Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015R0532

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/532 tat- 30 ta' Marzu 2015 li jemenda għall-228 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta' Al-Qaida

    ĠU L 86, 31.3.2015, p. 9–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/532/oj

    31.3.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 86/9


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/532

    tat-30 ta' Marzu 2015

    li jemenda għall-228 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta' Al-Qaida

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-network ta' Al-Qaida (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u 7a(1) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, l-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta' fondi u riżorsi ekonomiċi skont dak ir-Regolament.

    (2)

    Fit-23 ta' Marzu 2015, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) approva ż-żieda ta' persuna mal-lista tal-Kumitat dwar is-Sanzjonijiet fuq Al-Qaida ta' persuni, gruppi u entitajiet li l-iffriżar tal-fondi u r-riżorsi ekonomiċi japplika għalihom.

    (3)

    L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

    (4)

    Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, huwa għandu jidħol fis-seħħ minnufih,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Marzu 2015.

    Għall-Kummissjoni,

    F'isem il-President,

    Il-Kap tas-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija Strumenti


    (1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


    ANNESSI

    L-entrati li ġejjin għandhom jiżdiedu fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi”:

    “Aliaskhab Alibulatovich Kebekov (Алиaсхаб Алибулатович Кебеков) (alias: (a) Sheikh Abu Muhammad, (b) Ali Abu Muhammad, (c) Abu Muhammad Ali Al-Dagestani). Id-data tat-twelid: 1.1.1972. Il-post tat-twelid: Il-Villaġġ ta' Teletl, id-Distrett ta' Shamilskiy, ir-Repubblika ta' Dagestan, il-Federazzjoni Russa. In-nazzjonalità: Russa. In-nru tal-passaport: 628605523 (In-numru tal-Passaport Russu għall-Ivvjaġġar Barra mill-Pajjiż, maħruġ fl-4.7.2006 fis-Servizz Federali tal-Migrazzjoni tal-Federazzjoni Russa, jiskadi fis-16.7.2016). In-nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: 8203883123 (In-numru tal-Passaport Nazzjonali Russu maħruġ fis-16.7.2005 fid-Dipartiment tal-Affarijiet Interni (OVD), id-Distrett tal-Kirovskiy, ir-Repubblika ta' Dagestan, il-Federazzjoni Russa, jiskadi fil-1.1.2017). L-indirizz: Shosse Aeroporta, 5 Ap. 7 Makhachkala, ir-Repubblika ta' Dagestan, il-Federazzjoni Russa. Informazzjoni oħra: (a) Deskrizzjoni fiżika: il-kulur tal-għajnejn: kannella; il-kulur tax-xagħar: griż; tul: 170-175 cm; korporatura: tqil, b'wiċċ ovali, bil-leħja; (b) Isem missieru: Alibulat Kebekovich Kebekov, imwieled fl-1927; (c) Ritratt disponibbli għall-inklużjoni fl-Avviż Speċjali ta' bejn l-INTERPOL u l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU. Data ta' deżinjazzjoni mniżżla fl-Artikolu 2a(4)(b): 23.3.2015.”


    Top