Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015R1518

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1518 tal-14 ta' Settembru 2015 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' bijodiżil li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka wara rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009

    ĠU L 239, 15.9.2015, p. 69–98 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 02/08/2021: This act has been changed. Current consolidated version: 14/08/2018

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/1518/oj

    15.9.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 239/69


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1518

    tal-14 ta' Settembru 2015

    li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' bijodiżil li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka wara rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tla-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(2) tiegħu,

    Wara li kkonsultat l-Istati Membri,

    Billi:

    1.   PROĊEDURA

    1.1.   Il-miżuri fis-seħħ

    (1)

    Bir-Regolament (KE) Nru 599/2009 (2), il-Kunsill impona dazju antidumping definittiv li jifrex minn EUR 0 sa EUR 198,0 għal kull tunnellata fuq l-importazzjonijiet ta' esteri monoalkiliċi ta' aċidi xaħmin u/jew żejt tal-gass paraffiniku miksub minn sinteżi u /jew trattament idriku, ta' oriġini mhux mill-fossili, magħruf b'mod komuni bħala “bijodiżil”, f'forma pura jew f'taħlita li fiha skont il-piż aktar minn 20 % ta' esteri monoalkiliċi ta' aċidi xaħmin u/jew trattament idriku, ta' oriġini mhux mill-fossili, li f'dak iż-żmien kienu jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 1516 20 98 (kodiċi TARIC 1516209820), ex 1518 00 91 (kodiċi TARIC1518009120), ex 1518 00 99 (kodiċi TARIC 1518009920), ex 2710 19 41 (kodiċi TARIC 2710194120), 3824 90 91, ex 3824 90 97 (kodiċi TARIC 3824909787), u li joriġinaw fl-Istati Uniti tal-Amerka (“USA” jew “il-pajjiż ikkonċernat”). Id-dazju antidumping impost minn dan ir-Regolament minn issa 'l quddiem jissejjaħ “miżuri eżistenti”.

    (2)

    Bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 444/2011 (3), wara investigazzjoni kontra ċ-ċirkomvenzjoni, il-Kunsill estenda d-dazju antidumping definittiv impost bir-Regolament (KE) Nru 599/2009 fuq l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' bijodiżil ikkunsinnati mill-Kanada, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Kanada kif ukoll jekk le, bl-eċċezzjoni ta' dawk prodotti mill-kumpaniji BIOX Corporation, Oakville u Rothsay Biodiesel, Guelph, Ontario, il-Kanada. Permezz tal-istess Regolament, il-Kunsill estenda wkoll id-dazju antidumping definittiv impost mir-Regolament (KE) Nru 599/2009 għall-importazzjonijiet tal-bijodiżil f'taħlita li fiha skont il-piż 20 % jew inqas ta' esteri monoalkiliċi aċidi xaħmin u/jew żejt tal-gass paraffiniku miksuba minn sinteżi u/jew trattament idriku, ta' oriġini mhux mill-fossili, li joriġinaw fl-Istati Uniti tal-Amerka.

    1.2.   Miżuri fis-seħħ fir-rigward ta' pajjiżi terzi oħra

    (3)

    Barra mill-ambitu ta' dan il-proċediment, il-miżuri antidumping dwar il-bijodiżil huma attwalment fis-seħħ fuq l-importazzjonijiet mill-Arġentina u l-Indoneżja (4).

    1.3.   Talba għal rieżami ta' skadenza

    (4)

    Wara l-pubblikazzjoni ta' notifika ta' skadenza imminenti (5) tal-miżuri antidumping fis-seħħ fir-rigward ta' importazzjonijiet ta' bijodiżil li joriġinaw miIl-Istati Uniti tal-Amerka, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) rċeviet talba għal rieżami skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

    (5)

    It-talba tressqet fid-9 ta' April 2014 mill-European Biodiesel Board (“l-applikant” jew “EBB”) f'isem il-produtturi li jirrappreżentaw aktar minn 25 %, tal-produzzjoni totali tal-bijodiżil tal-Unjoni. It-talba kienet ibbażata fuq ir-raġunijiet li l-iskadenza tal-miżuri aktarx twassal għal rikorrenza ta' dumping u għal rikorrenza ta' ħsara għall-industrija tal-Unjoni.

    1.4.   Bidu ta' rieżami ta' skadenza

    (6)

    Billi ddeterminat, wara li kkonsultat mal-Kumitat, stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku li kien hemm biżżejjed evidenza li tiġġustifika l-bidu ta' rieżami ta' skadenza, il-Kummissjoni ħabbret fl-10 ta' Lulju 2014, permezz ta' Notifika ta' Bidu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea  (6) (“in-Notifika ta' bidu”), il-bidu ta' rieżami ta' skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

    (7)

    Fl-istess jum, il-Kummissjoni tat bidu għal rieżami ta' skadenza tal-miżuri kompensatorji fis-seħħ fuq l-importazzjonijiet tal-bijodiżil li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka. Dan huwa proċediment parallel iżda distint li huwa ttrattat permezz ta' Regolament separat.

    1.5.   Il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami u l-perjodu kkunsidrat

    (8)

    L-investigazzjoni tal-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' dumping u ħsara kopriet il-perjodu mill-1 ta' Lulju 2013 sat-30 ta' Ġunju 2014 ('il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami jew “PIR”). L-eżami tat-tendenzi rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' ħsara kopra l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2011 sa tmiem il-perjodu ta' investigazzjoni ta' rieżami (“il-perjodu kkunsidrat”).

    1.6.   Il-partijiet interessati

    (9)

    Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati jikkuntattjawha sabiex jipparteċipaw fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni speċifikament infurmat lill-ilmentatur, lil produtturi magħrufa oħrajn tal-Unjoni, lill-produtturi esportaturi magħrufa fl-Istati Uniti tal-Amerka u lill-awtoritajiet tal-Istati Uniti tal-Amerka, lil importaturi, fornituri u utenti, kummerċjanti magħrufa, kif ukoll lill-assoċjazzjonijiet meqjusa bħala kkonċernati dwar il-bidu tal-investigazzjoni, u stednithom jieħdu sehem.

    (10)

    Il-partijiet interessati kellhom l-opportunità li jikkummentaw dwar il-bidu tal-investigazzjoni u li jitolbu smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti kummerċjali.

    1.7.   Il-kampjunar

    (11)

    Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni indikat li hija tista' tieħu kampjuni mill-partijiet interessati skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

    (a)   Il-kampjunar tal-produtturi tal-Unjoni

    (12)

    Fin-Notifika ta' Bidu, il-Kummissjoni ħabbret li hija kienet għażlet proviżorjament kampjun tal-produtturi tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għażlet il-kampjun fuq il-bażi tal-akbar volum ta' produzzjoni u bejgħ rappreżentattiv filwaqt li żgurat firxa ġeografika. Dan il-kampjun provviżorju kien jikkonsisti minn seba' produtturi tal-Unjoni li jinsabu f'seba' Stati Membri differenti, li ammontaw għal kważi 30 % tal-produzzjoni tal-bijodiżil fl-Unjoni. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jagħtu l-kummenti tagħhom dwar dan il-kampjun provviżorju.

    (13)

    Kumpanija waħda fl-Italja talbet li tiġi inkluża fil-kampjun. Madankollu, din il-kumpanija bdiet l-attivitajiet tagħha sa tmiem l-2013 wara li akkwistat impjant tal-bijodiżil minn produttur ta' bijodiżil ieħor Taljan, li ġie inkluż f'dan il-kampjun provviżorju. Fin-nuqqas ta' dejta storika meħtieġa għall-valutazzjoni tat-tendenzi rilevanti matul il-perjodu kkunsidrat u l-fatt li kumpanija Taljana oħra diġà ġiet inkluża f'dan il-kampjun provviżorju ġie deċiż li din il-kumpanija ma tiġix inkluża fil-kampjun.

    (14)

    In-National Biodiesel Board (“NBB”) ikkummenta li l-kampjun magħżul b'mod provviżorju kien differenti mill-kampjun magħżul fl-investigazzjonijiet preċedenti dwar il-bijodiżil u rrefera għal żewġ kumpaniji b'volumi kbar ta' produzzjoni u ta' bejgħ li issa ma kinux ġew inklużi. Madankollu, iż-żewġ kumpaniji identifikati mill-NBB jew kienu relatati ma' kumpanija oħra b'volumi ta' bejgħ ogħla diġà inklużi fil-kampjun, jew kellhom volum ta' bejgħ inqas minn kumpanija magħżula b'mod provviżorju fl-istess Stat Membru. Għalhekk, l-inklużjoni ta' waħda minn dawn iż-żewġ kumpaniji ma kinitx se tbiddel ir-rappreżentattività tal-kampjun magħżul b'mod provviżorju. Il-kampjun magħżul b'mod provviżorju kien għalhekk ikkonfermat bħala kampjun rappreżentattiv tal-industrija tal-Unjoni.

    (15)

    Wara d-divulgazzjoni, il-Gvern tal-Istati Uniti afferma li kampjun li jirrappreżenta 30 % tal-industrija tal-Unjoni ma jistax jitqies li jirrappreżenta l-industrija tal-bijodiżil fl-Unjoni kollha kemm hi u li l-mikroindikaturi kellhom jiġu analizzati fuq bażi usa'. Il-Gvern tal-Istati Uniti jirreferi għas-sejba tal-Korp tal-Appell tad-WTO fil-każ KE — Qfieli (Fasteners) li fih kampjun ta' 27 % kien ikkunsidrat baxx fi proporzjon mat-total u li jkun jikkostitwixxi proporzjon kbir fil-każ ta' industriji frammentati.

    (16)

    Il-Kummissjoni, għall-kuntrarju tal-investigazzjoni Qfieli, ddefiniet għall-fini ta' din l-investigazzjoni, l-industrija tal-Unjoni bħala l-industrija kollha kemm hi u mhux biss il-kumpaniji inklużi fil-kampjun (ara l-premessa 93 ta' hawn taħt). Barra minn hekk, il-mikroindikaturi kollha ġew ivvalutati fuq il-bażi tal-industrija kollha kemm hi filwaqt li uħud biss mill-mikroindikaturi ġew analizzati fil-livell tal-kumpaniji fil-kampjun. Madankollu, l-analiżi globali tas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni kienet ibbażata fuq valutazzjoni kemm tal-mikroindikaturi kif ukoll tal-makroindikaturi. Fi kwalunkwe każ, l-industrija tal-Unjoni hija kkunsidrata bħala industrija frammentata billi hija magħmula minn aktar minn 200 produttur li jinsabu madwar l-Unjoni u li l-parti l-kbira minnhom hija intrapriżi żgħar u ta' daqs medju. Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-kampjun, li jirrappreżenta 30 % tal-industrija tal-Unjoni, huwa rappreżentattiv u l-ilment għaldaqstant ma ntlaqax.

    (b)   Il-kampjunar tal-importaturi

    (17)

    Biex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-importaturi mhux relatati biex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta' Bidu.

    (18)

    Kienu biss ftit dawk l-importaturi mhux relatati li pprovdew l-informazzjoni mitluba u li qablu li jkunu inklużi fil-kampjun. Minħabba n-numru żgħir, il-Kummissjoni ddeċidiet li l-kampjunar ma kienx meħtieġ.

    (c)   Il-kampjunar ta' produtturi esportaturi fl-Istati Uniti tal-Amerka

    (19)

    Biex tiddeċiedi jekk il-kampjunar huwiex meħtieġ, u jekk iva, biex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi esportaturi kollha fl-Istati Uniti tal-Amerka sabiex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta' Bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-missjoni tal-Istati Uniti tal-Amerka għall-Unjoni Ewropea biex tidentifika u/jew tikkuntattja produtturi esportaturi oħra, jekk ikun hemm, li jistgħu jkunu interessati li jipparteċipaw fl-investigazzjoni.

    (20)

    27 produttur fl-Istati Uniti wieġbu lill-Kummissjoni, iżda 9 biss bagħtu d-dejta dwar il-bejgħ tal-esportazzjoni u/jew domestiku, kif mitlub fl-Anness I tan-Notifika ta' Bidu għall-finijiet tat-teħid ta' kampjuni. L-ebda wieħed minnhom ma kien qed jesporta lejn l-Unjoni matul il-PIR. Il-Kummissjoni għażlet kampjun ta' tliet produtturi esportaturi bl-ikbar volum ta' bejgħ domestiku u ta' esportazzjoni. Skont l-Artikolu 17(2) tar-Regolament bażiku, il-produtturi esportaturi magħrufa u kkonċernati kollha, u l-awtoritajiet tal-Istati Uniti tal-Amerka, ġew ikkonsultati dwar l-għażla tal-kampjun. Ma sar l-ebda kumment.

    (21)

    Ebda wieħed mill-produtturi inklużi fil-kampjun ma pprovda tweġiba għall-kwestjonarju sad-data ta' skadenza. Fis-7 ta' Ottubru 2014, il-Kummissjoni infurmat lit-tliet produtturi esportaturi fil-kampjun dwar dan in-nuqqas ta' tweġiba.

    (22)

    Fl-10 ta' Ottubru 2014, produttur esportatur wieħed inkluż fil-kampjun informa lill-Kummissjoni li huwa kien għażel li ma jweġibx il-kwestjonarju. Iż-żewġ produtturi esportaturi l-oħra fil-kampjun talbu diversi estensjonijiet tal-iskadenza, li ngħataw, iżda ma ġewx sottomessi tweġibiet sħaħ.

    (23)

    Fl-10 ta' Novembru 2014, il-Kummissjoni bagħtet ittra lit-tliet kumpaniji fil-kampjun dwar l-intenzjoni li jkun applikat l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku u li jiġu bbażati s-sejbiet tal-investigazzjoni fuq il-fatti disponibbli. L-awtoritajiet tal-Istati Uniti tal-Amerka kienu wkoll infurmati dwar din l-intenzjoni. L-iskadenza biex wieħed jipprovdi l-kummenti għall-ittra kienet il-21 ta' Novembru 2014.

    (24)

    Sal-21 ta' Novembru 2014, tnejn mill-kumpaniji fil-kampjun ma taw l-ebda reazzjoni u l-kumpanija l-oħra fil-kampjun spjegat li l-limitu ta' żmien ma kienx biżżejjed għalihom biex jagħtu t-tweġiba tagħhom.

    (25)

    Għaldaqstant, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-ebda wieħed mill-produtturi esportaturi fil-kampjun fl-Istati Uniti tal-Amerka ma kkoopera fl-investigazzjoni tar-rieżami ta' skadenza. B'konsegwenza ta' dan, il-Kummissjoni ddeċidiet li tapplika d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku u li, konsegwentement, is-sejbiet, pożittivi jew negattivi, ikunu jistgħu jiġu magħmula fuq il-bażi tal-fatti disponibbli.

    (26)

    Il-kumpanija Cargill Inc., ġibdet l-attenzjoni li r-Regolament (KE) Nru 599/2009 kien stabbilixxa marġini ta' dumping de minimis u b'hekk kien impona rata ta' dazju antidumping definittiv ta' 0 % fuq il-bijodiżil ta' orġini mill-Istati Uniti tal-Amerka prodott u esportat minnhom. Huma nnutaw ukoll li skont is-sejbiet tal-Korp tal-Appell tad-WTO fir-rapport “Mexico Rice (7)” produttur esportatur li ma nstabx li qed jagħmel dumping f'investigazzjoni oriġinali ma jistax ikun soġġett għar-rieżami ta' skadenza tal-miżuri antidumping.

    (27)

    Il-kumpanija Cargill Inc. għalhekk talbet li tkompli tiġi eżentata mid-dazji antidumping, irrispettivament mir-riżultat tar-rieżami ta' skadenza. Din it-talba ntlaqgħet.

    1.8.   It-tweġibiet għall-kwestjonarju u ż-żjarat ta' verifika

    (28)

    Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun u lil importaturi, kummerċjanti u utenti mhux relatati, li kienu għamlu lilhom infushom magħrufin fil-limiti taż-żmien stabbiliti fin-Notifika ta' Bidu.

    (29)

    Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha li hija qieset bħala meħtieġa għad-determinazzjoni tad-dumping, il-ħsara li tirriżulta u l-interess tal-Unjoni. Iż-żjarat ta' verifika skont l-Artikolu 16 tar-Regolament bażiku saru fil-bini tal-kumpaniji li ġejjin:

    Produtturi tal-Unjoni

    Bio-Oils Huelva S.L., Huelva, Spanja,

    Biopetrol Rotterdam BV, Rotterdam, in-Netherlands,

    Diester industrie SAS, Rouen, Franza,

    Novaol S.R.L., Milan, l-Italja,

    Preol a.s., Lovosice, ir-Repubblika Ċeka,

    Rafineria Trzebinia S.A., Trzebinia, il-Polonja,

    Verbio Vereinigte BioEnergie AG, Leipzig, il-Ġermanja.

    1.9.   Divulgazzjoni

    (30)

    Fit-3 ta' Ġunju 2015, il-Kummissjoni żvelat lill-partijiet interessati kollha l-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom kienet beħsiebha tipproponi li żżomm il-miżuri antidumping fis-seħħ u stiednet lill-partijiet interessati kollha sabiex jikkummentaw. Il-kummenti magħmula mill-partijiet interessati ġew ikkunsidrati mill-Kummissjoni u ttieħdu inkonsiderazzjoni, fejn xieraq.

    (31)

    Wara d-divulgazzjoni finali l-NBB talab u ngħata seduta ta' smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċeduri kummerċjali.

    2.   IL-PRODOTT RIEŻAMINAT U L-PRODOTT SIMILI

    2.1.   Il-prodott rieżaminat

    (32)

    Il-prodott rieżaminat hu l-istess bħal dak tal-investigazzjoni li twassal għall-impożizzjoni tal-miżuri eżistenti (“l-investigazzjoni oriġinali”), jiġifieri esteri monoalkiliċi ta' aċidi xaħmin u/jew żejt tal-gass paraffiniku miksub minn sinteżi u/jew trattament idriku, ta' oriġini mhux mill-fossili, normalment magħruf bħala “bijodiżil”, f'forma pura jew f'taħlita li fiha skont il-piż iktar minn 20 % ta' esteri monoalkiliċi ta' aċidi xaħmin u/jew żejt tal-gass paraffiniku miksub minn sinteżi u/jew trattament idriku, ta' oriġini mhux mill-fossili, li jorġina mill-Istati Uniti tal-Amerka, u li bħalissa huwa kklassifikat taħt il-kodiċijiet NM ex 1516 20 98, ex 1518 00 91, ex 1518 00 99, ex 2710 19 43, ex 2710 19 46, ex 2710 19 47, ex 2710 20 11, ex 2710 20 15, ex 2710 20 17, ex 3824 90 92, ex 3826 00 10 u ex 3826 00 90 (“il-prodott rieżaminat”).

    (33)

    Il-bijodiżil huwa sors ta' enerġija rinnovabbli użat fis-settur tat-trasport għall-magni diżil. Madankollu il-magni konvenzjonali ma jistgħux jaħdmu bil-bijodiżil pur, iżda b'taħlita ta' diżil minerali u kontenut limitat ta' bijodiżil.

    (34)

    Il-bijodiżil prodott fl-Istati Uniti huwa qabel kollox “ester metiliku tal-aċidi xaħmin” (FAME) li ġej minn firxa wiesgħa ta' żjut veġetali (żejt tal-fażola tas-sojja, żejt tal-palm, żejt taż-żerriegħa tal-kolza) u żjut użati tal-qali, xaħmijiet tal-annimali jew bijomassa li jservu bħala materja prima għall-bijodiżil. It-terminu “esteru” (ester) jirreferi għat-trans-esterifikazzjoni taż-żjut veġetali, jiġifieri, it-taħlit taż-żejt mal-alkoħol. It-terminu “metil” jirreferi għall-metanol; l-iżjed alkoħol komunement użat fil-proċess, għalkemm l-etanol jista' jintuża wkoll fil-proċess ta' produzzjoni, li jirriżulta f'“esteri etiliċi tal-aċidi xaħmin”.

    (35)

    It-tipi kollha ta' bijodiżil u l-bijodiżil fit-taħlitiet, minkejja differenzi possibbli f'termini ta' materja prima użata għall-produzzjoni, jew varjanti fil-proċess ta' produzzjoni, għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi, kimiċi u tekniċi bażiċi jew simili ħafna u jintużaw għall-istess finijiet. Il-varjazzjonijiet possibbli fil-prodott ikkonċernat li qed jiġi investigat ma jibdlux id-definizzjoni bażika tiegħu, il-karatteristiċi tiegħu jew il-perċezzjoni li bosta partijiet għandhom tiegħu. B'mod partikolari, mill-perspettiva tal-utent finali ta' fjuwil tad-diżil, ma tagħmel l-ebda differenza jekk it-taħlita disponibbli fil-pompa tkun magħmula minn materja prima waħda partikolari għall-bijodiżil.

    2.2.   Il-prodott simili

    (36)

    Bħal fl-investigazzjoni oriġinali, il-bijodiżil mibjugħ fis-suq domestiku fl-Istati Uniti tal-Amerka u l-bijodiżil tal-Istati Uniti tal-Amerka mibjugħ għall-esportazzjoni għandhom l-istess karatteristiċi u użi fiżiċi u tekniċi bażiċi. Bl-istess mod, il-bijodiżil prodott u mibjugħ fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni għandu l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bażiċi u użi tal-prodott esportat mill-Istati Uniti tal-Amerka lejn l-Unjoni. Għalhekk, huma prodotti simili għall-għanijiet tal-investigazzjoni attwali skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

    2.3.   Dikjarazzjonijiet rigward l-ambitu tal-prodott

    (37)

    Il-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerka (GSU) stqarr li d-diżil magħmul mill-bijomassa (8) huwa kategorija ta' prodotti usa' mill-prodott rieżaminat. Madankollu, kif imniżżel fir-Regolament li jimponi dazji kumpensatorji provviżorji fl-investigazzjoni oriġinali (9), it-tipi kollha ta' bijodiżil u t-taħlitiet ta' bijodiżil, inkluż id-diżil prodott mill-bijomassa, jitqiesu li huma fjuwils tal-bijodiżil u li huma parti minn pakkett leġiżlattiv li jikkonċerna l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u l-enerġija li tiġġedded u l-fjuwils alternattivi. Ir-raġuni hija li l-bijodiżil prodott mill-bijomassa għandu l-istess karatteristiċi u użi fiżiċi u tekniċi bażiċi bħal dawk tal-bijodiżil prodott minn sorsi oħra. Is-sejba fl-investigazzjoni oriġinali ma kienet ikkontestata minn ebda parti interessata u tibqa' valida f'dan ir-rieżami ta' skadenza. Konsegwentement, il-Kummissjoni tiċħad din id-dikjarazzjoni mill-USG.

    3.   IL-PROBABBILTÀ TA' KONTINWAZZJONI JEW RIKORRENZA TA' DUMPING

    (38)

    Skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk l-iskadenza tal-miżuri eżistenti tistax x'aktarx twassal għal kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' dumping.

    3.1.   Il-kummenti preliminari

    (39)

    Minħabba n-nuqqas ta' kooperazzjoni mill-produtturi magħżula fil-kampjun imsemmija fil-premessa 25 hawn fuq, ma kienx possibbli li ssir analiżi bbażata fuq dejta vverifikata pprovduta mill-produtturi tal-Istati Uniti. Għaldaqstant, il-Kummissjoni użat is-sorsi ta' tagħrif li ġejjin: id-dejta pprovduta minn xi produtturi tal-bijodiżil tal-Istati Uniti fl-istadju tal-bidu bi tweġiba għall-kwestjonarji għall-fini tat-teħid tal-kampjunar, l-Eurostat, it-talba għal rieżami ta' skadenza, is-sottomissjonijiet sussegwenti mill-applikant, tan-National Biodiesel Board, is-siti elettroniċi tal-Amministrazzjoni Informatika tal-Enerġija tal-Istati Uniti u d-Dipartiment tal-Enerġija tal-Istati Uniti tal-Amerka, u l-Kummissjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali.

    3.2.   Id-Dumping ta' importazzjonijiet matul il-PIR

    (40)

    Wara l-impożizzjoni tal-miżuri fl-2009, l-importazzjonijiet ta' bijodiżil mill-Istati Uniti tal-Amerka lejn l-Unjoni naqsu għal kważi żero, bi kwantità żgħira ħafna biss esportata fl-2013 u matul il-PIR. F'dawn iċ-ċirkostanzi, ma kienx meqjus rilevanti li jiġi vvalutat il-livell ta' dumping fil-PIR. Għalhekk jista' jiġi konkluż li ma kienx hemm kontinwazzjoni ta' dumping matul il-PIR.

    3.3.   Evidenza tal-probabbiltà ta' rikorrenza ta' dumping

    (41)

    Il-Kummissjoni analizzat jekk kienx hemm evidenza ta' probabbiltà ta' rikorrenza ta' dumping jekk il-miżuri jiskadu. B'mod partikolari, ġew eżaminati l-elementi li ġejjin: ir-relazzjoni bejn il-prezzijiet tal-prodott immanifatturat u mibjugħ fl-Unjoni u fl-Istati Uniti tal-Amerka, ir-relazzjoni bejn il-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi u l-prezzijiet fl-Istati Uniti tal-Amerka, ir-relazzjoni bejn il-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi u l-livell tal-prezzijiet fl-Unjoni, il-kapaċitajiet mhux użati u l-prattiki ta' ċirkomvenzjoni u assorbiment.

    3.3.1.   Ir-relazzjoni bejn il-prezzijiet tal-prodott immanifatturat u mibjugħ fl-Unjoni u fl-Istati Uniti tal-Amerka

    (42)

    Fin-nuqqas ta' kooperazzjoni mill-produtturi ta' bijodiżil tal-Istati Uniti, is-servizzi tal-Kummissjoni jużaw tliet sorsi ta' informazzjoni għall-istabbiliment tal-prezz ta' bejgħ domestiku ta' bijodiżil fl-Istati Uniti tal-Amerka matul il-PIR: (i) it-tweġibiet għall-kwestjonarju mibgħut fl-istadju inizjali għall-finijiet ta' kampjunar, sottomessi minn għadd ta' produtturi ta' bijodiżil tal-Istati Uniti fl-istadju inizjali; (ii) informazzjoni pprovduta mill-NBB msejsa fuq informazzjoni miġbura minn servejer tas-suq bl-isem ta'“Jacobsen”; u (iii) informazzjoni pprovduta mill-applikant ibbażata fuq l-informazzjoni miġbura mis-Servizz ta' Informazzjoni tal-Prezz taż-Żejt (OPIS).

    (43)

    Id-dejta minn dawn it-tliet sorsi tinkludi livelli differenti ta' prezzijiet ta' kummerċ u kundizzjonijiet incoterm. Madankollu, il-valuri huma qrib ħafna ta' xulxin. Il-medja tal-valuri minn dawn it-tliet sorsi hija ta' USD 1 196,93 għal kull tunnellata metrika. Bir-rata tal-kambju medja tal-euro/dollaru matul il-PIR (1 EUR = 1,356 USD), dan l-ammont jikkorrispondi għal prezz tal-bejgħ domestiku tal-Istati Uniti ta' EUR 883 għal kull tunnellata metrika (10).

    (44)

    Il-prezzijiet medji mill-fabbrika ta' bijodiżil mibjugħ fl-Unjoni mill-produtturi tal-Unjoni matul il-PIR, kif spjegat fit-Tabella 8 hawn taħt, kien ta' EUR 905 għal kull tunnellata metrika (USD 1 227,18).

    (45)

    Sabiex jerġgħu jidħlu fis-suq tal-Unjoni, il-produtturi tal-Istati Uniti jeħtieġ li jbigħu bi prezz aktar baxx minn EUR 905 għal kull tunnellata metrika. Il-prezz finali tagħhom għandu jkopri wkoll il-kostijiet ta' trasport ta' merkanzija bil-baħar u ta' assigurazzjoni u d-dazju doganali eżistenti (6,5 %) applikabbli għal bijodiżil. Skont id-dejta miksuba matul l-investigazzjoni, dan ikun jammonta għal madwar EUR 100 għal kull tunnellata metrika. Il-Kummissjoni bbażat dan l-ammont fuq l-ammont ta' dazji doganali, tat-trasport u tal-merkanzija, kif ikkalkulat mill-NBB (madwar EUR 94) u aġġustatu għal EUR 100 biex ikopri wkoll xi spejjeż ta' wara l-importazzjoni addizzjonali.

    (46)

    Bħala konsegwenza, jekk il-produtturi tal-Istati Uniti jerġgħu jibdew l-esportazzjonijiet lejn l-UE, ikun jeħtieġ li jagħmlu dan bi prezz mill-fabbrika (inqas minn EUR 805 għal kull tunnellata metrika) li jkun inqas mill-prezz tal-bejgħ domestiku tagħhom fl-Istati Uniti, u għalhekk bi prezz li huwa l-oġġett ta' dumping. Fuq il-bażi taċ-ċirkostanzi li ġew deskritti f'iżjed dettall fil-premessi 63 u 71 rigward, rispettivament, il-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi u l-kapaċità ta' riżerva, huwa probabbli li l-produtturi tal-Istati Uniti jissoktaw bl-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni jekk il-miżuri fis-seħħ jitħallew jiskadu, peress li dan jippermettilhom inaqqsu l-kostijiet tal-unità ta' produzzjoni, kif spjegat f'iktar dettall fil-premessa 72 hawn taħt.

    (47)

    Wara d-divulgazzjoni finali, l-NBB esprima dubji dwar l-eżattezza tal-prezzijiet medji tal-bejgħ domestiku stabbiliti mill-Kummissjoni u fakkar li f'sottomissjoni tiegħu preċedenti, valur aktar baxx (EUR 789,36 għal kull tunnellata metrika) kien indikat, ibbażat fuq il-prezzijiet disponibbli mid-Dipartiment tal-Enerġija tal-Istati Uniti.

    (48)

    Il-Kummissjoni ma laqgħetx din it-talba għar-raġunijiet li ġejjin.

    (49)

    Rigward il-prezz medju indikat mill-NBB, ma jistax jiġi kkunsidrat bħala bażi preċiża, minħabba li kien il-prezz tal-bejgħ bl-imnut u mhux il-prezz kif joħroġ mill-fabbrika. B'mod aktar speċifiku, l-NBB pprovdiet medja fix-xahar tal-prezzijiet bl-imnut (fil-pompa) għall-bijodiżil fl-Istati Uniti tal-Amerka f'Lulju 2014, imkejla f'Ekwivalenti ta' Galluni ta' Petrol (Gasoline Gallons Equivalent (GGE)) u bl-użu tar-rata tal-kambju ta' punt wieħed partikolari ta' żmien biss, jiġifieri d-19 ta' Settembru 2014.

    (50)

    Rigward il-prezz medju kkalkulat mill-Kummissjoni, huwa valur raġjonevoli meta jitqies li ġie kkalkulat bl-użu tal-aħjar fatti disponibbli fin-nuqqas ta' kooperazzjoni min-naħa tal-produtturi tal-Istati Uniti. Huwa medja tal-prezzijiet iddikjarati minn xi produtturi tal-Istati Uniti fl-istadju tal-bidu, il-prezzijiet miġbura mill-istimatur “Jacobsen” kif previst mill-NBB innifsu u l-prezzijiet miġbura minn OPIS skont l-EBB. Kien medja sempliċi fin-nuqqas ta' informazzjoni dwar il-kwantitajiet li jippermetti li jiġi kkalkolat medja ponderata. Madankollu dawn it-tliet valuri kienu simili ħafna. Il-kundizzjonijiet incoterm u l-livell ta' kummerċ ma kinux magħrufa u ma setgħux jiġu kkunsidrati. Madankollu, il-prezzijiet OPIS ġew aġġustati biex jiġu konsidrati l-kostijiet raġonevoli tat-trasport fl-Istati Uniti tal-Amerka. Fid-dawl tad-differenza sinifikanti bejn il-prezzijiet domestiċi u tal-esportazzjoni, kull aġġustament għall-kundizzjonjiet incoterm u l-livell ta' kummerċ ma kienx ibiddel il-konklużjoni li jekk il-produtturi tal-Istati Uniti jridu jissoktaw bil-bejgħ lejn l-Unjoni, dawn ikollhom ibigħu bi prezzijiet li huma l-oġġett ta' dumping.

    (51)

    L-NBB kkontesta ukoll l-ammont ta' EUR 100 għal kull tunnellata metrika użata għall-kalkolu tal-prezz medju ta' esportazzjoni affidabbli li jibda mill-prezz medju tal-Unjoni tal-bijodiżil u minflok issuġġerixxa l-użu ta' EUR 110,49. Kif imsemmi fil-premessa hawn fuq, il-Kummissjoni użat l-ammonti ssuġġerit mill-NBB għal dazji tad-dwana, tat-trasport u tal-merkanzija. Il-Kummissjoni użat biss ammont aktar baxx ta' kostijiet ta' wara l-importazzjoni addizzjonali minn EUR 16,69 kif mistqarr mill-NBB, għaliex l-NBB ma jurix li l-ammont ta' importazzjoni għandha tkun ta' 2 % tal-valur CIF tal-fruntiera. Fi kwalunkwe każ, id-differenza bejn l-istima tal-Kummissjoni u dik tal-NBB hija marġinali u ma tbiddilx il-konklużjoni dwar il-probabbiltà ta' dumping, filwaqt li jitqies ukoll li l-ebdakalkoli ta' dumping preċiżi ma kienu meħtieġa f'dan ir-rigward.

    (52)

    L-NBB saħaq li, bħal fl-investigazzjoni oriġinali, aġġustament għal differenza fiżika għandhom ikunu ġew mogħtija sabiex jieħdu f'kunsiderazzjoni li l-materja prima agrikola ewlenija użata għall-produzzjoni tal-bijodiżil fl-Istati Uniti hija fażola tas-sojja billi fl-Unjoni li l-materja prima prinċipali użata hija ż-żerriegħa tar-rapa li tkun ta' kwalità ogħla u titlob primjum fil-prezz.

    (53)

    Għalhekk, it-talba trid tiġi miċħuda. Fl-investigazzjoni oriġinali l-aġġustament ingħata fuq il-bażi ta' tqabbil ta' dejta vverifikata mill-produtturi tal-Istati Uniti tal-Amerka u l-produtturi tal-Unjoni. Fin-nuqqas ta' kooperazzjoni mingħand il-produtturi tal-Istati Uniti f'din ir-rieżami tal-iskadenza, il-Kummissjoni tista' l-ewwel nett tistabbilixxi biss li aġġustament għandu jingħata. It-tieni, li kieku ingħata xi tip ta' aġġustament, il-Kummissjoni ma kinitx tkun tista' tistabbilixxi l-livell ta' aġġustament bħal dan. Iċ-ċirkostanzi li kienu jipprevalu fiż-żmien tal-investigazzjoni oriġinali nbidlu, b'mod partikolari t-taħlita tal-materja prima għall-produzzjoni użata kemm fl-UE kif ukoll fl-Istati Uniti biex jipproduċu l-bijodiżil m'għadhiex l-istess. Barra minn hekk, l-NBB saħaq aġġustament ta' 10 %, iżda ma ssostanzjax dan il-livell tal-aġġustament.

    (54)

    L-NBB u l-Gvern tal-Istati Uniti qalu li minħabba li l-prezz domestiku tal-Istati Uniti huwa ogħla minn dak il-prezz probabbli tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni, il-produtturi tal-Istati Uniti se jżidu l-bejgħ domestiku tagħhom aktar milli jesportaw lejn l-Unjoni, b'mod partikolari fid-dawl tal-konsum akbar fl-Istati Uniti.

    (55)

    Dan l-ilment huwa bla bażi u għandu jiġi miċħud. Il-konsum fl-Istati Uniti żdied f'dawn l-aħħar snin, l-aktar minħabba l-politiki tal-Gvern bħal inċentivi u miri obbligatorji stabbiliti fil-Programm ta' Fjuwils Rinnovabbli u l-iskemi ta' sussidju li jippromwovu l-produzzjoni u taħlit ta' bijodiżil. Madankollu, fuq il-bażi tad-dejta pprovduta mill-NBB nnifsu, il-konsum tal-bijodiżil fl-Istati Uniti fl-2014 naqas meta mqabbel mal-2013. Ma hemm l-ebda evidenza li l-konsum se jiżdied fl-2015 u l-2016. Għall-kuntrarju, l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku (11) tissuġġerixxi li l-miri għal użu obbligatorju ta' fjuwils rinnovabbli fl-Istati Uniti se jibqgħu stabbli fis-snin li ġejjin. Bħala konsegwenza, il-livell ta' konsum attwali fl-Istati Uniti huwa aktar probabbli li jibqa' stabbli milli jiżdied. Peress li hemm kapaċità ta' riżerva fl-Istati Uniti (ara premessi 69 u dawk segwenti hawn taħt), il-produtturi tal-Istati Uniti għandhom inċentiv biex jesportaw lejn l-Unjoni, anki jekk huma jbigħu bi prezz aktar baxx mill-prezz domestiku imma xorta jkopru l-kostijiet varjabbli tagħhom.

    (56)

    L-NBB saħaq li l-Kummissjoni jmissha spjegat kif jiżdied il-volum tal-produzzjoni jonqsu l-kostijiet tal-produzzjoni tal-produtturi tal-Istati Uniti. F'dan ir-rigward, għandu mill-bidu jiġi kkonstatat li minħabba n-nuqqas ta' kooperazzjoni, il-Kummissjoni ma tistax tagħmel kalkolu preċiż rigward l-impatt ta' volumi ogħla ta' produzzjoni fuq il-kostijiet tal-produtturi tal-Istati Uniti. Madankollu, jidher ċar minn perspettiva ekonomika li jekk il-kostijiet fissi huma approporzjonati għal volum ta' produzzjoni akbar, il-kost tal-unità ta' produzzjoni jonqos. Dan hu minnu anki jekk fil-produzzjoni tal-bijodiżil il-parti ewlenija tal-kostijiet huma varjabbli u jiddependu fuq il-materja prima użata, kif allegat minn NBB. Il-kostijiet fissi għad iridu jiġu allokati mal-volum totali tal-produzzjoni. Fil-fatt, l-informazzjoni miksuba mill-industrija tal-Unjoni wriet li l-kost tal-materja prima hija parti kbira tal-kost tal-produzzjoni, iżda dan il-persentaġġ eżatt jiddependi fuq il-materja prima użata, safejn kumpannija hija integrata vertikalment u l-kost SG&A ta' kumpanija. F'dawn iċ-ċirkostanzi, il-Kummissjoni tista' raġonevolment tassumi li żieda fil-produzzjoni tnaqqas il-kost ta' produzzjoni tal-produtturi tal-Istati Uniti. Dan kien ikun differenti biss jekk il-prezz ta' esportazzjoni jkunu tant baxx li ma jkoprix lanqas il-prezz tal-materja prima użata, iżda l-NBB ma pprovdiex kummenti li jsostnu xenarju bħal dan.

    3.3.2.   Ir-relazzjoni bejn il-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi u l-prezzijiet fl-Istati Uniti tal-Amerka

    (57)

    Element ieħor li jiġġustifika l-konklużjoni li huwa probabbli li jerġa' jseħħ id-dumping huwa bbażat fuq l-analiżi tat-tendenza ta' esportazzjonijiet ta' bijodiżil tal-Istati Uniti lejn pajjiżi terzi matul il-PIR. Il-Kummissjoni kkonsultat il-bażi tad-dejta tal-Kummissjoni tal-Kummerċ Internazzjonali tal-Istati Uniti u ħarġet il-kwantitajiet u l-valuri tal-esportazzjoni ta' bijodiżil taħt il-kodiċi HTS 382600 għall-PIR. Il-kwantitajiet tal-esportazzjoni (f'tunnellati metriċi) lejn il-pajjiżi kollha ( l-UE inkluża) jammontaw għal 567 018-il tunnellata. Il-valur medju għal kull tunnellata metrika matul il-PIR kien ta' EUR 753,34 frank sal-vapur. Il-Kummissjoni kkalkolat prezz ta' bejgħ medju f'dollari Amerikani għal kull tunnellata metrika u qabblitu mal-prezz domestiku medju fl-Istati Uniti tal-Amerka (stabbilit kif spjegat fil-premessa 42) hawn fuq). Is-sejbiet ewlenin huma spjegati fil-qosor hawn taħt:

    Tabella 1

    Il-volumi tal-esportazzjonijiet u l-prezzijiet tal-esportazzjonijiet tal-Istati Uniti matul il-PIR

    Pajjiżi ta' destinazzjoni

    Il-kwantitajiet tal-esportazzjonijiet (f'tunnellati metriċi)

    Il-perċentwal tal-esportazzjonijiet lejn il-pajjiżi kollha

    Valur medju (USD) għal kull tunnellata metrika

    Valur medju (EUR) għal kull tunnellata metrika

    Dumping bħala perċentwal tal-prezz tal-esportazzjoni

    Total ta' Ġibiltà (12)

    76 266

    13

    753,19

    555,45

    59

    Total tal-Kanada

    247 959

    44

    1 167,33

    860,86

    3

    Total tal-Awstralja

    4 267

    1

    1 019,77

    752,04

    17

    Total tal-Malasja

    103 773

    18

    891,44

    657,41

    34

    (58)

    It-tabella turi li l-produtturi tal-Istati Uniti jidhru li attwalment qed ibigħu lil pajjiżi terzi bi prezzijiet li huma l-oġġett ta' dumping, bi prezzijiet ta' esportazzjoni aktar baxxi mill-prezzijiet domestiċi fil-medda minn 3 % sa 59 %. Għalhekk il-Kummissjoni kkonkludiet li peress li l-produtturi tal-Istati Uniti attwalment qed ibigħu lejn pajjiżi terzi bi prezzijiet li huma l-oġġett ta' dumping, huwa probabbli li jesportaw lejn l-UE, billi jidderieġu uħud mill-esportazzjonijiet attwali tagћhom lejn swieq oħra, anki bi prezzijiet li huma l-oġġett ta' dumping.

    (59)

    Wara d-divulgazzjoni finali, l-NBB kkontesta l-akkuratezza tad-dejta tal-esportazzjoni peress li l-kodiċi HTS użat għall-valutazzjoni tal-volum tal-esportazzjonijiet (38 26 00) jinkludi prodotti oħra u għalhekk il-prezz tal-esportazzjoni ma jistax jitqabbel mal-prezz domestiku tal-bijodiżil.

    (60)

    Il-Kummissjoni użat dan il-kodiċi għaliex il-Gvern tal-Istati Uniti stess iddikjara fit-tieni tweġiba tiegħu għall-kwestjonarju supplimentari bid-data tad-19 ta' Diċembru 2014 li dan il-kodiċi kien intuża mill-2012 'il quddiem sabiex jipprovdi informazzjoni preċiza f'dak li għandu x'jaqsam mal-istatistika dwar l-esportazzjonijiet ta' bijodiżil tal-Istati Uniti. Għalkemm dan il-kodiċi jeseġera l-valur tal-prodott esportat ikkonċernat, jagħmel dan fi grad ħafna iżgħar mill-kodiċijiet użati fl-imgħoddi. L-awtoritajiet tal-Istati Uniti kkonkludew li dan il-kodiċi kien jipprovdi rappreżentazzjoni relattivament preċiża tal-valur tal-esportazzjoni.

    (61)

    L-NBB stqarr li l-prezzijiet domestiċi kkalkulati mill-Kummissjoni ma jistgħux jitqabblu mal-prezzijiet tal-esportazzjoni indikati fil-bażi ta' dejta tal-ITC u, għaldaqstant, il-marġini ta' dumping ikkalkulati mill-Kummissjoni ma jistgħux jintużaw.

    (62)

    F'rieżami ta' skadenza, l-ebda marġini ta' dumping ġdid ma jeħtieġ li jiġi kkalkulat. F'dan il-każ, wara li ġew imposti l-miżuri, l-esportazzjonijiet oġġett ta' dumping waqfu, għalhekk l-analiżi kkonċentrat fuq il-probabbiltà li l-esportazzjonijiet oġġett ta' dumping jissuktaw. Fin-nuqqas ta' kooperazzjoni mill-produtturi tal-Istati Uniti tal-Amerka, il-Kummissjoni użat il-fatti disponibbli. F'dan ix-xenarju, il-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi huma rilevanti u jistgħu jintużaw bħala indikatur biex jivvaluta x'se jiġri ladarba l-miżuri jiskadu. B'mod aktar speċifiku, il-paragun bejn il-prezzijiet domestiċi u l-prezzijiet ta' esportazzjoni lejn pajjiżi terzi ma għandux l-għan li jiġi kkalkulat eżatt il-marġni ta' dumping iżda li jagħti indikazzjoni tal-probabbiltà ta' rikorrenza ta' dumping jekk il-miżuri eżistenti jitħallew jiskadu.

    3.3.3.   Relazzjoni bejn il-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi u l-livell tal-prezzijiet fl-Unjoni

    (63)

    Is-suq tal-UE huwa suq attraenti għall-esportazzjoni mill-Istati Uniti ta' bijodiżil. Fuq il-bażi tad-dejta tal-Kummissjoni tal-Kummerċ Internazzjonali tal-Istati Uniti msemmija fil-premessa 57 hawn fuq, matul il-PIR il-prezz medju tal-esportazzjoni lejn id-destinazzjonijiet kollha kien ta' USD 1 021,52 (EUR 753,34) għal kull tunnellata metrika. L-ogħla prezz medju ta' esportazzjoni kien lejn lill-Kanada (USD 1 167,33 jew EUR 860,86 għal kull tunnellata metrika) u l-inqas prezz medju ta' esportazzjoni kien lil Ġibiltà (USD 753,19 jew EUR 555,45 għal kull tunnellata metrika).

    (64)

    Dan il-prezz medju ta' esportazzjoni huwa inqas mill-prezz medju ta' bijodiżil mibjugħ fl-Unjoni mill-produtturi tal-Unjoni matul il-PIR (EUR 905 għal kull tunnellata metrika). Anki jekk il-produtturi tal-Istati Uniti kellhom ibigħu bi prezz inqas minn EUR 905 għal kull tunnellata biex jippenetraw is-suq tal-Unjoni, huma xorta waħda jkollhom inċentiv li jidderieġu mill-ġdid uħud minn din l-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi lejn is-suq tal-Unjoni, peress li huwa aktar attraenti mis-swieq ta' pajjiżi terzi oħra.

    (65)

    L-NBB u l-Gvern tal-Istati Uniti stqarru li l-bejgħ tal-esportazzjoni attwali tal-Istati Uniti lejn pajjiżi terzi mhux se jiġi trasferit lejn l-Unjoni minħabba li l-akbar suq uniku ta' esportazzjoni huwa l-Kanada fejn il-prezzijiet huma ogħla mill-prezz mill-fabbrika lejn l-Unjoni.

    (66)

    Il-Kummissjoni madankollu rreferiet għal “xi bejgħ ta' esportazzjoni attwali” u mhux ta' kollha kemm huma. Il-Kummissjoni ma allegatx li l-produtturi tal-Istati Uniti se jieqfu jesportaw lejn il-Kanada u jbiddlu r-rotta ta' dak il-bejgħ lejn l-Unjoni. Fil-fatt, il-Kanada tista' wkoll tkun ikkunsidrata bħala suq attraenti għall-produtturi tal-Istati Uniti, madankollu hija għandha daqs limitat meta mqabbel mas-suq tal-Unjoni (13), li jibqa' l-akbar suq fid-dinja tal-bijodiżil.

    (67)

    L-NBB saħaq ukoll li l-esportazzjonijiet preżenti lejn il-Malasja mhux se jiġu trasferiti lejn l-Unjoni minħabba li l-konsum qed jiżdied, u ma hemm l-ebda dazji doganali dovuti fuq l-importazzjonijiet ta' bijodiżil.

    (68)

    Madankollu, fuq il-bażi ta' prezzijiet tal-esportazzjoni medji tal-Istati Uniti lejn il-Malasja kif jidhru fid-dejtabejż tal-ITC, jidher li l-bejgħ lejn l-Unjoni jkun aktar profittabbli għall-produtturi tal-Istati Uniti milli l-bejgħ lejn il-Malasja, anki jekk jingħaddu d-dazji ordinarji tad-dwana. Kif muri fit-tabella 1 hawn fuq, matul il-PIR il-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn il-Malasja kienu sinifikattivament aktar baxxi mill-prezzijiet fl-Unjoni. Barra minn hekk, il-konsum fil-Malasja jista' jkun qiegħed jikber, però anki l-produzzjoni fil-Malasja qed jista' jkun li qed tiżdied, li hija b'mod partikolari bbażata fuq iż-żejt tal-palm. Barra minn hekk, wieħed jista' jistenna b'mod raġonevoli li l-pajjiż ġar tal-Indoneżja, li għandu produzzjoni sinifikanti ta' bijodiżil, jżid l-esportazzjoni lejn il-Malasja fil-każ li l-konsum jikber. Għaldaqstant, din it-talba għandha tiġi miċħuda.

    3.3.4.   Kapaċitajiet mhux użati

    (69)

    Il-kapaċità ta' riżerva sinifikanti tal-produtturi tal-Istati Uniti tirrappreżenta inċentiv biex tiżdied il-produzzjoni u biex il-bijodiżil jinbiegħ bi prezzijiet li huma l-oġġett ta' dumping lis-suq tal-UE. Minħabba n-nuqqas ta' kooperazzjoni tal-produtturi tal-Istati Uniti, il-Kummissjoni stabbiliet il-kapaċità tal-produzzjoni tal-Istati Uniti fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli fuq il-websajts tal-Aġenzija għall-Protezzjoni Ambjentali tal-Istati Uniti (EPA) u tal-Amministrazzjoni tal-Informazzjoni dwar l-Enerġija tal-Istati Uniti (EIA).

    (70)

    Il-produtturi tal-bijodiżil fl-Istati Uniti għandhom jirrappurtaw lil dawn iż-żewġ awtoritajiet (rispettivament fuq bażi ta' kull sena u xahar) il-kapaċità tal-produzzjoni ppjanata u eżistenti tagħhom, kif ukoll il-produzzjoni tagħhom, l-input, il-ħażniet u l-bejgħ tal-bijodiżil.

    (71)

    Fuq il-bażi tad-dejta tal-EIA, il-kapaċità tal-produtturi tal-bijodiżil fl-Istati Uniti matul il-PIR kienet ta' 7 128 000 tunnellata. Dan il-volum huwa qrib ħafna tal-volum ipprovdut mill-NBB abbażi tal-informazzjoni mressqa mill-membri tagħha lill-EPA, li huwa ta' 6 963 000 tunnellata.

    (72)

    Il-produzzjoni attwali tal-Istati Uniti tal-bijodiżil matul il-PIR kienet ta' 4 450 000 tunnellata (dejta tal-EIA), li tikkorrispondi għal valur ta' użu tal-kapaċità ta' 62,4 % u kapaċità ta' riżerva ta' 37,6 %, jiġifieri 2 678 000 tunnellata. Din il-kapaċità ta' riżerva x'aktarx li tintuża biex tforni s-suq tal-Unjoni jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. Fil-fatt, il-produtturi tal-Istati Uniti jistgħu faċilment iżidu l-produzzjoni u l-esportazzjoni tagħhom lejn l-UE bil-benefiċċju ekonomiku taż-żieda fil-proporzjon tal-użu tal-kapaċità u t-tnaqqis fil-kost għal kull unità ta' produzzjoni. Ir-rilaxx fis-suq tal-Unjoni ta' kapaċità ta' riżerva fl-Istati Uniti jkollu impatt sinifikanti peress li jammonta għal kważi 22 % tal-konsum tal-Unjoni matul il-PIR.

    (73)

    F'dan ir-rigward, l-NBB ressaq għadd ta' kummenti. L-ewwel nett, l-NBB ġibed l-attenzjoni li l-kapaċità ta' produzzjoni reali tal-Istati Uniti tkun aktar baxxa minn dik meqjusa mill-Kummissjoni. Fil-fatt, skont l-NBB, numru ta' impjanti fl-Istati Uniti, għalkemm irreġistrati, huma attwalment attivi u għalhekk il-kapaċità ta' produzzjoni reali hija ta' 5 409 000 tunnellata. L-NBB irrapporta wkoll produzzjoni tal-bijodiżil ogħla matul il-PIR, li tammonta għal 5 084 000 tunnellata. Bħala konsegwenza, l-NBB saħaq li l-użu tal-kapaċità huwa madwar 94 % u li ftit li xejn hemm kapaċità ta' riżerva biex tintuża għall-esportazzjoni lejn l-UE, jekk il-miżuri jitħassru.

    (74)

    Din it-talba ma ntlaqgħetx. Id-dejta provduta mill-NBB ma setgħetx tiġi rrikonċiljata ma' dejta disponibbli uffiċjalment. Il-produtturi tal-bijodiżil fl-Istati Uniti tal-Amerka huma obbligat jippreżentaw lill-EIA fuq bażi ta' kull xahar, formola (EIA-22M “Stħarriġ ta' kull Xaħar dwar il-Produzzjoni ta' Bijodiżil”) li tindika, fost dejta oħra, il-kapaċità ta' produzzjoni annwali u l-istatus operattivi tagħhom, bħal pereżempju attiv, temporanjament inattiv jew ħidma imwaqqfa għal kollox. Minn Jannar 2013, il-kapaċità rreġistrata varjat kemmxejn minn xahar għall-ieħor iżda kienet globalment pjuttost stabbli.

    (75)

    Barra minn hekk, il-produtturi tal-bijodiżil fl-Istati Uniti tal-Amerka huma obbligati jippreżentaw lill-EPA fuq bażi annwali, fost informazzjoni oħra, it-tip jew tipi ta' fjuwil rinnovabbli mistennija li jiġu prodotti jew importati u l-kapaċità ta' produzzjoni eżistenti u ppjanata.

    (76)

    Il-kapaċità rreġistrata li l-produtturi tal-bijodiżil tal-Istati Uniti ddikjaraw hija għalhekk aġġornata regolarment u hija saħansitra kkunsidrata bħala sors preċiż. Anki jekk attwalment il-kapaċità mhix qed tintuża jew tinsab inattiva, għandha tittieħed inkunsiderazzjoni għall-kalkolu tal-kapaċità ta' riżerva li hi disponibbli biex jiżdiedu l-produzzjoni u l-esportazzjonijiet.

    (77)

    Barra minn hekk, il-valuri tal-kapaċità tal-produzzjoni pprovduti mill-NBB diġà eskludew il-kapaċità magħluqa permanenti tal-kapaċità, kif rikonoxxut fis-sottomissjoni tagħhom. Impjanti li mhumiex magħluqa b'mod permanenti jistgħu b'definizzjoni jibdew il-produzzjoni mill-ġdid jekk jinbidlu l-kundizzjonijiet tas-suq futuri (bħalma huma l-ftuħ tas-suq tal-Unjoni). It-test ta' “probabbiltà ta' rikorrenza” f'rieżami tal-iskadenza jitlob approċċ li jħares 'il quddiem dwar x'jista' jiġri fil-futur, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, u mhux sempliċiment evalwazzjoni tas-sitwazzjoni matul il-PIR.

    (78)

    Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li l-kapaċità rreġistrata attwalment tikkostitwixxi bażi preċiża għall-kalkolu tal-kapaċità totali ta' produzzjoni flimkien mal-kapaċità ta' riżerva u tiċħad it-talba tal-NBB.

    (79)

    Wara d-divulgazzjoni finali, l-NBB saħaq li l-kapaċità ta' produzzjoni m'għandhiex tieħu inkunsiderazzjoni kapaċità wieqfa anki jekk din ma kinitx innotifikata lill-awtoritajiet tal-Istati Uniti bħala żarmata jew magħluqa b'mod permanenti.

    (80)

    Madankollu, wara l-istruzzjonijiet tal-EIA kkwotati mill-NBB, il-“kapaċità ta' produzzjoni annwali [hija] il-kwantità ta' bijodiżil li impjant jista' jipproduċi f'sena kalendarja, bis-suppożizzjoni ta' waqfien normali għal manutenzjoni. Dan jinkludi l-kapaċità ta' impjant wieqaf sakemm l-impjant jiżżarma jew jiġi abbandunat”. Minn dak kollu li ntqal hawn fuq jirriżulta li l-EIA tieħu inkunsiderazzjoni l-impjanti kollha possibbli li jistgħu potenzjalment isiru attivi mill-ġdid. Konsegwentement, kuntrarju għal dak li jsostni l-NBB, impjanti li ma jiġux żarmati jew li ma jitwaqqfux b'mod permanenti jistgħu jerġgħu jibdew il-produzzjoni, skont id-definizzjoni, jekk jinbidlu l-kundizzjonijiet futuri.

    (81)

    Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li l-kapaċità rreġistrata attwalment tikkostitwixxi bażi preċiża għall-kalkolu tal-kapaċità totali ta' produzzjoni tal-Istati Uniti flimkien mal-kapaċità ta' riżerva.

    (82)

    L-NBB argumenta koll li l-industrija tal-bijodiżil fl-Istati Uniti tal-Amerka, mhijiex imfassla biex taħdem bħala esportatur tal-bijodiżil, peress li l-maġġoranza ta' faċilitajiet ta' bijodiżil fl-Istati Uniti jipproduċu inqas minn 15 000 000 gallun (55 000 tunnellata metrika) fis-sena. Allegatament, ma jkunx ekonomikament fattibbli li jinħażen għal bosta ġimgħat il-bijodiżil għall-produzzjoni għal konsenja ta' esportazzjoni unika.

    (83)

    Din it-talba ma ntlaqgħetx lanqas. L-industrija tal-bijodiżil fl-Istati Uniti tal-Amerka tista' tesporta u qabel l-impożizzjoni tal-miżuri fis-seħħ, il-produtturi tal-Istati Uniti kienu qed jesportaw kwantitajiet sinifikanti ta' bijodiżil lejn is-suq tal-Unjoni, sa 1 137 000 tunnellata matul il-perjodu ta' investigazzjoni tal-investigazzjoni oriġinali (mill-1 ta' April 2007 sal-31 ta' Marzu 2008). Dan juri li hemm produtturi tal-Istati Uniti b'kapaċità ta' produzzjoni suffiċjenti biex ikunu jistgħu jesportaw. Il-produtturi tal-Istati Uniti mingħajr biżżejjed kapaċità ta' produzzjoni individwali għal konsenja lejn l-Unjoni se jkomplu jaqdu s-suq domestiku u l-kummerċjanti jistgħu jiġbru flimkien ir-riżultati ta' bosta impjanti u jesportawhom.

    (84)

    Bħala konklużjoni, l-industrija tal-bijodiżil fl-Istati Uniti tal-Amerka, għandha kapaċità ta' riżerva sinifikanti u għandha għalhekk inċentiv qawwi biex tissokta bl-esportazzjonijiet lejn is-suq tal-UE jekk il-miżuri eżistenti jitħallew jiskadu.

    3.3.5.   Prattiki ta' ċirkumvenzjoni u ta' assorbiment

    (85)

    Kif imsemmi fil-premessa 2, il-miżuri antidumping imposti fl-2009 instabu li kienu qed jiġu evitati permezz ta' trasbordi mill-Kanada u permezz ta' bidla fil-kompożizzjoni tat-taħlita. L-eżistenza ta' tali prattiki turi l-interess ta' xi produtturi tal-Istati Uniti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni, anki wara l-impożizzjoni ta' miżuri, u għaldaqstant huwa meqjus bħala indikazzjoni tal-probabbiltà ta' prattiki ta' dumping fil-ġejjieni.

    (86)

    Wara d-divulgazzjoni finali, l-NBB saħaq li dawn l-avvenimenti seħħew erba' snin qabel il-PIR u ma jistgħux jintużaw biex tinġibed xi konklużjoni f'dan il-każ.

    (87)

    Il-Kummissjoni sostniet li l-eżistenza ta' prattika tal-imgħoddi implimentata mill-istess operaturi tas-suq mhijiex deċiżiva bħala tali, iżda li xorta tkun tista' titqies bħala indikazzjoni tal-interess qawwi li l-produtturi tal-Istati Uniti għandhom f'li jippenetraw is-suq tal-Unjoni.

    3.3.6.   Elementi Oħrajn

    (88)

    Fil-PIR, il-produzzjoni ta' bijodiżil tal-Istati Uniti (4 450 000 tunnellata) kienet inqas mill-konsum (4 896 000 tunnellata). Bħala konsegwenza, l-Istati Uniti kienet qed timporta aktar bijodiżil milli kienet qed tesporta. Ir-raġuni għal dan tista' tinstab fl-inċertezza marbuta mal-miri għal produzzjoni obbligatorja ta' bijodiżil skont il-Programm Standard tal-Fjuwil Rinnovabbli (1,28 biljun gallun, li jikkorrispondu għal 4 238 000 tunnellata fl-2014, li ma nbidlitx meta mqabbla mal-2013) u l-possibilità li l-bijodiżil importat jipparteċipa fil-Programm Standard tal-Fjuwil Rinnovabbli u li tintalab it-taxxa ta' kreditu tal-bijodiżil tal-Istati Uniti meta dan ikun fis-seħħ. Matul il-PIR, l-importazzjonijiet totali ammontaw għal 1 072 000 tunnellata, u l-esportazzjonijiet totali sa 567 000 tunnellata. Madankollu, f'każ li l-kapaċità ta' produzzjoni disponibbli ma ntużatx biex tiġi ssodisfata d-domanda domestika matul il-perjodu kkunsidrat huwa improbabbli li tali l-kapaċità ta' produzzjoni disponibbli tintuża fil-futur għall-istess skop. Ġie stabbilit li matul il-PIR, il-kapaċità tal-produzzjoni tal-Istati Uniti (7 128 000 tunnellata) kienet ogħla b'mod sinifikanti mill-konsum domestiku. Dan ifisser li jekk jinfetħu l-opportunitajiet tas-suq tal-esportazzjoni, il-produtturi tal-Istati Uniti jkollhom inċentiv u x'aktarx jużaw il-kapaċità ta' riżerva tagћhom. Jekk setgħu jużaw il-kapaċità ta' riżerva biex jissodisfaw il-konsum domestiku, huma jkunu diġà għamlu dan.

    (89)

    F'dan il-kuntest, għandu jiġi nnotat li s-suq tal-Unjoni huwa attraenti ħafna, għax huwa l-akbar fid-dinja u hemm inċentivi tal-Unjoni u nazzjonali sinifikanti għall-konsum tal-bijodiżil. Għalhekk, ikun konvenjenti għall-produtturi tal-Istati Uniti li jużaw il-kapaċità ta' riżerva tagћhom sal-massimu u wkoll li jitrasferixxu xi bejgħ ta' esportazzjoni lejn pajjiżi terzi oħrajn inqas profitabbli fis-suq tal-Unjoni.

    (90)

    Wara d-divulgazzjoni finali, l-NBB argumenta li l-fatt li matul il-PIR il-konsum ta' bijodiżil tal-Istati Uniti kien ogħla mill-produzzjoni turi li l-produtturi tal-Istati Uniti m'għandhomx kapaċità ta' riżerva li tista' tintuża biex jippenetraw is-suq tal-Unjoni, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.

    (91)

    Il-Kummissjoni qieset li l-kapaċità ta' riżerva stabbilita fl-Istati Uniti, li tista' tintuża biex jiġi ssodisfat il-konsum kollu tal-Istati Uniti iżda li bħalissa mhix qed tintuża għal dan l-għan, bil-probabbiltà kollha se tintuża biex tissodisfa swieq oħra fejn teżisti d-domanda u, b'mod partikolari, s-suq tal-Unjoni fejn attwalment il-produtturi esportaturi tal-Istati Uniti mhumiex preżenti. Il-Kummissjoni enfasizzat li l-kapaċità ta' produzzjoni hija ferm ogħla mill-konsum fl-Istati Uniti u, għalhekk, skont dan, il-kapaċità mhux użata hija disponibbli għall-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni jekk il-miżuri fis-seħħ jitħallew jiskadu.

    3.3.7.   Il-konklużjoni dwar il-probabbiltà ta' rikorrenza ta' dumping

    (92)

    Fid-dawl tal-kapaċità ta' riżerva sinifikanti tal-industrija tal-Istati Uniti, flimkien mal-attraenza tas-suq tal-Unjoni f'termini ta' daqs u ta' prezz tal-bejgħ, b'mod partikolari fir-rigward tal-livell tal-prezzijiet tal-esportazzjonijiet tal-Istati Uniti lejn pajjiżi terzi, u r-rekords ta' prattiki ta' evażjoni fl-imgħoddi, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping mill-Istati Uniti tal-Amerka huma probabbli li jerġgħu jseħħu jekk il-miżuri fis-seħħ jitħallew jiskadu.

    4.   ĦSARA

    4.1.   Id-definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni

    (93)

    Il-prodott simili kien immanifatturat minn madwar 200 produttur magħruf fl-Unjoni matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Dawn jikkostitwixxu l-“industrija tal-Unjoni” skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku.

    (94)

    Il-produzzjoni totali tal-Unjoni matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami kienet stabbilita għal kważi 11 600 000 tunnellata. Il-Kummissjoni stabbilixxiet iċ-ċifra fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha disponibbli li tirrigwarda l-industrija tal-Unjoni, bħal informazzjoni pprovduta fl-ilment kif ukoll dejta miġbura mill-prodotturi tal-Unjoni matul l-investigazzjoni. Kif indikat fil-premessi 12 u 13 iktar 'il fuq, intgħażlu seba' produtturi tal-Unjoni fil-kampjun li bejniethom jirrappreżentaw madwar 30 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni tal-prodott simili.

    4.2.   Il-konsum fl-Unjoni

    (95)

    Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-konsum fl-Unjoni fuq il-bażi tal-volum tal-produzzjoni totali tal-Unjoni bl-esportazzjonijiet imnaqqsa, flimkien mal-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi. Il-volumi tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni kienu estratti mid-dejta tal-Eurostat.

    (96)

    Il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej:

    Tabella 2

    Il-konsum tal-Unjoni

     

    2011

    2012

    2013

    PIR

    Konsum Totali

    tal-Unjoni (tunnellati metriċi)

    11 130 119

    11 856 626

    11 382 324

    12 324 479

    Indiċi

    100

    107

    102

    111

    Sors: Eurostat, Dejta mill-industrija tal-Unjoni

    (97)

    Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq, il-konsum tal-bijodiżil tal-Unjoni żdied bi 11 % matul il-perjodu kkunsidrat.

    4.3.   L-importazzjonijiet tal-prodott rieżaminat mill-pajjiż ikkonċernat

    4.3.1.   Il-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

    (98)

    Kif issemma aktar 'il fuq (il-premessa 40) l-importazzjonijiet ta' bijodiżil mill-Istati Uniti tal-Amerka lejn l-Unjoni, skont id-dejta mill-Eurostat, waqgħu għal kważi żero wara l-impożizzjoni tal-miżuri fl-2009.

    (99)

    L-importazzjoni lejn l-Unjoni mill-pajjiż ikkonċernat u s-sehem mis-suq żviluppaw kif ġej:

    Tabella 3

    Volum ta' importazzjonijiet u s-sehem mis-suq tal-Istati Uniti tal-Amerka

     

    2011

    2012

    2013

    PIR

    l-Istati Uniti tal-Amerka (tunnellati metriċi)

    2 442

    803

    7

    13

    Indiċi

    100

    33

    0

    1

    Sehem mis-suq

    0

    0

    0

    0

    Sors: Eurostat

    4.3.2.   Il-prezzijiet u t-twaqqigħ tal-prezzijiet

    (100)

    Matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami, l-importazzjonijiet ta' bijodiżil lejn l-Unjoni mill-Istati Uniti tal-Amerka kienu negliġibbli u ma setgħux jipprovdu bażi bis-sens għall-kalkolu tat-twaqqigħ fil-prezz.

    (101)

    Għaldaqstant, saret analiżi magħmula bejn il-prezz medju ta' bijodiżil prodott u mibjugħ fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni u l-prezz medju ta' esportazzjoni ta' bijodiżil lil pajjiżi terzi mill-Istati Uniti tal-Amerka matul il-perjodu ta' investigazzjoni tar-rieżami bbażati fuq dejta statistika mill-Kummissjoni tal-Kummerċ Internazzjonali tal-Istati Uniti. Kif imsemmi ħawn fuq (fil-premessa 63), il-prezz medju ta' esportazzjoni lejn il-pajjiżi kollha kien ta' madwar EUR 753 għal kull tunnellata metrika FAS (frank sal-vapur). Sabiex jiġi kkalkulat prezz tal-esportazzjoni tal-Unjoni probabbli u raġonevoli, jkun meħtieġ li jiżdiedu l-kostijiet tat-trasport u tal-assigurazzjoni kif ukoll dazju doganali ta' 6,5 % u l-kostijiet ta' wara l-importazzjoni flimkien ma' dan il-prezz medju ta' esportazzjoni, li huma stmati għal madwar EUR 100 għal kull tunnellata metrika (ara l-premessa 45) hawn fuq. Minn dan isegwi li huwa stmat li l-prezz tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni jkun qed iwaqqa' l-prezzijiet tal-Unjoni, li kienu ta' EUR 905 matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta'rieżami.

    (102)

    L-NBB saħaq li l-Kummissjoni naqset milli tispjega għalfejn hija użat il-prezzijiet medji ta' esportazzjoni tal-Istati Uniti lejn pajjiżi terzi meta stabbiliet prezz probabbli ta' esportazzjoni tal-Unjoni aktar milli użat il-prezz ogħla għall-esportazzjoni lejn il-Kanada. Huwa jsostni wkoll li l-Kummissjoni naqset milli tispjega l-bażi għall-aġġustament ta' EUR 100 għall-prezz tal-esportazzjoni stmat lejn l-Unjoni u ma kkunsidratx il-kostijiet ta' wara l-importazzjoni u lanqas id-differenzi allegati fil-prezzijiet minħabba materja prima differenti. B'konsegwenza ta' dan, l-analiżi tat-twaqqigħ tal-prezzijiet hija żbaljata.

    (103)

    L-investigazzjoni wriet, kif deskritt fil-premessa 57 hawn fuq, li l-prezzijiet tal-esportazzjoni tal-Istati Uniti jvarjaw b'mod sinifikanti skont id-destinazzjoni. Għalhekk, fin-nuqqas ta' kooperazzjoni mill-produtturi tal-Istati Uniti tal-Amerka, sabiex jiġi stabbilit prezz tal-esportazzjoni probabbli u raġonevoli lejn l-Unjoni, il-Kummissjoni stabbilixxiet dak il-prezz fuq il-bażi ta' medja għad-destinazzjonijiet tal-esportazzjoni kollha. Il-fatt li sempliċement jintuża l-ogħla prezz ta' esportazzjoni, kif mistqarr mill-NBB, ma kienx ikun metodu xieraq bl-istess mod billi l-użu tal-irħas prezz tal-esportazzjoni ma kienx ikun xieraq. Fir-rigward tal-komponenti u s-sors ta' aġġustament ta' EUR 100, inklużi l-kostijiet ta' wara l-importazzjoni u d-differenzi fil-prezzijiet minħabba materja prima, l-NBB ressaq talbiet essenzjalment identiċi għal dak li jikkonċerna l-kalkoli rilevanti għad-dumping. Għal dawn ir-raġunijiet li ssemmew hawn fuq fil-premessi 51 u 53 dawn it-talbiet ma ntlaqgħux, lanqas fir-rigward tal-analiżi tat-twaqqigħ tal-prezzijiet.

    4.3.3.   Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn

    (104)

    Il-volum ta' importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħrajn żviluppa matul il-perjodu kunsidrat kif ġej:

    Tabella 4

    Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

     

    2011

    2012

    2013

    PIR

    Il-Malasja (tunnellati metriċi)

    16 622

    36 543

    211 430

    314 494

    L-Indoneżja (tunnellati metriċi)

    1 087 517

    1 133 946

    394 578

    204 086

    L-Arġentina (tunnellati metriċi)

    1 422 142

    1 475 824

    425 239

    153 607

    Oħrajn (tunnellati metriċi)

    139 580

    153 529

    177 889

    206 592

    Total (tunnellati metriċi)

    2 665 861

    2 799 842

    1 209 136

    878 779

    Indiċi

    100

    105

    45

    33

    Sehem mis-suq

    24,0 %

    23,6 %

    10,6 %

    7,1 %

    Indiċi

    100

    99

    44

    30

    Prezz medju

    (EUR/tunnellata)

    927

    932

    779

    786

    Indiċi

    100

    100

    84

    85

    Sors: Eurostat

    (105)

    Il-volum ta' importazzjonijiet ta' bijodiżil minn pajjiżi terzi minbarra l-Istati Uniti tal-Amerka naqas b'mod sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat li huwa rifless fi tnaqqis fis-sehem mis-suq simili. It-tnaqqis fil-volumi ta' importazzjoni mill-2013 jikkoinċidi mal-impożizzjoni ta' miżuri antidumping fuq l-importazzjonijiet ta' bijodiżil mill-Indoneżja u mill-Arġentina. Il-prezz medju naqas ukoll bi 15 % matul l-istess perjodu. Din ix-xejra fil-prezzijiet hija simili għat-tendenza tal-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni (Tabella 8 hawn taħt) u tista' tiġi attribwita prinċipalment lil tnaqqis fi prezzijiet ta' materja prima. Għalkemm il-livelli tal-prezzijiet huma madwar 13 % taħt il-medja tal-prezz tal-Unjoni, is-sehem mis-suq ta' dawn l-importazzjonijiet huwa baxx u ma għandu l-ebda impatt sinifikanti fuq l-industrija tal-Unjoni.

    4.4.   Il-qagħda ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

    4.4.1.   Rimarki ġenerali

    (106)

    Skont l-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku, sar eżami tal-indikaturi ekonomiċi rilevanti kollha li għandhom effett fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat.

    (107)

    Biex tiġi ddeterminata l-ħsara, il-Kummissjoni għamlet distinzjoni bejn l-indikaturi ta' ħsarat makroekonomiċi u mikroekonomiċi. Il-Kummissjoni evalwat l-indikaturi makroekonomiċi fuq il-bażi tad-dejta relatata mal-produtturi kollha tal-Unjoni u l-indikaturi mikroekonomiċi fuq il-bażi ta' dejta vverifikata mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun. Iż-żewġ settijiet ta' dejta nstabu li jirrappreżentaw is-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni.

    (108)

    L-indikaturi makroekonomiċi huma: il-produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, il-volum ta' bejgħ, is-sehem mis-suq, it-tkabbir, l-impjiegi, il-produttività, il-kobor tal-marġni ta' dumping u l-irkupru minn dumping fl-imgħoddi.

    (109)

    L-indikaturi mikroekonomiċi huma: il-prezzijiet unitarji medji, il-kost unitarju, il-kost lavorattiv, l-inventarji, il-profittabilità, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti, u l-abbiltà li jiżdied il-kapital.

    4.4.2.   Indikaturi makroekonomiċi

    4.4.2.1.   Il-produzzjoni, il-kapaċità produttiva u l-użu tal-kapaċità

    (110)

    Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw matul il-perjodu kkunsidrat kif ġej:

    Tabella 5

    Il-produzzjoni, il-kapaċità produttiva u l-użu tal-kapaċità

     

    2011

    2012

    2013

    PIR

    Volum ta' produzzjoni (tunnellati metriċi)

    8 547 884

    9 138 558

    10 528 886

    11 596 824

    Indiċi

    100

    107

    123

    136

    Kapaċità tal-produzzjoni (tunnellati metriċi)

    16 072 000

    16 190 288

    16 997 288

    16 746 869

    Indiċi

    100

    101

    106

    104

    Użu tal-kapaċità

    53 %

    56 %

    62 %

    69 %

    Indiċi

    100

    106

    116

    130

    Sors: Dejta pprovduta mill-EBB (European Biodiesel Board) (l-applikant)

    (111)

    Filwaqt li l-kapaċità tal-produzzjoni baqgħet relattivament stabbli matul il-perjodu kkunsidrat (+ 4 %), il-volumi ta' produzzjoni żdiedu b'mod sinifikanti mill-2012 sal-aħħar tal-perjodu tal-investigazzjoni ta'rieżami. Din iż-żieda fil-volumi tal-produzzjoni hija parzjalment spjegata biż-żieda fil-konsum tal-Unjoni matul l-istess perjodu iżda tikkoinċidi wkoll mal-impożizzjoni ta' miżuri antidumping fuq l-importazzjonijiet tal-bijodiżil mill-Indoneżja u mill-Arġentina, li b'mod ċar kellhom effett pożittiv fuq il-volumi ta' produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni.

    (112)

    Minħabba l-kapaċità ta' produzzjoni stabbli u ż-żieda fil-volumi tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità żdied bi 30 % matul il-perjodu kkunsidrat u laħaq id-69 % sa tmiem il-perjodu tal-nvestigazzjoni ta' rieżami.

    (113)

    L-NBB jistqarr li t-tweġibiet tal-kwestjonarju mhux kunfidenzjali minn ċerti kumpaniji fil-kampjun juru rati għolja ta' użu ta' kapaċità li jvarjaw minn 78 % għal mill-inqas 93 %. Għalhekk huwa sostnut li r-rata tal-użu tal-kapaċità b'medja aktar baxxa tal-industrija kollha hija minħabba fatturi strutturali aktar milli minħabba l-importazzjonijiet. F'dawn iċ-ċirkostanzi, l-użu tal-kapaċità ma għandux allegatament jitqies bħala indikatur li juri li l-industrija tal-bijodiżil fl-Unjoni għadha fi proċess ta' rkupru minn dumping fl-imgħoddi.

    (114)

    Din id-dikjarazzjoni ma tistax tiġi aċċettata. L-użu tal-kapaċità huwa biss wieħed mill-ħafna makroindikaturi li l-Kummissjoni tikkunsidra meta tanalizza s-sitwazzjoni globali tal-industrija tal-Unjoni. Il-fatt li xi kumpaniji fil-kampjun jista' jkollhom rati ogħla ta' użu huwa normali billi l-makroindikaturi huma bbażati fuq il-medja ponderata tal-industrija kollha tal-Unjoni. Il-fatt li xi produtturi tal-bijodiżil fl-Unjoni rkupraw b'rata aktar mgħaġġla, jew fuq livell ogħla, minn oħrajn, b'mod partikolari f'industrija frammentata ħafna, ma jirrendix dan l-indikatur żejjed għall-valutazzjoni ġenerali tas-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni.

    4.4.2.2.   Volum tal-bejgħ u sehem mis-suq

    (115)

    Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw matul il-perjodu kkunsidrat kif ġej:

    Tabella 6

    Volum tal-bejgħ u sehem mis-suq

     

    2011

    2012

    2013

    PIR

    Volum ta' bejgħ fis-suq tal-Unjoni (f'tunnellati)

    8 497 073

    8 863 191

    9 741 548

    10 966 576

    Indiċi

    100

    104

    115

    129

    Sehem mis-suq

    76,3 %

    74,8 %

    85,6 %

    89,0 %

    Indiċi

    100

    98

    112

    117

    Sors: Dejta pprovduta mill-EBB (l-applikant)

    (116)

    Il-volumi tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni żdiedu b'mod sinifikanti u skont iż-żieda fil-produzzjoni matul il-perjodu kkunsidrat. Bħala riżultat ukoll is-sehem mis-suq tagħha fis-suq tal-Unjoni żdied minn 76 % fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat għal 89 % fi tmiem il-perjodu tal-investigazzjoni ta'rieżami. L-evoluzzjoni pożittiva ta' volumi tal-bejgħ u ta' sehem mis-suq turi li l-miżuri attwali antidumping u dawk kontra s-sussidji kellhom effett pożittiv fuq l-industrija tal-Unjoni.

    4.4.2.3.   It-tkabbir

    (117)

    Il-konsum tal-Unjoni żdied bi 11 % matul il-perjodu kkunsidrat filwaqt li l-volumi kemm tal-produzzjoni kif ukoll tal-bejgħ żdiedu b'madwar 30 %. Anki l-użu tal-kapaċità żdied b'madwar 30 % filwaqt li l-kapaċità baqgħet relattivament stabbli b'żieda żgħira biss. Fl-istess ħin l-impjieg żdied (Tabella 7 hawn taħt) filwaqt li l-livell ta' investiment naqas (Tabella 11 hawn taħt) matul il-perjodu kkunsidrat. B'mod ġenerali, jista' jiġi konkluż li l-industrija tal-Unjoni tinsab f'perjodu ta' tkabbir.

    4.4.2.4.   Impjiegi u produttività

    (118)

    L-impjiegi u l-produttività żviluppaw kif ġej tul il-perjodu kkunsidrat:

    Tabella 7

    L-impjiegi u l-produttività

     

    2011

    2012

    2013

    PIR

    Għadd ta' impjegati

    2 123

    2 125

    2 351

    2 326

    Indiċi

    100

    100

    111

    110

    Produttività (tunnellata metrika/impjegat)

    4 021

    4 301

    4 479

    4 986

    Indiċi

    100

    107

    111

    124

    Sors: Dejta pprovduta mill-EBB (l-applikant)

    (119)

    L-għadd ta' impjegati fl-industrija tal-bijodiżil fl-Unjoni baqa' stabbli fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat iżda żdied minn hemm' il quddiem b'10 % mill-2012 sa tmiem il-perjodu tal-investigazzjoni ta'rieżami. Din ix-xejra hija kompletament konformi max-xejriet għal indikaturi oħra ta' ħsara, bħall-volumi tal-produzzjoni u l-bejgħ, u hija indikazzjoni ta' rkupru li qed iseħħ attwalment minn dumping fl-imgħoddi u sussidjar li l-industrija tal-Unjoni qed tesperjenza bħalissa.

    (120)

    Peress li ż-żieda fl-impjiegi hija proporzjonalment iżgħar miż-żieda fil-produzzjoni tal-bijodiżil, il-produttività għal kull impjegat tjiebet b'mod xieraq, bi kważi 25 % matul il-perjodu kkunsidrat, li juri li l-industrija tal-Unjoni qed issir industrija aktar effiċjenti.

    4.4.2.5.   Id-daqs tal-marġini tad-dumping u l-irkupru minn dumping fl-imgħoddi

    (121)

    Kif imsemmi hawn fuq fil-premessa 40, l-importazzjonijiet ta' bijodiżil mill-Istati Uniti tal-Amerka kważi waqfu għal kollox wara l-impożizzjoni ta' miżuri fl-2009 u ma kienx hemm dumping matul il-perjodu tal-investigazzjoni ta' rieżami. Għalhekk, il-kobor tad-dumping ma jistax jiġi vvalutat. Madankollu, l-analiżi tal-indikaturi tal-ħsara turi li l-miżuri fis-seħħ kontra l-Istati Uniti tal-Amerka u l-miżuri sussegwenti imposti kontra l-importazzjonijiet mill-Arġentina u mill-Indoneżja kellhom impatt pożittiv fuq l-industrija tal-Unjoni li huwa meqjus li jkun fuq il-kurva qed tirkupra minn dumping tal-imgħoddi.

    4.4.3.   Indikaturi mikroekonomiċi

    4.4.3.1.   Prezzijiet u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet

    (122)

    Il-prezzijiet medji peżati tal-bejgħ ta' unità tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun lill-klijenti mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

    Tabella 8

    Prezzijiet tal-bejgħ fl-Unjoni

     

    2011

    2012

    2013

    PIR

    Il-prezz medju tal-bejgħ unitarju fl-Unjoni (EUR/tunnellata metrika)

    1 105

    1 079

    964

    905

    Indiċi

    100

    98

    87

    82

    Kost unitarju tal-produzzjoni (EUR/tunnellata metrika)

    1 107

    1 153

    969

    868

    Indiċi

    100

    104

    88

    78

    Sors: Dejta vverifikata mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun

    (123)

    Il-prezz medju tal-bejgħ fl-Unjoni naqas b'rata stabbli matul il-perjodu kkunsidrat, filwaqt li l-kost unitarju tal-produzzjoni segwa xejra simili. Peress li l-bijodiżil huwa nnegozjat bħala prodott, l-industrija tal-Unjoni ma kinitx f'pożizzjoni li żżomm prezz tal-bejgħ ogħla iżda pjuttost li tnaqqas il-prezz f'konformità ma' tnaqqis fil-kostijiet tal-produzzjoni. Għalhekk, l-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tgawdi bis-sħiħ il-benefiċċji ta' inqas kostijiet għall-materja prima. Min-naħa l-oħra, l-kost tal-produzzjoni għal kull unità naqas kemxejn aktar mill-prezz medju għal kull unità li jindika grad ta' effiċjenza akbar mill-industrija tal-Unjoni.

    4.4.3.2.   Kostijiet lavorattivi

    (124)

    Il-kostijiet lavorattivi medji tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

    Tabella 9

    Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat

     

    2011

    2012

    2013

    PIR

    Kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat (EUR)

    60 866

    59 081

    60 802

    61 807

    Indiċi

    100

    97

    100

    102

    Sors: Dejta vverifikata mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun

    (125)

    Il-kost lavorattiv medju għal kull impjegat baqa' stabbli matul il-perjodu kkunsidrat.

    4.4.3.3.   Inventarji

    (126)

    Il-livelli tal-ħażna tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

    Tabella 10

    Inventarji

     

    2011

    2012

    2013

    PIR

    Stokks tal-għeluq (tunnellati metriċi)

    84 734

    118 256

    92 825

    91 202

    Indiċi

    100

    140

    110

    108

    Stokks tal-għeluq bħala perċentwal tal-produzzjoni

    4

    5

    4

    3

    Indiċi

    100

    125

    100

    75

    Sors: Dejta vverifikata mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun

    (127)

    Il-ħażniet baqgħu relattivament stabbli f'livell normali matul il-perjodu kkunsidrat.

    4.4.3.4.   Il-profittabbiltà, il-fluss ta' flus, l-investiment, ir-redditu fuq l-investimenti u l-kapaċità li jiżdied il-kapital

    (128)

    Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun żviluppaw kif ġej matul il-perjodu kkunsidrat:

    Tabella 11

    Profittabbiltà, fluss tal-flus, investimenti u redittu fuq l-investimenti

     

    2011

    2012

    2013

    PIR

    Profittabilità tal-bejgħ fl-Unjoni lil klijenti mhux relatati

    (% ta' fatturat ta' bejgħ)

    2,0

    – 1,4

    1,1

    3,8

    Indiċi

    100

    – 70

    55

    190

    Fluss tal-flus (EUR)

    67 930 517

    1 004 296

    135 656 898

    66 832 681

    Indiċi

    100

    1

    200

    98

    Investimenti (EUR)

    12 122 366

    9 859 293

    9 133 725

    8 314 180

    Indiċi

    100

    81

    75

    69

    Redditu mill-investimenti

    (% fuq il-bejgħ nett)

    14,0

    – 14,2

    12,5

    44,2

    Indiċi

    100

    – 101

    89

    315

    Sors: Dejta vverifikata mill-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun

    (129)

    Il-Kummissjoni stabbilixxiet il-profittabbiltà tal-produtturi tal-Unjoni fil-kampjun billi l-profitt nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni ngħata bħala perċentwal tal-fatturat ta' dak il-bejgħ. Il-profittabbiltà żdiedet minn 2,0 % fl-2011 għal 3,8 % sa tmiem il-perjodu tal-investigazzjoni ta'rieżami. Il-profittabbiltà waqgħet madankollu fl-2012 għal telf (– 1,4 %) li kien l-aktar probabbli minħabba l-effett ta' ammonti sinifikanti ta' importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping mill-Indoneżja u l-Arġentina, li ħadu post l-importazzjonijiet li qabel kienu joriġinaw fl-Istati Uniti tal-Amerka.

    (130)

    Il-fluss tal-flus nett huwa l-ħila tal-produtturi tal-Unjoni li jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom huma stess. Filwaqt li ma tista' tiġi stabbilita l-ebda tendenza ċara matul il-perjodu kkunsidrat, il-kumpaniji fil-kampjun żammew fluss tal-flus pożittiv matul il-perjodu.

    (131)

    Matul il-perjodu meqjus l-investimenti naqsu. Madankollu, fid-dawl tal-fluss tal-fluss pożittiv u ż-żieda sinifikanti fuq ir-redditu tal-investimenti, kif muri fit-tabella ta' hawn fuq, m'hemmx indikazzjonijiet li l-industrija tal-Unjoni kienet se ssib diffikultajiet biex tiġbor il-kapital jew biex tagħmel investimenti ulterjuri, jekk dawn l-investimenti kienu meħtieġa matul il-perjodu kkunsidrat.

    (132)

    L-NBB jsostni li profittabilità ta' 3,8 % hija inkonsistenti mal-kalkoli proprji tiegħu, li kienu bbażati fuq dejta mill-verżjonijiet mhux kunfidenzjali tat-tweġibiet għall-kwestjonarju tal-produtturi tal-UE fil-kampjun u indikaw marġni ta' profitt ta' 8,5 %.

    (133)

    Il-Kummissjoni analizzat din l-allegazzjoni u sabet li l-NBB laħaq ċifra differenti fuq il-bażi ta' metodoloġija/kalkolu li kienet żbaljata/kien żbaljat għal diversi raġunijiet. L-ewwel nett, il-kalkoli tiegħu tal-profitabbiltà matul il-PIR ma kinux ibbażati fuq it-tweġibiet għall-kwestjonarju kif allegat iżda fuq id-dejta tat-teħid tal-kampjuni li, madankollu, ma tinkludix informazzjoni marbuta mal-PIR iżda ma' perjodu differenti. It-tieni, il-kost ta' produzzjoni li l-NBB uża biex jiġi kkalkulat il-profitt kien ibbażat fuq kost ta' produzzjoni għal kampjun differenti ta' kumpaniji użat f'investigazzjoni oħra u għalhekk ma jistax sempliċiment jiġi traspost għal din l-investigazzjoni. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni stabbilixxiet il-marġni ta' profitt medju tal-kumpaniji fil-kampjun fuq il-bażi ta' dejta vverifikata u affidabbli ta' dawk il-kumpaniji. Għalhekk, it-talba tal-NBB ma ntalqgħetx.

    4.4.4.   Il-konklużjoni dwar il-ħsara

    (134)

    L-analiżi tal-indikaturi ekonomiċi turi li l-volumi tal-produzzjoni u tal-bejgħ żdiedu matul il-perjodu kkunsidrat, filwaqt li l-konsum tal-Unjoni żdied biss sa ċertu punt. Bħala riżultat ta' dan, l-industrija tal-Unjoni żiedet is-sehem mis-suq tagħha fis-suq tal-Unjoni. Fl-istess ħin kemm il-prezzijiet tal-bejgħ kif ukoll il-kostijiet tal-produzzjoni naqsu f'livelli simili. Dan impedixxa lill-industrija tal-Unjoni milli tibbenefika b'mod sħiħ mill-volumi akbar ta' bejgħ minkejja tnaqqis sinifikanti ta' importazzjonijiet minn pajjiżi terzi.

    (135)

    Min-naħa l-oħra, il-qligħ baqa' baxx matul il-perjodu kkunsidrat u l-industrija tal-Unjoni saħansitra ġarrbet telf fl-2012. Anki l-profitti li nkisbu matul il-perjodu ta' investigazzjoni ta' rieżami, ftit inqas minn 4 %, huma ferm taħt il-profitt li l-industrija tal-Unjoni għandha tikseb taħt kundizzjonijiet normali tas-suq. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tfakkar li fl-investigazzjoni oriġinali li wasslet għall-impożizzjoni tal-miżuri eżistenti, il-Kunsill stabbilixxa l-profitt (fil-mira) li l-industrija tal-Unjoni għandha b'mod raġonevoli tikseb fl-assenza ta' dumping ta' 15 % (14). F'investigazzjoni sussegwenti li tikkonċerna importazzjonijiet ta' bijodiżil li joriġinaw fl-Arġentina u l-Indoneżja, il-livell ta' profitt li l-industrija tal-Unjoni għandha tistenna li tikseb b'mod raġonevoli fin-nuqqas ta' dumping, madankollu, kienu riveduti kemm kemm 'l isfel, l-aktar minħabba ż-żieda tal-kompetizzjoni fis-suq tal-Unjoni u l-maturità l-industrija tal-bijodiżil fl-Unjoni u ġiet stabbilita għal 11 % (15).

    (136)

    Bosta indikaturi ekonomiċi rilevanti għall-analiżi tas-sitwazzjoni attwali tal-industrija tal-Unjoni juru tendenza pożittiva u b'hekk jindikaw li l-miżuri antidumping fis-seħħ kellhom impatt pożittiv fuq l-industrija tal-Unjoni. Madankollu, il-livell ta' profitt tal-industrija tal-Unjoni għadu baxxa ħafna u ħafna inqas mill-profitt fil-mira kif stabbilit f'investigazzjonijiet preċedenti. Barra minn hekk, il-livell ta' investiment huwa baxx u wkoll naqas matul il-perjodu kkunsidrat bi 30 % u l-użu tal-kapaċità, għalkemm qed jiżdied, għadu inqas minn 70 % meta mqabbel ma' rata ta' użu ta' madwar 90 % meta ma kienx hemm importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping fis-suq tal-Unjoni (2004–2006) u l-industrija tal-Unjoni kienet titqies li tinsab f'sitwazzjoni b'saħħitha (16).

    (137)

    Abbażi ta' analiżi globali tal-fatturi ekonomiċi kollha, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni għadha ma rkupratx b'mod sħiħ mill-effetti ta' dumping tal-imgħoddi. Għadha f'sitwazzjoni ekonomikament u finanzjarjament fraġli, u x-xejra pożittiva attwali tista' faċilment titreġġa' lura jekk l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping mill-Istati Uniti tal-Amerka jerġgħu jfeġġu f'volumi sinifikanti.

    5.   IL-PROBABBILTÀ TA' RIKORRENZA TAL-ĦSARA

    (138)

    Biex tiġi evalwata l-probabbiltà ta' rikorrenza ta' ħsara lill-industrija tal-Unjoni jekk il-miżuri eżistenti jitħallew jiskadu, il-Kummissjoni analizzat l-impatt probabbli tal-importazzjonijiet mill-Istati Uniti tal-Amerka fuq is-suq tal-Unjoni u fuq l-industrija tal-Unjoni, skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. B'mod partikolari, il-Kummissjoni analizzat il-probabbiltà ta' rikorrenza ta' importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping, il-volumi u l-livelli ta' prezz probabbli tagħhom, il-kapaċità ta' riżerva, l-attraenza tas-suq tal-Unjoni, u l-imġiba tal-prezzijiet tal-produtturi tal-Istati Uniti.

    (139)

    Kif ġie konkluż hawn fuq (fil-premessa 92), huwa probabbli li l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping mill-Istati Uniti tal-Amerka jerġgħu jseħħu jekk il-miżuri eżistenti jitħallew jiskadu. Il-Kummissjoni stabbiliet li l-produtturi tal-bijodiżil fl-Istati Uniti tal-Amerka attwalment qed jiddampjaw fi swieq oħra ta' pajjiżi terzi f'livelli ta' prezzijiet li huma aktar baxxi mill-prezzijiet tal-Unjoni. Peress li l-prezzijiet tal-Unjoni huma kemmxejn ogħla minn dawk fi swieq ta' pajjiżi terzi oħra huwa probabbli li mill-inqas uħud minn dawk l-esportazzjonijiet jistgħu jiġu diretti mill-ġdid lejn l-Unjoni jekk il-miżuri eżistenti jiskadu.

    (140)

    Il-Kummissjoni stabbiliet li l-produtturi tal-Istati Uniti għandhom kapaċità kbira ta' riżerva li tammonta għal madwar 2 678 000 tunnellata ekwivalenti għal madwar 22 % tal-konsum totali tal-Unjoni.

    (141)

    Il-kapaċità ta' riżerva disponibbli fl-Istati Uniti tal-Amerka mhix probabbli li tiġi assorbita mis-suq domestiku tagħha. Diġà llum, minkejja li jkun hemm biżżejjed kapaċità, il-produtturi tal-Istati Uniti ma jfornux id-domanda kollha fis-suq tal-Istati Uniti. Huwa wkoll improbabbli li l-kapaċità ta' riżerva eżistenti tintuża biex jiżdiedu l-esportazzjonijiet lejn pajjiżi terzi għajr l-Unjoni. Bħalissa, kif spjegat fid-dettall fil-premessi minn 42 sa 63 hawn fuq, il-prezzijiet ta' esportazzjoni tal-Istati Uniti lejn pajjiżi terzi huma bħala medja 15 % taħt il-prezz domestiku medju fuq is-suq tal-Istati Uniti u wkoll taħt il-medja tal-prezz tal-Unjoni anki meta l-kostijiet tat-trasport mill-Istati Uniti tal-Amerka lejn l-Unjoni huma kkunsidrati. Għalhekk huwa probabbli li l-produtturi tal-Istati Uniti jfittxu suq disponibbli ieħor għall-kapaċità ta' riżerva tagħhom.

    (142)

    Minħabba li s-suq tal-Unjoni huwa l-akbar suq dinji tal-bijodiżil u li għandu prezzijiet tal-bijodiżil li huma f'parità jew ftit ogħla mil-livell tal-prezz fis-suq domestiku tal-Istati Uniti, is-suq tal-Unjoni jkun attraenti ħafna għall-produtturi tal-Istati Uniti tal-bijodiżil.

    (143)

    Għalhekk huwa ferm probabbli li l-produtturi tal-Istati Uniti jużaw parti kbira tal-kapaċità ta' riżerva tagħhom biex jerġgħu jidħlu fis-suq tal-Unjoni jekk il-miżuri attwali jitħallew jiskadu. Kif stabbilit hawn fuq (fil-premessa 46), huwa probabbli li l-produtturi tal-Istati Uniti jesportaw il-bijodiżil lejn l-Unjoni f'livelli ta' prezzijiet oġġett ta' dumping sabiex jikkompetu ma' produtturi tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni. Meta titqies l-imġiba attwali tal-prezzijiet fuq swieq oħra tal-esportazzjoni, (il-premessi 57–58 hawn fuq) u l-kapaċità ta' riżerva kbira disponibbli, huwa ferm probabbli li volumi kbar ta' bijodiżil tal-Istati Uniti jidħlu mill-ġdid fis-suq tal-Unjoni bi prezzijiet oġġett ta' dumping li huma ugwali għal jew inqas mill-prezzijiet tal-Unjoni.

    (144)

    Dawn l-importazzjonijiet jeżerċitaw pressjoni sinifikanti u anki pressjoni 'l isfel fil-prezzijiet fuq l-industrija tal-Unjoni, li fil-livelli attwali tal-prezzijiet, qed tagħmel profitt żgħir ħafna, li huwa ferm taħt il-profitt fil-mira tagħha. Dan x'aktarx jirriżulta fi tnaqqis fil-produzzjoni u l-volumi tal-bejgħ, inqas qligħ u telf ta' sehem mis-suq.

    (145)

    Minħabba s-sitwazzjoni ekonomika fraġli tal-industrija tal-Unjoni, tali xenarju probabbli jkollu effett negattiv konsiderevoli fuq l-irkupru li qed iseħħ bħalissa fl-industrija tal-Unjoni u x'aktarx li jwassal għal rikorrenza ta' ħsara materjali.

    5.1.   Konklużjoni

    (146)

    Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-ħsara materjali lill-industrija tal-Unjoni x'aktarx li sseħħ jekk il-miżuri eżistenti kontra l-importazzjonijiet ta' bijodiżil mill-Istati Uniti tal-Amerka jitħallew jiskadu.

    6.   L-INTERESS TAL-UNJONI

    (147)

    B'konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk ikunx kontra l-interess tal-Unjoni li jinżammu l-miżuri fis-seħħ minkejja s-sejbiet ta' hawn fuq dwar il-probabbiltà ta' rikorrenza ta' dumping dannuż. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq l-apprezzament ta' kull wieħed mill-bosta interessi involuti, inklużi dawk tal-industrija tal-Unjoni, tal-importaturi kif ukoll tal-utenti tal-bijodiżil.

    6.1.   L-interess tal-industrija tal-Unjoni

    (148)

    Il-miżuri eżistenti kkontribwew għal tnaqqis kważi totali ta' importazzjonijiet oġġett ta' dumping ta' bijodiżil mill-Istati Uniti tal-Amerka u offrew solliev lill-industrija tal-Unjoni. Filwaqt li l-industrija tal-Unjoni wriet sinjali pożittivi ta' rkupru minn dumping tal-imgħoddi, bħaż-żieda fil-produzzjoni u l-volum tal-bejgħ, il-prezzijiet tal-bijodiżil fis-suq tal-Unjoni naqsu b'mod sinifikanti, u l-profitabbiltà baqgħet baxxa ħafna, tant li ħalliet lill-industrija f'sitwazzjoni ekonomika vulnerabbli u fraġli.

    (149)

    Jekk il-miżuri eżistenti jitħallew jiskadu, l-industrija tal-Unjoni fil-probabbiltà kbira tagħha tkun iffaċċjata b'iżjed kompetizzjoni inġusta fil-forma ta' volumi sinifikanti ta' importazzjonijiet oġġett ta' dumping ta' bijodiżil mill-Istati Uniti tal-Amerka. Dan iwaqqaf l-irkupru li qed iseħħ bħalissa li l-industrija tal-bijodiżil fl-Unjoni qed tesperjenza attwalment u x'aktarx jirriżulta fir-rikorrenza ta' ħsara materjali. It-terminazzjoni tal-miżuri għalhekk mhijiex fl-interess tal-industrija tal-Unjoni.

    6.2.   L-interess tal-importaturi u tal-kummerċjanti mhux relatati

    (150)

    Kienu biss tliet importaturi/kummerċjanti li ppreżentaw ruħhom u li ressqu l-fehmiet tagħhom. Filwaqt li kumpanija waħda ddikjarat li l-livell tad-dazji attwali huwa sproporzjonat u li estensjoni tista' tfixkel is-suq u tillimitah bil-konsegwenza li jogħlew il-prezzijiet, iż-żewġ kumpaniji l-oħra sostnew li l-miżuri eżistenti ma kinux affettwaw l-attivitajiet tagħhom u li kienu newtrali f'dak li jikkonċerna estensjoni possibbli tal-miżuri antidumping eżistenti.

    (151)

    Is-sejbiet ta' din l-investigazzjoni ma jappoġġawx l-argument li kontinwazzjoni tal-miżuri eżistenti tkun tillimita s-suq u tirriżulta fi prezzijiet ogħla. Għall-kuntrarju, matul il-perjodu kkunsidrat, il-prezzijiet tal-Unjoni naqsu minkejja l-eżistenza ta' miżuri. Barra minn hekk, l-industrija tal-Unjoni llum għandha kapaċità biżżejjed biex tforni d-domanda tal-Unjoni għall-bijodiżil u wkoll kapaċità ta' riżerva biex tissodisfa żieda fid-domanda futura. Għalhekk, l-argumenti mressqa ma jipprovdux evidenza li l-kontinwazzjoni tal-miżuri eżistenti tmur kontra l-interess tal-importaturi u/jew tal-kummerċjanti.

    6.3.   L-interess tal-utenti

    (152)

    Utent wieħed biss, kumpanija taż-żejt li tixtri l-bijodiżil f'taħlita ma' żjut minerali, ippreżentat ruħha u esprimiet il-fehma tagħha lill-Kummissjoni. Hija kienet favur li jinżammu l-miżuri eżistenti u sostniet li t-tneħħija tagħhom jista' jkollha effetti devastanti fuq is-suq tal-bijodiżil tal-Unjoni li jwasslu għal influss ta' volumi sinifikanti ta' bijodiżil oġġett ta' dumping li jirriżulta f'rikorrenza ta' ћsara serja lill-industrija tal-bijodiżil fl-Unjoni.

    (153)

    Ma hemm l-ebda indikazzjoni li l-miżuri eżistenti affettwaw b'mod negattiv l-utenti tal-bijodiżil tal-Unjoni, u b'mod partikolari, ma hemm l-ebda evidenza li l-miżuri eżistenti kellhom effett negattiv ta' profittabilità jew tan-negozju tagħhom. Fi kwalunkwe każ, minħabba li l-konsum ta' bijodiżil fl-Unjoni żdied b'mod stabbli jew żdied biss ftit, l-industrija tal-Unjoni għandha biżżejjed kapaċità biex tissodisfa d-domanda attwali u futura f'każ li d-domanda tkompli tiżdied. Iż-żamma tal-miżuri ma twassalx għal nuqqas ta' provvista.

    (154)

    Għalhekk jista' jiġi konkluż li ż-żamma tal-miżuri ma tkunx kontra l-interess tal-utenti.

    6.4.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

    (155)

    Fuq il-bażi ta' dan ta' hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kienx hemm raġunijiet serji biex jiġi konkluż li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li jinżammu l-miżuri eżistenti fuq l-importazzjonijiet ta' bijodiżil li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka.

    7.   MIŻURI ANTIDUMPING

    (156)

    Għaldaqstant, u fid-dawl tal-konklużjonijiet milħuqa fir-rigward tal-probabbiltà ta' kontinwazzjoni jew rikorrenza ta' dumping u ta' ħsara, isegwi li, skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-miżuri antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta' bijodiżil li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka, imposti bir-Regolament (KE) Nru 599/2009, kif emendat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 444/2011, għandhom jinżammu għal perjodu addizzjonali ta' ħames snin,

    (157)

    Kif spjegat fil-premessa 2 hawn fuq, id-dazji antidumping fis-seħħ fuq l-importazzjonijiet ta' bijodiżil mill-Istati Uniti tal-Amerka kienu estiżi biex ikopru wkoll l-importazzjonijiet tal-istess prodott ikunsinnat mill-Kanada, kemm jekk iddikjarat li joriġina mill-Kanada kif ukoll jekk le, u l-importazzjonijiet lejn l-Unjoni ta' bijodiżil f'taħlita li fiha skont il-piż 20 % jew inqas ta' esteri monoalkiliċi aċidi xaħmin u/jew żejt tal-gass paraffiniku miksub minn sinteżi u/jew trattament idriku, ta' oriġini mhux mill-fossili, li joriġinaw fl-Istati Uniti tal-Amerka.

    (158)

    Id-dazji antidumping li jinżammu, ikomplu jiġu estiżi għal importazzjonijiet ta' bijodiżil ikkunsinjati mill-Kanada, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Kanada kif ukoll jekk le, u wkoll għal bijodiżil f'taħlita li fiha skont il-piż 20 % jew inqas ta' esteri monoalkiliċi aċidi xaħmin u/jew żejt tal-gass paraffiniku miksub minn sinteżi u/jew trattament idriku, ta' oriġini mhux mill-fossili, li joriġinaw fl-Istati Uniti tal-Amerka.

    (159)

    Il-produtturi esportaturi mill-Kanada li kienu eżentati mill-miżuri, kif estiżi bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 444/2011 jiġu wkoll eżentati mill-miżuri imposti b'dan ir-Regolament.

    (160)

    Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1.   Qed jiġi impost dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' esteri monoalkiliċi ta' aċidi xaħmin u/jew żejt tal-gass paraffiniku miksub minn sinteżi u /jew trattament idriku, ta' oriġini mhux mill-fossili, magħruf b'mod komuni bħala “bijodiżil”, f'forma pura jew f'taħlita li fiha skont il-piż aktar minn 20 % ta' esteri monoalkiliċi ta' aċidi xaħmin u/jew żejt tal-gass paraffiniku miksub minn sinteżi u /jew trattament idriku, ta' oriġini mhux mill-fossili, li jori[ina fl-Istati Uniti tal-Amerka, li attwalment huma kklassifikati fil-kodiċijiet NM ex 1516 20 98 (kodiċi TARIC 1516209829), ex 1518 00 91 (kodiċi TARIC 1518009129), ex 1518 00 99 (kodiċi TARIC 1518009929), ex 2710 19 43 (kodiċi TARIC 2710194329), ex 2710 19 46 (kodiċi TARIC 2710194629), ex 2710 19 47 (kodiċi TARIC 2710194729), ex 2710 20 11 (kodiċi TARIC 2710201129), ex 2710 20 15 (kodiċi TARIC 2710201529), ex 2710 20 17 (kodiċi TARIC 2710201729), ex 3824 90 92 (kodiċi TARIC 3824909212), ex 3826 00 10 (kodiċijiet TARIC 3826001029, 3826001039, 3826001049, 3826001099), u ex 3826 00 90 (kodiċi TARIC 3826009019).

    2.   Ir-rati tad-dazju antidumping definittiv applikabbli għall-prezz nett ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u manifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt, għandhom ikunu ta' ammont fiss kif ġej:

    Kumpanija

    Rata ta' dazju AD EUR għal kull tunnellata netta

    Kodiċi TARIC addizzjonali

    Archer Daniels Midland Company, Decatur

    68,6

    A933

    Cargill Inc., Wayzata

    0

    A934

    Green Earth Fuels of Houston LLC, Houston

    70,6

    A935

    Imperium Renewables Inc., Seattle

    76,5

    A936

    Peter Cremer North America LP, Cincinnati

    198,0

    A937

    World Energy Alternatives LLC, Boston

    82,7

    A939

    Kumpaniji elenkati fl-Anness I

    115,6

    Ara l-Anness I

    Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

    172,2

    A999

    Id-dazju antidumping fuq it-taħlitiet ikun applikabbli proporzjonalment fit-taħlita, skont il-piż, tal-kontenut totali tal-esteri monoalkiliċi ta'aċidi xaħmin u żejt tal-gass paraffiniku miksuba minn sinteżi u/jew trattament idriku, ta' oriġini mhux mill-fossili (kontenut ta' bijodiżil).

    3.   F'każijiet fejn il-merkanzija tkun ġarrbet ħsara qabel id-dħul f'ċirkolazzjoni libera u, għalhekk, il-prezz attwalment imħallas jew pagabbli jiġi aġġustat mill-bejjiegħ, għall-benefiċċju tax-xerrej, li jseħħu bil-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 145, il-paragrafi 2 u 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 (17), l-ammont ta' dazju antidumping stabbilit fil-paragrafu 2 jitnaqqas b'perċentwal li jirrappreżenta t-tqassim tal-aġġustament mal-prezz attwalment imħallas jew pagabbli.

    4.   L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju individwali speċifikati għall-kumpaniji elenkati fil-paragrafu 2 tkun kondizzjonali mal-preżentazzjoni lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri ta' fattura kummerċjali valida, li għandha tkun konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness II. Jekk ma tiġi ppreżentata l-ebda tali fattura, tapplika r-rata tad-dazju applikabbli lill-“kumpaniji l-oħrajn kollha”.

    5.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti fis-seħħ rigward id-dazji doganali.

    Artikolu 2

    1.   Id-dazju antidumping definittiv applikabbli lill-“kumpaniji l-oħrajn kollha” kif stipulat fl-Artikolu 1, il-paragrafu 2, huwa b'dan estiż għall-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' esteri monoalkiliċi ta' aċidi xaħmin u/jew ta' żejt tal-gass paraffiniku miksub minn sinteżi u/jew trattament idriku, ta' oriġini mhux mill-fossili, magħruf b'mod komuni bħala “bijodiżil”, f'forma pura jew f'taħlita li fiha bil-piż aktar minn 20 % ta' esteri monoalkiliċi ta' aċidi xaħmin u/jew ta' żejt tal-gass paraffiniku miksub minn sinteżi u/jew trattament idriku, ta' oriġini mhux mill-fossili, ikkunsinnat mill-Kanada, kemm jekk iddikjarat li joriġina mill-Kanada kif ukoll jekk le, li attwalment huwa kklassifikat taħt il-kodiċijiet NM ex 1516 20 98 (kodiċi TARIC 1516209821), ex 1518 00 91 (kodiċi TARIC 1518009121), ex 1518 00 99 (kodiċi TARIC 1518009921), ex 2710 19 43 (kodiċi TARIC 2710194321), ex 2710 19 46 (kodiċi TARIC 2710194621), ex 2710 19 47 (kodiċi TARIC 2710194721), ex 2710 20 11 (kodiċi TARIC 2710201121), ex 2710 20 15 (kodiċi TARIC 2710201521), ex 2710 20 17 (kodiċi TARIC 2710201721), ex 3824 90 92 (kodiċi TARIC 3824909210), ex 3826 00 10 (kodiċijiet TARIC 3826001020, 3826001030, 3826001040, 3826001089) u ex 3826 00 90 (kodiċi TARIC 3826009011), bl-eċċezzjoni ta' dawk prodotti mill-kumpaniji elenkati hawn taħt:

    Pajjiż

    Kumpanija

    Kodiċi TARIC addizzjonali

    Il-Kanada

    BIOX Corporation, Oakville, Ontario, Kanada

    B107

    Il-Kanada

    Rothsay Biodiesel, Guelph, Ontario, Kanada

    B108

    Il-dazju li jrid jiġi estiż ikun dak stabbilit għall-“kumpaniji l-oħrajn kollha” fl-Artikolu 1, il-paragrafu 2, li huwa dazju antidumping definittiv ta' EUR 172,2 għal kull tunnellata netta.

    Id-dazju antidumping fuq it-taħlitiet ikun applikabbli proporzjonalment fit-taħlita, skont il-piż, tal-kontenut totali tal-esteri monoalkiliċi ta'aċidi xaħmin u żejt tal-gass paraffiniku miksuba minn sinteżi u/jew trattament idriku, ta' oriġini mhux mill-fossili (kontenut ta' bijodiżil).

    2.   F'każijiet fejn il-merkanzija tkun ġarrbet ħsara qabel id-dħul f'ċirkolazzjoni libera u, għalhekk, il-prezz attwalment imħallas jew pagabbli jkun aġġustat mill-bejjiegħ, għall-benefiċċju tax-xerrej, li jseħħ bil-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 145, il-paragrafi 2 u 3, tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93, l-ammont ta' dazju antidumping stabbilit fl-Artikolu 1, il-paragrafu 2, jitnaqqas b'perċentwal li jirrappreżenta t-tqassim tal-aġġustament mal-prezz attwalment imħallas jew pagabbli.

    3.   L-applikazzjoni tal-eżenzjonijiet mogħtija lill-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 1 tkun kondizzjonali mal-preżentazzjoni lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri ta' fattura kummerċjali valida, li għandha tkun konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness II. Jekk ma tiġi ppreżentata l-ebda tali fattura, tapplika r-rata tad-dazju kif imposta mill-Artikolu 1, il-paragrafu 1, applikabbli lill-“kumpaniji l-oħrajn kollha”.

    4.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti fis-seħħ rigward id-dazji doganali.

    Artikolu 3

    1.   Id-dazju antidumping definittiv kif stipulat fl-Artikolu 1, il-paragrafu 2, huwa b'dan estiż għall-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' esteri monoalkiliċi ta' aċidi xaħmin u/jew ta' żejt tal-gass paraffiniku miksub minn sinteżi u/jew trattament idriku, ta' oriġini mhux mill-fossili, magħruf b'mod komuni bħala “bijodiżil”, f'taħlita li fiha bil-piż 20 % jew inqas ta' esteri monoalkiliċi ta' aċidi xaħmin u/jew ta' żejt tal-gass paraffiniku miksub minn sinteżi u/jew trattament idriku, ta' oriġini mhux mill-fossili, li joriġina mill-Istati Uniti tal-Amerka, u li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 1516 20 98 (kodiċi TARIC 1516209830), ex 1518 00 91 (kodiċi TARIC 1518009130), ex 1518 00 99 (kodiċi TARIC 1518009930), ex 2710 19 43 (kodiċi TARIC 2710194330), ex 2710 19 46 (kodiċi TARIC 2710194630), ex 2710 19 47 (kodiċi TARIC 2710194730), ex 2710 20 11 (kodiċi TARIC 2710201130), ex 2710 20 15 (kodiċi TARIC 2710201530), ex 2710 20 17 (kodiċi TARIC 2710201730), ex 3824 90 92 (kodiċi TARIC 3824909220), u ex 3826 00 90 (kodiċi TARIC 3826009030).

    Id-dazju antidumping fuq it-taħlitiet ikun applikabbli proporzjonalment fit-taħlita, skont il-piż, tal-kontenut totali tal-esteri monoalkiliċi ta'aċidi xaħmin u żejt tal-gass paraffiniku miksuba minn sinteżi u/jew trattament idriku, ta' oriġini mhux mill-fossili (kontenut ta' bijodiżil).

    2.   F'każijiet fejn il-merkanzija tkun ġarrbet ħsara qabel id-dħul f'ċirkolazzjoni libera u, għalhekk, il-prezz attwalment imħallas jew pagabbli jkun aġġustat mill-bejjiegħ, għall-benefiċċju tax-xerrej, li jseħħ bil-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 145, il-paragrafi 2 u 3, tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93, l-ammont ta' dazju antidumping stabbilit fl-Artikolu 1, il-paragrafu 2, jitnaqqas b'perċentwal li jirrappreżenta t-tqassim tal-aġġustament mal-prezz attwalment imħallas jew pagabbli.

    3.   L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju individwali speċifikati għall-kumpaniji elenkati fl-Artikolu 1, il-paragrafu 2 tkun kondizzjonali mal-preżentazzjoni lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri ta' fattura kummerċjali valida, li għandha tkun konformi mar-rekwiżiti stipulati fl-Anness III. Jekk ma tiġi ppreżentata l-ebda tali fattura, tapplika r-rata tad-dazju applikabbli lill-“kumpaniji l-oħrajn kollha”.

    4.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, japplikaw id-dispożizzjonijiet rilevanti fis-seħħ rigward id-dazji doganali.

    Artikolu 4

    1.   It-talbiet għall-eżenzjoni mid-dazju estiż bl-Artikolu 2(1) u l-Artikolu 3(1) isiru bil-miktub f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u jridu jkunu ffirmati minn persuna awtorizzata li tirrappreżenta l-entità li qed titlob l-eżenzjoni. It-talba trid tintbagħat fl-indirizz li ġej:

    European Commission

    Directorate General for Trade

    Directorate H

    Rue de la loi 170, CHAR 04/034

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË

    Posta elettronika: TRADE-TDI-INFORMATION@ec.europa.eu

    2.   Skont l-Artikolu 13(4) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009, il-Kummissjoni tista', wara li tikkonsulta mal-Kumitat Konsultattiv, tawtorizza b'deċiżjoni, l-eżenzjoni ta' importazzjonijiet minn kumpaniji li ma evitawx il-miżuri antidumping imposti bir-Regolament (KE) Nru 599/2009, mid-dazju estiż bl-Artikolu 2(1) u l-Artikolu 3(1).

    Artikolu 5

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri f'konformità mat-Trattati.

    Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Settembru 2015.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

    (2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 599/2009 tas-7 ta' Lulju 2009 li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet tal-bijodiżil li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika (ĠU L 179, 10.7.2009, p. 26).

    (3)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 444/2011 tal-5 ta' Mejju 2011 li jestendi d-dazju antidumping definittiv impost mir-Regolament (KE) Nru 599/2009 għall-importazzjonijiet tal-bijodiżil li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika għall-importazzjonijiet ta' bijodiżil ikkunsinnati mill-Kanada, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Kanada, kif ukoll jekk le, u li jestendi d-dazju antidumping definittiv impost mir-Regolament (KE) Nru 599/2009 fuq l-importazzjonijiet tal-bijodiżil f'taħlita li fiha skont il-piż 20 % jew inqas ta' bijodiżil li joriġina mill-Istati Uniti tal-Amerika, u li jtemm l-investigazzjoni fir-rigward tal-importazzjonijiet ikkunsinnati minn Singapor (ĠU L 122, 11.5.2011, p. 12).

    (4)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1194/2013 tad-19 ta' Novembru 2013 li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq importazzjonijiet ta' bijodiżil li joriġinaw mill-Arġentina u l-Indoneżja (ĠU L 315, 26.11.2013, p. 2).

    (5)  Notifika ta' skadenza imminenti ta' ċerti miżuri ta' antidumping (ĠU C 289, 4.10.2013, p. 12).

    (6)  Notifika ta' Bidu ta' rieżami ta' skadenza tal-miżuri antidumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta' bijodiżil li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika (ĠU C 217, 10.7.2014, p. 14).

    (7)  Il-Messiku — Miżuri antidumping Definittivi fuq iċ-Ċanga u r-Ross, WT/DS 295/AB/R, tad-29 ta' Novembru 2005.

    (8)  Skont il-leġiżlazzjoni tal-Istati Uniti tal-Amerika, il-Kodiċi 26.U.S., it-taqsima 45K(c)(3), it-terminu “bijomassa” jfisser kull materjal organiku ieħor għajr — (A) żejt u gass naturali (jew kull prodott tiegħu), u (B) faħam (inkluż il-linjite) jew kull prodott tiegħu.

    (9)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 194/2009 tal-11 ta' Marzu 2009 li jimponi dazju kumpensatorju provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta' bijodiżil li joriġina mill-Istati Uniti tal-Amerika (ĠU L 67, 12.3.2009, p. 50), il-premessa 20.

    (10)  Minħabba żball tipografiku, id-Dokument ta' Divulgazzjoni indika bi żball, ammont ta' EUR 884.

    (11)  Ara pereżempju: http://biodiesel.org/news/news-display/2014/05/14/biodiesel-producers-hit-hard-by-policy-uncertainty, aċċessat fis-6 ta' Lulju 2015.

    (12)  Ġibiltà ma tagħmilx parti mill-Unjonijiet Doganali u l-importazzjonijiet ta' prodotti f'Ġibiltà mhumiex ikkunsidrati bħala rilaxx ta' prodotti f'ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni.

    (13)  Il-konsum tal-bijodiżil fil-Kanada huwa mbassar li jilħaq kemm kemm 'il fuq minn 300 000 tunnellata fl-2015. Ara l-Eżempju: http://gain.fas.usda.gov/Recent%20GAIN%20Publications/Biofuels%20Annual_Ottawa_Canada_11-24-2014.pdf, aċċessat fis-6 ta' Lulju 2015.

    (14)  Ir-Regolament (KE) Nru 599/2009, il-premessi minn 181 sa 183.

    (15)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 1194/2013, il-premessi minn 202 sa 208.

    (16)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 193/2009 tal-11 ta' Marzu 2009 li jimponi dazju antidumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet tal-bijodiżil li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerika (ĠU L 67, 12.3.2009, p. 22).

    (17)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1).


    ANNESS I

    Isem il-Kumpanija

    Belt

    Kodiċi addizzjonali TARIC

    American Made Fuels, Inc.

    Canton

    A940

    AG Processing Inc.

    Omaha

    A942

    Alabama Clean Fuels Coalition Inc.

    Birmingham

    A940

    Arkansas SoyEnergy Group

    DeWitt

    A940

    Arlington Energy, LLC

    Mansfield

    A940

    Athens Biodiesel, LLC

    Athens

    A940

    Beacon Energy

    Cleburne

    A940

    Biodiesel of Texas, Inc.

    Denton

    A940

    BioDiesel One Ltd

    Southington

    A940

    Buffalo Biodiesel, Inc

    Tonawanda

    A940

    BullDog BioDiesel

    Ellenwood

    A940

    Carbon Neutral Solutions, LLC

    Mauldin

    A940

    Central Iowa Energy, LLC

    Newton

    A940

    Chesapeake Custom Chemical Corp.

    Ridgeway

    A940

    Community Fuels

    Stockton

    A940

    Delta BioFuels, Inc.

    Natchez

    A940

    Diamond Biofuels

    Mazon

    A940

    Direct Fuels

    Euless

    A940

    Eagle Creek Fuel Services, LLC

    Baltimore

    A940

    Earl Fisher Bio Fuels

    Chester

    A940

    East Fork Biodiesel, LLC

    Algona

    A940

    ECO Solutions, LLC

    Chatsworth

    A940

    Ecogy Biofuels, LLC

    Tulsa

    A940

    ED & F Man Biofuels Inc.

    New Orleans

    A940

    Freedom Biofuels, Inc.

    Madison

    A940

    Fuel & Lube, LLC

    Richmond

    A940

    Fuel Bio

    Elizabeth

    A940

    FUMPA Bio Fuels

    Redwood Falls

    A940

    Galveston Bay Biodiesel, LP (BioSelect Fuels)

    Houston

    A940

    Geo Green Fuels, LLC

    Houston

    A940

    Georgia Biofuels Corp.

    Loganville

    A940

    Green River Biodiesel, Inc.

    Moundville

    A940

    Griffin Industries, Inc.

    Cold Spring

    A940

    High Plains Bioenergy

    Guymon

    A940

    Huish Detergents, Inc.

    Salt Lake City

    A940

    Incobrasa Industries, Ltd.

    Gilman

    A940

    Independence Renewable Energy Corp.

    Perdue Hill

    A940

    Indiana Flex Fuels

    LaPorte

    A940

    Innovation Fuels, Inc.

    Newark

    A940

    Iowa Renewable Energy, LLC

    Washington

    A940

    Johann Haltermann Ltd.

    Houston

    A940

    Lake Erie Biofuels, LLC

    Erie

    A940

    Leland Organic Corporation

    Leland

    A940

    Louis Dreyfus Agricultural Industries, LLC

    Wilton

    A940

    Louis Dreyfus Claypool Holdings LLC

    Claypool

    A940

    Memphis Biofuels, LLC

    Memphis

    A942

    Middle Georgia Biofuels

    East Dublin

    A940

    Middletown Biofuels, LLC

    Blairsville

    A940

    Musket Corporation

    Oklahoma City

    A940

    New Fuel Company

    Dallas

    A940

    North Mississippi Biodiesel

    New Albany

    A940

    Northern Biodiesel, Inc.

    Ontario

    A940

    Northwest Missouri Biofuels, LLC

    St. Joseph

    A940

    Nova Biofuels Clinton County, LLC

    Clinton

    A940

    Nova Biosource

    Senaca

    A940

    Organic Fuels, Ltd

    Houston

    A940

    Owensboro Grain Company LLC

    Owensboro

    A940

    Paseo Cargill Energy, LLC

    Kansas City

    A940

    Peach State Labs, Inc.

    Rome

    A940

    Perihelion Global, Inc.

    Opp

    A940

    Philadelphia Fry-O-Diesel Inc.

    Philadelphia

    A940

    Pinnacle Biofuels, Inc.

    Crossett

    A940

    PK Biodiesel

    Woodstock

    A940

    Pleasant Valley Biofuels, LLC

    American Falls

    A940

    RBF Port Neches LLC

    Houston

    A940

    Red Birch Energy, Inc.

    Bassett

    A940

    Red River Biodiesel Ltd.

    New Boston

    A940

    REG Ralston, LLC

    Ralston

    A940

    Renewable Energy Products, LLC

    Santa Fe Springs

    A940

    Riksch BioFuels LLC

    Crawfordsville

    A940

    Safe Renewable Corp.

    Conroe

    A940

    Sanimax Energy Inc.

    DeForest

    A940

    Scott Petroleum

    Itta Bena

    A942

    Seminole Biodiesel

    Bainbridge

    A940

    Soy Solutions

    Milford

    A940

    SoyMor Biodiesel, LLC

    Albert Lea

    A940

    Sunshine BioFuels, LLC

    Camilla

    A940

    TPA Inc.

    Warren

    A940

    Trafigura AG

    Stamford

    A940

    U.S. Biofuels, Inc.

    Rome

    A940

    United Oil Company

    Pittsbourgh

    A940

    Valco Bioenergy

    Harlingen

    A940

    Vanguard Synfuels, LLC

    Pollock

    A940

    Vinmar Overseas, Ltd

    Houston

    A938

    Vitol Inc.

    Houston

    A940

    Walsh Bio Diesel, LLC

    Mauston

    A940

    Western Dubque Biodiesel, LLC

    Farley

    A940

    Western Iowa Energy, LLC

    Wall Lake

    A940

    Western Petroleum Company

    Eden Prairie

    A940


    ANNESS II

    Fuq il-fattura kummerċjali valida msemmija fl-Artikolu 1(4) u fl-Artikolu 2(3) trid tidher dikjarazzjoni ffirmata minn uffiċjal tal-entità li tkun qiegħda toħroġ il-fattura kummerċjali, fil-format li ġej:

    L-isem u l-funzjoni tal-uffiċjal tal-entità li toħroġ il-fattura kummerċjali.

    Id-dikjarazzjoni li ġejja:

    “Jien, hawn taħt iffirmat, niċċertifika li l-(volum) ta' esteri monoalkiliċi tal-aċidi xaħmin u/jew iż-żejt tal-gass paraffiniku miksub mis-sinteżi u/jew minn trattament idriku ta' oriġini mhux mill-fossili, komunemnt magħruf bħala ‘bijodiżil’, f'forma pura jew f'taħlita li fiha bil-piż aktar minn 20 % ta' esteri monoalkiliċi tal-aċidi xaħmin u/jew żejt tal-gass paraffiniku miksub mis-sinteżi u/jew trattament idriku, ta' oriġini mhux mill-fossili mibjugħ għall-esportazzjoni lill-Unjoni Ewropea kopert b'din il-fattura ġie mmanifatturat minn [isem u indirizz tal-kumpanija] [kodiċi addizzjonali TARIC] fi [pajjiż/i kkonċernat/i]. Jiena niddikjara li t-tagħrif mogħti f'din il-fattura huwa sħiħ u korrett.”


    ANNESS III

    Fuq il-fattura kummerċjali valida msemmija fl-Artikolu 3(3) trid tidher dikjarazzjoni ffirmata minn uffiċjal tal-entità li tkun qiegħda toħroġ il-fattura kummerċjali, fil-format li ġej:

    L-isem u l-funzjoni tal-uffiċjal tal-entità li toħroġ il-fattura kummerċjali.

    Id-dikjarazzjoni li ġejja:

    “Jien, hawn taħt iffirmat, niċċertifika li l-(volum) ta' esteri monoalkiliċi tal-aċidi xaħmin u/jew iż-żejt tal-gass paraffiniku miksub mis-sinteżi u/jew minn trattament idriku ta' oriġini mhux mill-fossili, komunemnt magħruf bħala ‘bijodiżil’, f'forma pura jew f'taħlita li fiha bil-piż 20 % jew inqas ta' esteri monoalkiliċi tal-aċidi xaħmin u/jew żejt tal-gass paraffiniku miksub mis-sinteżi u/jew trattament idriku, ta' oriġini mhux mill-fossili mibjugħ għall-esportazzjoni lill-Unjoni Ewropea kopert b'din il-fattura ġie mmanifatturat minn [isem u indirizz tal-kumpanija] [kodiċi addizzjonali TARIC] fl-Istati Uniti tal-Amerka. Jiena niddikjara li t-tagħrif mogħti f'din il-fattura huwa sħiħ u korrett.”


    Top