Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R1191

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1191/2014 tat- 30 ta' Ottubru 2014 li jiddetermina l-format u l-mezzi għall-preżentazzjoni tar-rapport imsemmi fl-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar gassijiet fluworurati b'effett ta' serra

ĠU L 318, 5.11.2014, p. 5–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 24/09/2024; Imħassar b' 32024R2195

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2014/1191/oj

5.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 318/5


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1191/2014

tat-30 ta' Ottubru 2014

li jiddetermina l-format u l-mezzi għall-preżentazzjoni tar-rapport imsemmi fl-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar gassijiet fluworurati b'effett ta' serra

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar gassijiet fluworurati b'effett ta' serra u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 19(7) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1493/2007 (2) stabbilixxa l-format għar-rapport li għandu jiġi ppreżentat mill-produtturi, l-importaturi u l-esportaturi ta' ċerti gassijiet serra fluworurati f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tħassar bir-Regolament (UE) Nru 517/2014. L-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 jistabbilixxi obbligi ġodda ta' rappurtar dwar il-produzzjoni, l-importazzjoni, l-esportazzjoni, l-użu bħala materja prima u l-qerda tas-sustanzi elenkati fl-Anness I u II tar-Regolament (UE) Nru 517/2014. Għaldaqstant, dan ir-Regolament għandu jissostitwixxi r-Regolament (KE) Nru 1493/2007.

(2)

Sabiex tiġi żgurata l-uniformità u l-koerenza fil-ġbir tad-dejta u sabiex jiġi limitat il-piż amministrattiv, l-impriżi għandhom jissottomettu l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 permezz tal-għodda elettronika ta' rappurtar li fiha l-formoli rilevanti għall-attivitajiet individwali tagħhom ipprovduta mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, aċċessibbli mill-websajt tal-Kummissjoni Ewropea.

(3)

Id-dejta dwar il-kwantitajiet ta' HFCs esportati f'tagħmir li huwa mmanifatturat fl-UE għal dan l-għan, għalkemm mhux rilevanti għall-valur ta' referenza u l-kalkolu tal-kwota, ipprovduta fuq bażi volontarja, tista' tkun utli għall-monitoraġġ tal-impatti ekonomiċi tat-tnaqqis tal-kwantitajiet ta' idrofluworokarburi mqiegħda fis-suq.

(4)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 24(1) tar-Regolament (UE) Nru 517/2014.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-rapporti meħtieġa skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 għandhom jiġu ppreżentati b'mod elettroniku bl-użu tal-għodda ta' rappurtar abbażi tal-format stabbilit fl-Anness ta' dan ir-Regolament li, għal dak l-għan, jinsab disponibbli fuq il-websajt tal-Kummissjoni.

Artikolu 2

Ir-Regolament (KE) Nru 1493/2007 jitħassar.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Ottubru 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 150, 20.5.2014, p. 195.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1493/2007 tas-17 ta' Diċembru 2007 jistabbilixxi, b'osservanza tar-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, il-format tar-rapport li għandu jkun ippreżentat mill-produtturi, l-importaturi u l-esportaturi ta' ċerti gassijiet serra fluworinati (ĠU L 332, 18.12.2007, p. 7).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 dwar ċerti gassijiet serra flworinati (ĠU L 161, 14.6.2006, p. 1).


ANNESS

SPJEGAZZJONI ĠENERALI

Sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor fit-taqsimiet ta' rappurtar ta' dan l-Anness, tad-dejta rrapportata għandha tkopri l-attivitajiet tal-impriża matul is-sena kalendarja li dwarha jkun intbagħat ir-rapport

L-unitajiet ta' kejl, il-gassijiet koperti, il-livell ta' dettall u l-indikazzjoni tas-sena li fiha l-attivitajiet għandhom jiġu rrappurtati għall-ewwel darba huma speċifikati separatament f'kull taqsima ta' rappurtar.

Il-format ġenerali tal-għodda ta' rappurtar huwa stabbilit fit-taqsimiet ta' rappurtar li ġejjin. In-numerazzjoni tat-taqsimiet ippreżentati hawn taħt ma għandha l-ebda rilevanza għan-numerazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 jew l-għodda elettronika ta' rrappurtar, iżda hija użata fil-formuli għal kalkolu awtomatiku ta' ċerti valuri.

Taqsimiet ta' rappurtar

Taqsima 1:   Timtela mill-produtturi ta' gassijiet l-Artikolu 19(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 u l-punt 1(a) u (c) tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 517/2014

Applikabbli għall-ewwel darba għal rappurtar dwar attivitajiet imwettqa fl-2014 (mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu 2015).

Il-kwantitajiet għandhom jiġu rrappurtati f'tunnellati metriċi bi preċiżjoni sat-tielet pożizzjoni deċimali, separatament għal kull gass elenkat fl-Anness I jew l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 517/2014. Għandhom jiġu rrapportati l-kwantitajiet tat-taħlitiet li jkun fihom dawk is-sustanzi mqiegħda fis-suq, filwaqt li jiġu indikati wkoll l-ammonti użati bħala komponenti ta' dawn it-taħlitiet minn sorsi oħra minbarra l-produzzjoni proprja tagħhom.

 

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI RRAPPORTATA

KUMMENTI

1A

Il-kwantità totali tal-produzzjoni mill-faċilitajiet fl-Unjoni

 

 

1B

il-kwantità tal-produzzjoni mill-faċilitajiet fl-Unjoni li tikkonsisti fi produzzjoni sekondarja rkuprata jew prodotti mhux mixtieqa fejn dik il-produzzjoni sekondarja jew dawk il-prodotti ġew meqruda fil-faċilitajiet qabel it-tqegħid fis-suq

Rapporti mill-produtturi li jwettqu l-qerda dwar il-kwantitajiet totali meqruda għandhom isiru fit-taqsima tar-rappurtar 8

 

1C

il-kwantità tal-produzzjoni mill-faċilitajiet fl-Unjoni li tikkonsisti fi produzzjoni sekondarja rkuprata jew prodotti mhux mixtieqa fejn dik il-produzzjoni sekondarja jew dawk il-prodotti ingħataw lil impriżi oħra sabiex jinqerdu u li preċedentement ma tqegħdux fis-suq.

Għandha tiġi identifikata l-impriża li twettaq il-qerda

KWANTITAJIET IKKALKULATI AWTOMATIKAMENT

 

1D

Il-kwantità totali tal-produzzjoni proprja meqruda li ma tkunx tqiegħdet fis-suq qabel

1D = 1B + 1C

1E

Il-produzzjoni disponibbli għall-bejgħ

1E = 1A – 1D

Taqsima 2:   Timtela mill-importaturi ta' gassijiet — l-Artikolu 19(1) tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 u l-punt 2(a) tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 517/2014

Applikabbli għall-ewwel darba għal rappurtar dwar attivitajiet imwettqa fl-2014 (mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu 2015).

Il-kwantitajiet għandhom jiġu rrappurtati f'tunnellati metriċi bi preċiżjoni sat-tielet pożizzjoni deċimali, separatament għal kull gass elenkat fl-Anness I jew l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 517/2014, għal taħlitiet li fihom tal-anqas wieħed minn dawk il-gassijiet jew għal kull gass jew taħlita li jinsabu f'polioli mħalltin minn qabel importati.

L-importazzjoni fi kwantitajiet kbar biss għandhom jiġu rrapportati hawnhekk, inklużi l-kwantitajiet trasportati flimkien ma' tagħmir għall-fini tal-iċċarġjar tat-tagħmir wara l-importazzjoni, iżda mhux l-kwantitajiet li jinsabu fit-tagħmir. L-importazzjonijiet ta' gassijiet li jinsabu fi prodotti jew tagħmir għandhom jiġu rrappurtati fit-taqsima ta' rappurtar 11. L-importazzjonijiet kollha għandhom jiġu rapportati, ħlief l-importazzjonijiet għal tranżitu minn territorju doganali tal-Unjoni jew importazzjonijiet taħt proċeduri oħra li jippermettu moviment temporanju tal-merkanzija fit-territorju doganali, sakemm fil-każ tal-aħħar dawn l-oġġetti jibqgħu mhux aktar minn 45 jum fit-territorju doganali.

 

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI RRAPPORTATA

KUMMENTI

2A

L-ammont importat fl-Unjoni

 

Taqsima 3:   Timtela mill-esportaturi ta' gassijiet — l-Artikolu 19(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 u l-punt 3(a) u (b) tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 517/2014

Applikabbli għall-ewwel darba għal rappurtar dwar attivitajiet imwettqa fl-2014 (mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu 2015).

Il-kwantitajiet għandhom jiġu rrappurtati f'tunnellati metriċi bi preċiżjoni sat-tielet pożizzjoni deċimali, separatament għal kull gass elenkat fl-Anness I jew l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 517/2014, għal taħlitiet li fihom tal-anqas wieħed minn dawk il-gassijiet jew għal kull gass jew taħlita li jinsabu f'polioli mħalltin minn qabel esportati.

L-esportazzjonijiet ta' gassijiet fi kwantitajiet kbar biss, inklużi kwalunkwe kwantitajiet trasportati flimkien ma' tagħmir għall-fini tal-iċċarġjar ta' dak it-tagħmir wara l-esportazzjoni, għandha tiġi rrappurtata f'din it-Taqsima.

Il-kwantitajiet mill-produzzjoni proprja jew mill-importazzjoni proprji fornuti lil impriżi oħra fl-Unjoni għall-esportazzjoni diretta għandhom jiġu rrappurtati fit-taqsima ta' rappurtar 5.

 

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI RRAPPORTATA

KUMMENTI

3A

L-ammont totali esportat mill-Unjoni

 

 

3B

L-ammonti esportati mill-produzzjoni proprja jew mill-importazzjoni

 

KWANTITAJIET IKKALKULATI AWTOMATIKAMENT

 

3C

L-ammont esportat mixtri minn impriżi oħra fl-Unjoni

3C = 3A – 3B

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI RRAPPORTATA

 

3D

L-ammont esportat għar-riċiklaġġ

 

 

3E

L-ammont esportat għar-reklamazzjoni

 

 

3F

L-ammont esportat għall-qerda

 

Taqsima 4:   Timtela mill-produtturi u l-importaturi ta' gassijiet — l-Artikolu 19(1) tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 u l-punti 1(d) 2(b) u 2(d) tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 517/2014

Applikabbli għall-ewwel darba għal rappurtar dwar attivitajiet imwettqa fl-2014 (mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu 2015).

Il-kwantitajiet għandhom jiġu rrappurtati f'tunnellati metriċi bi preċiżjoni sat-tielet pożizzjoni deċimali, separatament għal kull gass elenkat fl-Anness I jew l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 517/2014, jew għal taħlitiet li fihom tal-anqas wieħed minn dawk il-gassijiet jew għal kull gass jew taħlita li jinsabu f'polioli mħalltin minn qabel.

 

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI RRAPPORTATA

KUMMENTI

4A

Total ta' stokkijiet fl-1 ta' Jannar

 

 

4B

tagħhom: stokkijiet fl-1 ta' Jannar ta' kwantitajiet minn importazzjoni jew mill-produzzjoni proprja

 

 

 

4C

tagħhom: stokkijiet fl-1 ta' Jannar ta' kwantitajiet minn importazzjoni jew mill-produzzjoni proprja li preċedentement ma tqegħdux fis-suq

B'mod partikolari l-produzzjoni u l-importazzjoni proprja mhux mibjugħa mhux rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa

KWANTITAJIET IKKALKULATI AWTOMATIKAMENT

 

 

4D

tagħhom: stokkijiet fl-1 ta' Jannar ta' kwantitajiet minn importazzjoni jew mill-produzzjoni proprja li preċedentement tqiegħdu fis-suq

B'mod partikolari, importazzjonijiet proprji rilaxxati għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa

4D = 4B – 4C

 

4E

Stokkijiet oħra fl-1 ta' Jannar

B'mod partikolari minn xiri fl-Unjoni

4E = 4A – 4B

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI RRAPPORTATA

4F

Total ta' stokkijiet fil-31 ta' Diċembru

 

 

4G

tagħhom: stokkijiet fil-31 ta' Diċembru ta' kwantitajiet minn importazzjoni jew mill-produzzjoni proprja

 

 

 

4H

tagħhom: stokkijiet fil-31 ta' Diċembru ta' kwantitajiet minn importazzjoni jew mill-produzzjoni proprja li preċedentement ma tqegħdux fis-suq

B'mod partikolari, il-produzzjoni proprja mhux mibjugħa u l-importazzjoni proprja mhux rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa

KWANTITAJIET IKKALKULATI AWTOMATIKAMENT

 

 

4I

tagħhom: stokkijiet fil-31 ta' Diċembru ta' kwantitajiet minn importazzjoni jew mill-produzzjoni proprja li preċedentement tqiegħdu fis-suq

B'mod partikolari, importazzjoni proprja rilaxxata għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa

4I = 4G – 4H

 

4J

tagħhom: Stokkijiet oħra fil-31 ta' Diċembru

B'mod partikolari minn xiri fl-Unjoni

4J = 4F – 4G

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI RRAPPORTATA

4K

L-ammont reklamat mill-impriża nnifisha

 

4L

L-ammont riċiklat mill-impriża nnifisha

 

KWANTITAJIET IKKALKULATI AWTOMATIKAMENT

4M

L-ammont totali fiżikament imqiegħed fis-suq

4M = 1E + 2A – 3B + 4C – 4H

Taqsima 5:   Il-kwantitajiet għal użi eżentati skont l-Artikolu 15(2), timtela mill-produtturi u l-importaturi ta' idrofluworokarburi — l-Artikolu 19(1), (2) (3) u (4) tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 u l-punti 1(b) u 2(a) tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 517/2014

Applikabbli għall-ewwel darba għal rappurtar dwar attivitajiet imwettqa fl-2014 (mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu 2015).

Il-kwantitajiet għandhom jiġu rrappurtati f'tunnellati metriċi bi preċiżjoni sat-tielet pożizzjoni deċimali, separatament għal kull tal-idrofluworokarbur (għal gassijiet elenkati fit-Taqsima 1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 517/2014, għal taħlitiet jew polioli mħalltin minn qabel li fihom tal-anqas wieħed minn dawk il-gassijiet).

 

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI RRAPPORTATA

KUMMENTI

5A

Il-kwantità importata fl-Unjoni sabiex tinqered

Għandha tiġi speċifikata l-impriża jew impriżi li jwettqu l-qerda

Rapporti mill-importaturi li jwettqu wkoll il-qerda huma nfushom dwar il-kwantitajiet totali meqruda għandhom isiru fit-taqsima tar-rappurtar 8

5B

Il-kwantità użata minn produttur jew importatur f'applikazzjonijiet ta' materja prima jew fornuta direttament minn produttur jew importatur lil impriżi għall-użu f'applikazzjonijiet ta' materja prima

L-impriża jew l-impriżi li jużaw il-materja prima għandhom jiġu speċifikati

Rapporti mill-produtturi jew importaturi li huma wkoll utenti tal-materja prima dwar l-użu tal-materja prima għandhom isiru fit-taqsima tar-rappurtar 7.

5C

Il-kwantità fornuta direttament lill-impriżi għall-esportazzjoni barra mill-Unjoni, fejn dawk il-kwantitajiet ma jsirux sussegwentement disponibbli lil parti oħra fl-Unjoni qabel l-esportazzjoni

Fuq bażi volontarja, il-kwantitajiet fornuti direttament lil impriżi għal manifattura ta' tagħmir fl-Unjoni, fejn dan it-tagħmir ikun sussegwentement esportat direttament barra mill-Unjoni

L-impriża jew l-impriżi li jesportaw għandhom jiġu speċifikati. Għandhom jiġu pprovduti d-dokumenti ta' verifika.

L-idrofluworokarburi fi kwantitajiet kbar biss għandhom jiġu rappurtati, mhux il-kwantitajiet li jinsabu fi prodotti jew f'tagħmir.

Id-dejta dwar il-provvista għall-manifattura ta' tagħmir li huwa esportat direttament tista' tiġi pprovduta għal skopijiet ta' informazzjoni, u għandha tispeċifika l-manifattur tat-tagħmir li jiġi esportat u l-kwantitajiet li kienu esportati.

5D

Il-kwantità fornuta direttament għall-użu f'tagħmir militari

L-impriża li tirċievi l-kwantità għall-użu f'tagħmir militari għandha tiġi speċifikata.

5E

Il-kwantità fornuta direttament lil impriża li tużaha għal inċiżjoni ta' materjal semikonduttur jew għat-tindif ta' kmamar ta' depożitu ta' fwar tal-kimika fi ħdan is-settur tal-manifattura tas-semikondutturi

Il-manifattur tas-semikondutturi riċeventi għandu jkun speċifikat.

5F

Il-kwantità fornuta direttament lil impriża li tipproduċi inalaturi b'doża mkejla għall-kunsinna ta' ingredjenti farmaċewtiċi

Għandu jiġi speċifikat il-produttur tal-inalaturi b'doża mkejla riċeventi għall-kunsinna ta' ingredjenti farmaċewtiċi.

Taqsima 6:   Il-kategoriji ta' applikazzjoni tal-gassijiet għas-suq tal-UE, timtela mill-produtturi u l-importaturi ta' gassijiet — l-Artikolu 19(1) u (2) tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 u l-punti 1(a) u 2(a) tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 517/2014

Applikabbli għall-ewwel darba għal rappurtar dwar attivitajiet imwettqa fl-2014 (mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu 2015).

Il-kwantitajiet għandhom jiġu rrappurtati f'tunnellati metriċi bi preċiżjoni sat-tielet pożizzjoni deċimali, separatament għal kull gass elenkat fl-Anness I jew l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 517/2014, jew taħlitiet li fihom tal-anqas wieħed minn dawk il-gassijiet.

 

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI RRAPPORTATA

KUMMENTI

6A

Esportazzjoni

Għall-idrofluworokarburi, l-ammont irrapportat hawn [6A] għandu jkun l-istess ammont bħal dak irrapportat fit-taqsima tar-rappurtar 5 kif fornuti direttament lil impriżi għal esportazzjoni barra l-Unjoni, fejn dawk il-kwantitajiet ma jsirux sussegwentement disponibbli lil kwalunkwe parti oħra fl-Unjoni, qabel l-esportazzjoni [5C].

6B

Qerda

Għall-idrofluworokarburi, l-ammont irrapportat hawn [6B] għandu jkun l-istess ammont bħal dak irrapportat fit-taqsima tar-rappurtar 5 bħala importati fl-Unjoni sabiex jinqerdu [5A].

6C

Tagħmir militari

Għall-idrofluworokarburi, l-ammont irrapportat hawn [6C] għandu jkun l-istess ammont bħal dak irrapportat fit-taqsima tar-rappurtar 5 bħala fornuti direttament għall-użu f'tagħmir militari [5D].

6D

Tagħmir ta' refriġerazzjoni, arja kkundizzjonata u ta' tisħin

 

6E

Fluwidi ta' trasferiment tas-sħana oħra

 

6F

Produzzjoni ta' ragħwa

 

6G

Produzzjoni ta' polioli mħalltin minn qabel

 

6H

Protezzjoni min-nar

 

6I

Ajrusols — inalaturi b'doża medika

Għall-idrofluworokarburi, l-ammont irrapportat hawn [6I] għandu jkun l-istess ammont, jew ogħla minn dak irrapportat fit-taqsima tar-rappurtar 5 bħala fornuti direttament lil impriża li tipproduċi inalaturi b'dożar iffissat għall-kunsinna ta' ingredjenti farmaċewtiċi [5F].

6J

Ajrusols — użi oħra

 

6K

Solventi

 

6L

Materja prima

Għall-idrofluworokarburi, l-ammont irrapportat hawn [6L] għandu jkun l-istess ammont, jew ogħla minn dak irrapportat fit-taqsima tar-rappurtar 5 bħala użati minn produttur f'applikazzjonijiet ta' materja prima jew fornuti direttament minn produttur jew importatur lil impriżi għall-użu f'applikazzjonijiet ta' materja prima [5B].

6M

Manifattura ta' semikondutturi

Għall-idrofluworokarburi, l-ammont irrapportat hawn [6M] għandu jkun l-istess ammont, jew ogħla minn dak irrapportat fit-taqsima tar-rappurtar 5 bħala fornuti direttament lil impriża li tużahom għal inċiżjoni ta' materjal semikonduttur jew għat-tindif ta' kmamar ta' depożitu ta' fwar tal-kimika fi ħdan is-settur tal-manifattura tas-semikondutturi [5E].

6N

Manifattura fotovoltajka

 

6O

Manifattura elettronika oħra

 

6P

Tagħmir ta' kollegament tal-elettriku

 

6Q

Aċċeleraturi tal-partiċelli

 

6R

Operazzjonijiet ta' pressofunditura tal-manjeżju

 

6S

Anestetiki

 

6T

Applikazzjoni oħra jew mhux magħrufa

Applikazzjoni jew applikazzjonijiet oħrajn għandhom jiġu speċifikati, u għandha tingħata spjegazzjoni mir-relatur dwar applikazzjoni mhux magħrufa.

6U

Tnixxija matul il-ħażna, it-trasport jew it-trasferiment

 

6V

Aġġustamenti fil-kontabilità

Fejn dawn il-kwantitajiet jiġu rrappurtati, għandha tiġi pprovduta spjegazzjoni

KALKOLI TA' KWANTITAJIET IĠĠENERATI AWTOMATIKAMENT

6W

It-total tal-kwantitajiet għall-kategoriji għall-applikazzjonijiet

6W = 6A + 6B + 6C + 6D + 6E + 6F + 6G + 6H + 6I + 6J + 6K + 6L + 6M + 6N + 6O + 6P + 6Q + 6R + 6S + 6T + 6U + 6V

Jekk id-dejta tiġi rapportata kif suppost, imbagħad it-total tal-kwantitajiet għall-kategoriji għall-applikazzjonijiet [6W] se jikkorrispondi għall-kwantità totali kkalkulata fornuta lis-suq tal-Unjoni [6X].

6X

Kwantità totali fornuta lis-suq tal-Unjoni

6X = 1E + 2A – 3B + 4B – 4G + 4K

Taqsima 7:   Timtela mill-utenti tal-materja prima ta' gassijiet — l-Artikolu 19(3) tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 u l-punt 5(a) tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 517/2014

Applikabbli għall-ewwel darba għal rappurtar dwar attivitajiet imwettqa fl-2014 (mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu 2015).

Il-kwantitajiet għandhom jiġu rrappurtati f'tunnellati metriċi bi preċiżjoni sat-tielet pożizzjoni deċimali, separatament għal kull gass elenkat fl-Anness I jew l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 517/2014, jew taħlita li fiha tal-anqas wieħed minn dawk il-gassijiet.

Il-kwantitajiet effettivament użati bħala materja prima biss għandhom jiġu rrapportati hawnhekk.

Fejn l-idrofluworokarburi (gassijiet elenkati fit-Taqsima 1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 517/2014, jew taħlita li fiha tal-anqas wieħed minn dawk il-gassijiet) ġew prodotti jew importati mill-impriża li tużahom bħala materja prima, il-kwantitajiet għandhom jiġu rrapportati fit-taqsima 5 ukoll. Fejn l-impriża pproduċiet jew importat dawk il-gassijiet u sussegwentement bigħethom għall-użu bħala materja prima lil impriżi oħra, il-kwantitajiet fornuti għandhom jiġu rrappurtati fit-taqsima tar-rappurtar 5 biss, li tispeċifika l-impriża li tużahom bħala materja prima.

 

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI RRAPPORTATA

KUMMENTI

7A

L-ammont użat bħala materja prima mill-impriża nnifisha

 

Taqsima 8:   Timtela mill-impriżi li jkunu qerdu l-gassijiet — l-Artikolu 19(2) tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 u l-punt 4 tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 517/2014

Applikabbli għall-ewwel darba għal rappurtar dwar attivitajiet imwettqa fl-2014 (mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu 2015).

Il-kwantitajiet għandhom jiġu rrappurtati f'tunnellati metriċi bi preċiżjoni sat-tielet pożizzjoni deċimali, separatament għal kull gass fluworurat b'effett ta' serra elenkat fl-Anness I jew l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 517/2014, jew taħlita li fiha tal-anqas wieħed minn dawk il-gassijiet.

Għandu jiġi rrapurtat it-total tal-kwantitajiet meqruda mill-impriżi stess li jirraportaw. Impriżi li huma produtturi għandhom jirraportaw ukoll dwar il-kwantitajiet tal-produzzjoni tagħhom stess li nqerdu, fit-taqsima tar-rappurtar 1.

Impriżi li huma importaturi ta' idrofluworokarburi (gassijiet elenkati fit-Taqsima 1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 517/2014, jew taħlita li fiha tal-anqas wieħed minn dawk il-gassijiet) għandhom jirrapportaw il-kwantitajiet tal-importazzjonijiet li ġew meqruda, fit-taqsima tar-rappurtar 5.

Il-kwantitajiet mibgħuta biex jinqerdu lil impriżi oħra fl-UE ma għandhomx ikunu rrapportati hawnhekk. Il-kwantitajiet esportati biex jinqerdu barra l-UE għandhom jiġu rrappurtati fi 3F.

 

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI RRAPPORTATA

KUMMENTI

8A

L-ammont meqrud mill-kumpanija li tirraporta bl-użu ta' kombustjoni b'temperatura għolja

 

8B

L-ammont meqrud mill-kumpanija li tirraporta bl-użu ta' disoriment termali

 

8C

L-ammont meqrud mill-kumpanija li tirraporta bl-użu ta' teknoloġiji oħra

It-teknoloġiji ta' qerda li jintużaw għandhom jiġu speċifikati

KWANTITAJIET IKKALKULATI AWTOMATIKAMENT

8D

L-ammont totali meqrud mill-impriża nnifisha

8D = 8A + 8B + 8C

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI RRAPPORTATA

8E

Stokkijiet fl-1 ta' Jannar li għad iridu jinqerdu

 

8F

Stokkijiet fil-31 ta' Dicembru maħsuba għall-qerda u li għad iridu jinqerdu

 

Taqsima 9:   Timtela mill-produtturi jew l-importaturi li awtorizzaw l-użu tal-kwota ta' idrofluworokarbur lil impriżi li jqiegħdu fis-suq ta' tagħmir ta' refriġerazzjoni, ta' arja kundizzjonata u tagħmir ta' tisħin bil-pompa li jiċċarġja bl-idrofluworokarburi — l-Artikolu 19(1) tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 u l-punti 1(e) u 2(c) tal-Anness VII tar-Regolament (EU) Nru 517/2014

Applikabbli għall-ewwel darba għal rappurtar dwar attivitajiet imwettqa fl-2015 (mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu 2016).

Il-kwantitajiet għandhom jiġu rrappurtati f'tunnellati ta' ekwivalenti ta' CO2 bi preċiżjoni ta' 1 tunnellata ta' ekwivalenti ta' CO2, mingħajr distinzjoni bejn idrofluworokarburi differenti.

Għandhom jiġu rrapurtati biss l-awtorizzazzjonijiet maħruġa matul is-sena kalendarja li dwaru jkun intbagħat ir-rapport.

 

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI RRAPPORTATA

KUMMENTI

9A

Il-kwantitajiet soġġetti għal awtorizzazzjonijiet għall-użu ta' kwota mogħtija lill-produtturi jew l-importaturi ta' tagħmir li jiċċarġja minn qabel skont l-Artikolu 18(2) tar-Regolament (UE) Nru 517/2014

L-impriża li tirċievi l-awtorizzazzjoni għandha tkun speċifikata.

Taqsima 10:   Timtela minn impriżi li jkunu rċevew il-kwota tagħhom esklussivament abbażi ta' dikjarazzjoni skont l-Artikolu 16(2) tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 u li jkunu awtorizzaw l-użu ta' kwota tal-idrofluworokarburi lill-impriżi li jqiegħdu ta' tagħmir ta' refriġerazzjoni, ta' arja kundizzjonata u tagħmir ta' tisħin bil-pompa li jiċċarġja bl-idrofluworokarburi fis-suq skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 18(2) tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 — l-Artikolu 19(1) tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 u l-punti 1(e) u 2(c) tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 517/2014

Applikabbli għall-ewwel darba għal rappurtar dwar attivitajiet imwettqa fl-2015 (mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu 2016).

Il-kwantitajiet għandhom jiġu rrappurtati f'tunnellati metriċi bi preċiżjoni sat-tielet pożizzjoni deċimali, separatament għal kull tal-idrofluworokarbur (gassijiet elenkati fit-Taqsima 1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 517/2014, jew taħlita li fiha tal-anqas wieħed minn dawk il-gassijiet).

Il-provvisti tal-idrofluworokarburi kollha marbuta mal-awtorizzazzjonijiet maħruġa matul is-sena kalendarja li dwarha jkun intbagħat ir-rapport, kif irrappurtat fit-aqsima 9, għandhom jiġu rrappurtati f'din it-taqsima tar-rappurtar. Din l-informazzjoni hija meħtieġa biex tiġi vverifikata l-konformità mal-Artikolu 18(2) tar-Regolament (UE) Nru 517/2014.

 

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI RRAPPORTATA

KUMMENTI

10A

L-ammont ta' gass ipprovdut lil impriżi, li ngħataw awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta' tagħmir ta' refriġerazzjoni, ta' arja kundizzjonata u tagħmir ta' tisħin bil-pompa li jiċċarġja bl-idrofluworokarburi.

L-impriża jew l-impriżi riċeventi għandhom jiġu speċifikati.

Mar-rapport, l-impriżi għandhom jissottomettu prova addizzjonali għal provvisti fiżiċi kollha rrappurtati hawn (eż. fatturi).

Taqsima 11:   Timtela minn impriżi li qiegħdu fis-suq gassijiet inklużi fi prodotti jew f'tagħmir skont l-Artikolu 19(4) tar-Regolament 517/2014 — l-Artikolu 19(4) tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 u l-punt 6 tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 517/2014

Applikabbli għall-ewwel darba għal rappurtar dwar attivitajiet imwettqa fl-2014 (mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu 2015).

Il-kwantitajiet ta' gassijiet fluworurati b'effett ta' serra elenkati fl-Anness I jew l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 jew taħlitiet li fihom tal-anqas wieħed minn dawk il-gassijiet li jinsabu fil-prodotti u t-tagħmir għandhom jiġu rrappurtati f'tunnellati metriċi bi preċiżjoni sat-tielet pożizzjoni deċimali, skont il-kategorija. Barra minn hekk għall-kwantità totali ta' gassijiet, għandu jiġi rrapurtat l-għadd ta' unitajiet skont il-kategorija, sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor.

Il-produtturi ta' prodotti jew tagħmir manifatturati fl-Unjoni ma għandhomx jirrappurtaw dwar prodotti u tagħmir jekk preċedentement il-gassijiet li jinsabu fihom kienu importati jew prodotti fl-Unjoni. Meta produttur jipproduċi hu stess gassijiet fi kwantitajiet kbar fl-Unjoni għall-użu fl-Unjoni għall-manifattura tal-prodotti u t-tagħmir tiegħu, ir-rappurtar tiegħu dwar il-produzzjoni (it-taqsima tar-rappurtar 1) bl-istess mod tkopri l-ammonti rilevanti tal-gass, għalhekk lanqas dawn l-ammonti ma għandhom jiġu rrappurtati f'din it-taqsima.

L-importaturi ta' prodotti u tagħmir li fihom gassijiet fluworurati b'effett ta' serra elenkati fl-Anness I jew II tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 għandhom jirrapportaw dwar kull importazzjoni li tinkludi gass rilaxxata mid-dwana għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa fl-Unjoni. L-importazzjonijiet ta' polioli mħalltin minn qabel, ma għandhomx jiġu rrapportati f'din it-taqsima iżda fit-taqsima 2. Fejn l-idrofluworokarburi (gassijiet elenkati fit-Taqsima 1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 517/2014, jew taħlita li fiha tal-anqas wieħed minn dawk il-gassijiet) jinsabu f'tagħmir importat ta' refriġerazzjoni, ta' arja kundizzjonata jew tagħmir ta' tisħin bil-pompa, u qabel kienu ġew esportati mill-Unjoni, u kienu soġġetti għal-limitazzjoni tal-kwota għat-tqegħid fis-suq ta' idrofluworokarburi, li għandhom jiġu rrappurtati fit-taqsima tar-rappurtar 12 sabiex jagħtu prova ta' konformità mal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru 517/2014.

Il-kategoriji ta' prodotti jew tagħmir elenkati hawn taħt jinkludu komponenti maħsuba għall-kategoriji speċifiċi tal-prodott jew tagħmir.

It-terminu “disinn dirett” jirreferi b'mod partikolari għal sistemi li jaħdmu bl-arja għall-arja, bl-ilma għall-arja, bis-salmur għall-arja; it-termini “disinn indirett” jirreferi b'mod partikoalri għal sistemi li jaħdmu bl-arja għall-ilma, bl-ilma għall-ilma, bis-salmura għall-ilma. inklużi l-pompi idroniċi tat-tisħin

 

KWANTITAJIET IKKALKULATI AWTOMATIKAMENT

KUMMENTI

11A

 

Tagħmir stazzjonarju ta' tkessiħ jew tisħin għall-kumdità

11A = 11A1 + 11A2 + 11A3 + 11A4 + 11A5 + 11A6 + 11A7 + 11A8 + 11A9 + 11A10 + 11A11 + 11A12 + 11A13 + 11A14

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI RRAPPORTATA

 

11A1

Tagħmir stazzjonarju ta' tkessiħ jew tisħin għall-kumdità, disinn dirett: Unitajiet indipendenti/monoblokk ta' tip mobbli

 

 

11A2

Tagħmir stazzjonarju ta' tkessiħ jew tisħin għall-kumdità, disinn dirett: unitajiet indipendenti/monoblokk tat-tip ta' fuq il-bejt

 

 

11A3

Tagħmir stazzjonarju ta' tkessiħ jew tisħin għall-kumdità, disinn dirett: unitajiet indipendenti/monoblokk tat-tip ieħor

Għandhom jiġu speċifikati t-tip jew tipi ta' tagħmir.

 

11A4

Tagħmir stazzjonarju ta' tkessiħ jew tisħin għall-kumdità, disinn dirett: unitajiet b' monosplit ċċarġjati bi 3 kilogrammi jew aktar ta' refriġerant

 

 

11A5

Tagħmir stazzjonarju ta' tkessiħ jew tisħin għall-kumdità, disinn dirett: unitajiet b' monosplit ċċarġjati b' inqas minn 3 kilogrammi ta' refriġerant

 

 

11A6

Tagħmir stazzjonarju ta' tkessiħ jew tisħin għall-kumdità, disinn dirett: unitajiet b'multiplit

 

 

11A7

Tagħmir stazzjonarju ta' tkessiħ jew tisħin għall-kumdità, disinn indirett: unitajiet indipendenti/monoblokk għal użu domestiku

 

 

11A8

Tagħmir stazzjonarju ta' tkessiħ jew tisħin għall-kumdità, disinn indirett: unitajiet indipendenti/monoblokk għal użu kummerċjali jew industrijali

 

 

11A9

Tagħmir stazzjonarju ta' tkessiħ jew tisħin għall-kumdità, disinn indirett: unitajiet indipendenti/monoblokk għal użu ieħor

Għandhom jiġu speċifikati l-użu jew l-użi intenzjonati.

 

11A10

Tagħmir stazzjonarju ta' tkessiħ jew tisħin għall-kumdità, disinn indirett: unitajiet bi split għal użu domestiku

 

 

11A11

Tagħmir stazzjonarju ta' tkessiħ jew tisħin għall-kumdità, disinn indirett: unitajiet bi split għal użu kummerċjali jew industrijali

 

 

11A12

Tagħmir stazzjonarju ta' tkessiħ jew tisħin għall-kumdità, disinn indirett: unitajiet bi split għal użu ieħor

Għandhom jiġu speċifikati l-użu jew l-użi intenzjonati.

 

11A13

Tagħmir stazzjonarju ta' tkessiħ jew tisħin għall-kumdità, kemm dirett u kemm indirett: unitajiet indipendenti/monoblokk

 

 

11A14

Tagħmir stazzjonarju ta' tkessiħ jew tisħin għall-kumdità, kemm dirett u kemm indirett: unitajiet bi split

 

KWANTITAJIET IKKALKULATI AWTOMATIKAMENT

11B

 

Tagħmir stazzjonarju ta' refriġerazzjoni

11B = 11B1 + 11B2 + 11B3 + 11B4 + 11B5 + 11B6 + 11B7 + 11B8 + 11B9 + 11B10 + 11B11 + 11B12 + 11B13 + 11B14

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI RRAPPORTATA

 

11B1

Tagħmir stazzjonarju ta' refriġerazzjoni, disinn dirett: unitajiet indipendenti/monoblokk għal użu domestiku

 

 

11B2

Tagħmir stazzjonarju ta' refriġerazzjoni, disinn dirett: unitajiet indipendenti/monoblokk għal użu kummerċjali jew industrijali

 

 

11B3

Tagħmir stazzjonarju ta' refriġerazzjoni, disinn dirett: unitajiet indipendenti/monoblokk għal użu ieħor

Għandhom jiġu speċifikati l-użu jew l-użi intenzjonati.

 

11B4

Tagħmir stazzjonarju ta' refriġerazzjoni, disinn dirett: unitajiet bi split għal użu kummerċjali jew industrijali

 

 

11B5

Tagħmir stazzjonarju ta' refriġerazzjoni, disinn dirett: unitajiet bi split għal użu ieħor

Għandhom jiġu speċifikati l-użu jew l-użi intenzjonati.

 

11B6

Tagħmir stazzjonarju ta' refriġerazzjoni, disinn indirett: unitajiet indipendenti/monoblokk għal użu kummerċjali jew industrijali

 

 

11B7

Tagħmir stazzjonarju ta' refriġerazzjoni, disinn indirett: unitajiet indipendenti/monoblokk għal użu ieħor

Għandhom jiġu speċifikati l-użu jew l-użi intenzjonati.

 

11B8

Tagħmir stazzjonarju ta' refriġerazzjoni, disinn indirett: unitajiet bi split għal użu kummerċjali jew industrijali

 

 

11B9

Tagħmir stazzjonarju ta' refriġerazzjoni, disinn indirett: unitajiet bi split għal użu ieħor

Għandhom jiġu speċifikati l-użu jew l-użi intenzjonati.

 

11B10

Tagħmir stazzjonarju ta' refriġerazzjoni, kemm dirett u kemm indirett: unitajiet indipendenti/monoblokk

 

 

11B11

Tagħmir stazzjonarju ta' refriġerazzjoni, kemm dirett u kemm indirett: unitajiet bi split

 

 

11B12

Tagħmir stazzjonarju ta' tkessiħ jew tisħin bi proċess, disinn dirett:

 

 

11B13

Tagħmir stazzjonarju ta' tkessiħ jew tisħin bi proċess, disinn indirett:

 

 

11B14

Tagħmir stazzjonarju ta' tkessiħ jew tisħin bi proċess, disinn dirett kif ukoll indirett

 

11C

 

magni tat-tnixxif tal-ħwejjeġ bil-pompa tas-sħana

 

KWANTITAJIET IKKALKULATI AWTOMATIKAMENT

11D

 

Kundizzjonament tal-arja/tisħin stazzjonarju inklużi pompi tat-tisħin kif ukoll tagħmir tar-refriġerazzjoni (HACR) għal kwalunkwe skop ieħor

11D = 11D1 + 11D2 + 11D3

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI RRAPPORTATA

 

11D1

Tagħmir stazzjonarju HACR għal kwalunkwe skop ieħor, disinn dirett

Għandhom jiġu speċifikati t-tip jew tipi u l-iskop jew l-iskopijiet tat-tagħmir.

 

11D2

Tagħmir stazzjonarju HACR għal kwalunkwe skop ieħor, disinn indirett

Għandhom jiġu speċifikati t-tip jew tipi u l-iskop jew l-iskopijiet tat-tagħmir.

 

11D3

Tagħmir stazzjonarju HACR għal kwalunkwe skop ieħor, disinn dirett kif ukoll indirett

Għandhom jiġu speċifikati t-tip jew tipi u l-iskop jew l-iskopijiet tat-tagħmir.

KWANTITAJIET IKKALKULATI AWTOMATIKAMENT

11E

 

Tagħmir ta' refriġerazzjoni mobbli

11E = 11E1 + 11E2 + 11E3 + 11E4

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI RRAPPORTATA

 

11E1

Tagħmir ta' refriġerazzjoni mobbli għal vetturi ħfief b'refriġerazzjoni (eż. vannijiet)

 

 

11E2

Tagħmir ta' refriġerazzjoni mobbli għal vetturi heavy-duty b'refriġerazzjoni (inklużi trakkijiet u trejlers)

 

 

11E3

Tagħmir ta' refriġerazzjoni mobbli għal bastimenti b'refriġerazzjoni

 

 

11E4

Kwalunkwe tip ieħor ta' tagħmir ta' refriġerazzjoni mobbli

Għandhom jiġu speċifikati t-tip jew tipi ta' tagħmir.

KWANTITAJIET IKKALKULATI AWTOMATIKAMENT

11F

 

Tagħmir tal-arja kundizzjonata mobbli

11F = 11F1 + 11F2 + 11F3 + 11F4 + 11F5 + 11F6 + 11F7 + 11F8 + 11F9

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI RRAPPORTATA

 

11F1

Tagħmir tal-arja kundizzjonata mobbli għal karozzi tal-passiġġieri

 

 

11F2

Tagħmir tal-arja kundizzjonata mobbli għal karozzi tal-linja

 

 

11F3

Tagħmir tal-arja kundizzjonata mobbli għal vannijiet (vetturi ħfief)

 

 

11F4

Tagħmir tal-arja kundizzjonata mobbli għal trakkijiet u trejlers (vetturi heavy-duty)

 

 

11F5

Tagħmir tal-arja kundizzjonata mobbli għal vetturi u makkinarju agrikolu, tal-forestrija u tal-kostruzzjoni

 

 

11F6

Tagħmir tal-arja kundizzjonata mobbli għal karozzi ferrovjarji

 

 

11F7

Tagħmir tal-arja kundizzjonata mobbli għal bastimenti

 

 

11F8

Tagħmir tal-arja kundizzjonata mobbli għal inġenji tal-ajru u ħelikopters

 

 

11F9

Kwalunkwe tip ieħor ta' tagħmir tal-arja kundizzjonata mobbli

Għandhom jiġu speċifikati t-tip jew tipi ta' tagħmir.

VALUR IKKALKULAT AWTOMATIKAMENT

11G

 

Total ta' tagħmir ta' tkessiħ, ta' arja kundizzjonata jew tagħmir ta' tisħin bil-pompa

11G = 11A + 11B + 11C + 11D + 11E + 11F

11H

 

Prodotti tal-fowm

11H = 11H1 + 11H2 + 11H3 + 11H4

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI RRAPPORTATA

 

11H1

Bordijiet insulati fil-polisterin estruż (XPS)

Il-kwantitajiet tal-bordijiet XPS għandhom jiġu rrapportati f'unitajiet ta' metri kubi (maġenb il-kwantitajiet ta' gassijiet fluworurati inklużi f'unitajiet ta' tunnellati metriċi)

 

11H2

Bordijiet insulati tal-poliuretan (PU)

Il-kwantitajiet tal-bordijiet PU għandhom jiġu rrapportati f'unitajiet ta' metri kubi (maġenb il-kwantitajiet ta' gassijiet fluworurati inklużi f'unitajiet ta' tunnellati metriċi)

 

11H3

Fowm b'komponent uniku (OCF)

L-unità ta' kejl tista' tkun unitajiet ta' kontenituri ta' OCF (maġenb il-kwantitajiet ta' gassijiet fluworurati inklużi f'unitajiet ta' tunnellati metriċi)

 

11H4

Prodotti ta' fowm oħra

Għandhom jiġu speċifikati l-kategoriji tal-prodott.

L-importazzjonijiet ta' polioli mħalltin minn qabel (eż. f'sistemi jew kontenituri ta' fowm) ma għandhomx jiġu rrapportati hawn iżda pjuttost fit-taqsima 2.

Il-kwantitajiet tal-prodotti tal-fowm għandhom jiġu rrapportati f'unitajiet ta' metri kubi, jew tunnellati kubi, jew unitajiet tal-prodott jew tat-tagħmir (maġenb il-kwantitajiet ta' gassijiet fluworurati inklużi f'unitajiet ta' tunnellati metriċi)

11I

 

Tagħmir għall-protezzjoni min-nirien (inklużi s-sistemi inkorporati fil-vetturi)

 

11J

 

Ajrusols mediċi jew farmaċewtiċi

 

11K

 

Ajrusols mhux mediċi

 

11L

 

Tagħmir mediku (mingħajr ajrusols)

 

11M

 

Tagħmir ta' kollegament għat-trażmissjoni u d-distribuzzjoni tal-elettriku

 

11N

 

Tagħmir ta' trażmissjoni u distribuzzjoni tal-elettriku ieħor

 

11O

 

Aċċeleraturi tal-partiċelli

 

11P

 

Prodotti u tagħmir oħrajn li fihom gassijiet elenkati fl-Anness I jew l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 517/2014

Għandhom jiġu speċifikati l-kategoriji tal-prodott jew tat-tagħmir.

L-unità tal-kejl tista' tkun volum, piż jew unitajiet ta' prodott/tagħmir.

(maġenb il-kwantitajiet ta' gassijiet fluworurati inklużi f'unitajiet ta' tunnellati metriċi)

KWANTITAJIET IKKALKULATI AWTOMATIKAMENT

11Q

Total ta' prodotti u tagħmir ieħor li fihom gassijiet fluworurati elenkati fl-Anness I jew l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 517/2014

11Q = 11G + 11H + 11I + 11J + 11K + 11L + 11M + 11N + 11O + 11P

Taqsima 12:   Timtela mill-importaturi ta' tagħmir ta' refriġerazzjoni, ta' arja kundizzjonata jew tagħmir ta' tisħin bil-pompa li jiċċarġja bl-idrofluworokarburi, fejn l-idrofluworokarburi li jinsabu fit-tagħmir importat preċedentement kienu esportati mill-Unjoni u akkwistati minn manifatturi ta' tagħmir direttament minn impriża li tesporta, u kienu soġġetti għal limitazzjoni tal-kwoti għat-tqegħid ta' idrofluworokarburi fis-suq tal-Unjoni — l-Artikolu 19(5) tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 u l-punt 6 tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 517/2014

Applikabbli għall-ewwel darba għal rappurtar dwar attivitajiet imwettqa fl-2017 (mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu 2018).

Il-kwantitajiet għandhom jiġu rrappurtati f'tunnellati metriċi bi preċiżjoni sat-tielet pożizzjoni deċimali, separatament għal kull tal-idrofluworokarbur (gassijiet elenkati fit-Taqsima 1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 517/2014, jew taħlita li fiha tal-anqas wieħed minn dawk il-gassijiet).

 

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI RRAPPORTATA

KUMMENTI

12A

L-ammont ta' idrofluworokarburi ċċarġjati f'dan it-tagħmir importat li għalih l-idrofluworokarburi qabel kienu ġew esportati mill-Unjoni u li kienu ġew soġġetti għal limitazzjoni tal-kwoti għat-tqegħid tal-idrofluworokarburi fis-suq tal-Unjoni

Għandhom jiġu speċifikati l-impriża jew l-impriżi li jesportaw l-HFCs għas-sena jew snin tal-esportazzjoni.

Taqsima 13:   Timtela mill-importaturi ta' tagħmir ta' refriġerazzjoni, ta' arja kundizzjonata jew tagħmir ta' tisħin bil-pompa li jiċċarġja bl-idrofluworokarburi, fejn l-idrofluworokarburi li jinsabu fit-tagħmir huma kkunsidrati fis-sistema tal-kwoti permezz tal-użu ta' awtorizzazzjonijiet — l-Artikolu 19(5) tar-Regolament (UE) Nru 517/2014 u l-punt 6 tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 517/2014.

Applikabbli għall-ewwel darba għal rappurtar dwar attivitajiet imwettqa fl-2017 (mhux aktar tard mill-31 ta' Marzu 2018).

Il-kwantitajiet għandhom jiġu rrappurtati f'tunnellati ta' ekwivalenti ta' CO2 bi preċiżjoni ta' 1 tunnellata ta' ekwivalenti ta' CO2, mingħajr distinzjoni bejn idrofluworokarburi differenti (gassijiet elenkati fit-Taqsima 1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 517/2014, jew taħlita li fiha tal-anqas wieħed minn dawk il-gassijiet).

L-impriżi għandhom jirrappurtaw dwar l-awtorizzazzjonijiet kollha li jirċievu għall-użu tal-kwoti ta' idrofluworokarburi li jkopru t-tqegħid fis-suq ta' idrofluworokarburi li jkunu jinsabu f'tagħmir ta' refriġerazzjoni, ta' arja kundizzjonata jew tagħmir ta' tisħin bil-pompa matul is-sena kalendarja li dwarha jkun intbagħat ir-rapport.

 

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI RRAPPORTATA

NOTI

13A

Il-kwantitajiet soġġetti għal awtorizzazzjonijiet għall-użu tal-kwoti ta' idrofluworokarburi riċevuti skont l-Artikolu 18(2) tar-Regolament (UE) Nru 517/2014

Għandhom jiġu speċifikati l-impriża jew l-impriżi li jagħtu awtorizzazzjoni u s-sena meta ngħatat l-awtorizzazzjoni.


Top