This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015D1521
Council Decision (CFSP) 2015/1521 of 14 September 2015 repealing Decision 2013/320/CFSP in support of physical security and stockpile management activities to reduce the risk of illicit trade in small arms and light weapons (SALW) and their ammunition in Libya and its region
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1521 tal-14 ta' Settembru 2015 li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/320/PESK b'appoġġ għas-sigurtà fiżika u l-attivitajiet relatati mal-ġestjoni tal-ħażniet biex jitnaqqas ir-riskju tal-kummerċ illeċitu fl-armi ħfief u ta' kalibru żgħir (SALW) u l-munizzjon tagħhom fil-Libja u r-reġjun tagħha
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1521 tal-14 ta' Settembru 2015 li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/320/PESK b'appoġġ għas-sigurtà fiżika u l-attivitajiet relatati mal-ġestjoni tal-ħażniet biex jitnaqqas ir-riskju tal-kummerċ illeċitu fl-armi ħfief u ta' kalibru żgħir (SALW) u l-munizzjon tagħhom fil-Libja u r-reġjun tagħha
ĠU L 239, 15.9.2015, p. 142–143
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repeal | 32013D0320 | 14/09/2015 |
15.9.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 239/142 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2015/1521
tal-14 ta' Settembru 2015
li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/320/PESK b'appoġġ għas-sigurtà fiżika u l-attivitajiet relatati mal-ġestjoni tal-ħażniet biex jitnaqqas ir-riskju tal-kummerċ illeċitu fl-armi ħfief u ta' kalibru żgħir (SALW) u l-munizzjon tagħhom fil-Libja u r-reġjun tagħha
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 26(2) u 31(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-politika ta' Sigurtà,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/320/PESK (1) ipprevediet li l-Unjoni għandha tistinka għall-promozzjoni tal-paċi u s-sigurtà fil-Libja u r-reġjun inġenerali permezz ta' miżuri ta' appoġġ bil-għan tal-iżgurar tas-sigurtà fiżika tajba u l-ġestjoni tajba tal-ħażniet tal-arsenali tal-armi Libjani mill-istituzzjonijiet tal-istat Libjani sabiex jitnaqqsu r-riskji għall-paċi u s-sigurtà bit-tixrid illeċitu u l-akkumulazzjoni eċċessiva ta' armi ħfief u ta' kalibru żgħir (SALW) u l-munizzjon tagħhom, inkluż it-trawwim tal-multilateraliżmu effettiv fil-livell reġjonali. |
(2) |
Id-deterjorament tas-sitwazzjoni politika u tas-sigurtà ġiegħel lill-parti l-kbira tal-missjonijiet diplomatiċi u l-persunal internazzjonali jitilqu mil-Libja wara l-ġrajjiet vjolenti tas-sajf tal-2014. |
(3) |
Id-djalogu politiku mmexxi min-Nazzjonijiet Uniti għadu ma rriżultax f'riżoluzzjoni politika bejn il-fazzjonijiet kombattenti prinċipali. |
(4) |
Mhux ċar dwar meta s-sitwazzjoni fil-Libja ser tmur għall-aħjar b'tali mod li l-persunal internazzjonali jkun jista' jerġa' jopera b'mod sigur fil-Libja. |
(5) |
Id-Deċiżjoni 2013/320/PESK għandha għalhekk titħassar. |
(6) |
L-Unjoni tixtieq tafferma mill-ġdid l-impenn politiku qawwi tagħha biex tappoġġa lill-awtoritajiet Libjani responsabbli biex inaqqsu r-riskji tat-tixrid illeċitu u l-akkumulazzjoni eċċessiva ta' SALW u l-munizzjon tagħhom, hekk kif il-kondizzjonijiet fil-Libja jippermettu dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2013/320/PESK hija mħassra.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Hija għandha tapplika mit-30 ta' Ġunju 2015.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta' Settembru 2015.
Għall-Kunsill
Il-President
J. ASSELBORN
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/320/PESK tal-24 ta' Ġunju 2013 b'appoġġ għas-sigurtà fiżika u l-attivitajiet relatati mal-ġestjoni tal-ħażniet biex jitnaqqas ir-riskju tal-kummerċ illeċitu fl-armi ħfief u ta' kalibru żgħir (SALW) u l-munizzjon tagħhom fil-Libja u r-reġjun tagħha (ĠU L 173, 26.6.2013, p. 54).