This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014R1027
Commission Delegated Regulation (EU) No 1027/2014 of 25 July 2014 amending Annex I to Council Regulation (EC) No 1528/2007 applying the arrangements for products originating in certain states which are part of the African, Caribbean and Pacific (ACP) Group of States provided for in agreements establishing, or leading to the establishment of, Economic Partnership Agreements, as amended by Regulation (EU) No 527/2013 of the European Parliament and of the Council as regards the exclusion of a number of countries from the list of regions or states which have concluded negotiations
Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1027/2014 tal- 25 ta' Lulju 2014 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 li japplika l-arranġamenti għall-prodotti li joriġinaw f'ċerti Stati li huma parti mill-Grupp ta' Stati Afrikani, Karibej u Paċifiċi (AKP) previsti fi ftehim li jistabbilixxu, jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti, Ftehim ta' Sħubija Ekonomika, kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 527/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 fir-rigward tal-esklużjoni ta' għadd ta' pajjiżi mil-lista ta' reġjuni jew Stati li kkonkludew in-negozjati
Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1027/2014 tal- 25 ta' Lulju 2014 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 li japplika l-arranġamenti għall-prodotti li joriġinaw f'ċerti Stati li huma parti mill-Grupp ta' Stati Afrikani, Karibej u Paċifiċi (AKP) previsti fi ftehim li jistabbilixxu, jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti, Ftehim ta' Sħubija Ekonomika, kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 527/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 fir-rigward tal-esklużjoni ta' għadd ta' pajjiżi mil-lista ta' reġjuni jew Stati li kkonkludew in-negozjati
ĠU L 284, 30.9.2014, p. 5–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 27/07/2016; Imħassar b' 32016R1076
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32007R1528 | Tlestija | anness I | 01/10/2014 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Repealed by | 32016R1076 | 28/07/2016 |
30.9.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 284/5 |
REGOLAMENT TA' DELEGA TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1027/2014
tal-25 ta' Lulju 2014
li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 li japplika l-arranġamenti għall-prodotti li joriġinaw f'ċerti Stati li huma parti mill-Grupp ta' Stati Afrikani, Karibej u Paċifiċi (AKP) previsti fi ftehim li jistabbilixxu, jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti, Ftehim ta' Sħubija Ekonomika, kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 527/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 fir-rigward tal-esklużjoni ta' għadd ta' pajjiżi mil-lista ta' reġjuni jew Stati li kkonkludew in-negozjati
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 tal-20 ta' Diċembru 2007 li japplika l-arranġamenti għall-prodotti li joriġinaw f'ċerti Stati li huma parti mill-Grupp ta' Stati Afrikani, Karibej u Paċifiċi (AKP) previsti fi ftehim li jistabbilixxu, jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti, Ftehim ta' Sħubija Ekonomika (1), kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 527/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 fir-rigward tal-esklużjoni ta' għadd ta' pajjiżi mil-lista ta' reġjuni jew Stati li kkonkludew in-negozjati (2), u b'mod partikolari l-Artikoli 2a u 2b tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-lista tal-pajjiżi benefiċjarji tar-reġim ta' importazzjoni bla dazju u bla kwoti tal-UE hija stabbilita mill-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007 (Ir-Regolament għall-Aċċess għas-Suq). |
(2) |
In-negozjati dwar il-Ftehim ta' Sħubija Ekonomika (il-Ftehim) bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Parti tal-Afrika Ċentrali, min-naħa l-oħra, ġew konklużi fis-17 ta' Diċembru 2007. |
(3) |
Il-Botswana, il-Kamerun, il-Côte d'Ivoire, il-Fiġi, il-Gana, il-Kenja, in-Namibja u s-Sważiland ma kinux ħadu l-passi neċessarji għar-ratifika tal-ftehimiet rispettivi tagħhom. Konsegwentement, f'konformitá mal-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007, u partikolarment il-punt (b) tiegħu, l-Anness I ta' dak ir-Regolament ġie emendat bir-Regolament (UE) Nru 527/2013. Dawk il-pajjiżi ma baqgħux koperti minn arranġament ta' aċċess għas-suq kif permess skont ir-Regolament (KE) Nru 1528/2007, mill-1 ta' Ottubru 2014. |
(4) |
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikoli 2a u 2b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 sabiex temenda l-Anness I ta' dak ir-Regolament billi terġa' ddaħħal dawk il-pajjiżi li tneħħew skont ir-Regolament (UE) Nru 527/2013, hekk kif dawk il-pajjiżi jkunu ħadu l-passi meħtieġa biex jirratifikaw il-Ftehimiet rispettivi tagħhom. |
(5) |
Il-Kamerun ħa l-passi neċessarji biex jirratifika l-Ftehim tiegħu u informa d-depożitorju tal-Ftehim b'dan il-fatt fit-22 ta' Lulju 2014, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-reintegrazzjoni ta' pajjiżi fl-Anness I
Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007, jiddaħħal il-pajjiż li ġej:
|
Ir-Repubblika tal-Kamerun. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Huwa japplika mill-1 ta' Ottubru 2014.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Lulju 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 348, 31.12.2007, p. 1.
(2) ĠU L 165, 18.6.2013, p. 59.