Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015R1475

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1475 tas-27 ta' Awwissu 2015 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 284/2013 fir-rigward tal-miżuri tranżitorji li japplikaw għall-proċeduri li jikkonċernaw il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    ĠU L 225, 28.8.2015, p. 10–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2015/1475/oj

    28.8.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 225/10


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1475

    tas-27 ta' Awwissu 2015

    li jemenda r-Regolament (UE) Nru 284/2013 fir-rigward tal-miżuri tranżitorji li japplikaw għall-proċeduri li jikkonċernaw il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 78(1)(b) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 284/2013 (2) ħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 545/2011 (3) u stipula rekwiżiti ġodda tad-dejta għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti.

    (2)

    Biex l-Istati Membri u l-partijiet interessati jkunu jistgħu jħejju ruħhom biex jissodisfaw dawk ir-rekwiżiti l-ġodda, ir-Regolament (UE) Nru 284/2013 jistabbilixxi miżuri tranżitorji li jikkonċernaw kemm il-preżentazzjoni ta' dejta għal applikazzjonijiet għall-approvazzjoni, għat-tiġdid tal-approvazzjoni jew għall-emenda għall-kundizzjonijiet tal-approvazzjoni ta' sustanzi attivi, u kemm il-preżentazzjoni ta' dejta dwar applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, li jinkludi t-tiġdid tal-awtorizzazzjoni jew l-emenda tal-awtorizzazzjoni ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti.

    (3)

    Huwa mistenni li l-applikazzjonijiet kollha għat-tiġdid tal-awtorizzazzjonijiet għal prodotti li fihom sustanzi attivi, imġedda skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1141/2010 (4), ikunu tressqu sal-31 ta' Diċembru 2015. B'konsegwenza ta' dan, ir-Regolament (UE) Nru 545/2011 ikun applika għal dawk l-applikazzjonijiet. Madankollu, jidher li wħud mill-applikazzjonijiet ser ikollhom jitressqu wara l-31 ta' Diċembru 2015.

    (4)

    Biex jiġi żgurat li l-applikazzjonijiet kollha għat-tiġdid tal-awtorizzazzjonijiet ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom sustanzi attivi, imġedda skont ir-Regolament (UE) Nru 1141/2010, ikunu soġġetti għall-istess rekwiżiti rigward id-dejta, jixraq li jiġu pprovduti miżuri tranżitorji bil-għan li r-rekwiżiti tad-dejta tar-Regolament (UE) Nru 545/2011 japplikaw għall-applikazzjonijiet kollha ta' dan it-tip.

    (5)

    Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 284/2013, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

    “Ir-Regolament (UE) Nru 545/2011 għandu jibqa' japplika fir-rigward tal-proċeduri għat-tiġdid tal-awtorizzazzjonijiet ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti skont l-Artikolu 43(2) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, wara t-tiġdid ta' sustanza attiva skont ir-Regolament (UE) Nru 1141/2010.”

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Awwissu 2015.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

    (2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 284/2013 tal- 1 ta' Marzu 2013 li jistipula r-rekwiżiti tad-dejta għall-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti, skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 93, 3.4.2013, p. 85).

    (3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 545/2011 tal-10 ta' Ġunju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżiti tad-dejta tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti (ĠU L 155, 11.6.2011, p. 67).

    (4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1141/2010 tas-7 ta' Diċembru 2010 li jistabbilixxi l-proċedura għat-tiġdid tal-inklużjoni tat-tieni grupp ta' sustanzi attivi fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE u li jistabbilixxi l-lista ta' dawk is-sustanzi (ĠU L 322, 8.12.2010, p. 10).


    Top