EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015R0159
Council Regulation (EU) 2015/159 of 27 January 2015 amending Regulation (EC) No 2532/98 concerning the powers of the European Central Bank to impose sanctions
Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/159 tas- 27 ta' Jannar 2015 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2532/98 dwar il-poteri tal-Bank Ċentrali Ewropew li jimponi sanzjonijiet
Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/159 tas- 27 ta' Jannar 2015 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2532/98 dwar il-poteri tal-Bank Ċentrali Ewropew li jimponi sanzjonijiet
ĠU L 27, 3.2.2015, p. 1–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 31998R2532 | Żieda | artikolu 1 BI | 04/02/2015 | |
Modifies | 31998R2532 | Żieda | artikolu 4 TR | 04/02/2015 | |
Modifies | 31998R2532 | Sostituzzjoni | artikolu 3.10 | 04/02/2015 | |
Modifies | 31998R2532 | Żieda | artikolu 4 QT | 04/02/2015 | |
Modifies | 31998R2532 | Sostituzzjoni | artikolu 1 PT 6 | 04/02/2015 | |
Modifies | 31998R2532 | Żieda | artikolu 4 BI | 04/02/2015 | |
Modifies | 31998R2532 | Sostituzzjoni | artikolu 3.1 sentenza 1 | 04/02/2015 | |
Modifies | 31998R2532 | Sostituzzjoni | artikolu 1 PT 7 | 04/02/2015 | |
Modifies | 31998R2532 | Sostituzzjoni | artikolu 2.4 | 04/02/2015 |
3.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 27/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2015/159
tas-27 ta' Jannar 2015
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2532/98 dwar il-poteri tal-Bank Ċentrali Ewropew li jimponi sanzjonijiet
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 132(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 34.3 tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1),
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (2),
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni Ewropea (3),
Filwaqt li jaġixxi skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 129(4) tat-Trattat u l-Artikolu 41 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2532/98 (4) huwa bbażat fuq l-Artikolu 132(3) TFUE u l-Artikolu 34.3 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn hawn 'il quddiem l-“Istatut” ) li jagħtu s-setgħa lill-Kunsill jistabbilixxi l-limiti u l-kondizzjonijiet għall-Bank Ċentrali Ewropew (minn hawn 'il quddiem il-“BĊE”) li jimponi multi jew pagamenti perjodiċi ta' penali fuq l-impriżi li jonqsu milli jikkonformaw mal-obbligi li jinsabu taħt ir-regolamenti u d-deċiżjonijiet tiegħu. Il-kontenut tar-Regolament (KE) Nru 2532/98 għandu, għalhekk, ikun limitat għall-ksur ta' regolamenti u deċiżjonijiet adottati mill-BĊE. F'każ ta' ksur tal-liġi direttament applikabbli tal-Unjoni, minbarra regolamenti u deċiżjonijiet adottati mill-BĊE, id-dispożizzjonijiet rilevanti stabbiliti mir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 (5) għandhom japplikaw. |
(2) |
Il-BĊE applika r-Regolament (KE) Nru 2532/98 biex jimponi sanzjonijiet f'diversi oqsma tal-kompetenza tiegħu, inkluż b'mod partikolari l-implimentazzjoni tal-politika monetarja tal-Unjoni, l-operat tas-sistemi ta' ħlas u l-ġbir tal-informazzjoni statistika. |
(3) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1024/2013 ta lill-BĊE xi kompiti superviżorji u ta l-jedd lil dan tal-aħħar biex jimponi fuq l-istituzzjonijiet tal-kreditu li huwa jissorvelja: (a) penali pekunjarji amministrattivi meta dawn l-istituzzjonijiet jiksru rekwiżit taħt liġi direttament applikabbli tal-Unjoni li fir-rigward tagħha s-sanzjonijiet pekunjarji amministrattivi għandhom isiru disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti taħt il-liġi rilevanti tal-Unjoni; u (b) sanzjonijiet f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 2532/98 f'każ ta' ksur ta' regolamenti jew deċiżjonijiet tal-BĊE (minn issa 'l quddiem imsemmija b'mod konġunt “penali amministrattivi”). |
(4) |
L-Artikolu 18(7) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 jipprovdi li għall-finijiet tat-twettiq tal-kompiti mogħtija lilu b'dak ir-Regolament, f'każ ta' ksur ta' regolamenti jew deċiżjonijiet tal-BĊE, il-BĊE jista' jimponi sanzjonijiet skont ir-Regolament (KE) Nru 2532/98. |
(5) |
F'dan ir-rigward, ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 2532/98 mhumiex koerenti ma' firxa wiesgħa ta' dispożizzjonijiet li jinsabu fir-Regolament (UE) Nru 1024/2013 li huma direttament rilevanti għas-setgħat tal-BĊE li jimponi sanzjonijiet fil-każ ta' ksur ta' regolament u deċiżjoni tal-BĊE. Huwa għalhekk neċessarju li jiġu identifikati r-regoli stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 2532/98 li għandhom jiġu emendati, fejn issir referenza għall-impożizzjoni ta' sanzjonijiet mill-BĊE f'każ ta' ksur ta' regolamenti jew deċiżjonijiet tal-BĊE b'rabta mal-kompiti superviżorji tiegħu. |
(6) |
Abbażi tas-setgħa tiegħu li jimplimenta l-kompiti superviżorji allokati lilu mit-Trattati, stabbilita taħt l-Artikolu 34 tal-Protokoll (Nru 4) dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-BĊE adotta r-Regolament (UE) Nru 468/2014 (6). Sabiex jorganizza l-kompitu tal-BĊE li jiżgura konformità mar-regoli li jinsabu taħt il-liġi direttament applikabbli tal-Unjoni, ir-Regolament (UE) Nru 468/2014 jispeċifika wkoll, skont l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 skont id-drittijiet fundamentali u l-prinċipji stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, il-qafas għall-penali amministrattivi stabbilit fl-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013. Huwa jistabbilixxi wkoll regoli dwar l-impożizzjoni ta' penali amministrattivi fil-każ ta' ksur ta' regolament jew deċiżjoni tal-BĊE. Ir-Regolament (UE) Nru 468/2014 huwa strument li jimplimenta leġislazzjoni sekondarja. Għaldaqstant, f'każ ta' konflitt bejn id-dispożizzjonijiet stipulati f'dak ir-Regolament u d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 2532/98, ir-Regolament (KE) Nru 2532/98 jipprevali. |
(7) |
Il-BĊE għandu jippubblika d-deċiżjonijiet li jimponu sanzjonijiet f'każ ta' ksur ta' regolament jew deċiżjoni tal-BĊE fil-qasam superviżorju, sakemm din il-pubblikazzjoni ma tipperikolax l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji jew toħloq, sa fejn dan ikun jista' jiġi determinat, dannu sproporzjonat għall-impriża involuta. |
(8) |
Il-limitu massimu ta' multa li l-BĊE jista' jimponi fuq impriża għal nuqqas ta' konformità ma' regolament jew deċiżjoni tal-BĊE fil-qasam superviżorju ma għandux ivarja mil-limitu massimu ta' multa li l-BĊE jista' jimponi fuq impriża għal ksur ta' liġi tal-Unjoni applikabbli direttament, sabiex tiġi żgurata konsistenza fit-trattament ta' ksur ugwalment serju. Il-multi kollha imposti mill-BĊE fl-eżerċitar tal-kompiti superviżorji tiegħu għandhom għalhekk ikunu soġġetti għall-istess limiti massimi. |
(9) |
Il-BĊE għandu jkun jista' jimponi ħlasijiet ta' penali perjodiċi fuq impriżi sabiex iġiegħelhom jikkonformaw ma' regolamenti jew deċiżjonijiet tal-BĊE fil-qasam superviżorju, jew sabiex itemm il-ksur kontinwat tagħhom. Il-limitu massimu ta' ħlasijiet ta' penali perjodiċi għandu jkun proporzjonat mal-limitu massimu ta' multi applikabbli fil-qasam superviżorju. |
(10) |
L-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 jistabbilixxi l-prinċipju ta' separazzjoni, li permezz tiegħu l-BĊE jwettaq il-kompiti mogħtija lilu bir-Regolament (UE) Nru 1024/2013 mingħajr preġudizzju għal u separatament mill-kompiti tiegħu relatati mal-politika monetarja u kwalunkwe kompitu ieħor. Dan il-prinċipju għandu jiġi segwit mingħajr restrizzjoni f'kull kompitu mwettaq mill-BĊE. Sabiex jissaħħaħ dan il-prinċipju ta' separazzjoni, ġie stabbilit Bord Superviżorju skont l-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 li, fost l-oħrajn, huwa responsabbli għat-tħejjija ta' abbozzi ta' deċiżjonijiet kompluti għall-Kunsill Governattiv tal-BĊE fil-qasam superviżorju. Barra minn hekk, id-deċiżjonijiet meħuda mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE huma soġġetti għal reviżjoni mill-Bord Amministrattiv ta' Rieżami, taħt il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013. Meta jitqies il-prinċipju ta' separazzjoni u l-istabbiliment tal-Bord Superviżorju u tal-Bord Amministrattiv ta' Rieżami, għandhom japplikaw żewġ proċeduri distinti: (a) meta l-BĊE jikkontempla l-impożizzjoni ta' penali amministrattiva fl-eżerċitar tal-kompiti superviżorji tiegħu, għandhom jittieħdu deċiżjonijiet f'dan is-sens mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE abbażi ta' abbozz sħiħ ta' deċiżjoni mill-Bord Superviżorju u soġġett għal rieżami mill-Bord Amministrattiv ta' Rieżami; u (b) meta l-BĊE jikkontempla l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet fl-eżerċitar tal-kompiti mhux superviżorji tiegħu, deċiżjonijiet f'dan is-sens jittieħdu mill-Bord Eżekuttiv tal-BĊE u soġġett għal rieżami mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE. |
(11) |
Minħabba l-kumplessità tal-investigazzjoni ta' ksur fil-qasam superviżorju, is-setgħa li jiġu imposti u infurzati sanzjonijiet relatati mal-kompiti superviżorji tal-BĊE għandha tkun soġġetta għal limiti ta' żmien itwal minn dawk ipprovduti għal sanzjonijiet relatati mal-kompiti mhux superviżorji tal-BĊE. Is-sospensjoni u l-interruzzjoni ta' dawn il-limiti ta' żmien għandhom ikunu rregolati kif meħtieġ, waqt li jitqies ukoll il-fatt li jista' jkun hemm trikkib bejn il-proċeduri ta' ksur fil-qasam superviżorju u investigazzjonijiet u proċedimenti kriminali li jkunu bbażati fuq l-istess fatti. |
(12) |
Ir-Regolament (KE) Nru 2532/98 għandu għalhekk jiġi emendat kif xieraq, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Emendi
Ir-Regolament (KE) Nru 2532/98 huwa emendat kif ġej:
1. |
L-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:
|
2. |
Jiżdied l-Artikolu li ġej: “Artikolu 1a Prinċipji ġenerali u kamp ta' applikazzjoni 1. Dan ir-Regolament għandu japplika għall-impożizzjoni mill-BĊE ta' sanzjonijiet fuq impriżi għal nuqqas ta' konformità mal-obbligi li jirriżultaw minn deċiżjonijiet jew regolamenti tal-BĊE. 2. Ir-regoli li japplikaw għall-impożizzjoni mill-BĊE, fl-eżerċitar tal-kompiti superviżorji tiegħu, ta' sanzjonijiet fil-każ ta' ksur ta' regolament jew deċiżjoni tal-BĊE għandhom jidderogaw mir-regoli stabbiliti fl-Artikoli 2 sa 4 sal-punt stabbilit fl-Artikoli 4a sa 4c. 3. Il-BĊE għandu jippubblika kwalunkwe deċiżjoni li timponi sanzjonijiet fuq impriża fil-każ ta' ksur ta' regolament jew deċiżjoni tal-BĊE, fil-qasam superviżorju, kemm jekk din id-deċiżjoni tkun ġiet appellata kif ukoll jekk le. Il-BĊE għandu jwettaq tali pubblikazzjoni fuq il-websajttiegħu mingħajr dewmien bla bżonn, u wara li d-deċiżjoni tkun ġiet notifikata lill-impriża kkonċernata. Il-pubblikazzjoni għandha tinkludi informazzjoni dwar it-tip u n-natura tal-ksur u l-identità tal-impriża kkonċernata, sakemm il-pubblikazzjoni b'dan il-mod:
F'dawn iċ-ċirkostanzi, id-deċiżjonijiet li jirrigwardaw sanzjonijiet għandhom jiġu ppubblikati fuq bażi anonimizzata. Alternattivament, meta tali ċirkostanzi aktarx jintemmu f'perijodu ta' żmien raġonevoli, il-pubblikazzjoni taħt dan il-paragrafu tista' tiġi posposta għal tali perijodu ta' żmien. Jekk ikun hemm appell pendenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fir-rigward ta' deċiżjoni li timponi sanzjoni, il-BĊE għandu, mingħajr dewmien żejjed, jippubblika wkoll fuq il-websajt uffiċjali tiegħu informazzjoni dwar l-istatus tal-appell inkwistjoni u l-eżitu tiegħu. Il-BĊE għandu jiżgura li l-informazzjoni ppubblikata taħt dan il-paragrafu tibqa' fuq il-websajt uffiċjali tiegħu mill-inqas għal ħames snin.” . |
3. |
Fl-Artikolu 2, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b'dan li ġej: “4. Kull meta l-ksur jikkonsisti minn nuqqas li jitwettaq dmir, l-applikazzjoni ta' sanzjoni ma għandhiex teżenta lill-impriża mit-twettiq tagħha, ħlief jekk id-deċiżjoni adottata skont l-Artikolu 3(4) jew l-Artikolu 4b tiddikjara l-kontra b'mod espliċitu.” ; |
4. |
L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:
|
5. |
Jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin: “Artikolu 4a Regoli speċifiċi li jirrigwardaw il-limiti massimi tas-sanzjonijiet imposti mill-BĊE fl-eżerċitar tal-kompiti superviżorji tiegħu 1. Permezz ta' deroga mill-Artikolu 2(1), f'każ ta' ksur relatat ma' deċiżjonijiet u regolamenti adottati mill-BĊE fl-eżerċitar tal-kompiti superviżorji tiegħu, il-limiti li fi ħdanhom il-BĊE jista' jimponi multi u ħlasijiet ta' penali perjodiċi għandhom ikunu skont kif ġej.
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1:
Artikolu 4b Regoli proċedurali speċifiċi għal sanzjonijiet imposti mill-BĊE fl-eżerċitar tal-kompiti superviżorji tiegħu 1. B'deroga mill-Artikolu 3(1) sa (8) ta' dan ir-Regolament, ir-regoli stabbiliti f'dan l-Artikolu għandhom japplikaw għal ksur relatat ma' deċiżjonijiet u regolamenti adottati mill-BĊE fl-eżerċitar tal-kompiti superviżorji tiegħu. 2. Meta l-BĊE, fit-twettiq tal-kompiti tiegħu taħt ir-Regolament (UE) Nru 1024/2013, iqis li hemm raġuni għaliex ikun hemm suspett li ksur wieħed jew aktar ta' regolament jew deċiżjoni tal-BĊE kif imsemmi fl-Artikolu 18(7) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 qed jiġu jew ġew imwettqa minn impriża li għandha l-uffiċċju prinċipali tagħha fi Stat Membru taż-żona tal-euro, il-BĊE għandu jeżerċita l-investigazzjonijiet rilevanti skont id-dispożizzjonijiet li ġejjin. 3. Malli titlesta investigazzjoni u qabel ma titħejja u tiġi ppreżentata proposta għal abbozz sħiħ ta' deċiżjoni lill-Bord Superviżorju, il-BĊE fil-kapaċità tiegħu li jinvestiga ksur fil-qasam tas-superviżjoni għandu jinnotifika bil-miktub lill-impriża kkonċernata dwar is-sejbiet skont l-investigazzjoni mwettqa u dwar kwalunkwe oġġezzjoni li tkun tqajmet kontrihom. Fin-notifika msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-BĊE fil-kapaċità tiegħu li jinvestiga ksur fil-qasam tas-superviżjoni għandu jinforma lill-impriża kkonċernata dwar id-dritt tagħha li tagħmel sottomissjonijiet bil-miktub lill-BĊE dwar ir-riżultati fattwali u l-oġġezzjonijiet li tqajmu kontra l-entità kif stipulat fih, inklużi d-dispożizzjonijiet individwali li allegatament inkisru, u għandu jiffissa limitu ta' żmien raġonevoli biex isiru sottomissjonijiet bħal dawn. Il-BĊE m'għandux ikun obbligat jikkunsidra s-sottomissjonijiet bil-miktub li jsiru wara li jkun skada l-limitu ta' żmien stabbilit mill-BĊE fil-kapaċità tiegħu li jinvestiga ksur fil-qasam tas-superviżjoni. Il-BĊE fil-kapaċità tiegħu li jinvestiga ksur fil-qasam tas-superviżjoni jista' wkoll, wara notifika f'konformità mal-ewwel subparagrafu, jistieden lill-impriża kkonċernata biex tattendi seduta ta' smigħ orali. Il-partijiet soġġetti għall-investigazzjoni jistgħu jkunu rrappreżentati u/jew assistiti minn avukati jew persuni kkwalifikati oħrajn matul is-seduta. Is-seduti ma għandhomx ikunu pubbliċi. Għandu jkun garantit id-dritt ta' aċċess għall-fajl mill-impriża kkonċernata taħt investigazzjoni. Dan m'għandux jestendi għal informazzjoni kunfidenzjali. 4. Il-Bord Superviżorju għandu jipproponi abbozz sħiħ ta' deċiżjoni lill-Kunsill Governattiv, li tiddetermina jekk l-impriża kkonċernata wettqitx ksur u li tispeċifika s-sanzjonijiet li għandhom jiġu imposti, jekk ikun hemm, skont il-proċedura taħt l-Artikolu 26(8) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013. 5. L-impriża kkonċernata għandha jkollha d-dritt li titlob rieżami mill-Bord Amministrattiv ta' Rieżami tad-deċiżjoni meħuda mill-Kunsill Governattiv skont il-paragrafu 4, b'mod konformi mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013. Artikolu 4c Limiti ta' żmien speċifiċi għal sanzjonijiet imposti mill-BĊE fl-eżerċitar tal-kompiti superviżorji tiegħu 1. B'deroga mill-Artikolu 4, id-dritt li tittieħed deċiżjoni li tiġi imposta sanzjoni fil-każ ta' ksur ta' deċiżjoni jew regolament tal-BĊE b'rabta mal-kompiti superviżorji tiegħu, għandu jiskadi ħames snin wara li jkun seħħ il-ksur jew, fil-każ ta' ksur kontinwat, ħames snin wara li jkun intemm il-ksur. 2. Kwalunkwe azzjoni meħuda mill-BĊE għall-finijiet tal-investigazzjoni jew proċeduri fir-rigward ta' ksur għandha tikkawża l-interruzzjoni tal-limitu ta' żmien stipulat fil-paragrafu 1. L-interruzzjoni tal-perjodu ta' preskrizzjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data meta l-azzjoni tiġi nnotifikata lill-entità taħt superviżjoni kkonċernata. Kull interruzzjoni għandha tikkawża li l-limitu ta' żmien jerġa' jibda mill-ġdid. Madankollu, il-limitu ta' żmien ma għandux jeċċedi perjodu ta' għaxar snin wara li jkun seħħ il-ksur jew, fil-każ ta' ksur kontinwat, għaxar snin wara li jkun waqaf il-ksur. 3. Il-limiti ta' żmien deskritti fil-paragrafi preċedenti jistgħu jiġu estiżi jekk:
4. Id-dritt tal-BĊE li jinforza deċiżjoni li timponi sanzjoni għandu jiskadi ħames snin wara li din id-deċiżjoni tkun ittieħdet. Kwalunkwe azzjoni tal-BĊE li tkun iddisinjata biex tinforza l-ħlas jew it-termini u l-kundizzjonijiet tal-ħlas taħt is-sanzjoni imposta għandha tikkawża l-interruzzjoni tal-perjodu ta' preskrizzjoni għall-infurzar. 5. Il-perjodu ta' preskrizzjoni għall-infurzar ta' sanzjonijiet għandu jkun sospiż:
|
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha b'konformità mat-Trattati.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Jannar 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
J. REIRS
(2) Opinjoni mogħtija fis-26 ta' Novembru 2014 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali)
(3) Opinjoni mogħtija fit-18 ta' Diċembru 2014 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali)
(4) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2532/98 tat-23 ta' Novembru 1998 dwar il-poteri tal-Bank Ċentrali Ewropew li jimponi sanzjonijiet (ĠU L 318, 27.11.1998, p. 4).
(5) Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta' Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta' politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta' istituzzjonijiet ta' kreditu (ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63).
(6) Regolament (UE) Nru 468/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi qafas għal kooperazzjoni fi ħdan il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u ma' awtoritajiet nazzjonali nominati (Regolament Qafas tal-MSU) (BĊE/2014/17) (ĠU L 141, 14.5.2014, p. 1).