This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014R1358
Commission Implementing Regulation (EU) No 1358/2014 of 18 December 2014 amending Regulation (EC) No 889/2008 laying down detailed rules for the implementation of Council Regulation (EC) No 834/2007 as regards the origin of organic aquaculture animals, aquaculture husbandry practices, feed for organic aquaculture animals and products and substances allowed for use in organic aquaculture Text with EEA relevance
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1358/2014 tat- 18 ta' Diċembru 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 889/2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 fir-rigward tal-oriġini tal-annimali tal-akkwakultura organika, il-prattiki tat-trobbija tal-akkwakultura, l-għalf għall-annimali tal-akkwakultura organika u l-prodotti u s-sustanzi permessi għall-użu fl-akkwakultura organika Test b'rilevanza għaż-ŻEE
Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1358/2014 tat- 18 ta' Diċembru 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 889/2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 fir-rigward tal-oriġini tal-annimali tal-akkwakultura organika, il-prattiki tat-trobbija tal-akkwakultura, l-għalf għall-annimali tal-akkwakultura organika u l-prodotti u s-sustanzi permessi għall-użu fl-akkwakultura organika Test b'rilevanza għaż-ŻEE
ĠU L 365, 19.12.2014, p. 97–102
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2021; Impliċitament imħassar minn 32021R1165
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32008R0889 | Sostituzzjoni | artikolu 25 ST.2 | 01/01/2015 | |
Modifies | 32008R0889 | abolizzjoni | artikolu 25 DO.2 | 01/01/2015 | |
Modifies | 32008R0889 | Sostituzzjoni | artikolu 25 TD.3 | 01/01/2015 | |
Modifies | 32008R0889 | Żieda | artikolu 25 TD.BI | 01/01/2015 | |
Modifies | 32008R0889 | Żieda | artikolu 25 DO.5 | 01/01/2015 | |
Modifies | 32008R0889 | Sostituzzjoni | artikolu 25 VC.6 | 01/01/2015 | |
Modifies | 32008R0889 | Sostituzzjoni | anness VII PT 2 | 01/01/2015 | |
Modifies | 32008R0889 | Emenda | anness XIII BI | 01/01/2015 | |
Modifies | 32008R0889 | Żieda | artikolu 25 DO.1 punt E) | 01/01/2015 | |
Modifies | 32008R0889 | Sostituzzjoni | artikolu 25 SX.4 | 01/01/2015 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Implicitly repealed by | 32021R1165 | 01/01/2022 |
19.12.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 365/97 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1358/2014
tat-18 ta' Diċembru 2014
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 889/2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 fir-rigward tal-oriġini tal-annimali tal-akkwakultura organika, il-prattiki tat-trobbija tal-akkwakultura, l-għalf għall-annimali tal-akkwakultura organika u l-prodotti u s-sustanzi permessi għall-użu fl-akkwakultura organika
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta' Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 13(3), l-Artikolu 15(2) u l-Artikolu 16(1) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 834/2007 jistabbilixxi r-rekwiżiti bażiċi għall-produzzjoni organika tal-algi u tal-annimali tal-akkwakultura. Ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' dawk ir-rekwiżiti huma stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 889/2008 (2). |
(2) |
Fil-perjodu ta' bejn Novembru 2012 u April 2013, ċerti Stati Membri ressqu talbiet għar-reviżjoni tar-regoli marbuta mal-prodotti, is-sustanzi, is-sorsi tal-għalf u t-tekniki awtorizzati li għandhom jintużaw fil-produzzjoni tal-akkwakultura organika. Dawk it-talbiet ġew evalwati mill-grupp espert għall-pariri tekniċi dwar il-produzzjoni organika (EGTOP) stabbilit permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/427/KE (3). Filwaqt li qieset l-opinjoni ta' EGTOP, il-Kummissjoni identifikat il-ħtieġa li taġġorna u tintegra r-regoli eżistenti għall-implimentazzjoni tar-rekwiżiti għall-produzzjoni organika tal-algi u l-annimali tal-akkwakultura. |
(3) |
Skont l-Artikolu 15(1)(a)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007, l-annimali prodotti b'mod mhux organiku jistgħu jiddaħħlu f'azjenda skont kundizzjonijiet speċifiċi, meta ma jkunx disponibbli stokk żagħżugħ minn stokk matur organiku jew mill-azjendi. Ir-Regolament (KE) Nru 889/2008 jistabbilixxi r-restrizzjonijiet speċifiċi fir-rigward tal-annimali tal-akkwakultura maqbuda mis-selvaġġ, inkluż il-ġabra ta' ġuvenili tal-akkwakultura selvaġġa. Xi prattiki tradizzjonali ta' pixxikultura estensiva fl-artijiet mistagħdra, bħall-għadajjar tal-ilma salmastru, iż-żoni tal-marea u l-laguni kostali, magħluqa bid-digi u x-xtut, ilhom jeżistu għal sekli sħaħ u huma ta' valur f'termini ta' wirt kulturali, konservazzjoni tal-bijodiversità u perspettiva ekonomika għall-komunitajiet lokali. F'ċerti kundizzjonijiet, dawk il-prattiki ma jaffettwawx l-istatus tal-istokk tal-ispeċi konċernata. |
(4) |
Għalhekk, il-ġabra tal-ħut żgħir selvaġġ għal skopijiet ta' tkabbir f'dawk il-prattiki tradizzjonali tal-akkwakultura hija kkunsidrata bħala konformi mal-għanijiet, il-kriterji u l-prinċipji tal-produzzjoni tal-akkwakultura organika, sakemm il-miżuri ta' ġestjoni approvati mill-awtorità rilevanti responsabbli mill-ġestjoni tal-istokkijiet tal-ħut konċernati huma fis-seħħ biex jiżguraw l-isfruttar sostenibbli tal-ispeċijiet konċernati, li l-istokkjar mill-ġdid huwa konformi ma' dawk il-miżuri, u li l-ħut jiġi mitmugħ għalf esklussivament disponibbli b'mod naturali fl-ambjent. |
(5) |
EGTOP esprima tħassib li s-sorsi tal-għalf u l-adittivi permessi fil-produzzjoni tal-akkwakultura organika ma jissodisfawx b'mod suffiċjenti r-rekwiżiti tad-dieta tal-ispeċijiet tal-ħut karnivoru. Skont l-Artikolu 15(1)(d)(i) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007, l-annimali għandhom jiġu mitmugħa għalf li jissodisfa r-rekwiżiti nutrittivi tagħhom fl-istadji varji tal-iżvilupp tagħhom. Għalhekk għandu jkun permess l-użu ta' ħut sħiħ bħala sors ta' għalf għall-annimali karnivori fl-akkwakultura organika. Madankollu, dak ma għandux jirriżulta fi pressjoni addizzjonali fuq stokkijiet mhedda jew li huma mistgħada wisq. Għal dik ir-raġuni, għandhom jintużaw biss prodotti tas-sajd li huma ċertifikati bħala sostenibbli minn parti terza biex jissupplixxu għalf għall-annimali karnivori fl-akkwakultura organika. F'dak il-kuntest, il-kredibbiltà tal-iskema sostenibbli użata hija importanti biex tiżgura lill-konsumaturi dwar is-sostenibbiltà kumplessiva tal-prodott tal-akkwakultura organika. Għalhekk, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jidentifikaw l-iskemi ta' ċertifikazzjoni li huma jikkunsidraw, fid-dawl tal-prinċipji tas-sajd sostenibbli stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), adattati biex juru s-sostenibblità tal-prodotti tas-sajd għall-użu bħala għalf fl-akkwakultura organika. Il-Linji Gwida tal-FAO tal-2009 għall-ekotikkettar tal-ħut u l-prodotti tas-sajd mis-sajd (5) maqbud mill-baħar jistgħu jintużaw bħala referenza fil-valutazzjoni tal-adattabbiltà tal-iskemi ta' ċertifikazzjoni. |
(6) |
EGTOP enfasizza wkoll il-ħtieġa li jiġi pprovdut ukoll ammont suffiċjenti ta' istidina fid-dieta tal-ħut tal-familja Salmonidae, biex ikun żgurat livell għoli ta' saħħa u benessri tal-annimali f'dan l-ispeċi. Filwaqt li jitqiesu l-varjazzjonijiet sinifikanti fil-kontenut tal-istidina fil-materja prima tal-baħar skont l-ispeċi u l-istaġun, kif ukoll il-produzzjoni, l-ipproċessar u l-kundizzjonijiet tal-ħażna, l-użu tal-istidina prodotta mill-fermentazzjoni għandu jkun permess biex jiżgura li r-rekwiżiti tad-dieta tal-ħut tal-familja Salmonidae huma sodisfati. |
(7) |
L-ammont massimu ta' ħut mitħun li bħalissa huwa permess fl-għalf għall-gambli mhux suffiċjenti biex jissodisfa l-ħtiġijiet tad-dieta tagħhom u għalhekk għandu jiżdied. Is-supplimentar tal-għalf bil-kolesterol għandu jkun permess wkoll, meta jkun meħtieġ biex jissodisfa r-rekwiżiti kwantitattivi tad-dieta, f'konformità mar-rakkomandazzjonijiet tar-rapport EGTOP. Għal dak il-għan, għandu jintuża l-kolesterol organiku jekk ikun disponibbli. Il-kolesterol miġbur mis-suf, mill-frott tal-baħar bil-qoxra jew minn sorsi oħrajn jista' jintuża wkoll meta ma jkunx disponibbli l-kolesterol organiku. |
(8) |
L-eżenzjoni prevista fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 25k tiskadi fil-31 ta' Diċembru 2014; għalhekk dak il-paragrafu għandu jitħassar. |
(9) |
Sabiex tkun żgurata l-konformità mal-Artikolu 15(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 b'rabta mat-trobbija ta' stokk żagħżugħ li joriġina minn stokk matur organiku u minn azjendi organiċi, huwa kkunsidrat meħtieġ, u konformi mar-rapport EGTOP, li jiġu introdotti regoli speċifi għall-użu tal-plankton fl-għalf tal-ġuvenili organiċi. Il-plankton huwa neċessarju għat-trobbija tal-ġuvenili u mhux prodott skont regoli organiċi. |
(10) |
EGTOP huwa tal-parir ukoll li għandha tiġi aġġornata l-lista tas-sustanzi permessi għat-tindif u d-diżinfezzjoni fl-akkwakultura organika, b'mod partikolari b'rabta mal-possibbiltà li jintużaw uħud mis-sustanzi diġà elenkati fil-preżenza tal-annimali ukoll. L-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 889/2008 għandu jiġi emendat skont dan. |
(11) |
Il-kamp ta' applikazzjoni tal-Anness XIIIa tar-Regolament (KE) Nru 889/2008, kif definit fl-Artikolu 25f(2), għandu jiġi definit b'mod iktar ċar, b'mod partikolari b'rabta mal-prattiki tat-trobbija. |
(12) |
Id-densitá massima tal-istokkjar permessa għat-troti tal-Arktiku għandha tiżdied, biex takkomoda aħjar għall-ħtiġijiet ta' din l-ispeċi. Id-densitajiet massimi tal-istokkjar għandhom jiġu definiti wkoll għall-crayfish. L-Anness XIIIa tar-Regolament (KE) Nru 889/2008 għandu jiġi emendat skont dan. |
(13) |
Ir-Regolament (KE) Nru 889/2008 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan. |
(14) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat regolatorju għall-produzzjoni organika, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 889/2008 huwa emendat kif ġej:
(1) |
L-Artikolu 25e, il-paragrafu 4 jinbidel b'dan li ġej: “4. Għal skopijiet ta' tkabbir kontinwu, il-ġabra tal-ġuvenili selvaġġi tal-akkwakultura hija ristretta speċifikament għall-każijiet li ġejjin:
|
(2) |
Fl-Artikolu 25f, il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej: “2. Id-densità tal-istokk u l-prattiki tat-trobbija huma stabbiliti fl-Anness XIIIa skont l-ispeċi jew il-grupp ta' speċijiet. Filwaqt li jitqiesu l-effetti tad-densità tal-istokk u l-prattiki tat-trobbija fuq il-benessri tal-ħut fl-azjenda, għandhom jiġu mmonitorjati l-kundizzjoni tal-ħut (bħall-ħsara fil-ġwienaħ, feriti oħrajn, ir-rata tal-iżvilupp, l-imġiba espressa u s-saħħa ġenerali) u l-kwalità tal-ilma.” |
(3) |
Fl-Artikolu 25k, il-paragrafu 1, jiżdied il-punt (e) li ġej:
(*) Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE”" |
(4) |
Fl-Artikolu 25k, jitħassar il-paragrafu 2. |
(5) |
Fl-Artikolu 25k, jiżdied il-punt li ġej: “5. L-istidina prodotta permezz tal-fermentazzjoni tista' tintuża fil-porzjon tal-għalf għall-ħut tal-familja Salmonidae meta s-sorsi tal-għalf elenkati fil-paragrafu 1 ma jipprovdux ammont suffiċjenti ta' istidina biex jissodisfaw il-ħtiġijiet tad-dieta tal-ħut u jipprevjenu l-formazzjoni tal-katerretti.” |
(6) |
Fl-Artikolu 25 l, il-paragrafu 3 jinbidel b'dan li ġej: “3. Fejn l-għalf naturali huwa supplimentat skont il-paragrafu 2:
|
(7) |
Jiddaħħal l-Artikolu 251a li ġej: “Artikolu 25la Regoli speċifiċi dwar l-għalf għall-ġuvenili organiċi Fit-trobbija tal-larva tal-ġuvenili organiċi jistgħu jintużaw bħala għalf il-fitoplankton konvenzjonali u ż-żooplankton.” |
(8) |
L-Artikolu 25s, il-paragrafu 6 jinbidel b'dan li ġej: “6. Għall-kontroll bijoloġiku tal-ektoparassiti, għandha tingħata preferenza għall-użu ta' ħut iktar nadif u għall-użu tal-ilma ħelu, l-ilma baħar u ta' soluzzjonijiet tal-klorur tas-sodju.” |
(9) |
L-Annessi VII u XIIIa huma emendati skont l-Anness ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Japplika mill-1 ta' Jannar 2015.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Diċembru 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 889/2008 tal-5 ta' Settembru 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta' prodotti organiċi fir-rigward tal-produzzjoni, it-tikkettar u l-kontroll organiku (ĠU L 250, 18.9.2008, p. 1).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/427/KE tat-3 ta' Ġunju 2009 li tistabbilixxi l-grupp ta' esperti biex jagħti pariri tekniċi dwar il-produzzjoni organika (ĠU L 139, 5.6.2009, p. 29).
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).
(5) ISBN 978-92-5-006405-5
ANNESS
1. |
Il-Punt 2 tal-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 889/2008 jinbidel b'dan li ġej: 2. Prodotti għat-tindif u għad-diżinfezzjoni tal-produzzjoni tal-annimali tal-akkwakultura u tal-algi msemmija fl-Artikoli 6e(2), 25s(2) u 29a. 2.1. Suġġett għall-konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Unjoni u nazzjonali kif jissemma fl-Artikolu 16(1) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007, u b'mod partikolari mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*), il-prodotti użati għat-tindif u d-diżinfezzjoni tat-tagħmir u l-faċilitajiet fin-nuqqas tal-annimali tal-akkwakultura jista' jkollhom is-sustanzi attivi li ġejjin:
2.2. Suġġett għall-konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Unjoni u nazzjonali kif jissemma fl-Artikolu 16(1) tar-Regolament (KE) Nru 834/2007, u b'mod partikolari mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 u d-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (**), il-prodotti użati għat-tindif u d-diżinfezzjoni tat-tagħmir u l-faċilitajiet fil-preżenza kif ukoll fin-nuqqas tal-annimali tal-akkwakultura jista' jkollhom is-sustanzi attivi li ġejjin:
(*) Ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1)." (**) Id-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità rigward il-prodotti mediċinali veterinarji (ĠU L 311, 28.11.2001, p. 1).”" |
2. |
L-Anness XIIIa tar-Regolament (KE) Nru 889/2008 huwa emendat kif ġej:
|