Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R0118

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 118/2014 tat- 30 ta’ Jannar 2014 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1560/2003 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 343/2003 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex jiġi determinat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ppreżentata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz

ĠU L 39, 8.2.2014, p. 1–43 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2014/118/oj

8.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 39/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 118/2014

tat-30 ta’ Jannar 2014

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1560/2003 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 343/2003 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex jiġi determinat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ppreżentata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(3), l-Artikolu 6(5), l-Artikolu 8(6), l-Artikolu 16(4), l-Artikolu 21(3), l-Artikolu 22(3), l-Artikolu 23(4), l-Artikolu 24(5), l-Artikolu 29(1) u (4), l-Artikolu 31(4), l-Artikolu 32(1) u (5), u l-Artikolu 35(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Bir-regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1560/2003 (2) ġie adottat numru ta’ arranġamenti speċifiċi li kien meħtieġ għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 343/2003 (3).

(2)

F’Ġunju 2013 kien adottat ir-Regolament (UE) Nru 604/2013, li rriformola r-Regolament (KE) Nru 343/2003. Numru ta’ arranġamenti speċifiċi oħra għandhom jiġu stabbiliti għall-applikazzjoni effettiva tar-Regolament (UE) Nru 604/2013.

(3)

Sabiex tiżdied l-effiċjenza tas-sistema u titjieb il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali, ir-regoli rigward it-trasmissjoni u l-ipproċessar tar-rikjesti għall-iskop ta’ teħid ta’ inkarigu u teħid lura, ir-rikjesti għal informazzjoni, il-kooperazzjoni fuq l-għaqda mill-ġdid tal-membri tal-familja u qraba oħrajn fil-każ ta’ minorenni mhux akkumpanjati u persuni dipendenti, kif ukoll it-twettiq ta’ trasferimenti, hemm bżonn li jiġu emendati.

(4)

Fuljett komuni dwar Dublin/Eurodac, kif ukoll fuljett speċifiku għal minorenni mhux akkumpanjati, formola standard għall-iskambju ta’ informazzjoni rilevanti dwar minorenni mhux akkumpanjati, kundizzjonijiet uniformi għall-konsultazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni dwar minorenni u persuni dipendenti, formola standard għall-iskambju tad-dejta qabel trasferiment; ċertifikat tas-saħħa komuni, ta’ kundizzjonijiet uniformi u arranġamenti prattiċi għall-iskambju ta’ informazzjoni dwar id-dejta tas-saħħa ta’ persuna qabel trasferiment, mhumiex stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1560/2003. Konsegwentement, għandhom jiġu miżjuda dispożizzjonijiet ġodda.

(5)

Ir-Regolament (UE) Nru 603/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) jibdel ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2725/2000 (5) u jintroduċi kambjamenti fis-sistema tal-Eurodac. Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 1560/2003 għandu jkun adattat sabiex jirrifletti sew l-interazzjoni bejn il-proċeduri stipulati fir-Regolament (UE) Nru 604/2013 u l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 603/2013.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) jipprovdi għar-regoli dwar il-faċilitazzjoni tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 604/2013. Konsegwentement, il-kundizzjonijiet uniformi għall-preparazzjoni u s-sottomissjoni ta’ rikjesti biex jittieħed l-inkarigu tal-applikanti għandhom ikunu emendati biex jinkludu regoli dwar l-użu tad-dejta tas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża.

(7)

Adattamenti tekniċi huma neċessarji sabiex jirrispondu għall-evoluzzjoni tal-istandards applikabbli u l-arranġamenti prattiċi għall-użu tan-netwerk ta’ trasmissjoni elettronika stipulat bir-Regolament (KE) Nru 1560/2003 biex tiġi faċilitata l-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 604/2013.

(8)

Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) għandha tapplika għall-ipproċessar imwettaq skont dan ir-Regolament.

(9)

Ir-Regolament (UE) Nru 604/2013 japplika għal applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali mressqa mill-1 ta’ Jannar 2014 ‘il quddiem. Huwa għalhekk neċessarju li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ malajr kemm jista’ jkun biex ikun possibbli li r-Regolament (UE) Nru 604/2013 jiġi applikat bis-sħiħ.

(10)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 44(2) tar-Regolament (UE) Nru 604/2013.

(11)

Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 1560/2003 għandu jiġi emendat skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1560/2003

Ir-Regolament (KE) Nru 1560/2003 huwa emendat kif ġej:

1.

Fl-Artikolu 1, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“2a.   Fejn it-talba hija bbażata fuq riżultat pożittiv (hit) trażmess mis-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1) wara tqabbil tal-marki tas-swaba’ tal-applikant għall-protezzjoni internazzjonali mad-dejta tal-marki tas-swaba’ meħuda qabel u mibgħuta lill-VIS skont l-Artikolu 9 ta’ dak ir-Regolament u ċċekkjata skont l-Artikolu 21 ta’ dak ir-Regolament, għandha tinkludi wkoll id-dejta pprovduta mill-VIS.

(*1)  Ir-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar is-Sistema tal-Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta’ data bejn l-Istati Membri dwar viżi għal perjodu qasir (Regolament VIS) (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 60).”"

2.

L-Artikolu 2 jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 2

Preparazzjoni ta’ talbiet għal teħid lura

Talbiet għal teħid lura għandhom isiru fuq formola standard skont il-mudell fl-Anness III, billi tiġi stabbilita n-natura tat-talba, ir-raġunijiet għaliha u d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*2) li fuqhom hija bbażata.

It-talba tinkludi wkoll, kif applikabbli:

(a)

kopja tal-provi u l-indizji kollha li turi li l-Istat Membru mitlub huwa responsabbli biex jeżamina l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali, akkumpanjata, fejn xieraq, minn kummenti fuq iċ-ċirkostanzi li nkisbet fihom u l-valur probattiv mogħti lilha mill-Istat Membru li qed jagħmel it-talba, b’referenza għall-listi ta’ provi u indizji msemmija fl-Artikolu 22(3) tar-Regolament (UE) Nru 604/2013, li huma mniżżla fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament;

(b)

ir-riżultat pożittiv (hit) mibgħut mill-Unità Ċentrali tal-Eurodac, skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament (KE) Nru 2725/2000, wara tqabbil tal-marki tas-swaba’ tal-applikant mad-dejta tal-marki tas-swaba’ meħuda qabel u mibgħuta lill-Unità Ċentrali skont l-Artikolu 4(1) u (2) ta’ dak ir-Regolament u ċċekkjat skont l-Artikolu 4(6) ta’ dak ir-Regolament.

(*2)  Ir-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida (ĠU L 180, 29.6.2013, p. 31).”"

3.

Fl-Artikolu 8 jiddaħħal paragrafu ġdid:

“3   Il-formola standard stipulata fl-Anness VI tintuża għall-iskop ta’ trasmissjoni lill-Istat Membru responsabbli tad-dejta essenzjali sabiex jiġu mħarsa d-drittijiet u l-bżonnijiet immedjati tal-persuna li għandha tiġi trasferita. Din il-formola standard titqies bħala avviż fit-tifsira tal-paragrafu 2.”

4.

Fl-Artikolu 9 jiddaħħal paragrafu ġdid:

“1a.   Fejn trasferiment ikun ittardjat wara talba mingħand l-Istat Membru li jkun qed jagħmel it-trasferiment, it-trasferiment u l-Istati Membri responsabbli għandhom ikomplu l-komunikazzjoni sabiex jippermettu li jiġi organizzat trasferiment ġdid malajr kemm jista’ jkun, skont l-Artikolu 8 u mhux iktar tard minn ġimagħtejn mill-mument meta l-awtoritajiet isiru jafu bit-twaqqif taċ-ċirkostanzi li kkawżaw id-dewmien jew il-posponiment. F’każ bħal dan, għandha tintbagħat formola standard aġġornata għat-trasferiment tad-dejta qabel ma jitwettaq it-trasferiment kif stipulat fl-Anness VI.”

5.

Fl-Artikolu 9, il-paragrafu 2 jinbidel b’dan li ġej:

“2.   Stat Membru li, għal waħda mir-raġunijiet stipulati fl-Artikolu 29(2) tar-Regolament (UE) Nru 604/2013, ma jistax iwettaq it-trasferiment matul il-limitu taż-żmien normali ta’ sitt xhur mid-data ta’ aċċettazzjoni tat-talba biex jittieħed inkarigu ta’ persuna jew tittieħed lura l-persuna kkonċernata jew tad-deċiżjoni finali dwar appell jew rieżami fejn ikun hemm effett sospensiv, jinforma lill-Istat Membru responsabbli qabel it-tmiem ta’ dak il-limitu. Inkella, ir-responsabbiltà għall-ipproċessar tal-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali u l-obbligi l-oħra taħt ir-Regolament (UE) Nru 604/2013 jaqgħu fuq l-Istat Membru li jkun qed jagħmel it-talba, skont l-Artikolu 29(2) ta’ dak ir-Regolament.”

6.

Fl-Artikolu 11 jiddaħħal paragrafu ġdid:

“6.   Fejn l-applikant ikun preżenti fit-territorju ta’ Stat Membru minbarra dak fejn il-wild, ħu jew ġenitur kif msemmi fl-Artikolu 16(1) tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 ikunu preżenti, iż-żewġ Stati Membri jikkonsultaw lil xulxin u jiskambjaw informazzjoni sabiex jistabbilixxu:

(a)

ir-rabtiet tal-familja ppruvati bejn l-applikant u l-wild, ħu jew ġenitur;

(b)

ir-rabta ta’ dipendenza bejn l-applikant u l-wild, ħu jew ġenitur;

(c)

il-kapaċità tal-persuna kkonċernata li tieħu ħsieb il-persuna dipendenti;

(d)

fejn neċessarju, l-elementi li għandhom jitqiesu sabiex tiġi vvalutata l-inkapaċità li wieħed jivvjaġġa għal perjodu ta’ żmien sinifikanti.

Sabiex jitwettaq l-iskambju ta’ informazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu, tintuża l-formola standard stipulata fl-Anness VII ta’ dan ir-Regolament.

L-Istat Membru mitlub jagħmel ħiltu biex jirrispondi fi żmien erba’ ġimgħat mill-wasla tat-talba. Fejn evidenza konvinċenti tindika li iktar investigazzjonijiet iwasslu għal iktar informazzjoni rilevanti, l-Istat Membru huwa mitlub jinforma l-Istat Membru li jkun qed jagħmel it-talba li huma meħtieġa ġimagħtejn addizzjonali.

It-talba għal informazzjoni skont dan l-Artikolu titwettaq billi tiġi żgurata konformità sħiħa mad-dati tal-għeluq ippreżentati fl-Artikoli 21(1), 22(1), 23(2), 24(2) u 25(1) tar-Regolament (UE) Nru 604/2013. Dan l-obbligu huwa mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 34(5) tar-Regolament (UE) Nru 604/2013.”

7.

Fl-Artikolu 12, jiddaħħlu l-paragrafi li ġejjin:

“3.   Bl-għan li tiġi ffaċilitata l-azzjoni xierqa biex jiġu identifikati l-membri tal-familja, l-aħwa jew il-qraba ta’ minorenni mhux akkumpanjati, l-Istat Membru li jkun ġie ppreżentat b’applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali minn minorenni mhux akkumpanjat, wara li tinżamm l-intervista personali skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 fil-preżenza tar-rappreżentant imsemmi fl-Artikolu 6(2) ta’ dak ir-Regolament, ifittex u/jew iqis kwalunkwe informazzjoni pprovduta minn minorenni jew li ġejja minn kwalunkwe sors ieħor kredibbli familjari mas-sitwazzjoni personali jew ir-rotta segwita mill-minorenni jew membru tal-familja tiegħu/tagħha, ħu jew qarib.

L-awtoritajiet li jkunu qed iwettqu l-proċess ta’ stabbiliment tal-Istat Membru responsabbli għall-eżaminazzjoni tal-applikazzjoni tal-minorenni mhux akkumpanjat, jinvolvu kemm jista’ jkun lir-rappreżentant imsemmi fl-Artikolu 6(2) tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 f’dan il-proċess.

4.   Fejn fl-applikazzjoni tal-obbligi li jirriżultaw mill-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 604/2013, l-Istat Membru li jwettaq il-proċess ta’ stabbiliment tal-Istat Membru responsabbli għall-eżaminazzjoni tal-applikazzjoni ta’ minorenni mhux akkumpanjat huwa fil-pussess ta’ informazzjoni li tippermetti li jibda jiġi lokalizzat u/jew jinstab membru tal-familja, ħu jew qarib, dak l-Istat Membru jikkonsulta mal-Istati Membri l-oħra, kif xieraq, u jiskambja informazzjoni, sabiex:

(a)

jiġu identifikati membri tal-familja, aħwa jew qraba tal-minorenni mhux akkumpanjat, preżenti fit-territorju tal-Istati Membri;

(b)

tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ rabtiet tal-familja ppruvati;

(c)

tiġi vvalutata l-kapaċità ta’ qarib sabiex jieħu ħsieb il-minorenni mhux akkumpanjat, inkluż fejn membri tal-familja, aħwa jew qraba tal-minorenni mhux akkumpanjat jgħixu f’iktar minn Stat Membru wieħed.

5.   Fejn l-iskambju ta’ informazzjoni msemmi fil-paragrafu 4 jindika li iktar membri tal-familja, aħwa jew qraba jkunu preżenti fi Stat Membru jew fi Stati Membri oħrajn, l-Istat Membru fejn il-minorenni mhux akkumpanjat ikun preżenti jikkoopera mal-Istat Membru jew Stati Membri rilevanti, sabiex tiġi determinata l-iktar persuna xierqa li għandha tiġi fdata bil-minorenni, u b’mod partikolari sabiex jiġi stabbilit:

(a)

il-qawwa tar-rabtiet tal-familja bejn il-minorenni u l-persuni differenti identifikati fuq it-territorji tal-Istati Membri;

(b)

il-kapaċità u d-disponibbiltà tal-persuni kkonċernati biex jieħdu ħsieb il-minorenni;

(c)

l-aħjar interessi tal-minorenni f’kull każ.

6.   Sabiex jitwettaq l-iskambju ta’ informazzjoni msemmi fil-paragrafu 4, tintuża l-formola standard stipulata fl-Anness VIII għal dan ir-Regolament.

L-Istat Membru mitlub jagħmel ħiltu biex jirrispondi fi żmien erba’ ġimgħat mill-wasla tat-talba. Fejn evidenza konvinċenti tindika li iktar investigazzjonijiet iwasslu għal iktar informazzjoni rilevanti, l-Istat Membru huwa mitlub jinforma l-Istat Membru li jkun qed jagħmel it-talba li hemm bżonn ta’ ġimagħtejn addizzjonali.

It-talba għal informazzjoni skont dan l-Artikolu titwettaq billi tiġi żgurata konformità sħiħa mad-dati tal-għeluq ippreżentati fl-Artikoli 21(1), 22(1), 23(2), 24(2) u 25(1) tar-Regolament (UE) Nru 604/2013. Dan l-obbligu huwa mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 34(5) tar-Regolament (UE) Nru 604/2013.”

8.

Fl-Artikolu 15(1), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Rikjesti, risposti u kull korrispondenza miktuba bejn Stati Membri dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 fejn possibbli jiġu mibgħuta permezz tan-netwerk elettroniku ta’ komunikazzjoni ‘DubliNet’, mwaqqaf taħt it-Titolu II ta’ dan ir-Regolament.”

9.

Jiżdied l-Artikolu 15a ġdid:

“Artikolu 15a

Kundizzjonijiet uniformi u arranġamenti prattiċi għall-iskambju ta’ dejta dwar is-saħħa qabel ma jitwettaq trasferiment

L-iskambju ta’ dejta dwar is-saħħa qabel trasferiment u, b’mod partikolari, it-trasmissjoni taċ-ċertifikat tas-saħħa stipulat fl-Anness IX iseħħ biss bejn l-awtoritajiet notifikati lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 bl-użu ta’ ‘DubliNet’.

L-Istat Membru li jkun qed iwettaq it-trasferiment ta’ applikant u l-Istat Membru responsabbli jagħmlu ħilithom sabiex jiftehmu qabel ma ssir it-trasmissjoni taċ-ċertifikat tas-saħħa fuq il-lingwa li għandha tiġi użata sabiex iċ-ċertifikat ikun komplut, billi jqisu ċ-ċirkostanzi tal-każ, b’mod partikolari l-bżonn ta’ kwalunkwe azzjoni urġenti mal-wasla.”

10.

Jiżdied l-Artikolu 16a ġdid:

“Artikolu 16a

Fuljetti ta’ informazzjoni għall-applikanti għall-protezzjoni internazzjonali

1.   Fuljett komuni li jinforma lill-applikanti kollha tagħall-protezzjoni internazzjonali dwar id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 u dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 603/2013 huwa stipulat fl-Anness X.

2.   Fuljett komuni għal tfal mhux akkumpanjati li japplikaw għall-protezzjoni internazzjonali huwa stipulat fl-Anness XI.

3.   Informazzjoni għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew persuni apolidi maqbuda b’rabta ma’ qsim irregolari ta’ fruntiera esterna hija stipulata fl-Anness XII.

4.   Informazzjoni għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew persuni apolidi misjuba li qed joqogħdu illegalment fi Stat Membru, hija stipulata fl-Anness XIII.”

11.

Fl-Artikolu 18, jitħassar il-paragrafu 2.

12.

Fl-Artikolu 19, il-paragrafu 4 jinbidel b’dan li ġej:

“4.   Il-forom li l-mudelli tagħhom huma stipulati fl-Annessi I u III u l-formoli għat-talba għal informazzjoni stipulati fl-Annessi V, VI, VII, VIII, IX jintbagħtu bejn Punti ta’ Aċċess Nazzjonali fil-format provdut mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni tinforma lill-Istati Membri dwar l-istandards tekniċi meħtieġa.”

13.

Fl-Artikolu 20, il-paragrafu 1 jinbidel b’dan li ġej:

“1.   Kull trasmissjoni jkollha numru ta’ referenza li jippermetti b’mod mhux ambigwu li jiġi identifikat il-każ li tirreferi għalih u l-Istat Membru li jkun qed jagħmel it-talba. Dak in-numru jrid jippermetti wkoll li jiġi determinat jekk it-trasmissjoni tirrelatax ma’ talba biex jittieħed inkarigu (tip 1), talba għal teħid lura (tip 2), talba għal informazzjoni (tip 3), skambju ta’ informazzjoni dwar il-wild, ħu jew ġenitur ta’ applikant f’sitwazzjoni ta’ dipendenza (tip 4), skambju ta’ informazzjoni dwar il-familja, ħu jew qarib ta’ minorenni mhux akkumpanjat (tip 5), it-trasmissjoni ta’ informazzjoni qabel trasferiment (tip 6) jew it-trasmissjoni ta’ ċertifikat tas-saħħa komuni (tip 7).”

14.

Fl-Artikolu 20(2), it-tieni subparagrafu jinbidel b’dan li ġej:

“Jekk it-talba hija bbażata fuq dejta pprovduta mill-Eurodac, in-numru ta’ referenza tal-Eurodac tal-Istat Membru mitlub għandu jkun inkluż.”

15.

Fl-Artikolu 21, il-paragrafu 3 jinbidel b’dan li ġej:

“3.   Jekk Punt ta’ Aċċess Nazzjonali jkun bagħat dejta lil Punt ta’ Aċċess Nazzjonali li jkun ġarrab interruzzjoni fil-ħidma tiegħu, il-ġurnal tat-trasmissjoni fuq il-livell tal-infrastruttura tal-komunikazzjoni ċentrali jintuża bħala prova tad-data u l-ħin tat-trasmissjoni. Id-dati tal-għeluq stipulati mir-Regolament (UE) Nru 604/2013 biex tintbagħat talba jew risposta ma jiġux sospiżi matul id-dewmien tal-interruzzjoni tat-tħaddim tal-Punt Nazzjonali t’Aċċess in kwistjoni.”

16.

L-Annessi huma sostitwiti bit-test stipulat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Jannar 2014.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 180, 29.6.2013, p. 31.

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1560/2003 tat-2 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 343/2003 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex jiġi determinat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ppreżentata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz (ĠU L 222, 5.9.2003, p. 3).

(3)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 343/2003 tat-18 ta’ Frar 2003 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex jiġi determinat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ppreżentata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz (ĠU L 50, 25.2.2003, p. 1).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 603/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-istabbiliment tal-“Eurodac” għat-tqabbil tal-marki tas-swaba’ għall-applikazzjoni effettiva tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ddepożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida u dwar talbiet għat-tqabbil ma’ data tal-Eurodac mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u mill-Europol għall-finijiet ta’ infurzar tal-liġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1077/2011 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja (ĠU L 180, 29.6.2013, p. 1).

(5)  Id-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2725/2000 tal-11 ta’ Diċembru 2000 dwar l-istabbiliment tal-“Eurodac” għat-tqabbil ta’ marki tas-swaba’ għall-applikazzjoni effettiva tal-Konvenzjoni ta’ Dublin (ĠU L 316, 15.12.2000, p. 1).

(6)  Ir-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar is-Sistema tal-Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta’ data bejn l-Istati Membri dwar viżi għal perjodu qasir (Regolament VIS) (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 60).

(7)  Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).


ANNESS

“ANNESS I

Image 1

Test ta 'immaġni

Image 2

Test ta 'immaġni

Image 3

Test ta 'immaġni

Image 4

Test ta 'immaġni

“ANNESS II

(Ir-referenzi huma għall-artikoli tar-Regolament (UE) Nru 604/2013)

LISTA A

MEZZ TA’ PROVA

I.   Il-proċess għad-determinazzjoni tal-Istat responsabbli għall-eżaminazzjoni ta' applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali

1.   Preżenza ta' membru tal-familja, qarib jew relazzjoni (missier, omm, tfal, aħwa, zija, ziju, nannu, nanna, adult responsabbli għal tifel jew tifla, kustodju) ta' applikant li huwa minorenni mhux akkumpanjat (Artikolu 8)

Evidenza bħala prova

konferma bil-miktub tal-informazzjoni mill-Istat Membru l-ieħor;

siltiet mir-reġistri;

permessi ta' residenza maħruġa lill-membru tal-familja;

evidenza li l-persuni jiġu minn xulxin, jekk disponibbli;

fin-nuqqas ta' dan, u jekk meħtieġ, test tad-DNA jew tad-demm.

2.   Residenza legali fi Stat Membru ta' membru tal-familja li huwa rikonoxxut bħala benefiċjarju tal-protezzjoni internazzjonali (Artikolu 9)

Evidenza bħala prova

konferma bil-miktub tal-informazzjoni mill-Istat Membru l-ieħor;

siltiet mir-reġistri;

permessi ta' residenza maħruġa lill-individwu bl-istatus ta' rifuġjat jew ta' protezzjoni sussidjarja;

evidenza li l-persuni jiġu minn xulxin, jekk disponibbli;

kunsens tal-persuna kkonċernata.

3.   Preżenza ta' membru tal-familja li japplika għall-protezzjoni internazzjonali li l-applikazzjoni tiegħu tkun għadha mhix is-suġġett tal-ewwel deċiżjoni fir-rigward tas-sustanza fi Stat Membru (Artikolu 10)

Evidenza bħala prova

konferma bil-miktub tal-informazzjoni mill-Istat Membru l-ieħor;

siltiet mir-reġistri;

awtorizzazzjonijiet ta' residenza temporanji maħruġa lill-individwu waqt li l-applikazzjoni tkun qed tiġi eżaminata;

evidenza li l-persuni jiġu minn xulxin, jekk disponibbli;

fin-nuqqas ta' dan, u jekk meħtieġ, test tad-DNA jew tad-demm;

kunsens tal-persuna kkonċernata.

4.   Dokumenti validi ta' residenza (Artikolu 12(1) u (3) jew dokumenti ta' residenza li jkunu skadew inqas minn sentejn qabel [u d-data tad-dħul fis-seħħ] (Artikolu 12(4))

Evidenza bħala prova

dokument ta' residenza;

siltiet mir-reġistru tal-frustieri jew reġistri simili;

rapporti/konferma tal-informazzjoni mill-Istat Membru li jkun ħareg id-dokument ta' residenza.

5.   Viżi validi (Artikolu 12(2) u (3)) u viżi li jkunu skadew inqas minn sitt xhur qabel [u d-data tad-dħul fis-seħħ] (Artikolu 12(4))

Evidenza bħala prova

viża maħruġa (valida jew skaduta, skont kif xieraq);

siltiet mir-reġistru tal-frustieri jew reġistri simili;

tqabbil pożittiv ("hit") trasmessa mill-VIS skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 767/2008;

rapporti/konferma tal-informazzjoni mill-Istat Membru li jkun ħareg il-viża.

6.   Dħul legali fit-territorju minn fruntiera esterna (Artikolu 14)

Evidenza bħala prova

timbru tad-dħul fuq passaport;

timbru tal-ħruġ minn pajjiż li jkollu l-fruntiera ma' dik ta' Stat Membru, filwaqt li titqies ir-rotta meħuda mill-applikant u d-data meta nqasmet il-fruntiera;

biljetti li b'mod konkludenti jistabbilixxu d-dħul minn fruntiera esterna;

timbru tad-dħul jew timbru ta' kontroll simili fuq il-passaport.

7.   Dħul illegali minn fruntiera esterna (Artikolu 13(1))

Evidenza bħala prova

tqabbil pożittiv minn Eurodac minn paragun tal-marki tas-swaba' tal-applikant mal-marki tas-swaba' meħuda skont l-Artikolu 14 tar-Regolament "Eurodac";

timbru tad-dħul fuq passaport imbagħbas jew iffalsifikat;

timbru tal-ħruġ minn pajjiż li jkollu l-fruntiera ma' dik ta' Stat Membru, filwaqt li titqies ir-rotta meħuda mill-applikant u d-data meta nqasmet il-fruntiera;

biljetti li b'mod konkludenti jistabbilixxu d-dħul minn fruntiera esterna;

timbru tad-dħul jew timbru ta' kontroll simili fuq il-passaport.

8.   Residenza fi Stat Membru ta' mill-inqas ħames xhur (Artikolu 13(2))

Evidenza bħala prova

awtorizzazzjonijiet ta' residenza maħruġa waqt li l-applikazzjoni għal permess ta' residenza tkun qed tiġi eżaminata;

talbiet għall-ħruġ mit-territorju jew ordni tat-tkeċċija maħruġa f'dati b'mill-inqas ħames xhur bejniethom jew li ma jkunux ġew infurzati;

siltiet mir-reġistri ta' sptarijiet, ħabsijiet, ċentri ta' detenzjoni.

9.   Tluq mit-territorju tal-Istati Membri (Artikolu 19(2))

Evidenza bħala prova

timbru tal-ħruġ;

siltiet minn reġistri ta' pajjiżi terzi (li jagħtu prova tar-residenza);

biljetti li jistabbilixxu b'mod konkludenti t-tluq jew id-dħul minn fruntiera esterna;

rapport/konferma mill-Istat Membru li minnu l-applikant ikun telaq mit-territorju tal-Istati Membri;

timbru ta' pajjiż terz li jkollu l-fruntiera ma' dik ta' Stat Membru, filwaqt li titqies ir-rotta meħuda mill-applikant u d-data meta nqasmet il-fruntiera.

II.   Obbligu tal-Istat Membru responsabbli għall-eżaminazzjoni tal-applikazzjoni biex l-applikant jiddaħħal jew jiġi aċċettat mill-ġdid

1.   Il-proċess għad-determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli qiegħed iseħħ fl-Istat Membru fejn tressqet l-applikazzjoni (Artikolu 20(5))

Evidenza bħala prova

tqabbil pożittiv minn Eurodac minn paragun tal-marki tas-swaba' tal-applikant mal-marki tas-swaba' meħuda skont l-Artikolu 9 tar-Regolament "Eurodac";

formola ppreżentata mill-applikant;

rapport uffiċjali mfassal mill-awtoritajiet;

marki tas-swaba' meħuda b'rabta ma' applikazzjoni;

siltiet minn reġistri u fajls rilevanti;

rapport bil-miktub mill-awtoritajiet li jagħti xhieda li tressqet applikazzjoni.

2.   L-applikazzjoni qed tiġi eżaminata jew tressqet qabel (Artikolu 18(1)(b)(c) u (d))

Evidenza bħala prova

tqabbil pożittiv minn Eurodac minn paragun tal-marki tas-swaba' tal-applikant mal-marki tas-swaba' meħuda skont l-Artikolu 9 tar-Regolament "Eurodac";

formola ppreżentata mill-applikant;

rapport uffiċjali mfassal mill-awtoritajiet;

marki tas-swaba' meħuda b'rabta ma' applikazzjoni;

siltiet minn reġistri u fajls rilevanti;

rapport bil-miktub mill-awtoritajiet li jagħti xhieda li tressqet applikazzjoni.

3.   Tluq mit-territorju tal-Istati Membri (Artikolu 20(5); Artikolu 19(2))

Evidenza bħala prova

timbru tal-ħruġ;

siltiet minn reġistri ta' pajjiżi terzi (li jagħtu prova tar-residenza);

timbru tal-ħruġ minn pajjiż terz li jkollu l-fruntiera ma' dik ta' Stat Membru, filwaqt li titqies ir-rotta meħuda mill-applikant u d-data meta nqasmet il-fruntiera;

prova bil-miktub mill-awtoritajiet li l-frustier tkeċċa tassew.

4.   Tkeċċija mit-territorju tal-Istati Membri (Artikolu 19(3))

Evidenza bħala prova

prova bil-miktub mill-awtoritajiet li l-frustier tkeċċa tassew;

timbru tal-ħruġ;

konferma tal-informazzjoni rigward it-tkeċċija mogħtija mill-pajjiż terz.

LISTA B

PROVI INDIZJARJI

I.   Il-proċess għad-determinazzjoni tal-Istat responsabbli għall-eżaminazzjoni ta' applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali

1.   Preżenza ta' membru tal-familja (missier, omm, kustodju) ta' applikant li jkun minorenni mhux akkumpanjat (Artikolu 8)

Evidenza indikattiva (1)

informazzjoni verifikabbli mingħand l-applikant;

stqarrijiet mill-membri tal-familja kkonċernati;

rapporti/konferma tal-informazzjoni minn organizzazzjoni internazzjonali, bħal ma hija l-UNHCR.

2.   Residenza legali fi Stat Membru ta' membru tal-familja li huwa rikonoxxut bi status ta' rifuġjat jew ta' protezzjoni internazzjonali (Artikolu 9)

Evidenza indikattiva

informazzjoni verifikabbli mingħand l-applikant;

rapporti/konferma tal-informazzjoni minn organizzazzjoni internazzjonali, bħal ma hija l-UNHCR.

3.   Preżenza ta' membru tal-familja li japplika għall-protezzjoni internazzjonali li l-applikazzjoni tiegħu tkun għadha mhix is-suġġett tal-ewwel deċiżjoni fir-rigward tas-sustanza fi Stat Membru (Artikolu 10)

Evidenza indikattiva

informazzjoni verifikabbli mingħand l-applikant;

rapporti/konferma tal-informazzjoni minn organizzazzjoni internazzjonali, bħal ma hija l-UNHCR.

4.   Dokumenti validi ta' residenza (Artikolu 12(1) u (3)) jew dokumenti ta' residenza li jkunu skadew inqas minn sentejn qabel [u d-data tad-dħul fis-seħħ] (Artikolu 12(4))

Evidenza indikattiva

stqarrijiet dettaljati u verifikabbli mill-applikant;

rapporti/konferma tal-informazzjoni minn organizzazzjoni internazzjonali, bħal ma hija l-UNHCR;

rapporti/konferma tal-informazzjoni mill-Istat Membru li ma jkunx ħareg il-permess ta' residenza;

rapporti/konferma tal-informazzjoni mill-membri tal-familja, akkumpanjaturi tal-vjaġġ, eċċ.;

5.   Viżi validi (Artikolu 12(2) u (3)) u viżi li jkunu skadew inqas minn sitt xhur qabel [u d-data tad-dħul fis-seħħ] (Artikolu 12(4))

Evidenza indikattiva

stqarrijiet dettaljati u verifikabbli mill-applikant;

rapporti/konferma tal-informazzjoni minn organizzazzjoni internazzjonali, bħal ma hija l-UNHCR;

rapporti/konferma tal-informazzjoni mill-Istat Membru li ma jkunx ħareg il-permess ta' residenza;

rapporti/konferma tal-informazzjoni mill-membri tal-familja, akkumpanjaturi tal-vjaġġ, eċċ.;

6.   Dħul legali fit-territorju minn fruntiera esterna (Artikolu 14)

Evidenza indikattiva

stqarrijiet dettaljati u verifikabbli mill-applikant;

rapporti/konferma tal-informazzjoni minn organizzazzjoni internazzjonali, bħal ma hija l-UNHCR;

rapporti/konferma tal-informazzjoni minn Stat Membru ieħor jew pajjiż terz;

rapporti/konferma tal-informazzjoni mill-membri tal-familja, akkumpanjaturi tal-vjaġġ, eċċ.;

marki tas-swaba', għajr f'każijiet meta l-awtoritajiet ikunu ddeċidew li jiġbru l-marki tas-swaba' meta l-frustier ikun qasam il-fruntiera esterna.

F'tali każijiet, dawn jikkostitwixxu evidenza bħala prova kif definit fil-lista A;

biljetti;

kontijiet tal-lukandi;

karti tad-dħul għal istituzzjonijiet pubbliċi jew privati fl-Istati Membri;

karti tal-appuntamenti ma' tobba, dentisti, eċċ.;

informazzjoni li turi li l-applikant uża s-servizzi ta' aġenzija tal-ivvjaġġar;

provi indizjarji oħra tal-istess tip.

7.   Dħul illegali fit-territorju minn fruntiera esterna (Artikolu 13(1))

Evidenza indikattiva

stqarrijiet dettaljati u verifikabbli mill-applikant;

rapporti/konferma tal-informazzjoni minn organizzazzjoni internazzjonali, bħal ma hija l-UNHCR;

rapporti/konferma tal-informazzjoni minn Stat Membru ieħor jew pajjiż terz;

rapporti/konferma tal-informazzjoni mill-membri tal-familja, akkumpanjaturi tal-vjaġġ, eċċ.;

marki tas-swaba', għajr f'każijiet meta l-awtoritajiet ikunu ddeċidew li jiġbru l-marki tas-swaba' meta l-frustier ikun qasam il-fruntiera esterna.

F'tali każijiet, dawn jikkostitwixxu evidenza bħala prova kif definit fil-lista A;

biljetti;

kontijiet tal-lukandi;

karti tad-dħul għal istituzzjonijiet pubbliċi jew privati fl-Istati Membri;

karti tal-appuntamenti ma' tobba, dentisti, eċċ.;

informazzjoni li turi li l-applikant uża s-servizzi ta' kurrier jew ta' aġenzija tal-ivvjaġġar;

provi indizjarji oħra tal-istess tip.

8.   Residenza fi Stat Membru ta' mill-inqas ħames xhur (Artikolu 13(2))

Evidenza indikattiva

stqarrijiet dettaljati u verifikabbli mill-applikant;

rapporti/konferma tal-informazzjoni minn organizzazzjoni internazzjonali, bħal ma hija l-UNHCR;

rapporti/konferma tal-informazzjoni minn organizzazzjoni mhux governattiva, bħal ma hija organizzazzjoni li tipprovdi akkommodazzjoni għal dawk li jkunu fil-bżonn;

rapporti/konferma tal-informazzjoni mill-membri tal-familja, akkumpanjaturi tal-vjaġġ, eċċ.;

marki tas-swaba';

biljetti;

kontijiet tal-lukandi;

karti tad-dħul għal istituzzjonijiet pubbliċi jew privati fl-Istati Membri;

karti tal-appuntamenti ma' tobba, dentisti, eċċ.;

informazzjoni li turi li l-applikant uża s-servizzi ta' kurrier jew ta' aġenzija tal-ivvjaġġar;

provi indizjarji oħra tal-istess tip.

9.   Tluq mit-territorju tal-Istati Membri (Artikolu 19(2))

Evidenza indikattiva

stqarrijiet dettaljati u verifikabbli mill-applikant;

rapporti/konferma tal-informazzjoni minn organizzazzjoni internazzjonali, bħal ma hija l-UNHCR;

rapporti/konferma tal-informazzjoni minn Stat Membru ieħor;

Dwar l-Artikolu (19(2)): timbru tal-ħruġ meta l-applikant ikkonċernat ikun ħalla t-territorju tal-Istati Membri għal perjodu ta' mill-inqas tliet xhur;

rapporti/konferma tal-informazzjoni mill-membri tal-familja, akkumpanjaturi tal-vjaġġ, eċċ.;

marki tas-swaba', għajr f'każijiet meta l-awtoritajiet ikunu ddeċidew li jiġbru l-marki tas-swaba' meta l-frustier ikun qasam il-fruntiera esterna.

F'tali każijiet, dawn jikkostitwixxu evidenza bħala prova kif definit fil-lista A;

biljetti;

kontijiet tal-lukandi;

karti tal-appuntamenti ma' tobba, dentisti, eċċ. f'pajjiż terz;

informazzjoni li turi li l-applikant uża s-servizzi ta' kurrier jew ta' aġenzija tal-ivvjaġġar;

provi indizjarji oħra tal-istess tip.

II.   Obbligu tal-Istat Membru responsabbli għall-eżaminazzjoni tal-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali biex l-applikant jiddaħħal jew jiġi aċċettat mill-ġdid

1.   Il-proċess għad-determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli qiegħed iseħħ fl-Istat Membru fejn tressqet l-applikazzjoni (Artikolu 20(5))

Evidenza indikattiva

dikjarazzjonijiet verifikabbli mingħand l-applikant;

rapporti/konferma tal-informazzjoni minn organizzazzjoni internazzjonali, bħal ma hija l-UNHCR;

rapporti/konferma tal-informazzjoni mill-membri tal-familja, akkumpanjaturi tal-vjaġġ, eċċ.;

rapporti/konferma tal-informazzjoni minn Stat Membru ieħor.

2.   L-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali qed tiġi eżaminata jew tressqet qabel (Artikolu 18(1) (b)(c)(d))

Evidenza indikattiva

dikjarazzjonijiet verifikabbli mingħand l-applikant;

rapporti/konferma tal-informazzjoni minn organizzazzjoni internazzjonali, bħal ma hija l-UNHCR;

rapporti/konferma tal-informazzjoni minn Stat Membru ieħor.

3.   Tluq mit-territorju tal-Istati Membri (Artikolu 20(5); Artikolu 19(2))

Evidenza indikattiva

stqarrijiet dettaljati u verifikabbli mill-applikant;

rapporti/konferma tal-informazzjoni minn organizzazzjoni internazzjonali, bħal ma hija l-UNHCR;

rapporti/konferma tal-informazzjoni minn Stat Membru ieħor;

timbru tal-ħruġ meta l-applikant ikkonċernat ikun ħalla t-territorju tal-Istati Membri għal perjodu ta' mill-inqas tliet xhur;

rapporti/konferma tal-informazzjoni mill-membri tal-familja, akkumpanjaturi tal-vjaġġ, eċċ.;

marki tas-swaba', għajr f'każijiet meta l-awtoritajiet ikunu ddeċidew li jiġbru l-marki tas-swaba' meta l-frustier ikun qasam il-fruntiera esterna.

F'tali każijiet, dawn jikkostitwixxu evidenza bħala prova kif definit fil-lista A;

biljetti;

kontijiet tal-lukandi;

karti tal-appuntamenti ma' tobba, dentisti, eċċ. f'pajjiż terz;

informazzjoni li turi li l-applikant uża s-servizzi ta' kurrier jew ta' aġenzija tal-ivvjaġġar;

provi indizjarji oħra tal-istess tip.

4.   Tkeċċija mit-territorju tal-Istati Membri (Artikolu 19(3))

Evidenza indikattiva

dikjarazzjonijiet verifikabbli mingħand l-applikant;

rapporti/konferma tal-informazzjoni minn organizzazzjoni internazzjonali, bħal ma hija l-UNHCR;

timbru tal-ħruġ meta l-applikant ikkonċernat ikun ħalla t-territorju tal-Istati Membri għal perjodu ta' mill-inqas tliet xhur;

rapporti/konferma tal-informazzjoni mill-membri tal-familja, akkumpanjaturi tal-vjaġġ, eċċ.;

marki tas-swaba', għajr f'każijiet meta l-awtoritajiet ikunu ddeċidew li jiġbru l-marki tas-swaba' meta l-frustier ikun qasam il-fruntiera esterna.

F'tali każijiet, dawn jikkostitwixxu evidenza bħala prova kif definit fil-lista A;

biljetti;

kontijiet tal-lukandi;

karti tal-appuntamenti ma' tobba, dentisti, eċċ.;

informazzjoni li turi li l-applikant uża s-servizzi ta' kurrier jew ta' aġenzija tal-ivvjaġġar;

provi indizjarji oħra tal-istess tip.

“ANNESS III

Image 5

Test ta 'immaġni

Image 6

Test ta 'immaġni

“ANNESS IV

Image 7

Test ta 'immaġni

“ANNESS V

Image 8

Test ta 'immaġni

“ANNESS VI

Image 9

Test ta 'immaġni

Image 10

Test ta 'immaġni

“ANNESS VII

Image 11

Test ta 'immaġni

Image 12

Test ta 'immaġni

“ANNESS VIII

Image 13

Test ta 'immaġni

Image 14

Test ta 'immaġni

Image 15

Test ta 'immaġni

“ANNESS IX

Image 16

Test ta 'immaġni

Image 17

Test ta 'immaġni

“ANNESS X

PARTI A

INFORMAZZJONI DWAR IR-REGOLAMENT TA’ DUBLIN GĦALL-APPLIKANTI GĦALL-PROTEZZJONI INTERNAZZJONALI SKONT L-ARTIKOLU 4 TAR-REGOLAMENT (UE) Nru 604/2013 (2)

Inti staqsejtna biex nipproteġuk għaliex taħseb li ġejt imġiegħel titlaq minn pajjiżek stess minħabba persekuzzjoni, gwerra jew riskju ta’ dannu serju. Din, il-liġi ssejħilha “applikazzjoni/talba għal protezzjoni internazzjonali” u lilek issejjaħlek – l-“applikant”. Il-persuni li jfittxu protezzjoni spiss jissejħu “persuni li jfittxu l-ażil”.

Il-fatt li staqsejt għall-ażil hawn ma jiggarantixxix li t-talba tiegħek se tiġi eżaminata hawnhekk. Il-pajjiż li se jeżamina t-talba tiegħek huwa magħżul permezz ta’ proċess stabbilit minn liġi tal-Unjoni Ewropea magħrufa bħala r-Regolament ta’ “Dublin”. Skont din il-liġi, pajjiż wieħed biss huwa responsabbli biex jeżamina t-talba tiegħek.

Din il-liġi hija applikata f’reġjun ġeografiku li jinkludi 32 pajjiż (3). Għall-iskop ta’ dan il-fuljett, dawn it-32 pajjiż qed insejħulhom il-“pajjiżi ta’ Dublin”.

Jekk hemm xi ħaġa f’dan il-fuljett li ma tifhimx, jekk jogħġbok staqsi lill-awtoritajiet tagħna.

Qabel ma tista’ tiġi kkunsidrata t-talba tiegħek għal ażil, aħna rridu nistabbilixxu jekk aħniex responsabbli biex neżaminawha jew jekk huwiex responsabbli pajjiż ieħor – din aħna insejħula “proċedura ta’ Dublin”. Il-proċedura ta’ Dublin ma tikkonċernax ir-raġuni tiegħek għaliex applikajt għall-ażil. Se tittratta biss il-kwistjoni ta’ liema pajjiż huwa responsabbli biex jagħmel deċiżjoni dwar l-applikazzjoni tiegħek għall-ażil.

Kemm jeħtieġ żmien biex tittieħed deċiżjoni dwar liema pajjiż se jikkunsidra l-applikazzjoni tiegħi?

Kemm jeħtieġ żmien biex tiġi eżaminata l-applikazzjoni tiegħi?

Jekk l-awtoritajiet tagħna jiddeċiedu li aħna responsabbli biex niddeċiedu dwar l-applikazzjoni tiegħek għall-ażil, dan ifisser li int tista’ tibqa’ f’dan il-pajjiż u l-applikazzjoni tiegħek tiġi eżaminata hawnhekk. Il-proċess ta’ eżaminazzjoni tal-applikazzjoni tiegħek imbagħad jibda minnufih.

Jekk niddeċiedu li pajjiż ieħor huwa responsabbli għall-applikazzjoni tiegħek, se nippruvaw nibagħtuk f’dak il-pajjiż malajr kemm jista’ jkun sabiex l-applikazzjoni tiegħek tkun tista’ tiġi kkunsidrata hemmhekk. Il-proċedura kollha ta’ Dublin, sakemm tiġi ttrasferit f’dak il-pajjiż tista’, taħt ċirkostanzi normali, tieħu sa 11-il xahar. It-talba tiegħek imbagħad se tiġi eżaminata fil-pajjiż responsabbli. Dan il-perjodu ta’ żmien jista’ jkun differenti jekk inti taħrab l-awtoritajiet, tiġi arrestat jew detenut, jew jekk tappella d-deċiżjoni tat-trasferiment. Jekk int tinsab f’waħda minn dawn is-sitwazzjonijiet, inti se tirċievi informazzjoni speċifika, li tinfurmak dwar liema perjodu ta’ żmien japplika għalik. Jekk inti tinsab detenut, inti se tkun infurmat dwar ir-raġunijiet għad-detenzjoni u r-rimedji legali disponibbli għalik.

Kif jiġi deċiż liema pajjiż huwa responsabbli għall-applikazzjoni tiegħi?

Il-liġi tistipula diversi raġunijiet għaliex pajjiż jista’ jkun responsabbli biex jeżamina t-talba tiegħek. Dawn ir-raġunijiet huma kkunsidrati mil-liġi fl-ordni ta’ importanza u l-iktar raġuni importanti hi jekk għandekx membru tal-familja preżenti f’dak il-pajjiż ta’ Dublin; jekk inti fil-preżent jew fil-passat kellekx viża jew permess ta’ residenza maħruġ minn pajjiż ta’ Dublin; jew jekk ivvjaġġajtx lejn, jew għaddejtx minn pajjiż ieħor ta’ Dublin, legalment jew b’mod irregolari.

Huwa importanti li inti infurmana malajr kemm jista’ jkun jekk għandek membri tal-familja f’pajjiż ta’ Dublin ieħor. Jekk żewġek, il-mara jew it-tfal ikunu applikanti għall-ażil jew ikunu ngħataw protezzjoni internazzjonali f’pajjiż ta’ Dublin ieħor, dak il-pajjiż jista’ jkun responsabbli biex jeżamina l-applikazzjoni ta’ ażil tiegħek.

Aħna nistgħu nagħżlu li neżaminaw l-applikazzjoni tiegħek f’dan il-pajjiż, anke jekk dan l-eżami mhux ir-responsabbiltà tagħna skont il-kriterji stabbiliti fir-Regolament ta’ Dublin. Aħna mhux se nibagħtuk lejn pajjiż fejn ikun stabbilit li d-drittijiet tal-bniedem tiegħek jistgħu jiġu miksura.

X’jiġri jekk ma rridx immur f’pajjiż ieħor?

Għandek il-possibbiltà li tgħid li ma taqbilx ma’ deċiżjoni li tintbagħat f’pajjiż ta’ Dublin ieħor, u tista’ tikkontesta dik id-deċiżjoni quddiem qorti jew tribunal. Tista’ wkoll titlob biex tibqa’ f’dan il-pajjiż sakemm l-appell jew ir-reviżjoni tiegħek tiġi deċiża.

Jekk inti tabbanduna l-applikazzjoni tiegħek għall-ażil u tmur f’pajjiż ta’ Dublin ieħor, inti x’aktarx se tiġi ttrasferit lura lejn dan il-pajjiż jew lejn il-pajjiż responsabbli.

Huwa għalhekk importanti li ladarba tkun applikajt għall-ażil, tibqa’ hawnhekk sakemm niddeċiedu 1) min huwa responsabbli għall-eżami ta’ talba għall-ażil tiegħek u/jew 2) li neżaminaw it-talba tiegħek f’dan il-pajjiż.

Jekk jogħġbok kun af li jekk nikkunsidraw li int x’aktarx se tipprova taħrab jew tistaħbilna għax ma tridx li nibagħtuk pajjiż ieħor, inti tista’ titqiegħed f’detenzjoni (ċentru magħluq). Jekk jiġri dan, inti se jkollok id-dritt għal rappreżentant legali u se ninfurmawk bid-drittijiet l-oħra tiegħek, inkluż id-dritt ta’ appell kontra d-detenzjoni tiegħek.

Għaliex qed niġi mitlub joħduli l-marki tas-swaba’ tiegħi?

Meta tippreżenta talba għall-ażil, jekk għandek 14-il sena jew iktar, il-marki tas-swaba’ tiegħek se jittieħdu u jiġu trażmessi għal bażi ta’ dejta tal-marki tas-swaba’ msejjaħ “Eurodac”. Jeħtieġ li tikkoopera ma’ din il-proċedura – inti obbligat bil-liġi li jittieħdu l-marki tas-swaba’ tiegħek.

Jekk il-marki tas-swaba’ tiegħek mhumiex ta’ kwalità tajba, inkluż jekk għamiltilhom deliberatament il-ħsara, il-marki tas-swaba’ tiegħek se jittieħdu mill-ġdid fil-futur.

Il-marki tas-swaba’ tiegħek se jiġu vverifikati fil-Eurodac biex naraw jekk int qattx applikajt għall-ażil qabel jew jekk qatt ittiħdulekx il-marki tas-swaba’ tiegħek fi fruntiera. Dan jgħin biex niddeterminaw liema pajjiż huwa responsabbli għall-eżaminazzjoni tat-talba għall-ażil tiegħek.

Il-marki tas-swaba’ tiegħek jistgħu wkoll jiġu ċċekkjati fis-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS), li hija bażi ta’ dejta li fiha l-informazzjoni dwar il-viżi mogħtija fiż-żona Schengen. Jekk għandek viża kurrenti jew preċedenti għal pajjiż ta’ Dublin ieħor, inti tista’ tintbagħat hemm għall-konsiderazzjoni tat-talba tiegħek għal protezzjoni internazzjonali.

Billi għamilt applikazzjoni għall-ażil, id-dejta tal-marki tas-swaba’ tiegħek se tkun maħżuna minn Eurodac għal 10 snin – wara 10 snin, din se titħassar awtomatikament mill-Eurodac. Jekk it-talba tiegħek għall-ażil tintlaqa’, il-marki tas-swaba’ tiegħek se jibqgħu fil-bażi ta’ dejta sakemm jitħassru awtomatikament. Jekk issir ċittadin(a) ta’ pajjiż ta’ Dublin, il-marki tas-swaba’ tiegħek jitħassru f’dak il-punt. Il-marki tas-swaba’ tiegħek u s-sess tiegħek se jiġu maħżuna fil-Eurodac – ismek, ir-ritratt, id-data tat-twelid u n-nazzjonalità tiegħek ma jintbagħtux lill-bażi ta’ dejta tal-Eurodac, iżda jistgħu jinħażnu f’bażi ta’ dejta nazzjonali.

Inti tista’ f’kull mument fil-ġejjieni titlobna għad-dejta relatata miegħek li aħna nkunu rreġistrajna fil-Eurodac. Jekk taħseb li d-dejta mhijiex korretta jew li mhux suppost tinħażen, inti tista’ titlob li tiġi kkoreġuta jew imħassra. Informazzjoni dwar l-awtoritajiet responsabbli għat-trattament (jew il-kontroll) tad-dejta tiegħek f’dan il-pajjiż u l-awtoritajiet rilevanti responsabbli għas-superviżjoni tal-protezzjoni tad-dejta tinsab hawn taħt.

Il-Eurodac huwa mħaddem minn Aġenzija tal-Unjoni Ewropea msejħa l-eu-LISA. Id-dejta tiegħek tista’ tintuża biss għall-finijiet definiti mil-liġi. Is-Sistema Ċentrali tal-Eurodac biss se tirċievi d-dejta tiegħek. Jekk fil-futur titlob l-ażil f’pajjiż ta’ Dublin ieħor, il-marki tas-swaba’ tiegħek se jintbagħtu lil dak il-pajjiż għal verifika. Id-dejta maħżuna fil-Eurodac mhi se tinqasam mal-ebda pajjiż jew organizzazzjoni oħra barra l-pajjiżi ta’ Dublin.

Mill-20 ta’ Lulju 2015, il-marki tas-swaba’ tiegħek jistgħu jiġu mfittxija minn awtoritajiet bħall-pulizija u l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) li jistgħu jitolbu aċċess għall-bażi tad-dejta tal-Eurodac għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-iżvelar u l-investigazzjoni ta’ reati serji u t-terroriżmu.

X’inhuma d-drittijiet tiegħi matul il-perjodu li fih jintgħażel il-pajjiż responsabbli għat-talba għall-ażil tiegħi?

Għandek id-dritt li tibqa’ f’dan il-pajjiż jekk aħna responsabbli biex neżaminaw it-talba għall-ażil tiegħek, jew, fejn huwa responsabbli pajjiż ieħor, sakemm tiġi ttrasferit hemmhekk. Jekk dan il-pajjiż hu responsabbli biex jeżamina t-talba għall-ażil tiegħek, għandek id-dritt li tibqa’ hawnhekk għall-inqas sakemm tittieħed l-ewwel deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għall-ażil tiegħek. Inti intitolat ukoll li tibbenefika minn kundizzjonijiet ta’ akkoljenza materjali, eż. akkomodazzjoni, ikel eċċ., kif ukoll kura medika bażika u assistenza medika ta’ emerġenza. Inti se tingħata l-opportunità li tipprovdina b’informazzjoni dwar is-sitwazzjoni tiegħek u l-preżenza ta’ membri tal-familja fit-territorju tal-pajjiżi ta’ Dublin bil-fomm u/jew bil-miktub u, meta tagħmel dan, int tista’ tuża l-lingwa materna tiegħek jew kwalunkwe lingwa oħra li titkellem tajjeb (jew li jkollok interpretu, jekk ikun hemm bżonn). Inti se tirċievi wkoll kopja bil-miktub tad-deċiżjoni tat-trasferiment tiegħek lejn pajjiż ieħor. Inti intitolat ukoll tikkuntattjana għal aktar informazzjoni u/jew tikkuntattja l-uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati (UNHCR) f’dan il-pajjiż.

Jekk nikkunsidraw li pajjiż ieħor jista’ jkun responsabbli biex jeżamina l-applikazzjoni tiegħek, inti tirċievi informazzjoni aktar dettaljata dwar dik il-proċedura u kif din taffettwa lilek u lid-drittijiet tiegħek. (4)

Informazzjoni ta’ kuntatt, b’mod partikolari: (Imla b’informazzjoni speċifika għall-Istat Membru)

L-indirizz, u d-dettalji ta’ kuntatt tal-awtorità tal-ażil;

Id-dettalji tal-Awtorità Superviżorja Nazzjonali;

L-identità tal-kontrollur tal-Eurodac u tar-rappreżentant tiegħu/tagħha;

Id-dettalji ta’ kuntatt tal-uffiċċju tal-kontrollur;

Id-dettalji ta’ kuntatt tal-uffiċċju lokali tal-UNHCR (jekk hemm wieħed);

Id-dettalji ta’ kuntatt tal-fornituri ta’ assistenza legali/l-organizzazzjonijiet li jappoġġjaw ir-refuġjati;

Id-dettalji ta’ kuntatt tal-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni.

PARTI B

IL-PROĊEDURA TA’ DUBLIN — TAGĦRIF GĦALL-APPLIKANTI GĦALL-PROTEZZJONI INTERNAZZJONALI LI TINSTAB FI PROĊEDURA TA’ DUBLIN, SKONT L-ARTIKOLU 4 TAR-REGOLAMENT (UE) Nru 604/2013 (5)

Inti ngħatajt dan il-fuljett minħabba li tlabt għall-protezzjoni internazzjonali (l-ażil) f’dan il-pajjiż jew f’pajjiż ta’ Dublin ieħor u l-awtoritajiet hawnhekk għandhom raġunijiet biex jemmnu li pajjiż ieħor jista’ jkun responsabbli biex jeżamina t-talba tiegħek.

Aħna se niddeterminaw liema pajjiż hu responsabbli permezz ta’ proċess stabbilit minn liġi tal-Unjoni Ewropea magħrufa bħala r-Regolament ta’ Dublin. Dan il-proċess hu msejjaħ “il-proċedura ta’ Dublin”. Dan il-fuljett jipprova jwieġeb il-mistoqsijiet l-aktar frekwenti li jista’ jkollok dwar din il-proċedura.

Jekk hawn xi ħaġa miktuba hawn li ma tifhimx, jekk jogħġbok staqsi lill-awtoritajiet.

Għaliex jien ninsab fil-proċedura ta’ Dublin?

Ir-Regolament ta’ Dublin japplika madwar reġjun ġeografiku li jinkludi 32 pajjiż. Il-“pajjiżi ta’ Dublin” huma: l-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, l-Olanda, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja, is-Slovenja, Spanja, l-Isvezja, ir-Renju Unit) kif ukoll l-4 pajjiżi “assoċjati” mas-Sistema ta’ Dublin (in-Norveġja, l-Islanda, l-Isvizzera u l-Liechtenstein).

Il-proċedura ta’ Dublin tistabbilixxi liema pajjiż hu responsabbli biex jeżamina l-applikazzjoni għall-ażil tiegħek. Dan ifisser li int tista’ tiġi ttrasferit minn dan il-pajjiż lejn pajjiż differenti li huwa responsabbli biex jeżamina l-applikazzjoni tiegħek.

Il-proċedura ta’ Dublin għandha żewġ skopijiet:

tiggarantixxi li l-applikazzjoni tiegħek għall-ażil se tilħaq lill-awtorità tal-pajjiż responsabbli biex jeżaminaha;

tiżgura li inti ma tagħmilx ħafna applikazzjonijiet għall-ażil f’diversi pajjiżi, bil-għan li testendi l-permanenza tiegħek fil-pajjiżi ta’ Dublin.

Sakemm jiġi deċiż liema pajjiż huwa responsabbli biex jiddeċiedi dwar l-applikazzjoni tiegħek, l-awtoritajiet hawnhekk mhumiex se jikkunsidraw fid-dettall l-applikazzjoni tiegħek.

FTAKAR: Ma tistax titlaq tgħix f’pajjiż ta’ Dublin ieħor. Jekk tmur tgħix f’pajjiż ta’ Dublin ieħor, int se tkun ittrasferit lura hawnhekk jew lejn pajjiż fejn tkun diġà tlabt għall-ażil. L-abbandun tal-applikazzjoni tiegħek hawnhekk mhux se tibdel il-pajjiż responsabbli. Jekk inti tinħeba jew taħrab, inti tirriskja wkoll li tkun detenut.

Jekk inti kont preżenti fil-passat f’wieħed mill-pajjiżi ta’ Dublin u minn dakinhar int tlaqt mir-reġjun tal-pajjiżi ta’ Dublin qabel ma wasalt f’dan il-pajjiż, jeħtieġ li tgħidilna. Dan huwa importanti peress li jista’ jinfluwenza liema pajjiż hu responsabbli biex jeżamina l-applikazzjoni tiegħek. Inti tista’ tintalab tipprovdi evidenza taż-żmien li għamilt barra l-pajjiżi ta’ Dublin, pereżempju timbru fil-passaport tiegħek, deċiżjoni ta’ ritorn jew tneħħija jew dokumenti uffiċjali li juru li għext jew ħdimt barra mill-pajjiżi ta’ Dublin.

X’tagħrif għandi niżgura li l-awtoritajiet ikunu jafu? Kif nista’ nispjega din l-informazzjoni lill-awtoritajiet?

X’aktarx li int se tkun intervistat sabiex jiġi ddeterminat liema pajjiż hu responsabbli biex jeżamina t-talba tiegħek għall-ażil. F’din l-intervista, aħna se nispjegaw “il-proċedura ta’ Dublin”. Inti għandek tipprovdilna l-informazzjoni kollha li għandek dwar il-preżenza ta’ kwalunkwe membri tal-familja jew qraba fi kwalunkwe pajjiż ta’ Dublin, kif ukoll kwalunkwe informazzjoni oħra li taħseb li tista’ tkun rilevanti għall-istabbiliment tal-pajjiż responsabbli (ara hawn taħt għal indikazzjoni dettaljata ta’ liema informazzjoni hija rilevanti). Inti għandek ukoll tipprovdilna kwalunkwe dokumenti jew karti fil-pussess tiegħek li fihom informazzjoni rilevanti.

Jekk jogħġbok għidilna l-informazzjoni kollha rilevanti biex tgħinna niddeterminaw liema pajjiż hu responsabbli biex jeżamina l-applikazzjoni tiegħek.

L-intervista se ssir f’lingwa li inti tifhem jew li int mistenni b’mod raġonevoli li tifhem u tkun kapaċi tikkomunika fiha.

Inti tista’ titlob li jkollok interpretu biex jgħinek tikkomunika jekk ma tifhimx il-lingwa użata. L-interpretu għandu jinterpreta biss dak li tgħidu int u l-intervistatur. L-interpretu ma għandux iżid l-opinjonijiet personali tiegħu jew tagħha. Jekk issibha diffiċli biex tifhem l-interpretu, inti għandek tgħidilna u/jew titkellem mal-avukat tiegħek.

L-intervista se tkun kunfidenzjali. Dan ifisser li l-ebda informazzjoni li tipprovdi, inkluż il-fatt li inti applikajt għall-ażil, mhi se tintbagħat lil persuni jew awtoritajiet fil-pajjiż ta’ oriġini tiegħek li bi kwalunkwe mod, jistgħu jagħmlu l-ħsara lilek jew lil membri tal-familja tiegħek li għadhom fil-pajjiż ta’ oriġini tiegħek.

Inti tista’ biss tiġi mċaħħad mid-dritt għal intervista jekk inti diġà pprovdejt din l-informazzjoni b’mezzi oħra, wara li tkun ġejt infurmat dwar il-proċedura ta’ Dublin u tal-konsegwenzi tagħha fuq is-sitwazzjoni tiegħek. Jekk ma tkunx intervistat, inti tista’ tistaqsi biex tipprovdi aktar informazzjoni rilevanti bil-miktub sabiex jiġi deċiż il-pajjiż responsabbli.

L-awtoritajiet kif se jistabbilixxu l-pajjiż responsabbli biex jeżamina l-applikazzjoni tiegħi?

Hemm diversi raġunijiet għaliex pajjiż jista’ jkun responsabbli biex jeżamina l-applikazzjoni tiegħek. Dawn ir-raġunijiet huma applikati fl-ordni ta’ importanza mogħtija mil-liġi. Jekk raġuni minnhom ma tkunx rilevanti, li jmiss se tiġi kkunsidrata, eċċ.

Ir-raġunijiet huma marbuta mal-fatturi li ġejjin, skont l-ordni ta’ importanza:

għandek xi membru tal-familja (ir-raġel jew il-mara, tfal taħt l-età ta’ 18-il sena) li jkun ingħata protezzjoni internazzjonali jew li huwa persuna li tfittex l-ażil f’pajjiż ta’ Dublin ieħor;

Huwa għalhekk importanti li tinformana jekk għandek membri tal-familja f’pajjiż ta’ Dublin ieħor, qabel ma tittieħed l-ewwel deċiżjoni dwar it-talba tiegħek. Jekk tixtieq li tinġiebu flimkien fl-istess pajjiż, int u l-membru tal-familja tiegħek tridu tesprimu x-xewqa tagħkom bil-miktub.

ingħatajt fil-passat viża jew permess ta’ residenza minn pajjiż ta’ Dublin ieħor;

ittiħdulek il-marki tas-swaba’ f’pajjiż ta’ Dublin ieħor (u ġew maħżuna f’bażi ta’ dejta Ewropea msejħa l-Eurodac (6));

hemm evidenza li mort, jew għaddejt minn pajjiż ta’ Dublin ieħor, anke jekk ma ttiħdulekx il-marki tas-swaba’ tiegħek hemmhekk.

X’jiġri jekk jien niddependi fuq il-kura ta’ xi ħadd jew jekk xi ħadd jiddependi fuqi?

Inti tista’ tingħaqad fl-istess pajjiż m’ommok, missierek, ibnek/bintek jew ħutek jekk japplikaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

huma legalment residenti f’wieħed mill-pajjiżi ta’ Dublin;

persuna minnkom tinsab tqila, jew għandha tarbija tat-twelid, jew tinsab marida serjament, jew għandha diżabilità severa jew hija anzjana;

persuna minnkom tiddependi fuq l-assistenza ta’ xi ħaddieħor, li huwa kapaċi jieħu ħsiebha.

Il-pajjiż fejn ibnek/bintek, ħuk/oħtok jew ġenitur huma residenti normalment għandu jaċċetta r-responsabbiltà biex jeżamina l-applikazzjoni tiegħek, sakemm ir-rabtiet familjari tiegħek kienu jeżistu fil-pajjiż ta’ oriġini tiegħek. Intom se tiġu mitluba tindikaw bil-miktub li t-tnejn tixtiequ tiltaqgħu.

Tista’ tistaqsi għal din il-possibilità jekk inti diġà preżenti fil-pajjiż fejn ibnek/bintek, ħuk/oħtok jew ġenitur huma preżenti, jew jekk tinsab f’pajjiż differenti minn dak fejn għandek il-qraba residenti. F’dan it-tieni każ, se jfisser li jkollok tivvjaġġa lejn dak il-pajjiż, ħlief jekk għandek xi kundizzjoni tas-saħħa li ma tippermettilekx li tivvjaġġa għal perjodu twil ta’ żmien.

Apparti din il-possibbiltà, inti dejjem tista’ tistaqsi matul il-proċedura tal-ażil biex tingħaqad ma’ membru tal-familja tiegħek għal raġunijiet umanitarji, familjari jew kulturali. Jekk din it-talba tiġi aċċettata, inti tista’ tmur tgħix fil-pajjiż fejn il-membru tal-familja tiegħek huwa preżenti. F’dan il-każ inti tintalab ukoll tagħti l-kunsens tiegħek bil-miktub. Huwa importanti li tinfurmana dwar xi raġunijiet umanitarji għaliex it-talba tiegħek għandha tiġi eżaminata hawnhekk jew f’pajjiż differenti.

Fejn jitqajmu kwistjonijiet ta’ relazzjonijiet, ta’ dipendenza u umanitarji, inti tista’ tintalab tipprovdi spjegazzjoni jew provi li jiġġustifikaw it-talbiet tiegħek.

X’jiġri jekk jiena marid jew għandi xi bżonnijiet speċjali?

Biex jipprovduk b’kura medika jew trattament xierqa, l-awtoritajiet hawnhekk jeħtieġ li jkunu jafu bi kwalunkwe bżonn speċjali li jista’ jkollok, inkluż dwar is-saħħa, u b’mod partikolari jekk:

int persuna b’diżabbiltà,

int tqila,

int għandek marda serja,

inti kont soġġett għal tortura, stupru jew forom serji oħra ta’ vjolenza psikoloġika, fiżika jew sesswali.

Jekk inti tgħidilna d-dettalji mediċi tiegħek u jiġi deċiż li int se tintbagħat f’pajjiż ieħor, aħna se nitolbu l-permess tiegħek biex naqsmu l-informazzjoni medika tiegħek mal-pajjiż fejn qed tintbagħat. Jekk ma taqbilx ma’ dan, l-informazzjoni medika tiegħek ma tintbagħatx, iżda dan mhux se jipprevjeni t-trasferiment tiegħek fil-pajjiż responsabbli. Żomm f’moħħok li jekk ma tħalliniex nibagħtu l-informazzjoni medika tiegħek lill-pajjiż l-ieħor, il-pajjiż l-ieħor mhux se jkun kapaċi jieħu ħsieb il-bżonnijiet speċjali tiegħek.

Jekk jogħġbok innota li l-informazzjoni medika tiegħek se tiġi dejjem ittrattata b’kunfidenzjalità stretta minn professjonisti soġġetti għal obbligi ta’ segretezza.

Kemm jeħtieġ żmien biex tittieħed deċiżjoni dwar liema pajjiż se jittratta l-applikazzjoni tiegħi? Kemm jeħtieġ żmien biex l-applikazzjoni tiegħi tiġi eżaminata?

Jekk l-awtoritajiet f’dan il-pajjiż jiddeċiedu li aħna responsabbli biex neżaminaw l-applikazzjoni għall-ażil tiegħek, dan ifisser li int tista’ tibqa’ f’dan il-pajjiż u l-applikazzjoni tiegħek tiġi eżaminata hawn.

X’jiġri jekk pajjiż ieħor, differenti minn dak fejn jien preżenti, jinstab responsabbli biex jeżamina l-applikazzjoni tiegħi?

Jekk nikkunsidraw li pajjiż ieħor huwa responsabbli biex jeżamina l-applikazzjoni tiegħek, aħna se nitolbu lil dak il-pajjiż jaċċetta r-responsabbiltà fi żmien 3 xhur mid-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni tiegħek f’dan il-pajjiż.

Madankollu, jekk ir-responsabbiltà ta’ pajjiż ieħor hija stabbilita fuq il-bażi tad-dejta tal-marki tas-swaba’ tiegħek, it-talba lill-pajjiż l-ieħor se tintbagħat fi żmien xahrejn mill-mument tal-kisba tar-riżultati mill-Eurodac.

Jekk din hija l-ewwel darba li inti applikajt għall-ażil f’pajjiż ta’ Dublin iżda hemm raġuni biex wieħed jemmen li pajjiż ta’ Dublin ieħor għandu jeżamina l-applikazzjoni għall-ażil tiegħek, aħna se nitolbu lill-pajjiż l-ieħor biex “jieħu r-responsabbiltà” tal-każ tiegħek.

Il-pajjiż li nibagħtulu t-talba għandu jwieġeb fi żmien xahrejn mill-wasla tat-talba. Jekk dak il-pajjiż ma jirrispondix f’dan il-perjodu ta’ żmien, dan ifisser li huwa aċċetta r-responsabbiltà għall-applikazzjoni tiegħek.

Jekk inti diġà applikajt għall-ażil f’pajjiż ta’ Dublin ieħor differenti minn dak fejn inti preżenti issa, aħna se nitolbu lil dak il-pajjiż “jieħdok lura

Il-pajjiż li nibagħtulu t-talba għandu jwieġeb fi żmien xahar mill-wasla tat-talba jew fi żmien ġimagħtejn jekk it-talba kienet ibbażata fuq dejta tal-Eurodac. Jekk dak il-pajjiż ma jirrispondix matul dan il-perjodu ta’ żmien, dan ifisser li huwa aċċetta r-responsabbiltà għall-applikazzjoni tiegħek u jaqbel li jieħdok lura.

Jekk, madankollu, inti ma applikajtx għall-ażil f’dan il-pajjiż u l-applikazzjoni preċedenti tiegħek għall-ażil f’pajjiż ieħor ġiet irrifjutata b’deċiżjoni finali, nistgħu nagħżlu jew li nibagħtu talba lill-pajjiż responsabbli biex jieħdok lura, jew li nipproċedu bir-ritorn tiegħek lejn il-pajjiż ta’ oriġini jew ta’ residenza permanenti tiegħek jew lejn pajjiż terz bla periklu (7).

Jekk pajjiż ieħor jaċċetta li hu responsabbli biex jeżamina l-applikazzjoni tiegħek, inti tiġi infurmat bid-deċiżjoni tagħna:

li ma neżaminawx it-talba għall-ażil tiegħek hawnhekk f’dan il-pajjiż u,

li nittrasferuk lejn il-pajjiż responsabbli.

It-trasferiment tiegħek se jsir fi żmien 6 xhur mid-data ta’ meta l-pajjiż l-ieħor aċċetta r-responsabbiltà, jew, jekk tiddeċiedi li tikkontesta d-deċiżjoni, fi żmien 6 xhur mill-mument meta qorti jew tribunal jiddeċiedu li inti tista’ tintbagħat f’dak il-pajjiż. Dan il-limitu ta’ żmien jista’ jiġi estiż jekk inti taħrab mill-awtoritajiet hawnhekk jew jekk tiġi arrestat.

Jekk tinżamm f’detenzjoni/f’ċentru magħluq f’dan il-pajjiż bħala parti mill-proċedura ta’ Dublin, se japplikaw limiti ta’ żmien iqsar (ara t-taqsima speċifika dwar id-detenzjoni għal aktar informazzjoni).

Il-pajjiż responsabbli se jittrattak bħala persuna li tfittex l-ażil u int se tibbenefika mid-drittijiet relatati kollha. Jekk inti qatt ma applikajt għall-ażil qabel f’dak il-pajjiż, int se tingħata l-opportunità li tapplika wara l-wasla tiegħek.

X’nagħmel jekk ma naqbilx mad-deċiżjoni li nintbagħat f’pajjiż ieħor?

Għandek il-possibbiltà li tgħid li ma taqbilx mad-deċiżjoni li tintbagħat f’pajjiż ta’ Dublin ieħor. Din tissejjaħ “appell” jew “reviżjoni”.

Inti tista’ titlob ukoll sospensjoni tat-trasferiment għat-tul tal-appell jew ir-reviżjoni.

Tista’ ssib informazzjoni dwar liema awtoritajiet għandek tikkuntattja sabiex tikkontesta deċiżjoni f’dan il-pajjiż fi tmiem dan il-fuljett.

Meta tirċievi d-deċiżjoni uffiċjali tat-trasferiment mingħand l-awtoritajiet, inti għandek [x jiem (8)] biex tagħmel appell lil [isem tal-Awtorità ta’ Appell (9)]. Huwa importanti ħafna li inti tikkontesta (tagħmel appell jew reviżjoni) fiż-żmien indikat.

Filwaqt li l-appell jew reviżjoni tiegħek ikunu qed jiġu eżaminati, inti tista’ tibqa’ f’dan il-pajjiż. Jew (10)

It-trasferiment tiegħek se jkun sospiż għal [y jiem (11)] qabel ma jiddeċiedu qorti jew tribunal jekk ikunx sikur li inti tibqa’ fil-pajjiż responsabbli filwaqt li l-appell tiegħek jiġi eżaminat. Jew

Għandek [y jiem (12)] biex titlob li t-trasferiment tiegħek jiġi sospiż waqt li l-appell tiegħek jiġi eżaminat. Qorti jew tribunal dalwaqt se jiddeċiedu dwar din it-talba. Jekk dawn jirrifjutaw is-sospensjoni, int se jingħatawlek raġunijiet għal dan.

Matul din il-proċedura int għandek id-dritt għal assistenza legali u, jekk meħtieġ, assistenza lingwistika. Assistenza legali tfisser li għandek id-dritt li jkollok avukat li se jipprepara d-dokumenti tiegħek u jirrappreżentak quddiem qorti.

Inti tista’ titlob li jkollok din l-assistenza b’xejn jekk ma tistax tħallas l-ispejjeż. Informazzjoni dwar l-organizzazzjonijiet li jipprovdu l-assistenza legali tista’ tinstab fl-aħħar ta’ dan il-fuljett.

Jien nista’ ninżamm detenut?

Jista’ jkun hemm raġunijiet oħra għaliex tista’ tinżamm detenut, iżda, għall-għanijiet tal-proċedura ta’ Dublin, tista’ biss tinżamm detenut jekk l-awtoritajiet tagħna jikkunsidraw li hemm riskju sinifikanti li inti tista’ taħrab għax ma tridx tiġi mibgħut f’pajjiż ta’ Dublin ieħor.

Dan xi jfisser?

Jekk l-awtoritajiet tagħna jikkunsidraw li hemm riskju sinifikanti li inti se taħrab - pereżempju jekk inti diġà ħrabt jew jekk inti ma tikkonformax mal-obbligi ta’ rappurtar eċċ - dawn jistgħu jpoġġuk f’detenzjoni fi kwalunkwe mument matul il-proċedura ta’ Dublin. Ir-raġunijiet li għalihom tista’ tinżamm detenut huma miktuba fil-liġi. L-ebda raġunijiet oħra għajr dawk fil-liġi ma jistgħu jiġu invokati sabiex inti tinżamm detenut.

Inti għandek id-dritt li tkun infurmat bil-miktub bir-raġunijiet għaliex inti qed tinżamm detenut, kif ukoll bil-possibbiltajiet biex tappella kontra l-ordni ta’ detenzjoni. Inti għandek ukoll id-dritt għall-assistenza legali jekk tixtieq tikkontesta l-ordni ta’ detenzjoni.

Jekk inti tinżamm detenut matul il-proċedura ta’ Dublin, iż-żmien tal-proċedura se jkun dan li ġej:

Aħna se nitolbu lill-pajjiż l-ieħor biex jaċċetta r-responsabbiltà fi żmien xahar mis-sottomissjoni ta’ applikazzjoni għall-ażil tiegħek.

Il-pajjiż li bgħatnilu t-talba għandu jwieġeb fi żmien ġimagħtejn minn meta rċieva t-talba tagħna.

It-trasferiment tiegħek għandu jsir fi żmien 6 ġimgħat minn meta l-pajjiż responsabbli jaċċetta t-talba. Jekk inti tikkontesta d-deċiżjoni ta’ trasferiment, is-6 ġimgħat se jingħaddu mill-mument meta l-awtoritajiet, jew qorti jew tribunal jiddeċiedu li huwa sikur li inti tintbagħat fil-pajjiż responsabbli filwaqt li l-appell tiegħek ikun qed jiġi ikkunsidrat.

Jekk aħna nonqsu milli nikkonformaw mal-iskadenzi biex nibagħtu t-talba jew nimplimentaw it-trasferiment tiegħek, id-detenzjoni tiegħek għall-finijiet tat-trasferiment skont ir-Regolament ta’ Dublin se tintemm. F’dak il-każ, il-limiti normali ta’ żmien ppreżentati hawn fuq se japplikaw.

X’se jiġri bl-informazzjoni personali li nipprovdi? Kif se nkun naf li mhux se tintuża ħażin?

L-awtoritajiet tal-pajjiżi ta’ Dublin jistgħu jaqsmu ma’ xulxin id-dejta li tkun qed tipprovdilhom matul il-proċedura ta’ Dublin għall-iskop waħdieni li jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont ir-Regolamenti ta’ Dublin u tal-Eurodac. Matul il-proċedura ta’ Dublin int għandek id-dritt li d-dettalji personali tiegħek u l-informazzjoni li tipprovdi dwarek, is-sitwazzjoni tal-familja tiegħek, eċċ. jiġu mħarsa. Id-dejta tiegħek tista’ tintuża biss għall-finijiet definiti mil-liġi.

Int se jkollok dritt ta’ aċċess:

Għad-dejta relatata miegħek. Inti għandek id-dritt li titlob li dejta bħal din, inkluża d-dejta tal-Eurodac tiġi kkorreġuta, jekk din ma tkunx preċiża, jew imħassra jekk tkun ġiet ipproċessata illegalment;

Għat-tagħrif li jispjega kif titlob biex id-dejta tiegħek, inkluża d-dejta tal-Eurodac, tiġi korretta jew imħassra. Din tinkludi d-dettalji ta’ kuntatt tal-awtoritajiet kompetenti responsabbli għal proċedura ta’ Dublin tiegħek, u tal-awtoritajiet nazzjonali tal-protezzjoni tad-dejta responsabbli mit-talbiet dwar il-protezzjoni tad-dejta personali.

“ANNESS XI

INFORMAZZJONI GĦAL TFAL MHUX AKKUMPANJATI LI JAPPLIKAW GĦALL-PROTEZZJONI INTERNAZZJONALI SKONT L-ARTIKOLU 4 TAR-REGOLAMENT (UE) Nru 604/2013 (13)

Tajnik dan il-fuljett minħabba li esprimejt il-ħtieġa għall-protezzjoni u għedtilna li għandek inqas minn 18-il sena. Jekk għandek inqas minn 18-il sena, inti meqjus bħala tifel/tifla. Se tisma’ wkoll lill-awtoritajiet jirreferu għalik bħala “minorenni”, li tfisser l-istess bħal tifel/tifla. L-“awtoritajiet” huma l-persuni responsabbli biex jieħdu deċiżjoni dwar it-talba tiegħek għall-protezzjoni.

Jekk tfittex protezzjoni hawnhekk minħabba li bżajt fil-pajjiż ta’ oriġini tiegħek, dan jissejjaħ “tiftix ta’ ażil”. Ażil huwa post li joffri protezzjoni u sigurtà.

Meta tagħmel talba formali lill-awtoritajiet u titlob għal ażil, il-liġi ssejħilha “applikazzjoni jew talba għal protezzjoni internazzjonali”. Il-persuna li titlob protezzjoni hija “applikant”. Kultant tisma’ wkoll nies isejħulek “persuna li tfittex ażil”.

Il-ġenituri tiegħek għandhom ikunu miegħek, iżda jekk mhumiex jew jekk tlifthomm mat-triq, inti “minorenni mhux akkumpanjat”.

F’dan il-każ, AĦNA NIPPROVDULEK “RAPPREŻENTANT”, LI JKUN ADULT LI JGĦINEK MATUL IL-PROĊEDURA. HU JEW HI JGĦINUK BL-APPLIKAZZJONI TIEGĦEK U JISTGĦU JAKKUMPANJAWK META JKOLLOK TITKELLEM MAL-AWTORITAJIET. TISTA’ TITKELLEM DWAR IL-PROBLEMI U L-BIŻGĦAT TIEGĦEK MAR-RAPPREŻENTANT TIEGĦEK. IR-RAPPREŻENTANT TIEGĦEK QIEGĦED HEMM BIEX JIŻGURA LI L-AĦJAR INTERESSI TIEGĦEK IKUNU KONSIDERAZZJONI PRIMARJA, JIĠIFIERI LI JITQIESU L-ĦTIĠIJIET, IS-SIKUREZZA, IL-BENESSERI, L-IŻVILUPP SOĊJALI U L-OPINJONIJIET TIEGĦEK. IR-RAPPREŻENTANT TIEGĦEK IQIS UKOLL IL-POSSIBBILTAJIET TA’ RIUNIFIKAZZJONI TAL-FAMILJA.

JEKK IKUN HEMM XI ĦAĠA LI MA TIFHIMX, SAQSI LIR-RAPPREŻENTANT TIEGĦEK JEW LILL-AWTORITAJIET TAGĦNA BIEX JGĦINUK!

GĦALKEMM TLABT GĦAL AŻIL F’DAN IL-PAJJIŻ, JISTA’ JKUN LI PAJJIŻ IEĦOR IKOLLU JEŻAMINA T-TALBA TIEGĦEK GĦALL-PROTEZZJONI.

Pajjiż wieħed biss jista’ jkun responsabbli biex iqis it-talba tiegħek għall-protezzjoni. Dan huwa stabbilit f’liġi msejħa r-“Regolament ta’ Dublin”. Din il-liġi teħtieġ li aħna nistabbilixxu jekk aħniex responsabbli li neżaminaw l-applikazzjoni tiegħek jew jekk pajjiż ieħor huwiex responsabbli – din tissejjaħ “proċedura ta’ Dublin”.

Din il-liġi tapplika f’kull reġjun ġeografiku li jinkludi 32 pajjiż (14). Għall-finijiet ta’ dan il-fuljett, aħna qed insejħu dawn it-32 pajjiżi bħala l-“pajjiżi ta’ Dublin”.

TAĦRABX MILL-AWTORITAJIET JEW TMUR LEJN PAJJIŻ IEĦOR TA’ Dublin. JISTA’ JKUN HEMM MIN JGĦIDLEK LI DIN HIJA L-AĦJAR ĦAĠA LI TISTA’ TAGĦMEL. JEKK XI ĦADD JGĦIDLEK BIEX TAĦRAB, jew li GĦANDEK TMUR MAGĦHOM, GĦID LIR-RAPPREŻENTANT TIEGĦEK JEW LILL-AWTORITAJIET TAL-ISTAT MINNUFIH.

JEKK JOGĦĠBOK GĦID LILL-AWTORITAJIET TAL-ISTAT KEMM JISTA’ JKUN MALAJR JEKK:

Tinsab waħdek, u taħseb li ommok, missierek, ħuk jew oħtok, zitek (15), zijuk (16), nanntek jew nannuk jistgħu jkunu f’wieħed mit-32 pajjiż ieħor ta’ Dublin;

Jekk iva, jekk tridx tgħix magħhom;

Inti vjaġġajt lejn dan il-pajjiż ma’ ħaddieħor u, jekk iva, ma’ min;

Inti diġà kont f’wieħed mit-32 “pajjiż ta’ Dublin” elenkati;

Il-marki tas-swaba’ tiegħek ittieħdu f’pajjiż ieħor ta’ Dublin: il-marki tas-swaba’ huma stampi meħudin mis-swaba’ tiegħek li jgħinu sabiex inti tingħaraf;

Inti diġà applikajt għal ażil f’pajjiż differenti ta’ Dublin.

HUWA IMPORTANTI ĦAFNA LI INTI TIKKOOPERA MAL-AWTORITAJIET TAL-ISTAT U LI DEJJEM TGĦIDILHOM IL-VERITÀ.

Is-sistema ta’ Dublin tista’ tgħinek jekk inti m’intix akkumpanjat minn ġenitur meta tapplika għall-protezzjoni.

Jekk ikollna biżżejjed informazzjoni dwarhom, aħna nfittxu l-ġenituri tiegħek jew qrabatek fil-pajjiżi ta’ Dublin. Jekk jirnexxielna nsibuhom, aħna nippruvaw ngħaqqdukom flimkien fil-pajjiż fejn ikun hemm il-ġenituri tiegħek jew qrabatek. Dak il-pajjiż imbagħad ikun responsabbli biex jeżamina t-talba tiegħek għall-protezzjoni.

Jekk tinsab waħdek u ma għandek lil ħadd mill-familja jew qraba oħrajn f’pajjiż ieħor ta’ Dublin, x’aktarx l-applikazzjoni tiegħek tiġi eżaminata f’dan il-pajjiż.

Aħna nistgħu nagħżlu wkoll li neżaminaw l-applikazzjoni tiegħek f’dan il-pajjiż, anke jekk bil-liġi jista’ jkun responsabbli pajjiż ieħor. Nistgħu nagħmlu dan għal raġunijiet umanitarji, familjari jew kulturali.

Matul din il-proċedura, aħna dejjem naġixxu fl-aħjar interessi tiegħek, u ma nibagħtukx f’pajjiż fejn ikun stabbilit li d-drittijiet tal-bniedem tiegħek jistgħu jinkisru.

Xi jfisser li għandna dejjem naġixxu fl-aħjar interessi tiegħek? Dan ifisser li jkollna:

niċċekkjaw jekk huwiex possibbli li tingħaqad ma’ familtek fl-istess pajjiż;

naċċertaw ruħna li inti tkun bla periklu u sigur(a), speċjalment minn nies li jafu jkunu jridu jittrattawk ħażin/jagħmlulek il-ħsara;

naċċertaw ruħna li tista’ tikber b’saħħtek u bla periklu, u li għandek ikel u kenn u li l-bżonnijiet għall-iżvilupp soċjali tiegħek jiġu ssodisfati;

inqisu l-fehmiet tiegħek – pereżempju, dwar jekk tixtieqx tgħix ma’ qarib jew tippreferix li ma tagħmilx dan.

L-ETÀ TIEGĦEK

Persuni akbar minn 18-il sena huma “adulti”. Dawn jiġu trattati b’mod differenti mit-tfal u l-adolexxenti (“minorenni”).

Jekk jogħġbok għid il-verità dwar l-età tiegħek.

Jekk għandek xi dokument miegħek li juri l-età tiegħek, aqsmu mal-awtoritajiet. Jekk l-awtoritajiet jiddubitaw dwar l-età tiegħek, huwa possibbli li tabib ikun irid jeżamina jekk intix iżgħar jew akbar minn 18. Int u/jew ir-rappreżentant tiegħek tridu l-ewwel taqblu dwar dan qabel ikun jista’ jseħħ kwalunkwe eżami mediku.

FIL-LINJI LI ĠEJJIN AĦNA SE NIPPRUVAW INWIEĠBU L-AKTAR MISTOQSIJIET KOMUNI LI JISTA’ JKOLLOK DWAR IL-PROĊEDURA TA’ DUBLIN, KIF TISTA’ TGĦINEK U X’GĦANDEK TISTENNA LI JIĠRI:

IL-MARKI TAS-SWABA’ – X’inhuma? Għaliex jittieħdu?

Meta titlob għal ażil, jekk għandek 14-il sena jew aktar, stampa jew xbieha tas-swaba’ (tissejjaħ “marka tas-swaba’”) tittieħed u tiġi trażmessa lil bażi tad-dejta tal-marki tas-swaba’ msejħa “Eurodac”. Inti jkollok tikkoopera f’din il-proċedura – in-nies kollha li japplikaw għal ażil huma obbligati bil-liġi li jitteħdulhom il-marki tas-swaba’.

Il-marki tas-swaba’ tiegħek jistgħu jiġu kkontrollati f’xi punt biex jaraw jekk qattx applikajt għal ażil qabel jew biex jaraw jekk qattx itteħdulek il-marki tas-swaba’ fi fruntiera. Jekk jinstab li inti diġà applikajt għal ażil f’pajjiż ieħor ta’ Dublin, tista’ tintbagħat f’dan il-pajjiż jekk ikun fl-aħjar interessi tiegħek li tmur hemmhekk. Dan il-pajjiż imbagħad ikun responsabbli biex jeżamina l-applikazzjoni tiegħek għall-protezzjoni internazzjonali.

Il-marki tas-swaba’ tiegħek jinżammu għal 10 snin. Wara 10 snin, dawn jitħassru awtomatikament mill-bażi tad-dejta. Jekk it-talba tiegħek għall-protezzjoni tintlaqa’, il-marki tas-swaba’ tiegħek jibqgħu fil-bażi tad-dejta sakemm jitħassru awtomatikament. Jekk, aktar tard, inti ssir ċittadin(a) ta’ pajjiż ta’ Dublin, il-marki tas-swaba’ tiegħek jitħassru. Il-marki tas-swaba’ u s-sess tiegħek biss jinżammu fil-Eurodac – ismek, ir-ritratt, id-data tat-twelid u n-nazzjonalità tiegħek ma jintbagħtux fil-bażi tad-dejta jew jiġu maħżuna. Madankollu, dawn id-dettalji jistgħu jinżammu fil-bażi tad-dejta nazzjonali tagħna. Id-dejta maħżuna fil-Eurodac ma tinqasam mal-ebda pajjiż jew organizzazzjoni oħra barra mill-pajjiżi ta’ Dublin.

Mill-20 ta’ Lulju 2015, il-marki tas-swaba’ tiegħek jistgħu jiġu mfittxija minn awtoritajiet bħall-pulizija u l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) jista’ jfittex il-marki tas-swaba’ tiegħek u jitlob aċċess għall-bażi tad-dejta Euodac għall-finijiet ta’ prevenzjoni, rintraċċar u investigazzjoni ta’ reati serji u terroriżmu.

Liema informazzjoni għandek tiżgura li l-awtoritajiet tal-Istat jkunu jafu bis-sitwazzjoni tiegħek?

X’aktarx tiġi intervistat sabiex ikunu jistgħu jiddeterminaw liema pajjiż hu responsabbli biex jeżamina t-talba tiegħek għal ażil. F’din l-intervista, l-awtoritajiet tal-Istat tagħna jispjegawlek il-“proċedura ta’ Dublin” u jippruvaw isibu jekk huwiex possibbli li jerġgħu jgħaqqduk mal-familja tiegħek f’pajjiż ieħor ta’ Dublin.

Jekk taf li l-ġenituri tiegħek, ħutek jew qarib jinsabu f’pajjiż ieħor ta’ Dublin, jekk jogħġbok tinsiex tgħid dan lill-persuna li tintervistak. Għandek tipprovdi l-akbar ammont ta’ informazzjoni possibbli biex tgħinna nsibu lil familtek — ismijiet, indirizzi, numri tat-telefon, eċċ.

Waqt l-intervista, jista’ jkun li tiġi mistoqsi wkoll jekk kontx diġà f’pajjiżi oħrajn ta’ Dublin. Jekk jogħġbok għid il-verità.

Ir-rappreżentant tiegħek jista’ jakkumpanjak għall-intervista, biex jagħtik għajnuna u appoġġ u biex jagħmel dak li huwa l-aħjar għalik. Jekk hemm xi raġuni għaliex ma tridx li r-rappreżentant tiegħek ikun hemm miegħek, għandek tgħid dan lill-awtoritajiet tal-Istat.

FIL-BIDU TAL-INTERVISTA, MIN JAGĦMEL L-INTERVISTA U R-RAPPREŻENTANT TIEGĦEK JISPJEGAWLEK IL-PROĊEDURI U D-DRITTIJIET TIEGĦEK. JEKK IKUN HEMM XI ĦAĠA LI MA TIFHIMX, JEW GĦANDEK MISTOQSIJIET OĦRAJN, JEKK JOGĦĠBOK STAQSIHOM!

L-intervista hija dritt tiegħek u hija parti importanti mill-applikazzjoni tiegħek.

L-intervista ssir b’lingwa li tifhem. Jekk ma tistax tifhem il-lingwa użata, tista’ titlob li jkollok interpretu biex jgħinek tikkomunika. L-interpretu jrid jinterpreta biss dak li tgħidu int u min jagħmel l-intervista. L-interpretu ma jistax iżid l-opinjonijiet personali tiegħu jew tagħha. Jekk issibha diffiċli li tifthem lill-interpretu, għandek tgħidilna u/jew tkellem lir-rappreżentant tiegħek.

L-intervista tkun kunfidenzjali. Dan ifisser li l-ebda informazzjoni li inti tipprovdi, anke l-fatt li inti applikajt għall-protezzjoni f’pajjiżna, ma hi se tintbagħat lil persuni jew awtoritajiet li jistgħu jweġġgħuk b’xi mod jew iweġġgħu lil xi membru ta’ familtek li għadu jgħix fil-pajjiż ta’ oriġini tiegħek.

HUWA IMPORTANTI LI INTI U R-RAPPREŻENTANT TIEGĦEK TKUNU KONXJI TAL-PERJODU TA’ ŻMIEN GĦALL-PROĊEDURA TA’ DUBLIN!

Aqra t-tweġibiet li nagħtu hawn taħt.

Kemm iddum biex tkun taf jekk tridx tmur pajjiż ieħor jew jekk tistax tibqa’ hawn?

X’jiġri jekk jinstab li pajjiż ieħor huwa responsabbli għall-eżaminazzjoni tal-applikazzjoni tiegħek?

Jekk din hija l-ewwel applikazzjoni għal ażil tiegħek f’pajjiż ta’ Dublin, int tintbagħat f’pajjiż ieħor għax ommok, missierek, ħuk, oħtok, zitek, zijuk, nannuk jew nanntek ikunu f’dak il-pajjiż u int tingħaqad miegħu/magħha/magħhom hemmhekk u tibqgħu flimkien għall-eżaminazzjoni tal-applikazzjoni għal ażil tiegħek. (17)

Jekk ma applikajtx għal ażil hawnhekk iżda applikajt għal ażil f’pajjiż ieħor ta’ Dublin fil-passat, tista’ tintbagħat lura f’dak il-pajjiż ħalli l-awtoritajiet ta’ hemmhekk ikunu jistgħu jqisu l-applikazzjoni għal ażil tiegħek. (18)
Fiż-żewġ każijiet, tista’ ddum sa ħames xhur biex tittieħed deċiżjoni biex tiġi trasferit f’pajjiż ieħor, mill-mument meta titlob għal ażil jew mill-mument meta nsiru konxji li int applikajt għall-protezzjoni internazzjonali f’pajjiż ieħor ta’ Dublin. L-awtoritajiet jinfurmawk b’din id-deċiżjoni malajr kemm jista’ jkun wara li tittieħed id-deċiżjoni.

Jekk ma tlabtx għal ażil f’dan il-pajjiż u l-applikazzjoni għal ażil preċedenti tiegħek f’pajjiż ieħor ġiet miċħuda wara li ġiet eżaminata kompletament, ikollna nitolbu lill-pajjiż l-ieħor biex jieħdok lura, jew jipproċedi bir-ritorn lura tiegħek lejn il-pajjiż ta’ oriġini tiegħek jew ta’ residenza permanenti jew lejn pajjiż terz bla periklu.

Jekk niddeċiedu li pajjiż ieħor huwa responsabbli għall-applikazzjoni ta’ ażil tiegħek, meta l-pajjiż li jintalab biex jieħu responsabbiltà għalik jaċċetta li jagħmel dan, inti tiġi infurmat uffiċjalment bil-fatt li aħna mhux se neżaminaw it-talba tiegħek għall-protezzjoni internazzjonali u minflok se nittrasferuk għall-pajjiż responsabbli.

It-trasferiment tiegħek isir fi żmien sitt xhur minn meta l-pajjiż l-ieħor jaċċetta r-responsabbiltà għalik, jew mid-deċiżjoni finali fuq appell jew reviżjoni, jekk inti ma taqbilx u tiddeċiedi li tikkontesta din id-deċiżjoni (ara t-taqsima hawn taħt li tispjega xi jfisser dan!). Dan il-limitu ta’ żmien jista’ jittawwal għal sena jekk int tispiċċa l-ħabs, jew sa 18-il xahar jekk taħrab.

X’jiġri jekk ma tkunx trid tmur f’pajjiż ieħor?

TKELLEM MAR-RAPPREŻENTANT TIEGĦEK DWAR DAN!

Jekk niddeċiedu li għandek tmur f’pajjiż ieħor biex l-applikazzjoni tiegħek tiġi eżaminata hemmhekk u int ma taqbilx ma’ dan, għandek il-possibbiltà li tikkontesta d-deċiżjoni ta’ trasferiment. Dan jissejjaħ “appell” jew “reviżjoni”.

Ladarba tirċievi d-deċiżjoni mill-awtoritajiet għandek [x jiem (19)] biex tappella lill-[Awtorità ta’ Appell (20)]. Huwa importanti ħafna li tappella f’dak il-perjodu ta’ żmien. Ir-rappreżentant tiegħek għandu jgħinek b’dan.

Waqt li l-appell jew ir-reviżjoni tiegħek qed tiġi eżaminata, inti tista’ tibqa’ f’dan il-pajjiż. Jew (21)

It-trasferiment tiegħek jiġi sospiż għal [y jiem (22)] sakemm qorti jew tribunal jiddeċiedu jekk huwiex sigur għalik li tkun fil-pajjiż responsabbli waqt li jiġi eżaminat l-appell tiegħek. Jew

Għandek [y jiem (23)] biex titlob li t-trasferiment tiegħek jiġi sospiż waqt li jiġi eżaminat l-appell tiegħek. Qorti jew tribunal jiddeċiedi malajr fuq din it-talba. Jekk jirrifjutawlek is-sospensjoni, jingħatawlek ir-raġunijiet għal dan.

Fuq wara ta’ dan il-fuljett issib informazzjoni dwar liema awtorità għandek tikkuntattja sabiex tappella deċiżjoni f’dan il-pajjiż.

Matul il-proċedura ta’ “appell” int tingħata aċċess għal għajnuna ġuridika u, jekk ikun meħtieġ, għajnuna lingwistika minn interpretu jew traduttur. Inti tista’ titlob li jkollok għajnuna ġuridika b’xejn jekk ma għandekx il-flus għal dan. Fuq wara ta’ dan il-fuljett issib id-dettalji ta’ kuntatt għall-organizzazzjonijiet li jipprovdu għajnuna ġuridika u tista’ tgħinek bl-appell tiegħek.

DETENZJONI

Nies li mhumiex liberi li jivvjaġġaw fejn jixtiequ u li jinżammu f’bini magħluq li ma jistgħux joħorġu minnu jinsabu f’“detenzjoni”.

Jekk inti minorenni mhux akkumpanjat tista’ tkun qed tgħix f’akkomodazzjoni fejn ikun hemm regoli li trid tibqa’ ġewwa billejl jew meta jkun id-dlam barra jew regoli li jgħidu li għandek tgħid lin-nies li jieħdu ħsiebek jekk toħroġ u meta se tidħol lura. Dawn ir-regoli jipproteġu s-sigurtà tiegħek. Dan ma jfissirx li int tinsab f’post ta’ detenzjoni.

IT-TFAL KWAŻI QATT MA JIĠU DETENUTI!

Inti tinsab f’detenzjoni? Jekk m’intix ċert jekk intix detenut jekk jogħġbok staqsi lill-awtoritajiet, lir-rappreżentant tiegħek jew lill-konsulent legali tiegħek (24) malajr kemm jista’ jkun. Tista’ titkellem magħhom dwar is-sitwazzjoni tiegħek u jekk tinsab f’detenzjoni dwar il-possibbiltà li tikkontesta d-deċiżjoni ta’ detenzjoni!

Hemm riskju li ssib ruħek f’detenzjoni matul il-proċedura ta’ Dublin. Ħafna drabi, dan jiġri meta l-awtoritajiet tal-Istat ma jemmnux li int għandek inqas minn 18-il sena u jibżgħu li tista’ taħrab jew tinħeba minnhom għax tibża’ li tista’ tintbagħat f’pajjiż ieħor.

Inti għandek id-dritt li tkun infurmat bil-miktub bir-raġunijiet għaliex qed tinżamm f’detenzjoni, u dwar kif tista’ tikkontesta l-ordni ta’ detenzjoni. Inti għandek ukoll id-dritt għal għajnuna ġuridika jekk tkun tixtieq tikkontesta l-ordni ta’ detenzjoni, allura tkellem mar-rappreżentant jew il-konsulent legali tiegħek jekk ma tkunx kuntent.

Jekk int tinsab f’detenzjoni waqt il-proċedura ta’ Dublin, il-perjodu ta’ żmien tal-proċedura għalik ikun dan: ikollna nsaqsu lil pajjiż ieħor biex ikun responsabbli għalik fi żmien xahar mis-sottomissjoni tal-applikazzjoni għal ażil tiegħek. Il-pajjiż mitlub għandu jagħti tweġiba fi żmien ġimagħtejn. Fl-aħħar nett, jekk tibqa’ f’detenzjoni, it-trasferiment tiegħek għandu jsir fi żmien sitt ġimgħat mill-aċċettazzjoni tat-talba mill-pajjiż responsabbli.

Jekk tiddeċiedi li tikkontesta d-deċiżjoni ta’ trasferiment waqt li tkun f’detenzjoni, l-awtoritajiet tal-Istat ma għandhomx obbligu li jittrasferuk fi żmien sitt ġimgħat. Imbagħad l-awtoritajiet tal-Istat jinfurmawk bl-għażliet tiegħek.

Jekk l-awtoritajiet tal-Istat ma jikkonformawx mal-perjodi ta’ żmien biex pajjiż ieħor jintalab jieħu r-responsabbiltà għalik, jew ma jwettqux it-trasferiment tiegħek fil-ħin, id-detenzjoni għall-finijiet ta’ trasferiment skont ir-Regolament ta’ Dublin titwaqqaf. F’dak il-każ, japplikaw il-limiti normali ta’ żmien ippreżentati fit-taqsima “X’jiġri jekk pajjiż ieħor jinstab responsabbli għal-eżaminazzjoni tal-applikazzjoni tiegħek?”).

X’inhuma d-drittijiet tiegħek matul il-perjodu li fih niddeċiedu min huwa responsabbli għalik?

Inti għandek id-dritt li tibqa’ f’dan il-pajjiż jekk aħna responsabbli li neżaminaw it-talba għal ażil tiegħek, jew, meta pajjiż ieħor ikun responsabbli, sakemm tiġi trasferit hemmhekk. Jekk il-pajjiż fejn inti tinsab issa ikun responsabbli li jeżamina t-talba għal ażil tiegħek, int għandek id-dritt li tibqa’ hemmhekk għall-inqas sakemm tittieħed l-ewwel deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għal ażil tiegħek. Inti intitolat ukoll li tibbenefika minn kundizzjonijiet materjali ta’ akkoljenza, pereżempju akkomodazzjoni, ikel, eċċ., kif ukoll kura medika bażika u għajnuna medika ta’ emerġenza. Inti intitolat ukoll li tmur l-iskola.

Inti tingħata l-opportunità li tagħtina informazzjoni dwar is-sitwazzjoni tiegħek u l-preżenza ta’ membri tal-familja fit-territorju tal-pajjiżi ta’ Dublin bil-fomm u/jew bil-miktub u, meta tagħmel dan, li tuża l-lingwa materna tiegħek jew kwalunkwe lingwa oħra li titkellem sew (jew li jkollok interpretu, jekk ikun hemm bżonn). Inti tirċievi wkoll kopja bil-miktub tad-deċiżjoni li tiġi trasferit lejn pajjiż ieħor. Inti intitolat ukoll li tikkuntattjana għal aktar informazzjoni u/jew li tikkuntattja lill-uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati (UNHCR) f’dan il-pajjiż.

Ir-rappreżentant tiegħek u l-awtoritajiet tal-Istat jispjegaw aktar dwar id-drittijiet tiegħek!

X’jiġri mill-informazzjoni personali li tipprovdi? Kif tkun taf li din mhix se tintuża għal skopijiet ħżiena?

L-awtoritajiet tal-pajjiżi ta’ Dublin jistgħu jaqsmu l-informazzjoni li qed jipprovdu lilhom matul il-proċedura ta’ Dublin biss biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont ir-Regolament ta’ Dublin.

Int ikollok dritt ta’ aċċess:

Għal informazzjoni relatata miegħek. Inti għandek id-dritt li titlob li din id-dejta tinbidel jekk mhijiex korretta jew vera, jew li titħassar jekk ipproċessata illegalment;

Għall-informazzjoni li tispjega kif titlob li d-dejta tiegħek tiġi kkorretta jew titħassar, anke d-dettalji ta’ kuntatt ta’ awtoritajiet kompetenti speċifiċi identifikati bħala responsabbli għall-proċedura ta’ Dublin tiegħek, u tal-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-dejta nazzjonali responsabbli sabiex jisimgħu it-talbiet dwar il-protezzjoni tad-dejta personali.

FEJN TISTA’ TIRRIKORRI GĦALL-GĦAJNUNA? (Għandha timtela b’informazzjoni speċifika għall-Istat Membru, b’mod partikulari:)

l-indirizz u d-dettalji ta’ kuntatt tal-awtorità ta’ ażil;

l-isem, l-indirizz u d-dettalji ta’ kuntatt tal-organizzazzjonijiet li jipprovdu rappreżentazzjoni għal minorenni mhux akkumpanjati;

l-indirizz u d-dettalji ta’ kuntatt tal-awtorità nazzjonali responsabbli għall-protezzjoni tat-tfal;

l-indirizz u d-dettalji ta’ kuntatt tal-awtorità responsabbli għat-twettiq tal-proċedura ta’ Dublin;

id-dettalji tal-Awtorità Superviżorja Nazzjonali;

l-identità u l-kontrollur Eurodac u r-rappreżentant tiegħu/tagħha;

id-dettalji ta’ kuntatt tal-uffiċċju tal-kontrollur;

is-Salib l-Aħmar u r-rwol tiegħu;

id-dettalji ta’ kuntatt tal-uffiċċju tal-UNHCR lokali (jekk ikun hemm) u r-rwol tiegħu;

id-dettalji ta’ kuntatt tal-organizzazzjonijiet li jipprovdu għajnuna legali/li jappoġġjaw lir-refuġjati/tfal;

id-dettalji ta’ kuntatt tal-IOM u r-rwol tagħha.

“ANNESS XII

INFORMAZZJONI GĦAL ĊITTADINI TA’ PAJJIŻI TERZI JEW PERSUNI APOLIDI INTERPELLATI INKONNESSJONI MAL-QSIM IRREGOLARI TA’ FRUNTIERA ESTERNA, SKONT L-ARTIKOLU 29(3) TAR-REGOLAMENT (UE) Nru 603/2013

Jekk għandek 14-il sena jew iktar u inti tiġi interpellat int u taqsam fruntiera irregolarment, il-marki tas-swaba’ tiegħek jittieħdu u jiġu trasmessi lil bażi tad-dejta msejħa “Eurodac”. Int ikollok tikkoopera f’din il-proċedura – inti obbligat bil-liġi li jkollok il-marki tas-swaba’ meħudin.

Jekk il-marki tas-swaba’ mhumiex ta’ kwalità ċara, inkluż jekk tkun għamilt ħsara deliberata lis-swaba’ tiegħek, il-marki tas-swaba’ jistgħu jerġgħu jittieħdu fil-futur.

Jekk f’ċertu punt fil-futur terġa’ tapplika għall-protezzjoni internazzjonali, il-marki tas-swaba’ jerġgħu jittieħdu. Jekk tapplika għall-protezzjoni internazzjonali f’pajjiż differenti minn dak fejn ikunu ħadulek l-ewwel marki tas-swaba’, tista’ terġa tintbagħat lura fl-ewwel pajjiż fejn ikunu ittieħdulek il-marki tas-swaba’.

Id-dejta tal-marki tas-swaba’ tiegħek tkun miżmuma għal 18-il xahar – wara 18-il xahar, dawn jitħassru awtomatikament mill-bażi tad-dejta. Il-marki tas-swaba’ u s-sess tiegħek biss ikunu miżmuma fil-Eurodac – ismek, ir-ritratt, id-data ta’ twelid u n-nazzjonalità ma jiġux mibgħuta fil-bażi tad-dejta u lanqas ma jinżammu.

Fi kwalunkwe żmien fil-futur, inti tista’ wkoll tagħmel talba sabiex tikseb komunikazzjoni tad-dejta dwarek li hi rreġistrata fil-Eurodac mill-pajjiż li jkun qed jieħu l-marki tas-swaba’ tiegħek. Tista’ titlob li d-dejta tkun ikkoreġuta jew imħassra – għandha tkun imħassra, pereżempju, jekk inti issir ċittadin ta’ pajjiż tal-UE jew pajjiż assoċjat jew jekk tikseb permess ta’ residenza f’wieħed minn dawn il-pajjiżi u ma tkunx applikajt għall-protezzjoni internazzjonali.

Eurodac hija operata minn Aġenzija tal-Unjoni Ewropea msejħa eu-LISA. Id-dejta tiegħek tista’ tintuża biss għal skopjiet definiti bil-liġi. Is-Sistema Ċentrali tal-Eurodac biss tirċievi d-dejta tiegħek. Jekk fil-futur tagħmel talba għall-protezzjoni internazzjonali f’pajjiż ieħor tal-UE jew f’pajjiż assoċjat mal-UE (25), il-marki tas-swaba’ tiegħek jintbagħtu lil dak il-pajjiż għal verifika. Id-dejta miżmuma fil-Eurodac ma tiġi kondiviża mal-ebda pajjiż jew organizzazzjoni oħra barra l-UE u l-pajjiżi assoċjati.

Mill-20 ta’ Lulju 2015, il-marki tas-swaba’ tiegħek jistgħu jiġu mfittxija minn awtoritajiet bħall-pulizija u l-uffiċċju Ewropew tal-pulizija (Europol) li jista’ jagħmel rikjesta għall-aċċess għall-bażi tad-dejta tal-Eurodac għal skopijiet ta’ prevenzjoni, identifikazzjoni u investigazzjoni ta’ reati serji u terroriżmu

Informazzjoni ta’ kuntatt (Imla b’informazzjoni speċifika skont l-Istat Membru)

Identità tal-kontrollur tal-Eurodac u tar-rappreżentant/a tiegħu;

Dettalji ta’ kuntatt tal-uffiċċju tal-kontrollur;

Dettalji tal-Awtorità Superviżorja Nazzjonali (Protezzjoni tad-Dejta);

“ANNESS XIII

INFORMAZZJONI GĦAL ĊITTADINI TA’ PAJJIŻI TERZI JEW PERSUNI ANOMALI MISJUBA JOQGĦODU ILLEGALMENT FI STAT MEMBRU, SKONT L-ARTIKOLU 29(3) TAR-REGOLAMENT (UE) Nru 603/2013

Jekk tkun misjub toqgħod illegalment f’pajjiż ieħor ta’ “Dublin” (26), l-awtoritajiet jistgħu jieħdu l-marki tas-swaba’ tiegħek u jittrasmettuhom lil bażi tad-dejta tal-marki tas-swaba’ msejħa “Eurodac”. Dan huwa biss għall-iskop biex jaraw jekk tkunx applikajt għall-protezzjoni internazzjonali qabel. Id-dejta tal-marki tas-swaba’ tiegħek ma tkunx miżmuma fil-bażi tad-dejta tal-Eurodac, iżda jekk qabel applikajt għall-protezzjoni internazzjonali f’pajjiż ieħor, tista’ tintbagħat lura f’dak il-pajjiż.

Jekk il-marki tas-swaba’ tiegħek mhumiex ta’ kwalità ċara, inkluż jekk tkun għamilt ħsara deliberatament lis-swaba’ tiegħek, il-marki tas-swaba’ jistgħu jerggħu jittieħdu fil-futur.

Eurodac hija operata minn Aġenzija tal-Unjoni Ewropea msejħa eu-LISA. Id-dejta tiegħek tista’ tintuża biss għall-iskopjiet definiti mil-liġi. Is-Sistema Ċentrali tal-Eurodac biss tirċievi d-dejta tiegħek. Jekk tagħmel talba għall-protezzjoni internazzjonali f’pajjiż ieħor ta’ Dublin, il-marki tas-swaba’ tiegħek jittieħdu wkoll għat-trasmissjoni lil Eurodac. Id-dejta miżmuma f’Eurodac ma tkunx kondiviża ma kwalunkwe pajjiż ieħor jew organizzazzjoni barra l-UE u l-pajjiżi assoċjati.

Informazzjoni ta’ kuntatt (Imla b’informazzjonai speċifika għall-Istat Membru)

Identità tal-kontrollur tal-Eurodac u tar-rappreżentant tiegħu/tagħha;

Dettalji ta’ kuntatt tal-uffiċċju tal-kontrollur;

Dettalji tal-Awtorità Superviżorja Nazzjonali (Protezzjoni tad-Dejta);

Jekk l-awtoritajiet tagħna jikkonsidraw li inti stajt applikajt għall-protezzjoni internazzjonali f’pajjiż ieħor li jista’ jkun responsabbli għall-eżaminazzjoni ta’ dik l-applikazzjoni, tirċievi informazzjoni iktar dettaljata dwar il-proċedura li ssegwi u kif taffettwa lilek u d-drittijiet tiegħek. (27)

(1)  Din l-evidenza indikattiva għandha dejjem tkun segwita b'wieħed mill-punti tal-evidenza bħala prova kif definit fil-lista A.

(2)  Dan il-fuljett huwa għal finijiet ta’ informazzjoni biss. L-għan tiegħu huwa li jipprovdi l-applikanti għall-protezzjoni internazzjonali b’informazzjoni rilevanti rigward il-proċedura ta’ Dublin. Dan ma joħloqx/jinvolvix fih innifsu drittijiet jew obbligi legali. Id-drittijiet u l-obbligi ta’ Stati u persuni skont il-proċedura ta’ Dublin huma tali kif stipulat fir-Regolament (UE) Nru 604/2013.

(3)  Il-pajjiżi ta’ Dublin jinkludu 28 pajjiż tal-Unjoni Ewropea (l-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, l-Olanda, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja, is-Slovenja, Spanja, l-Isvezja, ir-Renju Unit) kif ukoll 4 pajjiżi “assoċjati” mar-Regolament ta’ Dublin (in-Norveġja, l-Islanda, l-Isvizzera u l-Liechtenstein).

(4)  L-informazzjoni pprovduta hija dik prevista skont il-Parti B ta’ dan l-Anness.

(5)  Dan il-fuljett huwa għal finijiet ta’ informazzjoni biss. L-għan tiegħu huwa li jipprovdi l-applikanti għall-protezzjoni internazzjonali b’informazzjoni rilevanti rigward il-proċedura ta’ Dublin. Dan ma joħloqx/jinvolvix fih innifsu drittijiet jew obbligi legali. Id-drittijiet u l-obbligi ta’ Stati u persuni skont il-proċedura ta’ Dublin huma tali kif stipulat fir-Regolament (UE) Nru 604/2013.

(6)  Aktar informazzjoni dwar il-Eurodac tinsab fil-Parti A, fit-Taqsima “għaliex qed niġi mitlub biex jitteħduli l-marki tas-swaba’ tiegħi?

(7)  Il-paragrafu preżenti ma jidhirx fil-fuljett speċifiku għall-Istati Membri li mhux qed jieħdu sehem fid-Direttiva dwar ir-Ritorn.

(8)  Biex timtela minn kull Stat Membru, skont id-dispożizzjonijiet fil-liġi nazzjonali.

(9)  Biex timtela minn kull Stat Membru.

(10)  Waħda minn tliet għażliet li għandha tintgħażel minn kull Stat Membru, skont l-għażla tiegħu għal sistema ta’ rimedju effettiv.

(11)  Biex timtela minn kull Stat Membru, skont id-dispożizzjonijiet fil-liġi nazzjonali.

(12)  Biex timtela minn kull Stat Membru, skont id-dispożizzjonijiet fil-liġi nazzjonali.

(13)  Dan il-fuljett huwa għal finijiet ta’ informazzjoni biss. L-għan tiegħu huwa li jipprovdi lill-applikanti għall-protezzjoni internazzjonali b’informazzjoni rilevanti rigward il-proċedura ta’ Dublin. Ma joħloqx/jinvolvix fih innifsu drittijiet jew obbligi ġuridiċi. Id-drittijiet u l-obbligi ta’ Stati u persuni skont il-proċedura ta’ Dublin huma dawk stipulati fir-Regolament (UE) Nru 604/2013.

(14)  Il-pajjiżi ta’ Dublin jinkludu t-28 pajjiż tal-Unjoni Ewropea (l-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja, is-Slovenja, Spanja, l-Isvezja, ir-Renju Unit) kif ukoll 4 pajjiż “assoċjati” mar-Regolament ta’ Dublin (in-Norveġja, l-Islanda, l-Isvizzera u l-Liechtenstein).

(15)  Oħt ommok jew oħt missierek.

(16)  Ħu ommok jew ħu missierek.

(17)  Tista’ tisma’ persuni li jirreferu għal dan bħala “teħid ta’ responsabbiltà”.

(18)  Tista’ tisma’ persuni li jirreferu għal dan bħala “teħid lura”.

(19)  Għandha timtela minn kull Stat Membru, skont id-dispożizzjonijiet speċifiċi fil-liġi nazzjonali.

(20)  Għandha timtela minn kull Stat Membru.

(21)  Waħda minn tliet għażliet li kull Stat Membru għandu jagħżel minnhom, skont l-għażla tiegħu għal sistema effettiva ta’ rimedju.

(22)  Għandha timtela minn kull Stat Membru, skont id-dispożizzjonijiet speċifiċi fil-liġi nazzjonali.

(23)  Għandha timtela minn kull Stat Membru, skont id-dispożizzjonijiet speċifiċi fil-liġi nazzjonali.

(24)  Persuna li hija rikonoxxuta mill-awtoritajiet li tirrappreżenta l-interessi tiegħek quddiem il-liġi. Ir-rappreżentant tiegħek u/jew l-awtoritajiet għandhom jagħtuk parir jekk ikollok bżonn wieħed, iżda tista’ titlobhom li jiddeċiedu għalik. Ara fuq wara ta’ dan il-fuljett għall-organizzazzjonijiet li jistgħu jagħtuk rappreżentanza ġuridika.

(25)  Id-dejta tal-marki tas-swaba’ tiegħek tista’ tiġi kondiviża fejn tippermetti l-liġi bejn it-28 Stat Membru tal-UE u l-4 Pajjiżi Assoċjati – in-Norveġja, l-Islanda, l-Isvizzera u l-Liechtenstein.

(26)  Jestendi madwar l-Unjoni Ewropea kollha (l-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja, is-Slovenja, Spanja, l-Isvezja, ir-Renju Unit) kif ukoll l-4 pajjiżi “assoċjati” mar-Regolament ta’ Dublin (in-Norveġja, l-Islanda, l-Isvizzera u l-Liechtenstein)

(27)  L-informazzjoni pprovduta hija dik prevista taħt il-Parti B tal-Anness X.


Top