This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015R0987
Commission Implementing Regulation (EU) 2015/987 of 24 June 2015 fixing the allocation coefficient to be applied to applications for export licences for certain milk products to be exported to the Dominican Republic under the quota referred to in Regulation (EC) No 1187/2009
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/987 tal-24 ta' Ġunju 2015 li jistabbilixxi l-koeffiċjenti ta' allokazzjoni li trid tiġi applikata għall-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni għal ċerti prodotti tal-ħalib li għandhom jiġu esportati lejn ir-Repubblika Dominikana skont il-kwota msemmija fir-Regolament (KE) Nru 1187/2009
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/987 tal-24 ta' Ġunju 2015 li jistabbilixxi l-koeffiċjenti ta' allokazzjoni li trid tiġi applikata għall-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni għal ċerti prodotti tal-ħalib li għandhom jiġu esportati lejn ir-Repubblika Dominikana skont il-kwota msemmija fir-Regolament (KE) Nru 1187/2009
ĠU L 159, 25.6.2015, p. 51–52
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
25.6.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 159/51 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/987
tal-24 ta' Ġunju 2015
li jistabbilixxi l-koeffiċjenti ta' allokazzjoni li trid tiġi applikata għall-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni għal ċerti prodotti tal-ħalib li għandhom jiġu esportati lejn ir-Repubblika Dominikana skont il-kwota msemmija fir-Regolament (KE) Nru 1187/2009
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b'mod partikulari l-Artikolu 188 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Kapitolu III(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1187/2009 (2) jiddetermina l-proċedura għall-allokazzjoni ta' liċenzji tal-esportazzjoni għal ċerti prodotti tal-ħalib li għandhom ikunu esportati lejn ir-Repubblika Dominikana skont kwota miftuħa għal dak il-pajjiż. |
(2) |
Il- Artikolu 29 tar- Regolament (KE) Nru 1187/2009 jipprevedi l-possibbiltà li l-operaturi jressqu applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni mill-20 sat-30 ta' Mejju, għal importazzjonijiet matul sena ta' kwota mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Ġunju tas-sena ta' wara. Huwa xieraq, skont l-Artikolu 31(2) tar-Regolament (KE) Nru 1187/2009, li jiġi ddeterminat safejn jistgħu jingħataw il-liċenzji għall-kwantitajiet mitluba u li jiġi ffissat koeffiċjent ta' allokazzjoni għal kull parti tal-kwota. |
(3) |
L-applikazzjonijiet imressqa bejn l-20 u t-30 ta' Mejju 2015 ikopru kwantitajiet iżgħar minn dawk disponibbli. Bħala riżultat, huwa xieraq, skont l-ewwel subparagrafu tal- Artikolu 31(3) tar- Regolament (KE) Nru 1187/2009 biex tiġi iffissata l-kwantità li jifdal li għalihom l-applikazzjonijiet tal-liċenzji jistgħu jintefgħu mill-1 sal-10 ta' Novembru 2015, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-esportazzjoni ppreżentati mill-20 sat-30 ta' Mejju 2015 għandhom jiġu aċċettati.
Il-kwantitajiet koperti bl-applikazzjonijiet għal liċenzji tal-esportazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu ta' dan l-Artikolu għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 27(2) tar-Regolament (KE) Nru 1187/2009, għandhom ikunu mmultiplikati bil-koeffiċjenti tal-allokazzjoni li ġejjin:
— |
1,00 għall-applikazzjonijiet ippreżentati għall-parti tal-kwota msemmija fl-Artikolu 28(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1187/2009, |
— |
1,00 għall-applikazzjonijiet ippreżentati għall-parti tal-kwota msemmija fl-Artikolu 28(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1187/2009. |
Il-kwantità li jifdal kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal- Artikolu 31(3) tar- Regolament (KE) Nru 1187/2009 għandha tkun ta' 3 843 tunnellata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Ġunju 2015.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1187/2009 tas-27 ta' Novembru 2009 li jistipula regoli dettaljati speċjali għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-liċenzji tal-esportazzjoni u r-rifużjonijiet tal-esportazzjoni għall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib (ĠU L 318, 4.12.2009, p. 1).