This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32014L0080
Commission Directive 2014/80/EU of 20 June 2014 amending Annex II to Directive 2006/118/EC of the European Parliament and of the Council on the protection of groundwater against pollution and deterioration Text with EEA relevance
Direttiva tal-Kummissjoni 2014/80/UE tal- 20 ta' Ġunju 2014 li temenda l-Anness II tad-Direttiva 2006/118/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-ilma ta' taħt l-art kontra t-tniġġis u d-deterjorament Test b'rilevanza għaż-ŻEE
Direttiva tal-Kummissjoni 2014/80/UE tal- 20 ta' Ġunju 2014 li temenda l-Anness II tad-Direttiva 2006/118/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-ilma ta' taħt l-art kontra t-tniġġis u d-deterjorament Test b'rilevanza għaż-ŻEE
ĠU L 182, 21.6.2014, p. 52–55
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32006L0118 | Sostituzzjoni | anness II A 3 | 11/07/2014 | |
Modifies | 32006L0118 | Żieda | anness II B 1 Test | 11/07/2014 | |
Modifies | 32006L0118 | Sostituzzjoni | anness II C | 11/07/2014 |
21.6.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 182/52 |
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2014/80/UE
tal-20 ta' Ġunju 2014
li temenda l-Anness II tad-Direttiva 2006/118/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-ilma ta' taħt l-art kontra t-tniġġis u d-deterjorament
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2006/118/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar il-protezzjoni tal-ilma ta' taħt l-art kontra t-tniġġis u d-deterjorament (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8 tagħha,
Billi:
(1) |
Abbażi tal-ewwel reviżjoni skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2006/118/KE, m'hemmx biżżejjed informazzjoni disponibbli biex jiġu stabbiliti standards tal-kwalità għall-ilma ta' taħt l-art fl-Anness I ta' dik id-Direttiva għal kwalunkwe sustanzi niġġiesa, iżda huma meħtieġa adattamenti tekniċi fl-Anness II ta' dik id-Direttiva skont l-Artikolu 8 tagħha. |
(2) |
Għandhom jiġu applikati prinċipji komuni għad-determinazzjoni tal-livelli ta' bażi sabiex tittejjeb il-komparabbiltà tal-valuri ta' limitu. |
(3) |
Hemm potenzjal sew li n-nitroġenu u l-fosforu li jinsabu fl-ilma ta' taħt l-art jippreżentaw riskju ta' ewtrofikazzjoni għall-ilmijiet tal-wiċċ assoċjati u għall-ekosistemi terrestri direttament dipendenti. Minbarra n-nitrati, li diġà huma inklużi fl-Anness I tad-Direttiva 2006/118/KE, u l-ammonju, inkluż fl-Anness II ta' dik id-Direttiva, in-nitriti, bħala kontributur għan-nitroġenu totali u l-fosforu totali, jew bħala tali jew bħala fosfati, għandhom jiġu kkunsidrati wkoll mill-Istati Membri meta jiġu biex jistabbilixxu l-valuri ta' limitu. |
(4) |
Għandha tiġi rikonoxxuta l-ħtieġa li tinkiseb informazzjoni ġdida dwar sustanzi oħra li jippreżentaw riskju potenzjali u għandu jkun hemm rispons dwar din l-informazzjoni. Għaldaqstant, għandha tiġi stabbilita lista ta' sorveljanza għal sustanzi niġġiesa tal-ilma ta' taħt l-art skont Strateġija Komuni ta' Implimentazzjoni għad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) biex tiżdied id-disponibbiltà ta' dejta ta' monitoraġġ dwar sustanzi li huma ta' riskju jew ta' riskju potenzjali għal korpi tal-ilma ta' taħt l-art, u b'hekk tiġi ffaċilitata l-identifikazzjoni ta' sustanzi, inklużi sustanzi niġġiesa emerġenti, li għalihom għandhom jiġu stabbiliti standards tal-kwalità tal-ilma ta' taħt l-art jew valuri ta' limitu. |
(5) |
L-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri dwar is-sustanzi niġġiesa u l-indikaturi li għalihom ġew stabbiliti valuri ta' limitu, b'mod partikolari fir-rigward tal-metodoloġiji relatati mal-valutazzjoni tal-istat kimiku tal-ilma ta' taħt l-art, urew li fl-ewwel pjanijiet ta' ġestjoni tal-baċiri tax-xmajjar ma kinux suffiċjenti biex jippermettu fehim xieraq u tqabbil tar-riżultati. Ir-rekwiżiti rilevanti dwar l-informazzjoni li għandha tingħata għandhom jiġu ċċarati u kkumplimentati sabiex tkun żgurata t-trasparenza ta' dik il-valutazzjoni. L-informazzjoni mogħtija tista' tiffaċilita wkoll it-tqabbil tar-riżultati tal-valutazzjoni tal-istatus kimiku madwar l-Istati Membri u tikkontribwixxi favur l-armonizzazzjoni tal-metodoloġiji potenzjali futuri sabiex jiġu stabbiliti valuri tal-limiti tal-ilma ta' taħt l-art. |
(6) |
Għaldaqstant, id-Direttiva 2006/118/KE għandha tiġi emendata skont dan. |
(7) |
Il-miżuri stipulati f'din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2006/118/KE, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-Anness II tad-Direttiva 2006/118/KE huwa emendat skont l-Anness ta' din id-Direttiva.
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa għall-konformità ma' din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn 24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn referenza bħal din waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir referenza bħal din.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jaddottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta' Ġunju 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 372, 27.12.2006, p. 19.
(2) Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).
ANNESS
L-Anness II għad-Direttiva 2006/118/KE huwa emendat kif ġej:
(1) |
fil-Parti A, il-punt 3 jinbidel b'dan li ġej:
|
(2) |
fil-punt 1 tal-Parti B, għandhom jiżdiedu dawn l-entrati li ġejjin: “Nitriti Fosforu (total)/Fosfati (*) (*) L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jistabbilixxu valuri ta' limitu jew għall-fosforu (totali) jew għall-fosfati.”" |
(3) |
Il-parti C tinbidel b'dan li ġej: “Parti C L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni dwar is-sustanzi niġġiesa u l-indikaturi tagħhom li għalihom ikunu ġew stabbiliti il-valuri ta' limitu Fil-pjanijiet ta' ġestjoni tal-baċiri tax-xmajjar li għandhom ikunu sottomessi skont l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2000/60/KE, l-Istati Membri għandhom jinkludu informazzjoni dwar il-mod kif il-proċedura stabbilita fil-Parti A ta' dan l-Anness tkun ġiet segwita. B'mod partikolari l-Istati Membri għandhom jipprovdu:
Fejn xi dejta li hemm referenza għaliha fil-punti minn (a) sa (f) ma tkunx inkluża fil-pjanijiet ta' ġestjoni tal-baċiri tax-xmajjar, l-Istati Membri għandhom jipprovdu r-raġunijiet għal dan f'dawk il-pjanijiet.” |