropej għal każijiet dwar l-użu, arkitettura ITS urbana, u implimentazzjoni
|
Informazzjoni ta' referenza |
Skadenza għall-adozzjoni (1) |
|
Strument ta' standardizzazzjoni Ewropew dwar każijiet dwar l-użu jindirizza t-tliet oqsma ta' din it-talba u jenfasizza l-interdipendenzi possibbli tagħhom |
12-il xahar min-notifika ta' din id-Deċiżjoni lill-ESOs |
|
Strument ta' standardizzazzjoni Ewropew għall-arkitettura ITS urbana li jintegra t-tliet oqsma ta' din it-talba u jenfasizza konnessjonijiet jew interfaċji ma' applikazzjonijiet ITS tal- madwar kif ukoll kompatibilità u koerenza ma' standards eżistenti, speċifikazzjonijiet tekniċi, mudelli ta' dejta |
12-il xahar min-notifika ta' din id-Deċiżjoni lill-ESOs |
|
Strument ta' standardizzazzjoni Ewropew dwar strateġija ta' użu inkluża gwida prattika għall-implimentazzjoni tal-istandards Ewropej ta' din it-talba |
39 xahar min-notifika ta' din id-Deċiżjoni lill-ESOs |
2. SERVIZZI INFORMATTIVI MULTIMODALI, LI JIKKONTRIBWIXXU GĦAL MOBBILTÀ MINGĦAJR XKIEL
Tabella 2
Standards Ewropej u l-istrumenti ta' standardizzazzjoni Ewropej ġodda mitluba għal servizzi informattivi multimodali
|
Informazzjoni ta' referenza |
Skadenza għall-adozzjoni |
||||
|
Standards Ewropej għal:
|
39 xahar min-notifika ta' din id-Deċiżjoni lill-ESOs |
||||
|
Strument ta' standardizzazzjoni Ewropew dwar mudell ta' dejta ta' referenza, dizzjunarju ta' dejta komuni u struttura ta' metadejta għal servizzi ta' informazzjoni multimodali |
39 xahar min-notifika ta' din id-Deċiżjoni lill-ESOs |
3. IMMANIĠĠJAR TAT-TRAFFIKU, INKLUŻ IR-REGOLAMENT DWAR L-AĊĊESS
Tabella 3
Standards Ewropej u l-istrumenti ta' standardizzazzjoni Ewropej ġodda mitluba għall-ġestjoni tat-traffiku, inkluż ir-regolamentazzjoni dwar l-aċċess
|
Informazzjoni ta' referenza |
Skadenza għall-adozzjoni |
||||
|
Standards Ewropej għal:
|
39 xahar min-notifika ta' din id-Deċiżjoni lill-ESOs |
||||
|
Standards Ewropej jew Strumenti ta' Standardizzazzjoni Ewropej dwar mudell ta' dejta ta' referenza, dizzjunaarju dwar dejta komuni u struttura metadejta għall-ġestjoni tat-traffiku inkluż ir-regolamentazzjoni tal-aċċess |
39 xahar min-notifika ta' din id-Deċiżjoni lill-ESOs |
4. LOĠISTIKA URBANIA, INKLUŻ L-IMMANIĠĠJAR TAL-PARKEĠĠI
Tabella 4
Standards Ewropej u l-istrumenti ta' standardizzazzjoni Ewropej ġodda mitluba għal-loġistika urbana, inkluż l-immaniġġjar tal-parkeġġi
|
Informazzjoni ta' referenza |
Skadenza għall-adozzjoni |
||||
|
Standards Ewropej għal:
|
39 xahar min-notifika ta' din id-Deċiżjoni lill-ESOs |
||||
|
Strument ta' standardizzazzjoni Ewropew dwar mudell ta' dejta ta' referenza, dizzjunarju ta' dejta komuni u struttura ta' metadejta għal loġistika urbana, inkluż l-immaniġġjar tal-parkeġġi |
39 xahar min-notifika ta' din id-Deċiżjoni lill-ESOs |
(1) L-adozzjoni tagħmel referenza għal dak il-mument meta l-organizzazzjoni tal-istandardizzazzjoni Ewropea rilevanti tagħmel standard disponibbli għall-membri tagħha jew għall-pubbliku.
(2) Speċifikazzjonijiet għall-iskambju ta' dejta DATEX II għall-immaniġġjar u għall-informazzjoni dwar it-traffiku — CEN/TS 16157 Parti 6 — estensjoni tal-parkeġġi