Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32015R0489

    Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/489 tat- 23 ta' Marzu 2015 dwar l-awtorizzazzjoni tas-selenometijonina prodotta mis- Saccharomyces cerevisiae NCYC R645 bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali Test b'rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 78, 24.3.2015, p. 5–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2015/489/oj

    24.3.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 78/5


    REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/489

    tat-23 ta' Marzu 2015

    dwar l-awtorizzazzjoni tas-selenometijonina prodotta mis-Saccharomyces cerevisiae NCYC R645 bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 fuq l-additivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jistipula l-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali, kif ukoll ir-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' din l-awtorizzazzjoni.

    (2)

    B'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tas-selenometijonina prodotta mis-Saccharomyces cerevisiae NCYC R645. Dik l-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dettalji u d-dokumenti mitluba skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

    (3)

    L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni biex preparazzjoni tas-selenometijonina, kompost organiku tas-selenju, bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, tiġi kklassifikata fil-kategorija tal-addittivi “addittivi nutrizzjonali”.

    (4)

    Fl-opinjoni tagħha tat-3 ta' Lulju 2014 (2), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li, skont il-kundizzjonijiet ta' użu proposti, is-selenometijonina prodotta mis-Saccharomyces cerevisiae NCYC R645 ma tħallix effett negattiv fuq is-saħħa tal-annimali, fuq is-saħħa tal-bniedem jew fuq l-ambjent u li l-użu tagħha jista' jitqies bħala sors effiċjenti ta' selenju għall-ispeċijiet kollha tal-annimali. L-Awtorità ma tqisx li jinħtieġu rekwiżiti speċifiċi għall-monitoraġġ ta' wara l-kummerċjalizzazzjoni. L-Awtorità vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu tal-analiżi tal-addittivi tal-għalf fl-għalf li ġie ppreżentat mil-Laboratorju ta' Referenza mwaqqaf bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

    (5)

    L-evalwazzjoni tas-selenometijonina prodotta mis-Saccharomyces cerevisiae NCYC R645 turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għaldaqstant, l-użu ta' din il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat, kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

    (6)

    L-Awtorità kkonkludiet li l-limitazzjoni tas-supplimentazzjoni b'selenju organiku li ġiet stabbilita għal komposti organiċi oħrajn tas-selenju għandha tapplika wkoll għas-selenometijonina prodotta mis-Saccharomyces cerevisiae NCYC R645. Għaldaqstant, f'każ li l-komposti differenti tas-selenju jiġu miżjuda mal-għalf, is-supplimentazzjoni b'selenju organiku ma għandhiex taqbeż iż-0,2 mg għal kull kg ta' għalf komplet.

    (7)

    Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta' addittivi, “addittivi nutrizzjonali”, u mill-grupp funzjonali, “komposti ta' mikroelementi”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali, suġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Anness.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-23 ta' Marzu 2015.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Jean-Claude JUNCKER


    (1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

    (2)  The EFSA Journal 2014; 12(7):3797.


    ANNESS

    Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv

    Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

    Addittiv

    Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku.

    Speċi jew kategorija tal-annimal

    Età massima

    Kontenut minimu

    Kontenut massimu

    Dispożizzjonijiet oħra

    Tmiem il-perjodu ta' awtorizzazzjoni

    Selenju f'mg/kg ta' għalf komplet b'kontenut ta' umdità ta' 12 %

    Kategorija tal-addittivi nutrizzjonali. Grupp funzjonali: komposti ta' mikroelementi

    3b817

    Is-selenometijonina prodotta mis-Saccharomyces cerevisiae NCYC R645

    (Ħmira selenizzata inattivata)

    Karatterizzazzjoni tal-addittiv:

    Preparazzjoni ta' selenju organiku:

     

    Kontenut ta' selenju: 2 000 sa 2 400  mg Se/kg

     

    Selenju organiku > 98 % tat-total ta' selenju

     

    Selenometijonina > 70 % tat-total ta' selenju

    Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva:

     

    Is-selenometijonina prodotta mis-Saccharomyces cerevisiae NCYC R645

     

    Formula kimika: C5H11NO2Se

    Metodu analitiku  (1):

    Għad-determinazzjoni tas-selenometijonina fl-addittiv tal-għalf:

    kromatografija likwida bi prestazzjoni għolja f'fażi inversa b'detezzjoni tal-UV (RP-HPLC-UV) jew

    kromatografija likwida bi prestazzjoni għolja u spettrometrija tal-massa bi plażma akkoppjata induttivament (HPLC-ICPMS) wara diġestjoni proteolitika tripla.

    Għad-determinazzjoni tas-selenju totali fl-addittiv tal-għalf:

    spettrometrija tal-emissjoni atomika bi plażma akkoppjata induttivament (ICP-AES) jew

    spettrometrija ta' massa bi plażma akkoppjata induttivament (ICPMS).

    Għad-determinazzjoni tat-total ta' selenju fit-taħlitiet lesti minn qabel, fl-għalf kompost u fil-materjali tal-għalf: spettrometrija tal-assorbiment atomiku bil-ġenerazzjoni tal-idruri (HGAAS) wara diġestjoni b'microwaves (EN 16159:2012).

    L-ispeċijiet kollha

     

    0,50 (total)

    1.

    L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf f'forma ta' taħlita lesta minn qabel.

    2.

    Għas-sikurezza tal-utent: waqt l-użu għandhom jintlibsu protezzjoni għan-nifs u nuċċalijiet u ngwanti tas-sigurtà.

    3.

    L-addittivi teknoloġiċi jew il-materjali tal-għalf inklużi fil-preparazzjoni tal-addittiv għandhom jiżguraw potenzjal li jsiru trab < 0,2 mg ta' selenju/m3 ta' arja.

    4.

    Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel, indika l-kundizzjonijiet tal-ħażna u tal-istabbiltà.

    5.

    Supplimentazzjoni massima b'selenju organiku:

    0,20 mg Se/kg ta' għalf komplet b'kontenut ta' umdità ta' 12 %.

    It-13 ta' April 2025


    (1)  Dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz li ġej tal-Laboratorju ta' Referenza tal-Unjoni Ewropea: http://irmm.jrc.ec.europa.eu/EURLs/EURL_feed_additives/authorisation/evaluation_reports/Pages/index.aspx


    Top